Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Veltassa (patiromer sorbitex calcium) – Tikkettar - V03AE09

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVeltassa
Kodiċi ATCV03AE09
Sustanzapatiromer sorbitex calcium
ManifatturVifor Fresenius Medical Care Renal Pharma France

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT TA’ BARRA

KARTUNA TA’ BARRA – Veltassa 8.4 g

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Veltassa 8.4 g trab għal suspensjoni orali patiromer

2.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull qartas fih 8.4 g ta’ patiromer (bħala patiromer sorbitex calcium)

3.LISTA TA’ EĊĊIPJENTI

4.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA U KONTENUT

trab għal suspensjoni orali 30 qartas

60 qartas

90 qartas

5.MOD TA’ KIF U MNEJN JINGĦATA

Għal użu orali.

Uża fi żmien siegħa wara l­preparazzjoni tas-suspensjoni.

Aqra l­fuljett ta’ tagħrif qabel l­użu.

6. TWISSIJA SPEĊJALI LI L­PRODOTT MEDIĊINALI GĦANDU JINŻAMM FEJN MA JIDHIRX U MA JINTLAĦAQX

MIT-TFAL

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

7.TWISSIJA(IET) SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠA

8.DATA TA’ SKADENZA

JIS

9.KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TA’ KIF JINĦAŻEN

Aħżen fi friġġ. Jista’ jinħażen f’temperatura taħt 25°C għal sa 6 xhur.

Data meta nħareġ mill-friġġ: ______

10. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI

GĦAR-RIMI TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI MHUX UŻATI JEW SKART MINN DAWN IL-PRODOTTI MEDIĊINALI, JEKK HEMM BŻONN

11. ISEM U INDIRIZZ

TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Vifor Fresenius Medical Care Renal Pharma France

100–101 Terrasse Boieldieu

Tour Franklin La Défense 8

92042 Paris La Défense Cedex

Franza

12.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/17/1179/001

30 qartas

EU/1/17/1179/002

60 qartas

EU/1/17/1179/003

90 qartas

13.NUMRU TAL-LOTT

LOTT

14.KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

15.ISTRUZZJONIJIET DWAR L­UŻU

16.INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

VELTASSA 8.4 G

17.IDENTIFIKATUR UNIKU – BARCODE 2D

barcode 2D li jkollu l­identifikatur uniku inkluż.

18.IDENTIFIKATUR UNIKU – DATA LI TINQARA MILL-BNIEDEM

PC:

SN:

NN:

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT LI JMISS MAL-PRODOTT

QARTAS ta’ Veltassa 8.4 g

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Veltassa 8.4 g trab għal suspensjoni orali patiromer

2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull qartas fih 8.4 g ta’ patiromer (bħala patiromer sorbitex calcium)

3. LISTA TA’ EĊĊIPJENTI

4. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA U KONTENUT

trab għal suspensjoni orali

5. MOD TA’ KIF U MNEJN JINGĦATA

Għal użu orali.

Uża fi żmien siegħa wara l­preparazzjoni tas-suspensjoni.

Aqra l­fuljett ta’ tagħrif qabel l­użu.

6. TWISSIJA SPEĊJALI LI L­PRODOTT MEDIĊINALI GĦANDU JINŻAMM FEJN MA JIDHIRX U MA JINTLAĦAQX MIT-TFAL

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

7. TWISSIJA(IET) SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠA

8. DATA TA’ SKADENZA

JIS

9. KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TA’ KIF JINĦAŻEN

Aħżen fi friġġ. Jista’ jinħażen f’temperatura taħt 25°C għal sa 6 xhur.

10. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦAR-RIMI TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI MHUX UŻATI JEW SKART MINN DAWN IL-PRODOTTI MEDIĊINALI, JEKK HEMM BŻONN

11. ISEM U INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Vifor Fresenius Medical Care Renal Pharma France

100–101 Terrasse Boieldieu

Tour Franklin La Défense 8

92042 Paris La Défense Cedex

Franza

12. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

13. NUMRU TAL-LOTT

LOTT

14. KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

15. ISTRUZZJONIJIET DWAR L­UŻU

16. INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT TA’ BARRA

KARTUNA TA’ BARRA – Veltassa 16.8 g

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Veltassa 16.8 g trab għal suspensjoni orali patiromer

2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull qartas fih 16.8 g ta’ patiromer (bħala patiromer sorbitex calcium)

EU/1/17/1179/004

30 qartas

EU/1/17/1179/005

60 qartas

EU/1/17/1179/006

90 qartas

13. NUMRU TAL-LOTT

LOTT

14. KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

15. ISTRUZZJONIJIET DWAR L­UŻU

16. INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

VELTASSA 16.8 G

17. IDENTIFIKATUR UNIKU – BARCODE 2D

barcode 2D li jkollu l­identifikatur uniku inkluż.

18. IDENTIFIKATUR UNIKU – DATA LI TINQARA MILL-BNIEDEM

PC:

SN:

NN:

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT LI JMISS MAL-PRODOTT

QARTAS ta’ Veltassa 16.8 g

KARTUNA TA’ BARRA – Veltassa 25.2 g

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Veltassa 25.2 g trab għal suspensjoni orali patiromer

2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull qartas fih 25.2 g ta’ patiromer (bħala patiromer sorbitex calcium)

EU/1/17/1179/007

30 qartas

EU/1/17/1179/008

60 qartas

EU/1/17/1179/009

90 qartas

13. NUMRU TAL-LOTT

LOTT

14. KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

15. ISTRUZZJONIJIET DWAR L­UŻU

16. INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

VELTASSA 25.2 G

17. IDENTIFIKATUR UNIKU – BARCODE 2D

barcode 2D li jkollu l­identifikatur uniku inkluż.

18. IDENTIFIKATUR UNIKU – DATA LI TINQARA MILL-BNIEDEM

PC:

SN:

NN:

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT LI JMISS MAL-PRODOTT

QARTAS ta’ Veltassa 25.2 g

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Veltassa 25.2 g trab għal suspensjoni orali patiromer

2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull qartas fih 25.2 g ta’ patiromer (bħala patiromer sorbitex calcium)

3. LISTA TA’ EĊĊIPJENTI

4. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA U KONTENUT

trab għal suspensjoni orali

5. MOD TA’ KIF U MNEJN JINGĦATA

Għal użu orali.

Uża fi żmien siegħa wara l­preparazzjoni tas-suspensjoni.

Aqra l­fuljett ta’ tagħrif qabel l­użu.

6. TWISSIJA SPEĊJALI LI L­PRODOTT MEDIĊINALI GĦANDU JINŻAMM FEJN MA JIDHIRX U MA JINTLAĦAQX MIT-TFAL

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

7. TWISSIJA(IET) SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠA

8. DATA TA’ SKADENZA

JIS

9. KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TA’ KIF JINĦAŻEN

Aħżen fi friġġ. Jista’ jinħażen f’temperatura taħt 25°C għal sa 6 xhur.

10. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦAR-RIMI TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI MHUX UŻATI JEW SKART MINN DAWN IL-PRODOTTI MEDIĊINALI, JEKK HEMM BŻONN

11. ISEM U INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Vifor Fresenius Medical Care Renal Pharma France

100–101 Terrasse Boieldieu

Tour Franklin La Défense 8

92042 Paris La Défense Cedex

Franza

12. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

13. NUMRU TAL-LOTT

LOTT

14. KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

15. ISTRUZZJONIJIET DWAR L­UŻU

16. INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

B. FULJETT TA’ TAGHRIF

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Veltassa 8.4 g trab għal suspensjoni orali Veltassa 16.8 g trab għal suspensjoni orali Veltassa 25.2 g trab għal suspensjoni orali patiromer (bħala patiromer sorbitex calcium)

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t­tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l­istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Veltassa u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Veltassa

3.Kif għandek tieħu Veltassa

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Veltassa

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Veltassa u għalxiex jintuża

Veltassa hi mediċina li fiha s­sustanza attiva patiromer.

Veltassa jintuża għall-kura ta’ adulti b’livelli għoljin ta’ potassium fid-demm tagħhom.

Potassium żejjed fid-demm jista’ jaffettwa kif in-nervaturi jikkontrollaw il-muskoli tiegħek. Dan jista’ jwassal għal dgħufija jew anki paralisi. Livelli għoljn ta’ potassium jistgħu wkoll jirriżultaw f’taħbit ta’ qalb mhux normali li jista’ jikkawża effetti serji fuq ir-ritmu tal-qalb tiegħek.

Veltassa jaħdem billi jeħel mal-potassium fl-imsaren tiegħek. Dan ma jħallix il-potassium jidħol fiċ- ċirkolazzjoni tad-demm u jbaxxi l­livelli tal-potassium fid-demm tiegħek lura għal livell normali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Veltassa

Tiħux Veltassa

jekk inti allerġiku għal patiromer jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Veltassa jekk għandek:

problemi biex tibla’

problemi severi fl-istonku jew fl-imsaren

kellek operazzjoni maġġuri fl-istonku jew fl-imsaren tiegħek

Livel baxx ta’ magnesium fid-demm jista’ jseħħ meta tkun qed tieħu Veltassa. It-tabib tiegħek se jiċċekkja l­livell tal-magnesium matul il-kura b’Veltassa għal mill-inqas xahar u jista’ jagħtik riċetta għal suppliment tal-magnesium jekk ikun hemm bżonn.

Veltassa fih is-sorbitol. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali. Il-kontenut ta’ sorbitol hu bejn wieħed u ieħor 4 g (10.4 kcal) għal kull 8.4 g ta’ patiromer.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix Veltassa lil tfal taħt it-18­il sena, għax din il-mediċina ma ġietx studjata f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Veltassa

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l­aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Veltassa jista’ jaffettwa ċerti mediċini jekk dawn jittieħdu mill-ħalq u fl-istess ħin, bħal ma huma:

ciprofloxacin: mediċina għall-kura ta’ infezzjonijiet batterjali

levothyroxine: mediċina għall-kura ta’ defiċjenza ta’ ormoni tat-tirojde

metformin: mediċina għall-kura tad-dijabete

quinidine: mediċina għall-kura ta’ ritmu irregolari tal-qalb.

Ħu l­mediċini kollha li jittieħdu mill-ħalq mill-inqas 3 sigħat qabel jew wara li tieħu Veltassa, ħlief jekk it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jagħtuk parir differenti. Staqsi lit-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Uża biss Veltassa matul it-tqala u t-treddigħ, jekk it-tabib tiegħek jikkunsidra li dan hu meħtieġ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Veltassa m’għandu l­ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu Veltassa

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l­ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija:

doża tal-bidu: 8.4 g ta’ patiromer (il-kontenut ta’ qartas wieħed ta’ 8.4 g) darba kuljum

doża massima: 25.2 g ta’ patiromer (il-kontenut ta’ qartas wieħed ta’ 25.2 g) darba kuljum

It-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d­doża skont il-livell tal-potassium fid-demm tiegħek.

Ħu Veltassa mill-inqas 3 sigħat qabel jew wara mediċini oħrajn li jittieħdu mill-ħalq ħlief jekk it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jagħtuk parir differenti.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Ħallat Veltassa mal-ilma u ħawwad sakemm ikun tħallat kompletament, kif ġej:

Ipprepara madwar 40 ml (3 mgħaref) ta’ ilma f’tazza.

Żid in-numru meħtieġ ta’ qratas ta’ Veltassa u ħawwad.

Żid madwar 40 ml (3 mgħaref) addizzjonali ta’ ilma u ħawwad tajjeb. It-trab mhux se jinħall iżda jifforma suspensjoni.

Tista’ żżid aktar ilma mat-taħlita biex tgħinek tibla’ l-mediċina.

Ixrob it-taħlita fi żmien siegħa wara l-preparazzjoni. Jekk jibqa’ xi trab fit-tazza wara li tixrob it- taħlita, żid aktar ilma, ħawwad u ixrob immedjatament. Jista’ jkollok tagħmel dan mill-ġdid biex taċċerta ruħek li tkun ħadt it-trab kollu.

Tista’ tuża meraq tat-tuffieħ jew meraq tal-cranberry minflok l­ilma. Likwidi oħrajn ma jistgħux jintużaw għax jista’ jkun fihom ammonti għoljin ta’ potassium. Għandek tixrob biss ammonti moderati (inqas minn 400 mL kuljum) ta’ meraq tal-cranberry għax jista’ jaffettwa mediċini oħrajn.

Ħu s­suspensjoni ppreparata ta’ Veltassa mal-ikel, preferibbilment fl-istess ħin kuljum. Qatt m’għandek issaħħan Veltassa jew iżżidha ma’ ikel jew likwidi msaħħna.

Tiħux Veltassa bħala trab xott.

Jekk tieħu aktar Veltassa milli suppost

Ieqaf ħu Veltassa u kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tieħu Veltassa

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malajr kemm jista’ jkun fl-istess jum. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk tinsa tieħu aktar minn doża waħda, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Veltassa

Tiqafx tieħu l­mediċina mingħajr l­approvazzjoni tat-tabib tiegħek, għax il-livell tal-potassium fid- demm tiegħek jista’ jiżdied.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L­effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati:

Komuni, jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni:

stitikezza

dijarea

uġigħ ta’ żaqq

gass

livell baxx ta’ magnesium li ġie osservat fit-testijiet

Mhux komuni, jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna:

dardir

rimettar

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l­effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Veltassa

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d­data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żommu fi friġġ waqt il-ħażna u l-ġarr (2°C – 8°C).

Ġaladarba tkun irċivejt Veltassa, il-mediċina tista’ tinħażen taħt 25°C għal sa 6 xhur.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Veltassa

Is-sustanza attiva hi patiromer (bħala patiromer sorbitex calcium).

Veltassa 8.4 g ta’ trab għal suspensjoni orali: kull qartas ta’ 8.4 g fih 8.4 g ta’ patiromer.

Veltassa 16.8 g ta’ trab għal suspensjoni orali: kull qartas ta’ 16.8 g fih 16.8 g ta’ patiromer.

Veltassa 25.2 g ta’ trab għal suspensjoni orali: kull qartas ta’ 25.2 g fih 25.2 g ta’ patiromer.

Is-sustanza mhux attiva l­oħra hi xanthan gum.

Kif jidher Veltassa u l­kontenut tal-pakkett

It-trab għal suspensjoni orali hu ta’ lewn abjad jagħti fil-griż sa kannella ċar, b’xi frak abjad okkażjonali.

Veltassa hu disponibbli f’pakketti li jkun fihom 30, 60 jew 90 qartas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Vifor Fresenius Medical Care Renal Pharma France

100–101 Terrasse Boieldieu

Tour Franklin La Défense 8

92042 Paris La Défense Cedex

Franza

Manifattur

Vifor France

100–101 Terrasse Boieldieu

Tour Franklin La Défense 8

92042 Paris La Défense Cedex

Franza

OM Pharma S.A.

R. da Indústria, 2

Quinta Grande

Amadora, 2610­088

Il-Portugall

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Detentur ta’ l­Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

Dan il-fuljett kien rivedut l­aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati