Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Viagra (sildenafil) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaViagra
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturPfizer Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

VIAGRA 25 mg pilloli miksija b’rita

VIAGRA 50 mg pilloli miksija b’rita

VIAGRA 100 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 25, 50 jew 100 mg ta’ sildenafil.

Eċċipjent b’effett magħruf

VIAGRA 25 mg pilloli

Kull pillola fiha 0.834 mg ta’ lactose (bħala monohydrate).

VIAGRA 50 mg pilloli

Kull pillola fiha 1.667 mg ta’ lactose (bħala monohydrate).

VIAGRA 100 mg pilloli

Kull pillola fiha 3.334 mg ta’ lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

VIAGRA 25 mg pilloli

Pilloli blu, ittundjati forma ta’ djamant, immarkati “PFIZER” fuq naħa waħda u “VGR 25” fuq l-oħra.

VIAGRA 50 mg pilloli

Pilloli blu, ittundjati forma tadjamant, immarkati PFIZERfuq naħa waħda u VGR 50fuq l-oħra.

VIAGRA 100 mg pilloli

Pilloli blu, ittundjati forma tadjamant, immarkati PFIZERfuq naħa waħda u VGR 100fuq l- oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

VIAGRA hu indikat f’irġiel adulti bi problema ta’ l-erezzjoni tal-pene. Dan jirreferi għal diffikultà biex wieħed jilħaq jew iżomm erezzjoni għal tul ta’ żmien biżżejjed biex l-att sesswali iseħħ b’mod sodisfaċenti.

Biex VIAGRA ikun effettiv, jkun hemm bżonn ta’ stimulazzjoni sesswali.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Użu fl-adulti

Id-doża rrakkomandata hija 50 mg meħuda kif meħtieġ bejn wieħed u ieħor siegħa qabel attività sesswali. Bażata fuq effiċjenza u tollerabilità, id-doża tista’ tiżdied għal 100 mg jew titnaqqas għal 25 mg. Id-doża massima rrakkomandata hija 100 mg. Il-frekwenza tad-dożaġġ massimu rrakkomandat huwa ta’ darba kuljum. Jekk VIAGRA tittieħed ma’ l-ikel, jista’ jdum aktar biex jibda jaħdem meta mqabbel ma’ meta jittieħed fuq stonku vojt (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

M’hemm ebda ħtieġa għal arranġament fid-doża għal pazjenti anzjani (ta’ ≥ 65 sena).

Indeboliment tal-kliewi

Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dożaġġi mfissra f’ “Użu fl-adulti” japplikaw għal pazjenti b’indeboliment ħafif għal moderat tal-kliewi (tneħħija tal-creatinine = 30-80ml/min).

Minħabba li t-tneħħija ta’ sildenafil titnaqqas f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija ta’ creatinine <30ml /min) doża ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata. Bażata fuq l-effiċjenza u t- tollerabilità, d-doża tista’ tiżdied f’inkrementi għal 50 mg sa 100 mg skont il-ħtieġa.

Indeboliment tal-fwied

Minħabba li t-tneħħija ta’ sildenafil f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (eż.ċirrożi) titnaqqas, doża ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata. Bażata fuq effiċjenza u tollerabilità, id-doża tista’ tiżdied f’inkrementi għal 50 mg sa 100 mg skont il-ħtieġa.

Popolazzjoni pedjatrika

VIAGRA mhix indikata għal individwi taħt l-età ta’ 18 sena.

Użu f’pazjenti li jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali oħra

Bl-eċċezzjoni ta’ ritonavir li miegħu ma jaqbilx li jingħata sildenafil (ara sezzjoni 4.4) doża tal-bidu ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata f’pazjenti li fl-istess ħin ikunu fuq kura ta’ inibituri ta’ CYP3A4 (ara sezzjoni 4.5).

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żvilupp ta’ pressjoni baxxa posturali f’pazjenti li jkunu qed jirċievu kura b’alpha-blockers, il-pazjenti għandhom jiġu stabilizzati fuq kura b’alfa blockers qabel ma jinbeda trattament b’sildenafil. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li tinbeda kura b’sildenafil b’doża ta’ 25mg (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu orali.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

Konsistenti ma’ l-effetti magħrufa tiegħu fuq il-medda ta’ nitric oxide / cyclic guanosine monophosphate (cGMP) (ara sezzjoni 5.1), sildenafil intwera li jsaħħaħ l-effetti ipotensivi tan-nitrati, u l-ko-amministrazzjoni tiegħu ma’ donaturi ta’ nitric oxide (bħal amyl nitrite) jew nitrati f’xi forma oħra hija għalhekk kontra-indikata.

It-teħid flimkien ta’ inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil, ma’ stimulaturi ta’ guanylate cyclase, bħal riociguat, huwa kontraindikat għax hemm il-possibbiltà li dan iwassal għal ipotensjoni sintomatika (ara sezzjoni 4.5).

Sustanzi għal kura ta’ problemi ta’ l-erezzjoni, fosthom sildenafil, m’għandhomx jintużaw f’irġiel li għalihom l-attività sesswali mhix irrakkomandata (eż. pazjenti bi problemi severi kardjovaskulari bħal anġina mhux stabbli jew insuffiċjenza kardijaka gravi).

VIAGRA huwa kontra-indikat f’dawk il-pazjenti li tilfu l-vista f’għajn waħda minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arterika ta’ l-għajn (NAION), kemm jekk dan l-episodju ġara wara espożizzjoni għal inibitur ta’ PDE5 kif ukoll jekk le (ara sezzjoni 4.4).

Is-sigurtà ta’ sildenafil ma ġietx studjata f’dawn is-sottogruppi ta’ pazjenti li ġejjin, u għalhekk l-użu tiegħu huwa kontra-indikat: indeboliment sever tal-fwied, pressjoni baxxa (pressjoni tad-demm <90/50 mmHg), puplesija jew attakk tal-qalb reċenti u mard magħruf ereditarju ta’ deġenerazzjoni tar-retina bħal retinitis pigmentosa (minoranza ta’ dawn il-pazjenti għandhom mard ġenetiku ta’ phosphodiesterases retinali).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Għandu jitqies il-passat mediku tal-pazjent u jsir eżami fiżiku, biex issir dijanjożi tal-problema ta’ l- erezzjoni u jiġu determinati raġunijiet oħra li jista’ jkun hemm, qabel ma tinbeda kura farmakoloġika.

Fatturi ta’ riskju kardjovaskulari

Qabel ma tibda xi kura għal problema ta’ l-erezzjoni, t-tabib għandu jikkunsidra l-istat kardjuvaskulari tal-pazjent, minħabba li hemm grad ta’ riskju għal qalb assoċjat ma’ attività sesswali. Sildenafil għandu effetti vażodilatatorji, li jirriżultaw fi tnaqqis ħafif u temporanju tal-pressjoni tad-demm (ara sezzjoni 5.1). Qabel ma jikteb riċetta għal sildenafil, it-tabib għandu jikkunsidra bir-reqqa jekk pazjent li jkollu kundizzjonijiet oħra hux ser jiġi affettwat ħażin minn dawn l-effetti ta’ vażodilatazzjoni, speċjalment waqt l-attività sesswali. Pazjenti li jistgħu jintlaqtu ħażin bl-użu ta’ sustanzi vażodilatatorji jinkludu dawk li jsofru minn ostakolu tal-ħrug tad-demm mill-ventriklu tax-xellug (eż. stenożi ta’ l-aorta, hypertrophic obstructive cardiomyopathy), jew dawk bis-sindromu rari ta’ atrofija ta’ sistemi diversi li jidher li jkollu effetti qawwija fuq il-kontroll awtonomu tal-pressjoni tad-demm.

VIAGRA issaħħaħ l-effett ipotensiv tan-nitrati (ara sezzjoni 4.3).

Wara li tqiegħedet fuq is-suq, ġew irrappurtati każi kardjuvaskulari serji marbuta ma’ l-użu fl-istess waqt ta’ VIAGRA, fosthom infart mijokardijaku, anġina instabbli, mewt zoptu b’attakk tal-qalb, arritmja ventrikulari, emorraġija ċerebrovaskulari, attakk iskemiku transitorju, pressjoni għolja u pressjoni baxxa. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, iżda mhux kollha, kellhom fatturi ta’ riskju kardjuvaskulari minn qabel. Ħafna każi ġew irrappurtati li ġraw matul jew ftit wara attivita` sesswali u ftit ġew irrappurtati li ġraw wara l-użu ta’ VIAGRA mingħajr attività sesswali. Mhux possibbli jiġi determinat jekk dawn il-każi humiex relatati direttament ma’ dawn il-fatturi jew ma’ fatturi oħra.

Prijapiżmu

Sustanzi għal kura ta’ problema ta’ l-erezzjoni fosthom sildenafil, għandhom jintużaw b’kawtela f’pazjenti b’deformazzjoni anatomika tal-pene (bħal angulazzjoni, fibrosi fil-korpus kavernożum jew il-marda ta' Peyronie), jew f’pazjenti li għandhom kundizzjonijiet li jagħmluhom predisposti għal prijapiżmu (bħal anemija tas-sickle cell, majeloma multipla jew lewkimja).

Erezzjonijiet fit-tul u prijapiżmu ġew irrappurtati b’sildenafil f’esperjenzja ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Fil-każ ta’ erezzjoni li tippersisti għal iktar minn 4 sigħat, il-pazjent għandu jfittex għajnuna medika immedjatament. Jekk il-prijapiżmu ma jiġix ikkurat immedjatament, tista’ tirriżulta ħsara fit-tessut tal- pene u telf permanenti fil-potenza.

L-użu fl-istess ħin ma’ inibituri oħrajn ta’ PDE5 jew kuri oħrajn għal disfunzjoni erettili

Is-sigurtà u effiċjenza tal-użu ta’ sildenafil ma’ inibituri oħrajn ta’ PDE5, jew ma’ kuri oħrajn għal pressjoni għolja tal-arterja pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil (REVATIO), jew kuri oħra għal problemi ta’ l-erezzjoni ma ġewx studjati. Għalhekk l-użu ta’ dan it-taħlit, mhux irrakkomandat.

Effetti fuq il-vista

Każijiet ta’ difetti fil-vista relatati ma’ l-amministrazzjoni ta’ sildenafil u inibituri ta’ PDE5 oħrajn ġew irrapportati b'mod spontanju (ara sezzjoni 4.8). Każijiet ta’ newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika ta’ l-għajn, kundizzjoni rari, relatati mal-amministrazzjoni ta’ sildenafil u inibituri ta’ PDE5 oħrajn ġew irrapportati b'mod spontanju fi studju ta’ osservazzjoni (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti għandhom jkunu avżati li fl-eventwalità li f’daqqa waħda jiżviluppaw kwalunkwe difett fil-vista, dawn għandhom iwaqqfu l-VIAGRA u jkellmu tabib immedjatament (ara sezzjoni 4.3).

L-użu fl-istess ħin ma’ ritonavir

Il-ko-amministrazzjoni ta’ sildenafil ma’ ritonavir mhix irrakkomandata (ara sezzjoni 4.5).

L-użu fl-istess ħin ma’ alpha-blockers

Sildenafil għandu jintuża b’kawtela minn dawk li qed jużaw alpha-blockers għax ko-amministrazzjoni tista’ twassal għal pressjoni baxxa sintomatika f’xi pazjenti (ara sezzjoni 4.5). Huwa probabbli li dan iseħħ fi żmien 4 sigħat wara li tittieħed id-doża ta’ sildenafil. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ pressjoni baxxa posturali, pazjenti għandhom ikunu emodinamikament stabbli fuq kura ta’ alpha blockers qabel F2008ma jinbeda t-trattament b’sildenafil. Għandu jiġi kkunsidrat li tinbeda kura b’sildenafil b’doża ta’ 25mg (ara sezzjoni 4.2). Barra minn hekk, it-tobba għandhom jgħarrfu lill-pazjenti tagħhom fuq il- passi li jridu jieħdu fkaż li jkollhom sintomi tapressjoni baxxa posturali.

L-effett fuq il-ħruġ tad-demm

Studji bi plejtlets umani jindikaw li sildenafil isaħħaħ l-effett kontra l-aggregazzjoni ta’ sodium nitroprusside in vitro. M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ l-amminstrazzjoni ta’ sildenafil f’pazjenti b’mard ta’ fsada (tnixxija tad-demm) jew ulċera attiva fl-istonku. Għalhekk sildenafil għandu jingħata biss lil dawn il-pazjenti wara eżami bir-reqqa tal-benefiċċji u r-riskji.

Il-kisja b’rita tal-pillola fiha lactose. VIAGRA m’għandhiex tingħata lill-irġiel li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għall-galactose, defiċjenza ta’ lactase tip Lapp jew li għandhom problemi fl- assorbiment ta’ glucose-galactose.

Nisa

VIAGRA mhix indikata għal użu fin-nisa.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq sildenafil

Studji in vitro

Il-metaboliżmu ta’ sildenafil iseħħ l-aktar permezz ta’ l-iżoformi ta’ ċitokromju P450 (CYP) 3A4 (rotta ewlenija ) u 2C9 (rotta minuri). Għalhekk, l-inibituri ta’ dawn l-iżo-enzimi jistgħu jnaqqsu it- tneħħija ta’ sildenafil u l-indutturi ta’ dawn l-iżo-enzimi jistgħu jżidu t-tneħħija ta’ sildenafil.

Studji in vivo

Analiżi farmakokinetika ta’ tagħrif minn provi kliniċi fuq grupp ta’ pazjenti tindika tnaqqis fit-tneħħija ta’ sildenafil meta ko-amministrat ma’ inibituri ta’ CYP3A4 (bħal ketoconazole, erythromycin, cimetidine). Għalkemm ma ġietx osservata żieda fl-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi f’dawn il-

pazjenti, doża tal-bidu ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata meta sildenafil jiġi amministrat fl-istess ħin ma’ inibituri ta’ CYP3A4.

Ko-amministrazzjoni ta’ l-inibitur ta’ HIV protease ritonavir, li huwa inibitur potenti ħafna tal-P450, fi stat stabbli (500 mg darbtejn kuljum) ma’ sildenafil (100 mg doża waħda) irriżultat f’żieda ta’ 300% (4 darbiet) fis-Cmax ta’ sildenafil u żieda ta’ 1000% (11-il darba) fl-AUC tal-plażma ta’ sildenafil. F’24 siegħa, l-livelli tal-plażma ta’ sildenafil kienu għadhom bejn wieħed u ieħor 200ng/ml, imqabblin ma’ bejn wieħed u ieħor 5ng/ml meta sildenafil ingħata waħdu. Dan huwa konsistenti ma’ l-effetti sinifikanti ta’ ritonavir fuq varjeta wiesgħa ta’ sustrati ta’ P450. Sildenafil ma kellux effett fuq il- farmakokinetika ta’ ritonavir. Bażata fuq dawn ir-riżultati farmakokinetiċi il-ko-amministrazzjoni ta’ sildenafil ma’ ritonavir mhix irrakkomandata (ara sezzjoni 4.4) u f’kull eventwalità l-ogħla doża ta’ sildenafil taħt l-ebda ċirkustanza ma għandha tkun iżjed minn 25 mg tul 48 siegħa.

Ko-amministrazzjoni ta’ l-inibitur ta’ HIV protease saquinavir, inibitur ta’ CYP3A4, fi stat stabbli (1200 mg tlett darbiet kuljum) ma’ sildenafil (100 mg doża waħda) irriżultat f’żieda ta’ 140% fis-Cmax ta’ sildenafil u żieda ta’ 210% fl-AUC ta’ sildenafil. Sildenafil ma kellux effett fuq il-farmakokinetika ta’ saquinavir (ara sezzjoni 4.2). Inibituri ta’ CYP3A4 aktar b’saħħithom bħal ketoconazole u itraconazole ikunu mistennija li jkollhom effetti akbar.

Meta doża waħda ta’ 100 mg sildenafil ġiet amministrata ma’ erythromycin, inibitur moderat ta’ CYP3A4, fi stat stabbli (500 mg darbtejn kuljum għal ħamest ijiem), kien hemm żieda ta’ 182% fl-- espożizzjoni sistemika (AUC) ta’ sildenafil. F’voluntiera normali rġiel b’saħħithom, ma kienx hemm evidenza ta’ xi effett ta’ azithromycin (500 mg kuljum għal tlitt ijiem) fuq ir-rata ta’ l-eliminazzjoni

fissa ta’ l-AUC, Cmax u tmax, jew il-half life ta’ wara ta’ sildenafil jew il-metabolu prinċipali tiegħu fiċ- ċirkolazzjoni. Cimetidine (800 mg), inibitur ta’ ċitokromju P450 u inibitur ta’ CYP3A4 mhux

speċifiku, wassal għal żieda ta’ 56% fil-konċentrazzjonijiet tal-plażma ta’ sildenafil meta ngħata flimkien ma’ sildenafil (50 mg) lil voluntiera b’saħħithom.

Il-meraq tal-grapefruit huwa inibitur dgħajjef tal-metaboliżmu ta’ CYP3A4 li jseħħ fis-superfiċje ta’ ġewwa tal-musrana u jista’ jwassal għal żidiet żgħar fil-livelli tal-plażma ta’ sildenafil.

Doża waħda ta’ mediċina kontra l-aċidu fl-istonku (magnesium hydroxide/ aluminium hydroxide) ma effettwatx il-biodisponibilità ta’ sildenafil.

Għalkemm ma sarux studji speċifiċi ta’ interazzjoni għal prodotti mediċinali kollha, analiżi tal- farmakokinetika tal-popolazzjoni ma juru l-ebda effett ta’ kura konkomitanti fuq il-farmakokinetika ta’ sildenafil meta miġbura fi gruppi bħala inibituri ta’ CYP2C9 (bħal tolbutamide, warfarin, phenytoin), inibituri ta’ CYP2D6 (bħal selective serotonin reuptake inhibitors, tricyclic antidepressants), thiazide u dijuretiċi relatati, dijuretiċi loop u potassium-sparing, inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti l-angiotensin, channel blockers tal-kalċju, antagonisti beta-adrenoreceptor jew inducers tal-metaboliżu CYP450 ( bħal rifampicin, barbiturate). Fi studju ta’ voluntiera rġiel b’saħħithom, amministrazzjoni ta’ antagonist tal-endothelin, bosetan, (induttur ta’ CYP3A4 [moderat], CYP2C9 u possibilment ta’ CYP2C19) fi stat fiss (125 mg darbtejn kuljum) flimkien ma’ sildenafil fi stat fiss (80 mg tlett darbiet kuljum) irriżulta fi tnaqqis ta’ 62.6% u 55.4% fl-AUC u Cmax ta’ sildenafil rispettivament. Għalhekk, huwa mistenni li amministrazzjoni konkomitanti ta’ indutturi b’saħħithom ta’ CYP3A4, bħal rifampicin, tista’ twassal għal tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ sildenafil fil- plażma.

Nicorandil huwa ibridu ta’ attivatur tal-potassium channels u nitrate. Minħabba il-komponent ta’ nitrate, hemm il-potenzjal li jirriżulta f’interazzjoni serja ma’ sildenafil.

Effetti ta’ sildenafil fuq prodotti mediċinali oħra

Studji in vitro

Sildenafil huwa inibitur dgħajjef ta’ ċitokromju P450 iżoformi 1A2, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 3A4 ( 1C50 > 150 µM). Bl-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ plażma ta’ sildenafil ta’ bejn wieħed u ieħor 1µM wara dożi rakkomandati, mhux probabbli li VIAGRA tbiddel it-tneħħija tas-sustrati ta’ dawn l-iżo- enżimi.

M’hemmx informazzjoni dwar l-interazzjoni bejn sildenafil u inibituri ta’ phosphodiesterase mhux speċifiċi bħal theophylline jew dipyridamole.

Studji in vivo

B’mod konformi ma’ l-effetti magħrufin ta’ sildenafil fuq in-nitric oxide/cGMP pathway (ara sezzjoni 5.1), intwera li sildenafil iżid l-effett tan-nitrati li jnaqqsu l-pressjoni, u għaldaqstant il-ko- amministrazzjoni ta’ sildenafil u donaturi ta’ nitric oxide jew nitrati hija kontraindikata (ara sezzjoni 4.3).

Riociguat

Studji qabel l-użu kliniku wrew żieda fl-effett li titbaxxa l-pressjoni sistemika tad-demm meta inibituri ta’ PDE5 intużaw flimkien ma’ riociguat. Fi studji kliniċi, ġie muri li riociguat jżid l- effetti ipotensivi tal-inibituri ta’ PDE5. Fil-popolazzjoni taħt studju ma kien hemm ebda evidenza li dan it-teħid flimkien kellu xi effett kliniku favorevoli. It-teħid fl-istess ħin ta’ riociguat ma’ inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil, huwa kontraindikat (ara sezzjoni 4.3).

Amministrazzjoni ta’ sildenafil lil pazjenti taħt il-kura b’alpha blockers tista’ tirriżulta fi pressjoni baxxa sintomatika fi ftit individwi suxxettibbli. Dan jista’ jseħħ l-aktar sa 4 sigħat wara li tittieħed id- doża ta’ sildenafil (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). Fi tliet studji speċifiċi għal interazzjoni bejn żewġ prodotti mediċinali, alpha blocker doxazocin (4mg u 8mg) u sildenafil (25mg, 50mg u 100mg) ġew amministrati fl-istess ħin lil pazjenti bi tkabbir beninju tal-prostata (BPH), stabilizzati fuq kura b’ doxazocin. F’dawn il-popolazjonijiet ta’ l-istudji, kien osservat tnaqqis addizzjonali medju tal- pressjoni meta kienu mimdudin ta’ 7/7mmHg, 9/5mmHg u 8/4mmHg rispettivament u meta bil-wieqfa tnaqqis addizzjonali medju ta’ 6/6mmHg, 11/4mmHg u 4/5nnHg. Meta sildenafil u doxazocine ingħataw fl-istess ħin lil pazjenti stabilizzati fuq kura ta’ doxazocin kien hemm rapporti mhux spissi ta’ pazjenti li kellhom pressjoni baxxa posturali sintomatika. Fost dawn ir-rapporti kien hemm sturdament qawwi u sturdament ħafif imma mhux sinkope.

Ma kienx hemm interazzjonijiet sinifikanti meta sildenafil (50 mg) kien ko-amministrat ma’ tolbutamide (250 mg) jew warfarin (40 mg), li t-tnejn li huma jiġu mmetabolizzati minn CYP2C9.

Sildenafil (50 mg) ma saħħaħx iż-żieda fil-ħin tal-fsada kkaġunat mill-aċidu acetyl salicyclic (150 mg).

Sildenafil (50 mg) ma saħħaħx l-effetti ipotensivi ta’ l-alkoħol f’voluntiera b’saħħithom b’medja ta’ l- ogħla livelli ta’ alkoħol fid-demm ta’ 80 mg/dl.

Ġabra ta’ dawn il-każi li ġejjin ta’ medikazzjoni ta’ kontra l-pressjoni għolja: dijuretiċi, beta-blokers, inibituri ta’ ACE, antagonisti ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja (vażodilataturi u li jaħdmu fuq is-sistema ċentrali), adrenergic neurone blockers, channel blockers tal- kalċju u blokers alpha-adrenoceptor, ma wrew ebda differenza fil-profil ta’ effetti f’pazjenti li ħadu sildenafil mqabblin ma’ kura bil-plaċebo. Fi studju speċifiku ta’ interazzjoni, fejn sildenafil (100 mg) kien ko-amministrat ma’ amlodipine f’pazjenti bi pressjoni għolja, kien hemm aktar tnaqqis ta’ 8 mmHg fil-pressjoni sistolika tad-demm f’pożizzjoni mimduda. It-tnaqqis korrispondenti fil-pressjoni dijastolika tad-demm f’pożizzjoni mimduda kien ta’ 7 mmHg. Dan it-tnaqqis ulterjuri fil-pressjoni tad- demm kien jixbah lil dak li seħħ meta sildenafil ġie amministrat waħdu lil voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 5.1).

Sildenafil (100 mg) ma affettwax il-farmakokinetika fi stat stabbli ta’ l-inibituri ta’ HIV protease, saquinavir u ritonavir, it-tnejn li huma sustrati CYP3A4.

F’voluntiera rġiel b’saħħithom, sildenafil fi stat fiss (80mg t.i.d.) irriżulta f’żieda ta’ 49.8% fl-AUC ta’ bosentan u żieda ta’ 42% fis-Cmax ta’ bosentan (125mg b.i.d.).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

VIAGRA mhux indikat għal użu minn nisa.

M’hemm l-ebda studji adegwati u kkontrollati tajjeb fuq nisa tqal u li jkunu qed ireddgħu.

Ma nstabux effetti avversi fi studji riproduttivi f’firien u fniek wara amministrazzjoni orali ta’ sildenafil.

Ma kien hemm l-ebda effett fuq il-motilità jew il-morfoloġija tal-isperma wara dożi orali singoli ta’ 100 mg ta’ sildenafil f’voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 5.1).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effett ta’ sildenafil fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

Minħabba li ġew irrappurtati sturdament u viżjoni mibdula fi provi kliniċi b’sildenafil, il-pazjenti għandhom ikunu konxji ta’ kif jirreaġġixxu għal VIAGRA, qabel ma jsuqu jew iħaddmu xi magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurta’ ta’ VIAGRA hija bbażata fuq 9,570 pazjent f’74 studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo double-blind. L-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrappurtati minn fost il-pazjenti li użaw sildenafil fl- istudji kliniċi kienu uġigħ ta’ ras, fwawar, dispepsja, sadda tal-imnifsejn, sturdament, dardir, fwawar tal-menopawsa , disturb viziv, ċjanopsija u vista mċajpra.

Reazzjonijiet avversi ġew miġbura waqt is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid tal-prodott fis-suq, fuq medda ta’ > 10 snin. Minħabba li mhux ir-reazzjonijiet avversi kollha huma rrappurtati lid-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq, u mniżżla fil-ġabra kumulattiva tad-dejta, il-frekwenzi ta’ dawn ir-reazzjonijiet ma jistgħux ikunu magħrufa fiċ-ċert.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Fit-tabella ta’ hawn taħt, ir-reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika, li seħħew fl-istudji kliniċi b’inċidenza iktar minn bil-plaċebo, huma mniżżla skont il-klassi ta’ l-organi u l-frekwenzi (komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000). F’kull ġabra ta’ frekwenzi, l-effetti mhux mixtieqa l-aktar serji huma mniżżla qabel dawk anqas serji.

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika b’inċidenza ta’ rapporti akbar minn plaċebo fi studji kliniċi kkontrollati, u reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika rrappurtati minn sorveljanza ta’ wara t-tqegħid tal-prodott fis-suq

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari ( 1/10,000 u

Klassifika

ħafna

( 1/100 u

( 1/1,000 u <1/100)

<1/1,000)

tal-Organi

( 1/10)

<1/10)

 

 

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet

 

 

Rinite

 

u

 

 

 

 

infestazzjonij

 

 

 

 

iet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Sensittività eċċessiva

 

sistema

 

 

 

 

immuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari ( 1/10,000 u

Klassifika

ħafna

( 1/100 u

( 1/1,000 u <1/100)

<1/1,000)

tal-Organi

( 1/10)

<1/10)

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

Uġigħ

Sturdament

Ngħas tqil, Ipostesja

Aċċident ċerebrovaskulari,

sistema

ta’ ras

 

 

Attakk iskemiku

nervuża

 

 

 

temporanju, Attakk ta’

 

 

 

 

puplesija,* Attakki ripetuti

 

 

 

 

ta’ puplesija,* Sinkope

 

 

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

Disturbi fid-dmugħ

Newropatija anterjuri

għajnejn

 

 

***

iskimika, mhux tal-arterja

 

Kuluri li

 

 

 

Uġigħ fl-għajnejn,

tal-għajn (NAION)*,

 

 

jidhru

Fotofobija, Fotopsja,

Sadda fis-sistema vaskulari

 

 

viżwalment

Iperemija okulari,

ġewwa r-retina*,

 

 

differenti**

tara d-dawl qawwi,

Emorraġija retinali,

 

 

Disturbi fil-

Konġunktivite,

Retinopatija

 

 

vista, Vista

 

arterjosklerotika, Disturb

 

 

mċajpra,

 

retinali, Glawkoma,

 

 

 

 

Difett fil-kamp viżiv,

 

 

 

 

Diplopja,

 

 

 

 

Preċiżjoni viżiva mnaqqsa,

 

 

 

 

Mijopija,

 

 

 

 

Astenopja, Frak f’wiċċ il-

 

 

 

 

likwidu vitruż,

 

 

 

 

Disturb fil-ħabba tal-

 

 

 

 

għajn,

 

 

 

 

Mijadrijażi,

 

 

 

 

Vista ta’ awreola,

 

 

 

 

Xantopsja,

 

 

 

 

Eritropsja,

 

 

 

 

Kloropsja,

 

 

 

 

Edema tal-għajn,

 

 

 

 

Nefħa tal-għajn,

 

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn,

 

 

 

 

Iperemija tal- konġunktiva,

 

 

 

 

Irritazzjoni tal-għajnejn,

 

 

 

 

Sensazzjoni mhux normali

 

 

 

 

fl-għajnejn,

 

 

 

 

Edema fil-kappell tal-

 

 

 

 

għajn,

 

 

 

 

Għajn xotta,

 

 

 

 

Telf fil-kulur sklerali,

 

 

 

 

Disturbi fid-dmugħ

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Vertigo,

Truxija

widnejn u

 

 

Żanżin fil-widnejn

 

fis-sistema

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Takikardija,

Mewta kardijaka għall-

qalb

 

 

Palpitazzjonijiet

għarrieda*, Infart

 

 

 

 

mijokardijaku,

 

 

 

 

Arritmija ventrikulari*,

 

 

 

 

Fibrillazzjoni atrijali,

 

 

 

 

Anġina instabbli

 

 

 

 

 

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari ( 1/10,000 u

Klassifika

ħafna

( 1/100 u

( 1/1,000 u <1/100)

<1/1,000)

tal-Organi

( 1/10)

<1/10)

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Fwawar,

Pressjoni għolja,

 

vaskulari

 

Fwawar tal-

pressjoni baxxa

 

 

 

menopawsa

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Konġestjoni

Epistassi,

Għafis fuq il-gerżuma,

respiratorji,

 

nażali

Konġestjoni tas-

Edema nażali,

toraċiċi u

 

 

sinus

Imnieħer xott

medjastinali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Dardir,

Mard tar-rifluss

Ipoaestesija orali

gastro-

 

Dispepsja

gastroesofaġeali,

 

intestinali

 

 

Rimettar,

 

 

 

 

Uġigħ ta’ żaqq fil-

 

 

 

 

parti ta’ fuq,

 

 

 

 

Ħalq xott

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Raxx

Sindromu ta’ Stevens-

ġilda u fit-

 

 

 

Johnson (SJS)*, Nekrolisi

tessuti ta’

 

 

 

tossika tal-ġilda (TEN) *

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Mijalġja,

 

muskolu-

 

 

Uġigħ fl-

 

skeletriċi u

 

 

estremitajiet

 

tat-tessuti

 

 

 

 

konnettivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Ematurja

 

kliewi u fis-

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

Emorraġija fil-pene,

sistema

 

 

 

Prijapiżmu*,

riproduttiva

 

 

 

Ematospermja, Erezzjoni

u fis-sider

 

 

 

fit-tul,

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Uġigħ fis-sider,

Irritabilità

ġenerali u

 

 

Għeja,

 

kondizzjoniji

 

 

Tħoss is-sħana

 

et ta' mnejn

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Investigazzjo

 

 

Żieda fir-rata li biha

 

nijiet

 

 

tħabbat il-qalb

 

 

 

 

 

 

*Irrapportati matul sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq biss

**Kuluri li jidhru viżwalment differenti: Kloropsja, Kromatopsja, Sijanopsja, Eritropsja u Xantopsja

***Żieda fl-ammont ta’ dmugħ: Għajn tinħass xotta, disturbi fid-dmugħ u Żieda fl-ammont ta’ dmugħ

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi studji ta’ voluntiera b’doża waħda, ta’ dożi sa 800 mg, reazzjonijiet avversi kienu simili għal dawk li ġraw b’dożi iżgħar, iżda r-rati ta’ inċidenza u s-severità żdiedu. Dożi ta’ 200 mg ma rriżultawx f’żieda fl-effiċjenza iżda l-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi (uġigħ ta’ ras, ħmura, sturdament, dispepsja, konġestjoni nażali, vista mibdula) żdiedet.

F’każi ta’ doża eċċessiva, miżuri normali ta’ support għandhom jingħataw kif meħtieġ. Dijaliżi tal- kliewi mhux mistennija li tħaffef it-tneħħija għax sildenafil huwa marbut b’mod qawwi ma’ proteini tal-plażma u mhux eliminat fl-urina.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Uroloġiċi; Pilloli użati għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene. Kodiċi ATC: G04B E03.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Sildenafil huwa terapija orali għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene. F’ċirkustanzi naturali; jiġifieri bl- istimulazzjoni sesswali jiżdied l-ammont ta’ demm li jidħol fil-pene u ma jkunx hemm problema tal- funzjoni erettili.

Il-mekkaniżmu fiżjoloġiku responsabbli għal erezzjoni tal-pene jinvolvi il-ħruġ ta’ nitric oxide (NO) fil-corpus cavernosum waqt stimulazzjoni sesswali. Nitric oxide imbagħad jattiva l-enżima guanylate cyclase, li tirriżulta f’livelli miżjuda ta’ cyclic guanosine monophosphate (cGMP), li tipproduċi rilassament tal-muskoli lixxi fil-corpus cavernosum u tikkawża d-dħul tad-demm.

Sildenafil huwa inibitur potenti u selettiv ta’ cGMP specific phosphodiesterase type 5 (PDE5) fil- corpus cavernosum, fejn PDE5 huwa responsabbli għad-degradazzjoni ta’ cGMP. Sildenafil għandu sit periferali ta’ azzjoni fuq erezzjonijiet. Sildenafil m’għandu l-ebda effett rilassanti dirett fuq il- corpus cavernosum uman iżolat iżda bil-qawwa jsaħħaħ l-effett rilassanti ta’ NO fuq dan it-tessut. Meta l-pathway NO/cGMP tiġi attivata, bħalma jiġri bi stimulazzjoni sesswali, inibizzjoni ta’ PDE5 minn sildenafil tirriżulta f’livelli aktar għoljin ta’ cGMP fil-corpus cavernosum. Għalhekk stimulazzjoni sesswali hija neċessarja biex l-effetti terapewtiċi ta’ sildenafil ikunu ta’ ġid.

Effetti farmakodinamiċi

Studji in vitro wrew li sildenafil huwa selettiv għal PDE5, li huwa nvolut fil-proċess ta’ l-erezzjoni. L-effett tiegħu huwa iżjed potenti fuq PDE5 minn phosphodiesterases magħrufa oħra. Hemm selettività ta’ għaxar darbiet fuq PDE6 li huwa nvolut fil- phototransduction pathway fir-retina. Bl- ogħla dożi rrakkomandati, hemm selettività ta’ 80 darba fuq PDE1, u aktar minn 700 darba fuq PDE2, 3,4,7,8,9,10 u 11. B’mod partikulari, sildenafil għandu selettività ta’ aktar minn 4,000 darba għal PDE5 fuq PDE3, is-cAMP –specific phosphodiesterase isoform involut fil-kontroll tal-kontrattilità.

Effikaċja klinika u sigurtà

Żewġ studji kliniċi kienu ddisinjati speċifikament biex jeżaminaw il-perijodu ta’ ħin wara d-dożaġġ li matulu sildenafil jista’ jipproduċi erezzjoni wara stimulazzjoni sesswali. Fi studju tal-pene bil- pletismografu (RigiScan) f’pazjenti sajmin, il-ħin medjan biex jibdew l-erezzjonijiet għal dawk li kisbu 60% riġidità (suffiċjenti għal rapport sesswali) kien 25 minuta (medda bejn 12-37 minuta) b’sildenafil. Fi studju RigiScan separat, sildenafil kien għadu kapaċi jipproduċi erezzjoni bi tweġiba għal stimulazzjoni sesswali 4-5 sigħat wara d-doża.

Sildenafil jikkaġuna tnaqqis ħafif u temporanju fil-pressjoni tad-demm li, fil-maġġoranza tal-każi ma jissarrafx f’effetti kliniċi. L-ogħla tnaqqis medju fil-pressjoni sistolika f’pożizzjoni mimduda wara 100 mg ta’ sildenafil doża orali kien ta’ 8.4 mmHg. Il-bidla korrispondenti fil-pressjoni dijastolika f’pożizzjoni mimduda kienet 5.5 mmHg. Dan it-tnaqqis fil-pressjoni tad-demm huwa konsistenti ma’ l-effetti ta’ vażodilatazzjoni ta’ sildenafil, probabbilment minħabba żieda fil-livelli ta’ cGMP fil- muskoli lixxi vaskulari. Dożi waħdiet orali ta’ sildenafil sa 100 mg f’voluntiera b’saħħithom ma għamlu l-ebda effett klinikalment relevanti fuq l-ECG.

Fi studju ta’ l-effetti imodinamiċi ta’ doża waħda orali ta’ 100 mg sildenafil f’14-il pazjenti b’mard sever ta’ l-arterji tal-qalb (CAD) ( > 70% stenożi f’ta’ mill-anqas arterja waħda tal-qalb), il-pressjoni medja sistolika u dijastolika tad-demm waqt is-serħan naqsu b’7% u 6% rispettivament mqabbla mal- linja bażi. Il-pressjoni medja sistolika tad-demm tal-pulmun naqset b’9%. Sildenafil ma wera ebda effett fuq l-effiċjenza tal-qalb, u ma fixkilx iċ-ċirkolazzjoni tad-demm fl-arterji dojoq tal-qalb.

Prova ta’ stress waqt l-eżerċizzju, double-blind, ikkontrollata bi plaċebo, evalwat 144 pazjent b’disfunzjoni erettili u anġina stabbli kronika li regolarment irċivew mediċini kontra l-anġina (ħlief nitrates). Ir-riżultati wrew li ma kien hemm l-ebda differenza klinikament rilevanti bejn sildenafil u plaċebo fil-ħin ta’ limitazzjoni għal anġina.

Instabu differenzi ħfief u temporanji ta’ diskriminazzjoni tal-kulur ( blu / aħdar ) f’xi pazjenti li wżaw il-Farnsworth-Munsell 100 Hue Test, siegħa wara li ħadu doża ta’ 100 mg, u ebda effett ma deher sagħtejn wara d-doża. Il-mekkaniżmu maħsub għal din il-bidla fid-diskriminazzjoni tal-kulur jinvolvi l-inibizzjoni ta’ PDE6, li huwa involut fil-phototransduction cascade tar-retina. Sildenafil m’għandux effett fuq kemm tkun akuta l-vista jew fuq is-sensittività tal-kuntrast. Fi studju żgħir ikkontrollat bil- plaċebo ta’ pazjenti b’deġenerazzjoni makulari bikrija dokumentata relatata ma’ l-età (n=9), sildenafil (doża waħda, 100 mg) ma wera ebda tibdil sinifikanti fit-testijiet tal-vista li saru ( kemm tkun akuta l- vista, Amsler grid, diskriminazzjoni ta’ kulur ta’ dwal tat-traffiku simulati, Humphrey perimeter u photostress).

Ma kienx hemm effett fuq il-morfoloġija jew motilità ta’ l-isperma wara dożi orali ta’ 100 mg il- waħda ta’ sildenafil f’voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 4.6).

Aktar informazzjoni fuq provi kliniċi

Fi provi kliniċi sildenafil ġie mogħti lil aktar minn 8000 pazjent ta’ età 19 - 87 sena. Kienu rappreżentati dawn il-gruppi ta’ pazjenti li ġejjin: anzjani (19.9%), pazjenti bi pressjoni għolja (30.9%), dijabetiċi (20.3%), b’mard iskemiku tal-qalb (5.8%), iperlipidimja (19.8%), ħsara fis-sinsla tad-dahar (0.6%), dipressjoni (5.2%), b’resezzjoni transuretrali tal-prostata (3.7%), prostatectomy radikali (3.3%). Dawn il-gruppi li ġejjin ma kienux rappreżentati tajjeb jew esklużi mill-provi kliniċi: pazjenti b’kirurġija tal-pelvis, pazjenti wara radjuterapija, pazjenti bi ħsara severa tal-kliewi jew tal- fwied u pazjenti b’ċertu kundizzjonijiet kardjovaskulari (ara sezzjoni 4.3).

Fi studji ta’ doża fissa, il-proporzjon ta’ pazjenti li rrappurtaw li l-kura tejjbet l-erezzjonijiet tagħhom kienu 62% (25 mg), 74% (50 mg), u 82% (100 mg) imqabbla ma’ 25% fuq il-plaċebo. Fi provi kliniċi kkontrollati, r-rata ta’ diskontinwazzjoni minħabba sildenafil kienet baxxa u simili ma’ tal-plaċebo.

Fil-provi kollha, il-proporzjon ta’ pazjenti li rrappurtaw titjib b’sildenafil kienu kif ġejjin: problema ta’ erezzjoni tal-pene psikoġenika (84%), problemi ta’ l-erezzjoni mħallta (77%), problema ta’ erezzjoni organika (68%), anzjani (67%), dijabetiċi (59%), mard iskemiku tal-qalb (69%), pressjoni għolja (68%), TURP (61%), prostatectomy radikali (43%), korriment fis-sinsla tad-dahar (83%), dipressjoni (75%). Sildenafil żamm l-effikaċja u s-sigurtà tiegħu fi studji li damu żmien twil.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Viagra f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fit-trattament ta’ problemi ta’ l-erezzjoni tal-pene. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Sildenafil jiġi assorbit malajr. L-ogħla konċentrazzjonijiet osservati fil-plażma intlaħqu fi żmien 30 sa 120 minuta (medjan 60 minuta) ta’ doża orali fi stat sajjem. Il-medja assoluta ta’ biodisponibilità orali hija 41% (medda 25-63%). Wara doża orali ta’ sildenafil l-AUC u Cmax jiżdiedu fi proporzjon mad- doża fuq il-medda rrakkomandata tad-doża (25 -100 mg).

Meta sildenafil jittieħed ma’ l-ikel, ir-rata ta’ assorbiment titnaqqas b’dewmien medju fit-tmax ta’ 60 minuta u tnaqqis medju fis-Cmax ta’ 29%.

Distribuzzjoni

Il-medja tal-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss (Vd) għal sildenafil huwa 105 l, li jindika distribuzzjoni fit-tessut. Wara doża orali waħda ta’ 100 mg, l-ogħla konċentrazzjoni medja totali fil- plażma ta’ sildenafil hija bejn wieħed u ieħor 440 ng/ml (CV 40%). Minħabba li sildenafil (u l- metabolu ewlenieni tiegħu N-desmethyl fiċ-ċirkolazzjoni) huwa 96% marbut ma’ proteini tal-plażma, dan jirriżulta fl-ogħla konċentrazzjoni ta’ plażma ħielsa għal sildenafil ta’ 18 ng/ml (38nM). Ir-rabta mal-proteini hija indipendenti mill-konċentrazzjonijiet totali tal-pillola.

F’voluntiera b’saħħithom li ħadu sildenafil (100 mg doża waħda), anqas minn 0.0002% (medja 188 ng) tad-doża amministrata kienet preżenti fl-isperma 90 minuta wara d-doża.

Bijotrasformazzjoni

Sildenafil huwa mneħħi primarjament mill-iżo-enżimi mikrożomali CYP3A4 (rotta ewlenija) u CYP2C9 (rotta minuri) tal-fwied. Il-metabolu ċirkulatorju ewlieni jirriżulta minn N-demethylation ta’ sildenafil. Dan il-metabolu għandu profil selettiv ta’ phosphodiesterase simili għal sildenafil u potenza in vitro għal PDE5 bejn wieħed u ieħor 50% ta’ dik tal-mediċina mhux mibdula. Konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ dan il-metabolu huma bejn wieħed u ieħor 40% ta’ dawk li ntwerew għal sildenafil. Il- metabolu N-desmethyl jiġi mmetabolizzat iżjed, b’half life terminali ta’ bejn wieħed u ieħor 4 h.

Eliminazzjoni

It-tneħħija totali ta’ sildenafil mill-ġisem hija 41 L/h li jirriżulta f’half life fil-fażi terminali ta’ 3-5 h. Wara jew amministrazzjoni orali jew fil-vina, sildenafil jitneħħa bħala metaboliti b’mod predominanti fl-ippurgar (bejn wieħed u ieħor 80% tad-doża orali amministrata) u f’proporzjon anqas fl-urina (bejn wieħed u ieħor 13% tad-doża orali mogħtija).

Farmakokinetika fi gruppi speċjali ta’ pazjenti

Anzjani

Voluntiera anzjani b’saħħithom (65 sena jew iżjed) kellhom tneħħija mnaqqsa ta’ sildenafil, li jirriżulta f’bejn wieħed u ieħor 90% konċentrazzjonijiet ogħla fil-plażma ta’ sildenafil u l-metabolu attiv N-desmethly mqabbel ma’ dawk li nstabu f’voluntiera żagħżagħ b’saħħithom (18-45 sena). Minħabba differenzi relatati ma’ l-età fl-irbit tal-proteini tal-plażma, ż-żieda korrispondenti fil- konċentrazzjoni fil-plażma ta’ sildenafil ħieles kienet bejn wieħed u ieħor 40%.

Insuffiċjenza tal-kliewi

F’voluntiera b’indeboliment ħafif għal moderat tal-kliewi (tneħħija tal-creatinine = 30-80ml/min), il- farmakokinetika ta’ sildenafil ma tbiddlitx wara doża orali waħda ta’ 50 mg. Il-medja ta’ l-AUC u Cmax tal-metabolu N-desmethyl żdiedu b’sa 126% u b’sa 73% rispettivament, mqabbla ma’ voluntiera ta’ l- istess età li ma kellhomx ħsara fil-kliewi. Madankollu, minħabba varjazzjonijiet kbar bejn is-suġġetti, dawn d-differenzi ma kienux statistikament sinifikanti. F’voluntiera b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija tal-creatinine < 30ml/min), it-tneħħija ta’ sildenafil naqset, u wasslet għal żidiet medji ta’ l-AUC u Cmax ta’ 100% u 88% rispettivament mqabbla ma’ voluntiera tal-istess età li ma kellhomx ħsara fil-kliewi. Barra minn dan, il-valuri ta’ l-AUC u s-Cmax tal-metabolite N-desmethyl żdiedu b’mod sinifikanti b’200% u 79% rispettivament.

Insuffiċjenza tal-fwied

F’voluntiera b’ċirrożi tal-fwied ħafifa għal moderata ( Child-Pugh A u B) it-tneħħija ta’ sildenafil titnaqqas, u rriżulta f’żidiet fl-AUC (84%) u Cmax (47%) mqabbel ma’ voluntiera ta’ l-istess età li ma kellhomx ħsara fil-fwied. Il-farmakokinetika ta’ sildenafil f’pazjenti bi ħsara severa tal-fwied ma ġietx studjata.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l- iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose

calcium hydrogen phosphate (anhydrous), croscarmellose sodium

magnesium stearate

Kisja tar-rita: hypromellose

titanium dioxide (E171) lactose monohydrate triacetin

indigo carmine aluminium lake (E132)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

5 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

VIAGRA 25 mg pilloli miksija b’rita

Folji ta’ l-aluminju/PVC f’pakketti ta’ 2, 4, 8 jew 12-il pillola.

VIAGRA 50 mg pilloli miksija b’rita

Folji ta’ l-aluminju/PVC f’pakketti tal-kartun jew pakkett sekondarju ssiġillat bis-sħana, ta’ 2, 4, 8, 12 jew 24 pillola.

VIAGRA 100 mg pilloli miksija b’rita

Folji ta’ l-aluminju/PVC f’pakketti ta’ 2, 4, 8, 12 jew 24-il pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pfizer Limited

Sandwich

Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

VIAGRA 25 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/98/077/002-004

EU/1/98/077/013

VIAGRA 50 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/98/077/006-008

EU/1/98/077/014

EU/1/98/077/016-019

EU/1/98/077/024

VIAGRA 100 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/98/077/010-012

EU/1/98/077/015

EU/1/98/077/025

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 14 ta’ Settembru 1998

Data tal-aħħar tiġdid: 14 ta’ Settembru 2008

10.DATA TA’ TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

VIAGRA 50 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 50 mg ta’ sildenafil.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li tinħall fil-ħalq.

Pilloli blu, ittundjati forma ta’ djamant, immarkati “V50” fuq naħa waħda u xejn fuq l-oħra.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

VIAGRA hu indikat f’irġiel adulti bi problema ta’ l-erezzjoni tal-pene. Dan jirreferi għall-diffikultà biex wieħed jilħaq jew iżomm erezzjoni għal tul ta’ żmien biżżejjed biex l-att sesswali iseħħ b’mod sodisfaċenti.

Biex VIAGRA jkun effettiv, jkun hemm bżonn ta’ stimulazzjoni sesswali.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Użu fl-adulti:

Viagra għandha tittieħed kif meħtieġ bejn wieħed u ieħor siegħa qabel attività sesswali. Id-doża rrakkomandata hi ta’ 50 mg li tittieħed fuq stonku vojt għax it-teħid fl-istess ħin mal-ikel idewwem l- assorbiment u l-effett tal-pillola li tinħall fil-ħalq (ara sezzjoni 5.2).

Bażata fuq effiċjenza u tollerabilità, id-doża tista’ tiżdied għal 100 mg. Id-doża massima rrakkomandata hija 100 mg. Għal pazjenti li jkunu jeħtieġu żieda fid-doża għal 100 mg, żewġ pilloli li jinħallu fil-ħalq ta’ 50 mg għandhom jingħataw b’mod sekwenzjali. Il-frekwenza tad-dożaġġ massimu rrakkomandat huwa ta’ darba kuljum. Jekk tkun meħtieġa doża ta’ 25 mg, l-użu tal-pilloli miksija b’rita ta’ 25 mg għandhom jiġu rrakkomandati.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

M’hemm ebda ħtieġa għal arranġament fid-doża għal pazjenti anzjani (ta’ ≥ 65 sena).

Indeboliment tal-kliewi

Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dożaġġi mfissra f’ “Użu fl-adulti” japplikaw għal pazjenti b’indeboliment ħafif għal moderat tal-kliewi (tneħħija tal-creatinine = 30-80 mL/min).

Minħabba li t-tneħħija ta’ sildenafil titnaqqas f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija ta’ creatinine <30 mL /min) doża ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata. Bażata fuq l-effiċjenza u t- tollerabilità, id-doża tista’ tiżdied f’inkrementi għal 50 mg sa 100 mg skont il-ħtieġa.

Indeboliment tal-fwied

Minħabba li t-tneħħija ta’ sildenafil f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (eż.ċirrożi) titnaqqas, doża ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata. Bażata fuq effiċjenza u t-tollerabilità, id-doża tista’ tiżdied f’inkrementi għal 50 mg sa 100 mg skont il-ħtieġa.

Popolazzjoni pedjatrika

VIAGRA mhix indikata għal individwi taħt l-età ta’ 18 sena.

Użu f’pazjenti li jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali oħra

Bl-eċċezzjoni ta’ ritonavir li miegħu ma jaqbilx li jingħata sildenafil (ara sezzjoni 4.4) doża tal-bidu ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata f’pazjenti li fl-istess ħin ikunu fuq kura ta’ inibituri ta’ CYP3A4 (ara sezzjoni 4.5).

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żvilupp ta’ pressjoni baxxa posturali f’pazjenti li jkunu qed jirċievu kura b’alpha-blockers, il-pazjenti għandhom jiġu stabilizzati fuq kura b’alfa blockers qabel ma jinbeda trattament b’sildenafil. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li tinbeda kura b’sildenafil b’doża ta’ 25mg (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu orali.

Il-pillola li tinħall fil-ħalq għandha titpoġġa fil-ħalq, fuq l-ilsien, u titħalla tinħall qabel ma tiblagħha bi jew mingħajr ilma. Għandha tittieħed immedjatament malli tneħħiha mill-folja. Għal pazjenti li jkunu jeħtieġu t-tieni pillola li tinħall fil-ħalq ta’ 50 mg biex jieħdu doża totali ta’ 100 mg, it-tieni pillola għandha tittieħed malli l-ewwel pillola tkun inħallet kompletament.

Hemm dewmien sinifikanti fl-assorbiment meta l-pilloli li jinħallu fil-ħalq jittieħdu ma’ ikla li jkun fiha ammont kbir ta’ xaħam meta mqabbla ma’ meta jittieħdu meta wieħed ikun sajjem (ara sezzjoni 5.2). Hu rakkomandat li l-pilloli li jinħallu fil-ħalq jittieħdu fuq stonku vojt. Il-pilloli li jinħallu fil-ħalq jistgħu jittieħdu mal-ilma jew mingħajr ilma.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Konsistenti ma’ l-effetti magħrufa tiegħu fuq il-medda ta’ nitric oxide / cyclic guanosine monophosphate (cGMP) (ara sezzjoni 5.1), sildenafil intwera li jsaħħaħ l-effetti ipotensivi tan-nitrati, u l-ko-amministrazzjoni tiegħu ma’ donaturi ta’ nitric oxide (bħal amyl nitrite) jew nitrati f’xi forma oħra hija għalhekk kontra-indikata.

It-teħid flimkien ta’ inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil, ma’ stimulaturi ta’ guanylate cyclase, bħal riociguat, huwa kontraindikat għax hemm il-possibbiltà li dan iwassal għal ipotensjoni sintomatika (ara sezzjoni 4.5).

Sustanzi għal kura ta’ problemi ta’ l-erezzjoni, fosthom sildenafil, m’għandhomx jintużaw f’irġiel li għalihom l-attività sesswali mhix irrakkomandata (eż. pazjenti bi problemi severi kardjovaskulari bħal anġina mhux stabbli jew insuffiċjenza kardijaka gravi).

VIAGRA huwa kontra-indikat f’dawk il-pazjenti li tilfu l-vista f’għajn waħda minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arterika ta’ l-għajn (NAION), kemm jekk dan l-episodju ġara wara espożizzjoni għal inibitur ta’ PDE5 kif ukoll jekk le (ara sezzjoni 4.4).

Is-sigurtà ta’ sildenafil ma ġietx studjata f’dawn is-sottogruppi ta’ pazjenti li ġejjin, u għalhekk l-użu tiegħu huwa kontra-indikat: indeboliment sever tal-fwied, pressjoni baxxa (pressjoni tad-demm <90/50 mmHg), puplesija jew attakk tal-qalb reċenti u mard magħruf ereditarju ta’ deġenerazzjoni tar-retina

bħal retinitis pigmentosa (minoranza ta’ dawn il-pazjenti għandhom mard ġenetiku ta’ phosphodiesterases retinali).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Għandu jitqies il-passat mediku tal-pazjent u jsir eżami fiżiku, biex issir dijanjożi tal-problema ta’ l- erezzjoni u jiġu determinati raġunijiet oħra li jista’ jkun hemm, qabel ma tinbeda kura farmakoloġika.

Fatturi ta’ riskju kardjovaskulari

Qabel ma tibda xi kura għal problema ta’ l-erezzjoni, t-tabib għandu jikkunsidra l-istat kardjuvaskulari tal-pazjent, minħabba li hemm grad ta’ riskju għal qalb assoċjat ma’ attività sesswali. Sildenafil għandu effetti vażodilatatorji, li jirriżultaw fi tnaqqis ħafif u temporanju tal-pressjoni tad-demm (ara sezzjoni 5.1). Qabel ma jikteb riċetta għal sildenafil, it-tabib għandu jikkunsidra bir-reqqa jekk pazjent li jkollu kundizzjonijiet oħra hux ser jiġi affettwat ħażin minn dawn l-effetti ta’ vażodilatazzjoni, speċjalment waqt l-attività sesswali. Pazjenti li jistgħu jintlaqtu ħażin bl-użu ta’ sustanzi vażodilatatorji jinkludu dawk li jsofru minn ostakolu tal-ħrug tad-demm mill-ventriklu tax-xellug (eż. stenożi ta’ l-aorta, hypertrophic obstructive cardiomyopathy), jew dawk bis-sindromu rari ta’ atrofija ta’ sistemi diversi li jidher li jkollu effetti qawwija fuq il-kontroll awtonomu tal-pressjoni tad-demm.

VIAGRA issaħħaħ l-effett ipotensiv tan-nitrati ( ara sezzjoni 4.3).

Wara li tqiegħedet fuq is-suq, ġew irrappurtati każi kardjuvaskulari serji marbuta ma’ l-użu fl-istess waqt ta’ VIAGRA, fosthom infart mijokardijaku, anġina instabbli, mewt zoptu b’attakk tal-qalb, arritmja ventrikulari, emorraġija ċerebrovaskulari, attakk iskemiku transitorju, pressjoni għolja u pressjoni baxxa. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, iżda mhux kollha, kellhom fatturi ta’ riskju kardjuvaskulari minn qabel. Ħafna każi ġew irrappurtati li ġraw matul jew ftit wara attivita` sesswali u ftit ġew irrappurtati li ġraw wara l-użu ta’ VIAGRA mingħajr attività sesswali. Mhux possibbli jiġi determinat jekk dawn il-każi humiex relatati direttament ma’ dawn il-fatturi jew ma’ fatturi oħra.

Prijapiżmu

Sustanzi għal kura ta’ problema ta’ l-erezzjoni fosthom sildenafil, għandhom jintużaw b’kawtela f’pazjenti b’deformazzjoni anatomika tal-pene (bħal angulazzjoni, fibrosi fil-korpus kavernożum jew il-marda ta' Peyronie), jew f’pazjenti li għandhom kundizzjonijiet li jagħmluhom predisposti għal prijapiżmu (bħal anemija tas-sickle cell, majeloma multipla jew lewkimja).

Erezzjonijiet fit-tul u prijapiżmu ġew irrappurtati b’sildenafil f’esperjenzja ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Fil-każ ta’ erezzjoni li tippersisti għal iktar minn 4 sigħat, il-pazjent għandu jfittex għajnuna medika immedjatament. Jekk il-prijapiżmu ma jiġix ikkurat immedjatament, tista’ tirriżulta ħsara fit-tessut tal- pene u telf permanenti fil-potenza.

L-użu fl-istess ħin ma’ inibituri oħrajn ta’ PDE5 jew kuri oħrajn għal disfunzjoni erettili

Is-sigurtà u effiċjenza tal-użu ta’ sildenafil ma’ inibituri oħrajn ta’ PDE5, jew ma’ kuri oħrajn għal pressjoni għolja tal-arterja pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil (REVATIO), jew kuri oħra għal problemi ta’ l-erezzjoni ma ġewx studjati. Għalhekk l-użu ta’ dan it-taħlit, mhux irrakkomandat.

Effetti fuq il-vista

Każijiet ta’ difetti fil-vista relatati ma’ l-amministrazzjoni ta’ sildenafil u inibituri ta’ PDE5 oħrajn ġew irrapportati b'mod spontanju (ara sezzjoni 4.8). Każijiet ta’ newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika ta’ l-għajn, kundizzjoni rari, relatati mal-amministrazzjoni ta’ sildenafil u inibituri ta’ PDE5 oħrajn ġew irrapportati b'mod spontanju fi studju ta’ osservazzjoni (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti għandhom jkunu avżati li fl-eventwalità li f’daqqa waħda jiżviluppaw kwalunkwe difett fil-vista, dawn għandhom iwaqqfu l-VIAGRA u jkellmu tabib immedjatament (ara sezzjoni 4.3).

L-użu fl-istess ħin ma’ ritonavir

Il-ko-amministrazzjoni ta’ sildenafil ma’ ritonavir mhix irrakkomandata (ara sezzjoni 4.5). L-użu fl-istess ħin ma’ alpha-blockers

Sildenafil għandu jintuża b’kawtela minn dawk li qed jużaw alpha-blockers għax ko-amministrazzjoni tista’ twassal għal pressjoni baxxa sintomatika f’xi pazjenti (ara sezzjoni 4.5). Huwa probabbli li dan iseħħ fi żmien 4 sigħat wara li tittieħed id-doża ta’ sildenafil. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ pressjoni baxxa posturali, pazjenti għandhom ikunu emodinamikament stabbli fuq kura ta’ alpha blockers qabel ma jinbeda t-trattament b’sildenafil. Għandu jiġi kkunsidrat li tinbeda kura b’sildenafil b’doża ta’ 25mg (ara sezzjoni 4.2). Barra minn hekk, it-tobba għandhom jgħarrfu lill-pazjenti tagħhom fuq il- passi li jridu jieħdu f’każ li jkollhom sintomi ta’ pressjoni baxxa posturali.

L-effett fuq il-ħruġ tad-demm

Studji bi plejtlets umani jindikaw li sildenafil isaħħaħ l-effett kontra l-aggregazzjoni ta’ sodium nitroprusside in vitro . M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ l-amminstrazzjoni ta’ sildenafil f’pazjenti b’mard ta’ fsada (tnixxija tad-demm) jew ulċera attiva fl-istonku. Għalhekk sildenafil għandu jingħata biss lil dawn il-pazjenti wara eżami bir-reqqa tal-benefiċċji u r-riskji.

Nisa

VIAGRA mhix indikata għal użu fin-nisa.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq sildenafil

Studji in vitro

Il-metaboliżmu ta’ sildenafil iseħħ l-aktar permezz ta’ l-iżoformi ta’ ċitokromju P450 (CYP) 3A4 (rotta ewlenija ) u 2C9 (rotta minuri). Għalhekk, l-inibituri ta’ dawn l-iżo-enzimi jistgħu jnaqqsu it- tneħħija ta’ sildenafil u l-indutturi ta’ dawn l-iżo-enzimi jistgħu jżidu t-tneħħija ta’ sildenafil.

Studji in vivo

Analiżi farmakokinetika ta’ tagħrif minn provi kliniċi fuq grupp ta’ pazjenti tindika tnaqqis fit-tneħħija ta’ sildenafil meta ko-amministrat ma’ inibituri ta’ CYP3A4 (bħal ketoconazole, erythromycin, cimetidine). Għalkemm ma ġietx osservata żieda fl-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi f’dawn il- pazjenti, doża tal-bidu ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata meta sildenafil jiġi amministrat fl-istess ħin ma’ inibituri ta’ CYP3A4.

Ko-amministrazzjoni ta’ l-inibitur ta’ HIV protease ritonavir, li huwa inibitur potenti ħafna tal-P450, fi stat stabbli (500 mg darbtejn kuljum) ma’ sildenafil (100 mg doża waħda) irriżultat f’żieda ta’ 300% (4 darbiet) fis-Cmax ta’ sildenafil u żieda ta’ 1000% (11-il darba) fl-AUC tal-plażma ta’ sildenafil. F’24 siegħa, l-livelli tal-plażma ta’ sildenafil kienu għadhom bejn wieħed u ieħor 200ng/ml, imqabblin ma’ bejn wieħed u ieħor 5ng/ml meta sildenafil ingħata waħdu. Dan huwa konsistenti ma’ l-effetti sinifikanti ta’ ritonavir fuq varjeta wiesgħa ta’ sustrati ta’ P450. Sildenafil ma kellux effett fuq il- farmakokinetika ta’ ritonavir. Bażata fuq dawn ir-riżultati farmakokinetiċi il-ko-amministrazzjoni ta’ sildenafil ma’ ritonavir mhix irrakkomandata (ara sezzjoni 4.4) u f’kull eventwalità l-ogħla doża ta’ sildenafil taħt l-ebda ċirkustanza ma għandha tkun iżjed minn 25 mg tul 48 siegħa.

Ko-amministrazzjoni ta’ l-inibitur ta’ HIV protease saquinavir, inibitur ta’ CYP3A4, fi stat stabbli (1200 mg tlett darbiet kuljum) ma’ sildenafil (100 mg doża waħda) irriżultat f’żieda ta’ 140% fis-Cmax ta’ sildenafil u żieda ta’ 210% fl-AUC ta’ sildenafil. Sildenafil ma kellux effett fuq il-farmakokinetika ta’ saquinavir (ara sezzjoni 4.2). Inibituri ta’ CYP3A4 aktar b’saħħithom bħal ketoconazole u itraconazole ikunu mistennija li jkollhom effetti akbar.

Meta doża waħda ta’ 100 mg sildenafil ġiet amministrata ma’ erythromycin, inibitur moderat ta’ CYP3A4, fi stat stabbli (500 mg darbtejn kuljum għal ħamest ijiem), kien hemm żieda ta’ 182% fl-- espożizzjoni sistemika (AUC) ta’ sildenafil. F’voluntiera normali rġiel b’saħħithom, ma kienx hemm evidenza ta’ xi effett ta’ azithromycin (500 mg kuljum għal tlitt ijiem) fuq ir-rata ta’ l-eliminazzjoni

fissa ta’ l-AUC, Cmax u tmax, jew il-half life ta’ wara ta’ sildenafil jew il-metabolu prinċipali tiegħu fiċ- ċirkolazzjoni. Cimetidine (800 mg), inibitur ta’ ċitokromju P450 u inibitur ta’ CYP3A4 mhux

speċifiku, wassal għal żieda ta’ 56% fil-konċentrazzjonijiet tal-plażma ta’ sildenafil meta ngħata flimkien ma’ sildenafil (50 mg) lil voluntiera b’saħħithom.

Il-meraq tal-grapefruit huwa inibitur dgħajjef tal-metaboliżmu ta’ CYP3A4 li jseħħ fis-superfiċje ta’ ġewwa tal-musrana u jista’ jwassal għal żidiet żgħar fil-livelli tal-plażma ta’ sildenafil.

Doża waħda ta’ mediċina kontra l-aċidu fl-istonku (magnesium hydroxide/ aluminium hydroxide) ma effettwatx il-biodisponibilità ta’ sildenafil.

Għalkemm ma sarux studji speċifiċi ta’ interazzjoni għal prodotti mediċinali kollha, analiżi tal- farmakokinetika tal-popolazzjoni ma juru l-ebda effett ta’ kura konkomitanti fuq il-farmakokinetika ta’ sildenafil meta miġbura fi gruppi bħala inibituri ta’ CYP2C9 (bħal tolbutamide, warfarin, phenytoin), inibituri ta’ CYP2D6 (bħal selective serotonin reuptake inhibitors, tricyclic antidepressants), thiazide u dijuretiċi relatati, dijuretiċi loop u potassium-sparing, inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti l-angiotensin, channel blockers tal-kalċju, antagonisti beta-adrenoreceptor jew inducers tal-metaboliżu CYP450 ( bħal rifampicin, barbiturate). Fi studju ta’ voluntiera rġiel b’saħħithom, amministrazzjoni ta’ antagonist tal-endothelin, bosetan, (induttur ta’ CYP3A4 [moderat], CYP2C9 u possibilment ta’ CYP2C19) fi stat fiss (125 mg darbtejn kuljum) flimkien ma’ sildenafil fi stat fiss (80 mg tlett darbiet kuljum) irriżulta fi tnaqqis ta’ 62.6% u 55.4% fl-AUC u Cmax ta’ sildenafil rispettivament. Għalhekk, huwa mistenni li amministrazzjoni konkomitanti ta’ indutturi b’saħħithom ta’ CYP3A4, bħal rifampicin, tista’ twassal għal tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ sildenafil fil- plażma.

Nicorandil huwa ibridu ta’ attivatur tal-potassium channels u nitrate. Minħabba il-komponent ta’ nitrate, hemm potenzjal li jirriżulta f’interazzjoni serja ma’ sildenafil.

Effetti ta’ sildenafil fuq prodotti mediċinali oħra

Studji in vitro

Sildenafil huwa inibitur dgħajjef ta’ ċitokromju P450 iżoformi 1A2, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 3A4 ( 1C50 > 150 µM). Bl-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ plażma ta’ sildenafil ta’ bejn wieħed u ieħor 1µM wara dożi rakkomandati, mhux probabbli li VIAGRA tbiddel it-tneħħija tas-sustrati ta’ dawn l-iżo- enżimi.

M’hemmx informazzjoni dwar l-interazzjoni bejn sildenafil u inibituri ta’ phosphodiesterase mhux speċifiċi bħal theophylline jew dipyridamole.

Studji in vivo

B’mod konformi ma’ l-effetti magħrufin ta’ sildenafil fuq in-nitric oxide/cGMP pathway (ara sezzjoni 5.1), intwera li sildenafil iżid l-effett tan-nitrati li jnaqqsu l-pressjoni, u għaldaqstant il-ko- amministrazzjoni ta’ sildenafil u donaturi ta’ nitric oxide jew nitrati hija kontraindikata (ara sezzjoni 4.3).

Riociguat

Studji qabel l-użu kliniku wrew żieda fl-effett li titbaxxa l-pressjoni sistemika tad-demm meta inibituri ta’ PDE5 intużaw flimkien ma’ riociguat. Fi studji kliniċi, ġie muri li riociguat jżid l- effetti ipotensivi tal-inibituri ta’ PDE5. Fil-popolazzjoni taħt studju ma kien hemm ebda evidenza li dan it-teħid flimkien kellu xi effett kliniku favorevoli. It-teħid fl-istess ħin ta’ riociguat ma’ inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil, huwa kontraindikat (ara sezzjoni 4.3).

Amministrazzjoni ta’ sildenafil lil pazjenti taħt il-kura b’alpha blockers tista’ tirriżulta fi pressjoni baxxa sintomatika fi ftit individwi suxxettibbli. Dan jista’ jseħħ l-aktar sa 4 sigħat wara li tittieħed id- doża ta’ sildenafil (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). Fi tliet studji speċifiċi għal interazzjoni bejn żewġ prodotti mediċinali, alpha blocker doxazocin (4mg u 8mg) u sildenafil (25mg, 50mg u 100mg) ġew amministrati fl-istess ħin lil pazjenti bi tkabbir beninju tal-prostata (BPH), stabilizzati fuq kura b’ doxazocin. F’dawn il-popolazjonijiet ta’ l-istudji, kien osservat tnaqqis addizzjonali medju tal- pressjoni meta kienu mimdudin ta’ 7/7mmHg, 9/5mmHg u 8/4mmHg rispettivament u meta bil-wieqfa tnaqqis addizzjonali medju ta’ 6/6mmHg, 11/4mmHg u 4/5nnHg. Meta sildenafil u doxazocine ingħataw fl-istess ħin lil pazjenti stabilizzati fuq kura ta’ doxazocin kien hemm rapporti mhux spissi ta’ pazjenti li kellhom pressjoni baxxa posturali sintomatika. Fost dawn ir-rapporti kien hemm sturdament qawwi u sturdament ħafif imma mhux sinkope.

Ma kienx hemm interazzjonijiet sinifikanti meta sildenafil (50 mg) kien ko-amministrat ma’ tolbutamide (250 mg) jew warfarin (40 mg), li t-tnejn li huma jiġu mmetabolizzati minn CYP2C9.

Sildenafil (50 mg) ma saħħaħx iż-żieda fil-ħin tal-fsada kkaġunat mill-aċidu acetyl salicyclic (150 mg).

Sildenafil (50 mg) ma saħħaħx l-effetti ipotensivi ta’ l-alkoħol f’voluntiera b’saħħithom b’medja ta’ l- ogħla livelli ta’ alkoħol fid-demm ta’ 80 mg/dl.

Ġabra ta’ dawn il-każi li ġejjin ta’ medikazzjoni ta’ kontra l-pressjoni għolja: dijuretiċi, beta-blokers, inibituri ta’ ACE, antagonisti ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja (vażodilataturi u li jaħdmu fuq is-sistema ċentrali), adrenergic neurone blockers, channel blockers tal- kalċju u blokers alpha-adrenoceptor, ma wrew ebda differenza fil-profil ta’ effetti f’pazjenti li ħadu sildenafil mqabblin ma’ kura bil-plaċebo. Fi studju speċifiku ta’ interazzjoni, fejn sildenafil (100 mg) kien ko-amministrat ma’ amlodipine f’pazjenti bi pressjoni għolja, kien hemm aktar tnaqqis ta’ 8 mmHg fil-pressjoni sistolika tad-demm f’pożizzjoni mimduda. It-tnaqqis korrispondenti fil-pressjoni dijastolika tad-demm f’pożizzjoni mimduda kien ta’ 7 mmHg. Dan it-tnaqqis ulterjuri fil-pressjoni tad- demm kien jixbah lil dak li seħħ meta sildenafil ġie amministrat waħdu lil voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 5.1).

Sildenafil (100 mg) ma affettwax il-farmakokinetika fi stat stabbli ta’ l-inibituri ta’ HIV protease, saquinavir u ritonavir, it-tnejn li huma sustrati CYP3A4.

F’voluntiera rġiel b’saħħithom, sildenafil fi stat fiss (80mg t.i.d.) irriżulta f’żieda ta’ 49.8% fl-AUC ta’ bosentan u żieda ta’ 42% fis-Cmax ta’ bosentan (125mg b.i.d.).

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

VIAGRA mhux indikat għal użu minn nisa.

M’hemm l-ebda studji adegwati u kkontrollati tajjeb fuq nisa tqal u li jkunu qed ireddgħu. Ma nstabux effetti avversi fi studji riproduttivi f’firien u fniek wara amministrazzjoni orali ta’ sildenafil.

Ma kien hemm l-ebda effett fuq il-motilità jew il-morfoloġija tal-isperma wara dożi orali waħidhom ta’ 100 mg ta’ sildenafil f’voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 5.1).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effett ta’ sildenafil fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

Minħabba li ġew irrappurtati sturdament u viżjoni mibdula fi provi kliniċi b’sildenafil, il-pazjenti għandhom ikunu konxji ta’ kif jirreaġġixxu għal VIAGRA, qabel ma jsuqu jew iħaddmu xi magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurta’ ta’ VIAGRA hija bbażata fuq 9,570 pazjent f’74 studji klinici kkontrollati bi plaċebo double-blind. L-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrappurtati minn fost il-pazjenti li użaw sildenafil fl- istudji kliniċi kienu uġigħ ta’ ras, fwawar, dispepsja, sadda tal-imnifsejn, sturdament, dardir, fwawar tal-menopawsa , disturb viziv, ċjanopsija u vista mċajpra.

Reazzjonijiet avversi ġew miġbura waqt is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid tal-prodott fis-suq, fuq medda ta’ > 10 snin. Minħabba li mhux ir-reazzjonijiet avversi kollha huma rrappurtati lid-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq, u mniżżla fil-ġabra kumulattiva tad-dejta, il-frekwenzi ta’ dawn ir-reazzjonijiet ma jistgħux ikunu magħrufa fiċ-ċert.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Fit-tabella ta’ hawn taħt, ir-reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika, li seħħew fl-istudji kliniċi b’inċidenza ta’ iktar minn bil-plaċebo, huma mniżżla skont il-klassi ta’ l-organi u l-frekwenzi (komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000). F’kull ġabra ta’ frekwenzi, l-effetti mhux mixtieqa l-aktar serji huma mniżżla qabel dawk anqas serji.

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika b’inċidenza ta’ rapporti akbar minn plaċebo fi studji kliniċi kkontrollati, u reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika rrappurtati minn sorveljanza ta’ wara t-tqegħid tal-prodott fis-suq

Sistema

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari ( 1/10,000 u

tal-

ħafna

( 1/100 u

( 1/1.000 u <1/100)

<1/1,000)

Klassifika

( 1/10)

<1/10)

 

 

tal-Organi

 

 

 

 

Infezzjoniji

 

 

Rinite

 

et u

 

 

 

 

infestazzjo

 

 

 

 

nijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Sensittività eċċessiva

 

fis-sistema

 

 

 

 

immuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Uġigħ ta’

Sturdament

Ngħas tqil, Ipostesja

Aċċident ċerebrovaskulari,

fis-sistema

ras

 

 

Attakk iskemiku

nervuża

 

 

 

temporanju, Attakk ta’

 

 

 

 

puplesija*, Attakki ripetuti

 

 

 

 

ta’ puplesija*, Sinkope

 

 

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

Disturbi fid-dmugħ ***

Newropatija anterjuri

għajnejn

 

Kuluri li

Uġigħ fl-għajnejn,

iskimika, mhux tal-arterja

 

 

jidhru

Fotofobija, Fotopsja,

tal-għajn (NAION)*,

 

 

viżwalment

Iperemija okulari,

Sadda fis-sistema vaskulari

 

 

differenti**

Tara d-dawl qawwi,

ġewwa r-retina*,

 

 

Disturbi fil-

Konġunktivite,

Emorraġija retinali,

 

 

vista, Vista

 

Retinopatija

 

 

mċajpra,

 

arterjosklerotika, Disturb

 

 

 

 

retinali, Glawkoma,

 

 

 

 

Difett fil-kamp viżiv,

 

 

 

 

Diplopja,

 

 

 

 

Preċiżjoni viżiva

 

 

 

 

mnaqqsa,

Sistema

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari ( 1/10,000 u

tal-

ħafna

( 1/100 u

( 1/1.000 u <1/100)

<1/1,000)

Klassifika

( 1/10)

<1/10)

 

 

tal-Organi

 

 

 

 

 

 

 

 

Mijopija,

 

 

 

 

Astenopja, Frak f’wiċċ il-

 

 

 

 

likwidu vitruż,

 

 

 

 

Disturb fil-ħabba tal-

 

 

 

 

għajn,

 

 

 

 

Mijadrijażi,

 

 

 

 

Vista ta’ awreola,

 

 

 

 

Xantopsja,

 

 

 

 

Eritropsja,

 

 

 

 

Kloropsja,

 

 

 

 

Edema tal-għajn,

 

 

 

 

Nefħa tal-għajn,

 

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn,

 

 

 

 

Iperemija tal-konġunktiva,

 

 

 

 

Irritazzjoni tal-għajnejn,

 

 

 

 

Sensazzjoni mhux normali

 

 

 

 

fl-għajnejn,

 

 

 

 

Edema fil-kappell tal-

 

 

 

 

għajn,

 

 

 

 

Għajn xotta,

 

 

 

 

Telf fil-kulur sklerali,

 

 

 

 

Disturbi fid-dmugħ

Disturbi fil-

 

 

Vertigo,

Truxija

widnejn u

 

 

Żanżin fil-widnejn

 

fis-sistema

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Takikardija,

Mewta kardijaka għall-

qalb

 

 

Palpitazzjonijiet

għarrieda*, Infart

 

 

 

 

mijokardijaku,

 

 

 

 

Arritmja ventrikulari*,

 

 

 

 

Fibrillazzjoni atrijali,

 

 

 

 

Anġina instabbli

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Fwawar,

Pressjoni għolja,

 

vaskulari

 

Fwawar tal-

pressjoni baxxa

 

 

 

menopawsa

 

 

Disturbi

 

Konġestjoni

Epistassi,

Għafis fuq il-gerżuma,

respiratorji,

 

nażali

Konġestjoni tas-sinus

Edema nażali,

toraċiċi u

 

 

 

Imnieħer xott

medjastinal

 

 

 

 

i

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Dardir,

Mard tar-rifluss

Ipoaestesija orali

gastro-

 

Dispepsja

gastroesofaġeali,

 

intestinali

 

 

Rimettar,

 

 

 

 

Uġigħ ta’ zaqq fil-

 

 

 

 

parti ta’ fuq,

 

 

 

 

Ħalq xott

 

 

 

 

 

 

Sistema

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari ( 1/10,000 u

tal-

ħafna

( 1/100 u

( 1/1.000 u <1/100)

<1/1,000)

Klassifika

( 1/10)

<1/10)

 

 

tal-Organi

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Raxx

Sindromu ta’ Stevens-

ġilda u fit-

 

 

 

Johnson (SJS)*, Nekrolisi

tessuti ta’

 

 

 

tossika tal-ġilda (TEN) *

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Mijalġja,

 

muskolu-

 

 

Uġigħ fl-estremitajiet

 

skeletriċi u

 

 

 

 

tat-tessuti

 

 

 

 

konnettivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Ematurja

 

kliewi u

 

 

 

 

fis-sistema

 

 

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

Emorraġija fil-pene,

fis-sistema

 

 

 

Prijapiżmu*,

riproduttiva

 

 

 

Ematospermja, Erezzjoni

u fis-sider

 

 

 

fit-tul,

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Uġigħ fis-sider,

Irritabilità

ġenerali u

 

 

Għeja,

 

kondizzjoni

 

 

Tħoss is-sħana

 

jiet ta'

 

 

 

 

mnejn

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Investigazz

 

 

Żieda fir-rata li biha

 

jonijiet

 

 

tħabbat il-qalb

 

 

 

 

 

 

*Irrapportati matul sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq biss

**Kuluri li jidhru viżwalment differenti: Kloropsja, Kromatopsja, Sijanopsja, Eritropsja u Xantopsja

***Żieda fl-ammont ta’ dmugħ: Għajn tinħass xotta, disturbi fid-dmugħ u Żieda fl-ammont ta’ dmugħ

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Fi studji ta’ voluntiera b’doża waħda, ta’ dożi sa 800 mg, reazzjonijiet avversi kienu simili għal dawk li ġraw b’dożi iżgħar, iżda r-rati ta’ inċidenza u s-severità żdiedu. Dożi ta’ 200 mg ma rriżultawx f’żieda fl-effiċjenza iżda l-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ( uġigħ ta’ ras, ħmura, sturdament, dispepsja, konġestjoni nażali, vista mibdula) żdiedet.

F’każi ta’ doża eċċessiva, miżuri normali ta’ support għandhom jingħataw kif meħtieġ. Dijaliżi tal- kliewi mhux mistennija li tħaffef it-tneħħija għax sildenafil huwa marbut b’mod qawwi ma’ proteini tal-plażma u mhux eliminat fl-urina.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Uroloġiċi; Pilloli użati għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene, Kodiċi ATC: G04B E03.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Sildenafil huwa terapija orali għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene. F’ċirkustanzi naturali; jiġifieri bl- istimulazzjoni sesswali jiżdied l-ammont ta’ demm li jidħol fil-pene u ma jkunx hemm problema tal- funzjoni erettili.

Il-mekkaniżmu fiżjoloġiku responsabbli għal erezzjoni tal-pene jinvolvi il-ħruġ ta’ nitric oxide (NO) fil-corpus cavernosum waqt stimulazzjoni sesswali. Nitric oxide imbagħad jattiva l-enżima guanylate cyclase, li tirriżulta f’livelli miżjuda ta’ cyclic guanosine monophosphate (cGMP), li tipproduċi rilassament tal-muskoli lixxi fil-corpus cavernosum u tikkawża d-dħul tad-demm.

Sildenafil huwa inibitur potenti u selettiv ta’ cGMP specific phosphodiesterase type 5 (PDE5) fil- corpus cavernosum, fejn PDE5 huwa responsabbli għad-degradazzjoni ta’ cGMP. Sildenafil għandu sit periferali ta’ azzjoni fuq erezzjonijiet. Sildenafil m’għandu l-ebda effett rilassanti dirett fuq il- corpus cavernosum uman iżolat iżda bil-qawwa jsaħħaħ l-effett rilassanti ta’ NO fuq dan it-tessut. Meta l-pathway NO/cGMP tiġi attivata, bħalma jiġri bi stimulazzjoni sesswali, inibizzjoni ta’ PDE5 minn sildenafil tirriżulta f’livelli aktar għoljin ta’ cGMP fil-corpus cavernosum. Għalhekk stimulazzjoni sesswali hija neċessarja biex l-effetti terapewtiċi ta’ sildenafil ikunu ta’ ġid.

Effetti farmakodinamiċi

Studji in vitro wrew li sildenafil huwa selettiv għal PDE5, li huwa nvolut fil-proċess ta’ l-erezzjoni. L-effett tiegħu huwa iżjed potenti fuq PDE5 minn phosphodiesterases magħrufa oħra. Hemm selettività ta’ għaxar darbiet fuq PDE6 li huwa nvolut fil- phototransduction pathway fir-retina. Bl- ogħla dożi rrakkomandati, hemm selettività ta’ 80 darba fuq PDE1, u aktar minn 700 darba fuq PDE2, 3,4,7,8,9,10 u 11. B’mod partikulari, sildenafil għandu selettività ta’ aktar minn 4,000 darba għal PDE5 fuq PDE3, is-cAMP –specific phosphodiesterase isoform involut fil-kontroll tal-kontrattilità.

Effikaċja klinika u sigurtà

Żewġ studji kliniċi kienu ddisinjati speċifikament biex jeżaminaw il-perijodu ta’ ħin wara d-dożaġġ li matulu sildenafil jista’ jipproduċi erezzjoni wara stimulazzjoni sesswali. Fi studju tal-pene bil- pletismografu (RigiScan) f’pazjenti sajmin, il-ħin medjan biex jibdew l-erezzjonijiet għal dawk li kisbu 60% riġidità (suffiċjenti għal rapport sesswali) kien 25 minuta (medda bejn 12-37 minuta) b’sildenafil. Fi studju RigiScan separat, sildenafil kien għadu kapaċi jipproduċi erezzjoni bi tweġiba għal stimulazzjoni sesswali 4-5 sigħat wara d-doża.

Sildenafil jikkaġuna tnaqqis ħafif u temporanju fil-pressjoni tad-demm li, fil-maġġoranza tal-każi ma jissarrafx f’effetti kliniċi. L-ogħla tnaqqis medju fil-pressjoni sistolika f’pożizzjoni mimduda wara 100 mg ta’ sildenafil doża orali kien ta’ 8.4 mmHg. Il-bidla korrispondenti fil-pressjoni dijastolika f’pożizzjoni mimduda kienet 5.5 mmHg. Dan it-tnaqqis fil-pressjoni tad-demm huwa konsistenti ma’ l-effetti ta’ vażodilatazzjoni ta’ sildenafil, probabbilment minħabba żieda fil-livelli ta’ cGMP fil- muskoli lixxi vaskulari. Dożi waħdiet orali ta’ sildenafil sa 100 mg f’voluntiera b’saħħithom ma għamlu l-ebda effett klinikalment relevanti fuq l-ECG.

Fi studju ta’ l-effetti imodinamiċi ta’ doża waħda orali ta’ 100 mg sildenafil f’14-il pazjenti b’mard sever ta’ l-arterji tal-qalb (CAD) ( > 70% stenożi f’ta’ mill-anqas arterja waħda tal-qalb), il-pressjoni medja sistolika u dijastolika tad-demm waqt is-serħan naqsu b’7% u 6% rispettivament mqabbla mal-

linja bażi. Il-pressjoni medja sistolika tad-demm tal-pulmun naqset b’9%. Sildenafil ma wera ebda effett fuq l-effiċjenza tal-qalb, u ma fixkilx iċ-ċirkolazzjoni tad-demm fl-arterji dojoq tal-qalb.

Prova ta’ stress waqt l-eżerċizzju, double-blind, ikkontrollata bi plaċebo, evalwat 144 pazjent b’disfunzjoni erettili u anġina stabbli kronika li regolarment irċivew mediċini kontra l-anġina (ħlief nitrates). Ir-riżultati wrew li ma kien hemm l-ebda differenza klinikament rilevanti bejn sildenafil u plaċebo fil-ħin ta’ limitazzjoni għal anġina.

Instabu differenzi ħfief u temporanji ta’ diskriminazzjoni tal-kulur ( blu / aħdar ) f’xi pazjenti li wżaw il-Farnsworth-Munsell 100 Hue Test, siegħa wara li ħadu doża ta’ 100 mg, u ebda effett ma deher sagħtejn wara d-doża. Il-mekkaniżmu maħsub għal din il-bidla fid-diskriminazzjoni tal-kulur jinvolvi l-inibizzjoni ta’ PDE6, li huwa involut fil-phototransduction cascade tar-retina. Sildenafil m’għandux effett fuq kemm tkun akuta l-vista jew fuq is-sensittività tal-kuntrast. Fi studju żgħir ikkontrollat bil- plaċebo ta’ pazjenti b’deġenerazzjoni makulari bikrija dokumentata relatata ma’ l-età (n=9), sildenafil (doża waħda, 100 mg) ma wera ebda tibdil sinifikanti fit-testijiet tal-vista li saru ( kemm tkun akuta l- vista, Amsler grid, diskriminazzjoni ta’ kulur ta’ dwal tat-traffiku simulati, Humphrey perimeter u photostress).

Ma kienx hemm effett fuq il-morfoloġija jew motilità ta’ l-isperma wara dożi orali ta’ 100 mg il- waħda ta’ sildenafil f’voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 4.6).

Aktar informazzjoni fuq provi kliniċi

Fi provi kliniċi sildenafil ġie mogħti lil aktar minn 8000 pazjent ta’ età 19 - 87 sena. Kienu rappreżentati dawn il-gruppi ta’ pazjenti li ġejjin: anzjani (19.9%), pazjenti bi pressjoni għolja (30.9%), dijabetiċi (20.3%), b’mard iskemiku tal-qalb (5.8%), iperlipidimja (19.8%), ħsara fis-sinsla tad-dahar (0.6%), dipressjoni (5.2%), b’resezzjoni transuretrali tal-prostata (3.7%), prostatectomy radikali (3.3%). Dawn il-gruppi li ġejjin ma kienux rappreżentati tajjeb jew esklużi mill-provi kliniċi: pazjenti b’kirurġija tal-pelvis, pazjenti wara radjuterapija, pazjenti bi ħsara severa tal-kliewi jew tal- fwied u pazjenti b’ċertu kundizzjonijiet kardjovaskulari (ara sezzjoni 4.3).

Fi studji ta’ doża fissa, il-proporzjon ta’ pazjenti li rrappurtaw li l-kura tejjbet l-erezzjonijiet tagħhom kienu 62% (25 mg), 74% (50 mg), u 82% (100 mg) imqabbla ma’ 25% fuq il-plaċebo. Fi provi kliniċi kkontrollati, r-rata ta’ diskontinwazzjoni minħabba sildenafil kienet baxxa u simili ma’ tal-plaċebo.

Fil-provi kollha, il-proporzjon ta’ pazjenti li rrappurtaw titjib b’sildenafil kienu kif ġejjin: problema ta’ erezzjoni tal-pene psikoġenika (84%), problemi ta’ l-erezzjoni mħallta (77%), problema ta’ erezzjoni organika (68%), anzjani (67%), dijabetiċi (59%), mard iskemiku tal-qalb (69%), pressjoni għolja (68%), TURP (61%), prostatectomy radikali (43%), korriment fis-sinsla tad-dahar (83%), dipressjoni (75%). Sildenafil żamm l-effikaċja u s-sigurtà tiegħu fi studji li damu żmien twil.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Viagra f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fit-trattament ta’ problemi ta’ l-erezzjoni tal-pene. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Sildenafil jiġi assorbit malajr. L-ogħla konċentrazzjonijiet osservati fil-plażma intlaħqu fi żmien 30 sa 120 minuta (medjan 60 minuta) ta’ doża orali fi stat sajjem. Il-medja assoluta ta’ biodisponibilità orali hija 41% (medda 25-63%). Wara doża orali ta’ sildenafil l-AUC u Cmax jiżdiedu fi proporzjon mad- doża fuq il-medda rrakkomandata tad-doża (25 -100 mg).

Meta l-pilloli miksija b’rita jittieħdu ma’ l-ikel, ir-rata ta’ assorbiment ta’ sildenafil titnaqqas b’dewmien medju fit-tmax ta’ 60 minuta u tnaqqis medju fis-Cmax ta’ 29%.

Fi studju kliniku f’36 raġel b’saħħithom li kellhom 45 sena jew aktar, il-pilloli li jinħallu fil-ħalq ta’ 50 mg mogħtija mingħajr ilma ġew osservati li kienu bijoekwivalenti għall-pilloli miksija b’rita ta’ 50 mg. Fl-istess studju, l-AUC baqgħet l-istess, iżda l-medja tas-Cmax kienet 14% iktar baxxa meta l- pilloli li jinħallu fil-ħalq ta’ 50 mg ingħataw mal-ilma meta mqabbla mal-pillola miksija b’rita ta’ 50 mg.

Meta l-pilloli li jinħallu fil-ħalq jittieħdu ma’ ikla b’ammont għoli ta’ xaħam, ir-rata ta’ assorbiment ta’ sildenafil titnaqqas, il-medjan tat-Tmax jittardja b’madwar 3.4 sigħat u l-medja tas-Cmax u l-AUC huma mnaqqsa b’madwar 59% u 12%, meta mqabbla mal-għoti ta’ pilloli li jinħallu fil-ħalq taħt kundizzjonijiet ta’ stat sajjem (Ara Sezzjoni 4.2).

Distribuzzjoni

Il-medja tal-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss (Vd) għal sildenafil huwa 105 l, li jindika distribuzzjoni fit-tessut. Wara doża orali waħda ta’ 100 mg, l-ogħla konċentrazzjoni medja totali fil- plażma ta’ sildenafil hija bejn wieħed u ieħor 440 ng/mL (CV 40%). Minħabba li sildenafil (u l- metabolu ewlenieni tiegħu N-desmethyl fiċ-ċirkolazzjoni) huwa 96% marbut ma’ proteini tal-plażma, dan jirriżulta fl-ogħla konċentrazzjoni ta’ plażma ħielsa għal sildenafil ta’ 18 ng/ mL (38nM). Ir-rabta mal-proteini hija indipendenti mill-konċentrazzjonijiet totali tal-pillola.

F’voluntiera b’saħħithom li ħadu sildenafil (100 mg doża waħda), anqas minn 0.0002% (medja 188 ng) tad-doża amministrata kienet preżenti fl-isperma 90 minuta wara d-doża.

Bijotrasformazzjoni

Sildenafil huwa mneħħi primarjament mill-iżo-enżimi mikrożomali CYP3A4 (rotta ewlenija) u CYP2C9 (rotta minuri) tal-fwied. Il-metabolu ċirkulatorju ewlieni jirriżulta minn N-demethylation ta’ sildenafil. Dan il-metabolu għandu profil selettiv ta’ phosphodiesterase simili għal sildenafil u potenza in vitro għal PDE5 bejn wieħed u ieħor 50% ta’ dik tal-mediċina mhux mibdula. Konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ dan il-metabolu huma bejn wieħed u ieħor 40% ta’ dawk li ntwerew għal sildenafil. Il- metabolu N-desmethyl jiġi mmetabolizzat iżjed, b’half life terminali ta’ bejn wieħed u ieħor 4 h.

Eliminazzjoni

It-tneħħija totali ta’ sildenafil mill-ġisem hija 41 L/h li jirriżulta f’half life fil-fażi terminali ta’ 3-5 h. Wara jew amministrazzjoni orali jew fil-vina, sildenafil jitneħħa bħala metaboliti b’mod predominanti fl-ippurgar (bejn wieħed u ieħor 80% tad-doża orali amministrata) u f’proporzjon anqas fl-urina (bejn wieħed u ieħor 13% tad-doża orali mogħtija).

Farmakokinetika fi gruppi speċjali ta’ pazjenti

Anzjani

Voluntiera anzjani b’saħħithom (65 sena jew iżjed) kellhom tneħħija mnaqqsa ta’ sildenafil, li jirriżulta f’bejn wieħed u ieħor 90% konċentrazzjonijiet ogħla fil-plażma ta’ sildenafil u l-metabolu attiv N-desmethly mqabbel ma’ dawk li nstabu f’voluntiera żagħżagħ b’saħħithom (18-45 sena). Minħabba differenzi relatati ma’ l-età fl-irbit tal-proteini tal-plażma, ż-żieda korrispondenti fil- konċentrazzjoni fil-plażma ta’ sildenafil ħieles kienet bejn wieħed u ieħor 40%.

Insuffiċjenza tal-kliewi

F’voluntiera b’indeboliment ħafif għal moderat tal-kliewi (tneħħija tal-creatinine = 30-80ml/min), il- farmakokinetika ta’ sildenafil ma tbiddlitx wara doża orali waħda ta’ 50 mg. Il-medja ta’ l-AUC u Cmax tal-metabolu N-desmethyl żdiedu b’sa 126% u b’sa 73% rispettivament, mqabbla ma’ voluntiera ta’ l- istess età li ma kellhomx ħsara fil-kliewi. Madankollu, minħabba varjazzjonijiet kbar bejn is-suġġetti, dawn d-differenzi ma kienux statistikament sinifikanti. F’voluntiera b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija tal-creatinine < 30ml/min), it-tneħħija ta’ sildenafil naqset, u wasslet għal żidiet medji ta’

l-AUC u Cmax ta’ 100% u 88% rispettivament mqabbla ma’ voluntiera tal-istess età li ma kellhomx ħsara fil-kliewi. Barra minn dan, il-valuri ta’ l-AUC u s-Cmax tal-metabolite N-desmethyl żdiedu b’mod sinifikanti b’200% u 79% rispettivament.

Insuffiċjenza tal-fwied

F’voluntiera b’ċirrożi tal-fwied ħafifa għal moderata ( Child-Pugh A u B) it-tneħħija ta’ sildenafil titnaqqas, u rriżulta f’żidiet fl-AUC (84%) u Cmax (47%) mqabbel ma’ voluntiera ta’ l-istess età li ma kellhomx ħsara fil-fwied. Il-farmakokinetika ta’ sildenafil f’pazjenti bi ħsara severa tal-fwied ma ġietx studjata.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l- iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Microcrystalline cellulose

Silica, hydrophobic colloidal

Croscarmellose sodium

Magnesium stearate

Indigo carmine aluminium lake (E132)

Sucralose

Mannitol

Crospovidone

Polyvinyl acetate

Povidone

It-togħma fiha:

Maltodextrin

Dextrin

It-togħma naturali fiha:

Maltodextrin

Glycerol (E422)

Propylene glycol (E1520)

It-togħma tal-lumi fiha:

Maltodextrin

Alpha-tocopherol (E307)

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji ta’ l-aluminju/PVC f’pakketti tal-kartun jew pakkett sekondarju ssiġillat bis-sħana, ta’ 2, 4, 8 jew 12-il pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pfizer Limited

Sandwich

Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/98/077/020

EU/1/98/077/021

EU/1/98/077/022

EU/1/98/077/023

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 14 ta’ Settembru 1998

Data tal-aħħar tiġdid: 14 ta’ Settembru 2008

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati