Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Viagra (sildenafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaViagra
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

VIAGRA 25 mg pilloli miksijin b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu VIAGRA u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

3.Kif għandek tieħu VIAGRA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen VIAGRA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu VIAGRA u gћalxiex jintuża

VIAGRA fih is-sustanza attiva sildenafil li jagħmel ma’ grupp ta’ mediċinali msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase type 5 (PDE5). Hija taħdem billi tgħin tirrilassa l-arterji li jġorru d-demm għal pene u tippermetti d-demm biex jidħol fil-pene meta tkun eċċitat sesswalment. VIAGRA tgħinek biss biex tikseb erezzjoni jekk inti tiġi stimulat sesswalment.

VIAGRA hija kura għal irġiel adulti bi problema ta’ erezzjoni tal-pene, kultant imsejħa impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, il-pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

Tiħux VIAGRA

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina. Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw nitric oxide, bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm potenzjalment ta’ ħsara jekk jittieħdu mal-Viagra.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid-demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Viagra,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema serja tal-fwied jew tal-qalb.

Jekk inti dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk inti għandek pressjoni baxxa.

Jekk inti għandek ċertu mard rari ereditarju tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt tlift il-vista minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Viagra

-jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (anormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkimja (kanċer taċ-celloli tad-demm), multiple myeloma (kanċer tal-mudullun)

-jekk inti għandek deformità tal-pene tiegħek, jew il-marda msejħa ta’ Peyronie.

-jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt l-att sesswali.

-jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problemi ta’ tnixxija tad-demm (bħal ħemofilja).

-jekk f’ħakka t’għajn jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar VIAGRA u kellem lit- tabib tiegħek minnufih.

Inti m’għandekx tuża VIAGRA ma’ xi kura oħra kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża VIAGRA ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk inti mara.

Konsiderazzjonijiet speċjali għal pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqaslek id-doża.

Tfal u adolexxenti

VIAGRA m’għandux jingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u VIAGRA

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Il-pilloli VIAGRA għandhom mnejn jaffettwaw xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati għal kura ta’ l-uġigħ tas-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek li inti ħadt VIAGRA, u meta. Tieħux VIAGRA ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini msejħa nitrati, minħabba li flimkien dawn il- mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem

għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn il-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini li huma magħrufa bħala donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”), għaliex dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni, potenzjalment ta’ ħsara, jekk jittieħdu mal-VIAGRA.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufa bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it- tabib tiegħek jista’ jibda bl-anqas doża (25 mg) ta’ VIAGRA.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li jista’ jkun ikkawżat minn pressjoni baxxa posturali, jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bil-qiegħda jew meta tqum bil-wieqfa bil-għaġġla. Xi pazjenti ħassew dawn is-sintomi meta kienu qed jieħdu VIAGRA ma’ alpha blockers. Normalment dan iseħħ l- iktar sa 4 sigħat wara li tittieħed VIAGRA. Biex tnaqqas iċ-ċans li dawn is-sintomi jistgħu jseħħu, għandek tkun fuq doża regolari ta’ kuljum ta’ l-alpha blocker li qed tieħu qabel ma tibda VIAGRA. It- tabib tiegħek jista’ jibdik b’doża baxxa ta’ 25mg ta’ VIAGRA.

VIAGRA ma’ ikel, xorb u alkoħol

VIAGRA tista’ tittieħed ma’ jew mingħajr l-ikel. Jista’ jkun li ddum ftit iktar biex tagħmel effett, jekk tittieħed ma’ ikla sostanzjali.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ifixkel l-abilità li jkollok erezzjoni. Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu VIAGRA.

Tqala, treddigħ u fertilità

VIAGRA mhux magħmul biex jużawh in-nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

VIAGRA jista’ jġib sturdament u jaffettwa l-vista. Qabel ma ssuq jew tuża makkinarju, għandek tkun taf sew l-effett li għandu fuqek VIAGRA.

VIAGRA fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, bħal lactose, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu VIAGRA.

3.Kif gћandek tieћu VIAGRA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża tal-bidu rakkomandata hija 50 mg.

M’għandekx tuża VIAGRA iżjed minn darba kuljum.

Tiħux VIAGRA pilloli miksija b’rita li fihom sildenafil flimkien ma’ VIAGRA pilloli li jinħallu fil- ħalq.

Inti għandek tieħu VIAGRA madwar siegħa qabel ma tippjana li jkollok x’taqsam sesswalment mal- partner. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

Jekk tħoss li l-effett ta’ VIAGRA huwa wisq qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

VIAGRA tgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment. Il-ħin li tieħu VIAGRA biex taħdem ivarja minn persuna għal oħra, iżda normalment tieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Inti tista’ ssib li VIAGRA ddum iżjed biex taħdem jekk inti teħodha ma’ ikla kbira.

Jekk VIAGRA ma tgħinekx biex jkollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu VIAGRA aktar milli suppost:

Tista’ tesperjenza żieda fl-effetti sekondarji u fis-severita’ tagħhom. Dożi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effiċjenza.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati ma’ l-użu tal-VIAGRA huma ġeneralment ħfief għal moderati u ma jdumux.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu VIAGRA u tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika - din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa persuna 1 minn kull 100) Is-sintomi jinkludu tħarħir tan-nifs f’daqqa, diffikulta’ biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil- kapell ta’ l-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni: Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

Tużax nitrates biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġieħ – dawn iseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – dan iseħħ b’mod rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dawn iseħħu b’mod rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet – dawn iseħħu b’mod rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar tal-menopawsa (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq tal-ġisem), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb viżiv,imnifsejn miżduda u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx, irritazzjoni fl-għajnejn, għajnejn ħomor, uġigħ fl-għajn, tara leħħiet ta’ dawl bħal berqa, luminożità viżiva, sensittività għad- dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit qawwi tal-qalb, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, uġigħ fil-muskoli, ngħas tqil, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertigo, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew mimlijin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu tnixxija, għatis u sadda), uġigħ addominali fil-parti ta’ fuq, mard tar-rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza ta’ demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, fsada fl-imnieħer, sensazzjoni ta’ sħana u għeja.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, puplesija, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, fluss tad-demm temporanjament imnaqqas għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ ssikkar tal-gerżuma, telf ta’ sensazzjoni fil-ħalq, fsada fuq wara tal-għajnejn, tara doppju, tnaqqis fil- preċiżjoni viżiva, sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, telf ta’ kulur tal-abjad tal-għajnejn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u telf f’daqqa tas-smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrappurtati każijiet ta’anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) mewt għall-għarrieda . Ta’ min wieħed jinnota li l-biċċa l-kbira tal-irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il- mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ VIAGRA.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen VIAGRA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih VIAGRA

Is-sustanza attiva hi s-sildenafil. Kull pillola fiha 25mg ta’ sildenafil (bħala ċitrat).

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola:

Rita tal-kisja:

microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate (anhydrous), croscarmellose sodium, magnesium stearate,

hypromellose, titanium dioxide (E171), lactose monohydrate, triacetin, indigo carmine aluminium lake (E132)

Kif jidher VIAGRA u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ VIAGRA huma blu, b’forma ta’ djamant ġej għat-tond. Huma mmarkati bil-kelma “PFIZER” fuq naħa waħda u b’“VGR 25” fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli jiġu fi strixxi tal-fojl li fihom 2, 4, 8 jew 12-il pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil- pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ VIAGRA huwa Pfizer Limited, Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit

Il-manifattur ta’ VIAGRA huwa Fareva Amboise, Zone Industrielle, 29 route des Industries, 37530 Pocé-sur-Cisse, Franza.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België /Belgique / Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./ N.V.

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Magyarország

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer Kft.

Тел.: +359 2 970 4333

Tel.: + 36 1 488 37 00

Česká republika

Malta

Pfizer s.r.o.

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel: +420-283-004-111

Tel: + 356 21 22 01 74

Danmark

Nederland

Pfizer ApS

Pfizer bv

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Deutschland

Norge

Pfizer Pharma PFE GmbH

Pfizer AS

Tel: +49 (0)800 8535555

Tlf: +47 67 52 61 00

Eesti

Österreich

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Polska

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε.,

Pfizer Polska Sp. z o.o.,

Τηλ.: +30 210 67 85 800

Tel.: +48 22 335 61 00

España

Portugal

Pfizer GEP, S.L.

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +34 91 490 99 00

Tel: +351 21 423 5500

France

România

Pfizer PFE France

Pfizer România S.R.L.

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +40 (0)21 207 28 00

Hrvatska

Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL, Pfizer, podružnica za

Tel: + 385 1 3908 777

svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti,

 

Ljubljana

 

Tel: + 386(0)152 11 400

Ireland

Slovenská republika

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Tel: +421–2–3355 5500

Tel: +44 (0)1304 616161

 

Ísland

Suomi/Finland

Icepharma hf.

Pfizer Oy

Sími: + 354 548 8000

Puh/Tel: +358(0)9 43 00 40

Italia

Sverige

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer AB

Tel: +39 06 33 18 21

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Κύπρος

United Kingdom

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH),

Pfizer Limited

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +44 (0)1304 616161

Latvija

 

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

 

Tel: +371 670 35 775

 

Lietuva

 

Pfizer Luxembourg SARL, filialas Lietuvoje

 

Tel. +3705 2514000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}>

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

VIAGRA 50 mg pilloli miksijin b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu VIAGRA u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

3.Kif għandek tieħu VIAGRA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen VIAGRA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu VIAGRA u gћalxiex jintuża

VIAGRA fih is-sustanza attiva sildenafil li jagħmel ma’ grupp ta’ mediċinali msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase type 5 (PDE5). Hija taħdem billi tgħin tirrilassa l-arterji li jġorru d-demm għal pene u tippermetti d-demm biex jidħol fil-pene meta tkun eċċitat sesswalment. VIAGRA tgħinek biss biex tikseb erezzjoni jekk inti tiġi stimulat sesswalment.

VIAGRA hija kura għal irġiel adulti bi problema ta’ erezzjoni tal-pene, kultant imsejħa impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, il-pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

Tiħux VIAGRA

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina. Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw nitric oxide, bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm potenzjalment ta’ ħsara jekk jittieħdu mal-Viagra.

qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn

ċapep fid-demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Viagra,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema serja tal-fwied jew tal-qalb.

Jekk inti dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk inti għandek pressjoni baxxa.

Jekk inti għandek ċertu mard rari ereditarju tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt tlift il-vista minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu VIAGRA

-jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (anormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkimja (kanċer taċ-celloli tad-demm), multiple myeloma (kanċer tal-mudullun)

-jekk inti għandek deformità tal-pene tiegħek, jew il-marda msejħa ta’ Peyronie.

-jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt l-att sesswali.

-jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problema ta’ tnixxija tad-demm (bħal ħemofilja).

-jekk f’ħakka t’għajn jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar VIAGRA u kellem lit- tabib tiegħek minnufih.

Inti m’għandekx tuża VIAGRA ma’ xi kura oħra, kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata, għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża VIAGRA ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk inti mara.

Konsiderazzjonijiet speċjali għal pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqaslek id-doża.

Tfal u adolexxenti

VIAGRA m’għandux jingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u VIAGRA

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Il-pilloli VIAGRA għandhom mnejn jaffettwaw xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati għal kura ta’ l-uġigħ tas-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek li inti ħadt VIAGRA, u meta. Tieħux VIAGRA ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini msejħa nitrati, minħabba li flimkien dawn il- mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn il-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini li huma magħrufa bħala donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”), għaliex dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni potenzjalment ta’ ħsara jekk jittieħdu mal-VIAGRA

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufa bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it- tabib tiegħek jista’ jibda bl-anqas doża (25 mg) ta’ VIAGRA.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li jista’ jkun ikkawżat minn pressjoni baxxa posturali, jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bil-qiegħda jew meta tqum bil-wieqfa bil-għaġġla. Xi pazjenti ħassew dawn is-sintomi meta kienu qed jieħdu VIAGRA ma’ alpha blockers. Normalment dan iseħħ l- iktar sa 4 sigħat wara li tittieħed VIAGRA. Biex tnaqqas iċ-ċans li dawn is-sintomi jistgħu jseħħu, għandek tkun fuq doża regolari ta’ kuljum ta’ l-alpha blocker li qed tieħu qabel ma tibda VIAGRA. It- tabib tiegħek jista’ jibdik b’doża baxxa ta’ 25mg ta’ VIAGRA.

VIAGRA ma’ ikel, xorb u alkoħol

VIAGRA tista’ tittieħed ma’ jew mingħajr l-ikel. Jista’ jkun li ddum ftit iktar biex tagħmel effett, jekk tittieħed ma’ ikla sostanzjali.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ifixkel l-abilità li jkollok erezzjoni. Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu VIAGRA.

Tqala, treddigħ u fertilità

VIAGRA mhux magħmul biex jużawh in-nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

VIAGRA jista’ jġib stordament u jaffettwa l-vista. Qabel ma ssuq jew tuża makkinarju, għandek tkun taf sew l-effett li għandha fuqek VIAGRA.

VIAGRA fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, bħal lactose, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu VIAGRA.

3. Kif gћandek tieћu VIAGRA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża tal-bidu rakkomandata hija 50 mg.

M’għandekx tuża VIAGRA iżjed minn darba kuljum.

Tiħux VIAGRA pilloli miksija b’rita li fihom sildenafil flimkien ma’ VIAGRA pilloli li jinħallu fil- ħalq.

Inti għandek tieħu VIAGRA madwar siegħa qabel ma tippjana li jkollok x’taqsam sesswalment mal- partner. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

Jekk tħoss li l-effett ta’ VIAGRA huwa wisq qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

VIAGRA tgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment. Il-ħin li tieħu VIAGRA biex taħdem ivarja minn persuna għal oħra, iżda normalment tieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Inti tista’ ssib li VIAGRA ddum iżjed biex taħdem jekk inti teħodha ma’ ikla kbira.

Jekk VIAGRA ma tgħinekx biex jkollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu VIAGRA aktar milli suppost:

Tista’ tesperjenza żieda fl-effetti sekondarji u fis-severita’ tagħhom. Dożi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effiċjenza.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati ma’ l-użu tal-VIAGRA huma ġeneralment ħfief għal moderati u ma jdumux.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu VIAGRA u tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika - din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa persuna 1 minn kull 100) Is-sintomi jinkludu tħarħir tan-nifs f’daqqa, diffikulta’ biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil- kapell ta’ l-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

Tużax nitrates biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġieħ – dawn iseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – dan iseħħ b’mod rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dawn iseħħu b’mod rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet – dawn iseħħu b’mod rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar tal-menopawsa (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq tal-ġisem), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb viżiv,imnifsejn miżduda u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx, irritazzjoni fl-għajnejn, għajnejn ħomor, uġigħ fl-għajn, tara leħħiet ta’ dawl bħal berqa, luminożità viżiva, sensittività għad- dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit qawwi tal-qalb, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, uġigħ fil-muskoli, ngħas tqil, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertigo, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew mimlijin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu tnixxija, għatis u sadda), uġigħ addominali fil-parti ta’ fuq, mard tar-rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza ta’ demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, fsada fl-imnieħer, sensazzjoni ta’ sħana u għeja.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, puplesija, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, fluss tad-demm temporanjament imnaqqas għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ ssikkar tal-gerżuma, telf ta’ sensazzjoni fil-ħalq, fsada fuq wara tal-għajnejn, tara doppju, tnaqqis fil- preċiżjoni viżiva, sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, telf ta’ kulur tal-abjad tal-għajnejn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u telf f’daqqa tas-smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrappurtati każijiet ta’ anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) u mewt għall-għarrieda . Ta’ min wieħed jinnota li l-biċċa l-kbira tal-irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il- mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ VIAGRA.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen VIAGRA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih VIAGRA

Is-sustanza attiva hi s-sildenafil. Kull pillola fiha 50 mg ta’ sildenafil (bħala ċitrat).

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola:

Rita tal-kisja:

microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate (anhydrous), croscarmellose sodium, magnesium stearate,

hypromellose, titanium dioxide (E171), lactose monohydrate, triacetin, indigo carmine aluminium lake (E132)

Kif jidher VIAGRA u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ VIAGRA huma blu, b’forma ta’ djamant ġej għat-tond. Huma mmarkati bil-kelma “PFIZER” fuq naħa waħda u b’“VGR 50” fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli jiġu fi strixxi tal-fojl li fihom 2, 4, 8, 12 jew 24 pillola f’pakkett jew ipakkettar tal-kartun. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ VIAGRA huwa Pfizer Limited, Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit

Il-manifattur ta’ VIAGRA huwa Fareva Amboise, Zone Industrielle, 29 route des Industries, 37530 Pocé-sur-Cisse, Franza.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België /Belgique / Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./ N.V.

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Magyarország

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer Kft.

Тел.: +359 2 970 4333

Tel.: + 36 1 488 37 00

Česká republika

Malta

Pfizer s.r.o.

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel: +420-283-004-111

Tel: + 356 21 22 01 74

Danmark

Nederland

Pfizer ApS

Pfizer bv

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Deutschland

Norge

Pfizer Pharma PFE GmbH

Pfizer AS

Tel: +49 (0)800 8535555

Tlf: +47 67 52 61 00

Eesti

Österreich

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Polska

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε.,

Pfizer Polska Sp. z o.o.,

Τηλ.: +30 210 67 85 800

Tel.: +48 22 335 61 00

España

Portugal

Pfizer GEP, S.L.

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +34 91 490 99 00

Tel: +351 21 423 5500

France

România

Pfizer PFE France

Pfizer România S.R.L.

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +40 (0)21 207 28 00

Hrvatska

Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL, Pfizer, podružnica za

Tel: + 385 1 3908 777

svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti,

 

Ljubljana

 

Tel: + 386(0)152 11 400

Ireland

Slovenská republika

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Tel: +421–2–3355 5500

Tel: +44 (0)1304 616161

 

Ísland

Suomi/Finland

Icepharma hf.

Pfizer Oy

Sími: + 354 540 8000

Puh/Tel: +358(0)9 43 00 40

Italia

Sverige

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer AB

Tel: +39 06 33 18 21

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Κύπρος

United Kingdom

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH),

Pfizer Limited

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +44 (0)1304 616161

Latvija

 

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

 

Tel: +371 670 35 775

 

Lietuva

 

Pfizer Luxembourg SARL, filialas Lietuvoje

 

Tel. +3705 2514000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}>

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

VIAGRA 100 mg pilloli miksijin b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu VIAGRA u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

3.Kif għandek tieħu VIAGRA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen VIAGRA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu VIAGRA u gћalxiex jintuża

VIAGRA fih is-sustanza attiva sildenafil li jagħmel ma’ grupp ta’ mediċinali msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase type 5 (PDE5). Hija taħdem billi tgħin tirrilassa l-arterji li jġorru d-demm għal pene u tippermetti d-demm biex jidħol fil-pene meta tkun eċċitat sesswalment. VIAGRA tgħinek biss biex tikseb erezzjoni jekk inti tiġi stimulat sesswalment.

VIAGRA hija kura għal irġiel adulti bi problema ta’ erezzjoni tal-pene, kultant imsejħa impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, il-pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

Tiħux VIAGRA

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina. Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw nitric oxide, bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm potenzjalment ta’ ħsara jekk jittieħdu mal-Viagra.

qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn

ċapep fid-demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Viagra,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema serja tal-fwied jew tal-qalb.

Jekk inti dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk inti għandek pressjoni baxxa.

Jekk inti għandek ċertu mard rari ereditarju tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt tlift il-vista minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu VIAGRA

-jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (anormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkimja (kanċer taċ-celloli tad-demm), multiple myeloma (kanċer tal-mudullun)

-jekk inti għandek deformità tal-pene tiegħek, jew il-marda msejħa ta’ Peyronie.

-jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt l-att sesswali.

-jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problema ta’ tnixxija tad-demm (bħal ħemofilja).

-jekk f’ħakka t’għajn jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar VIAGRA u kellem lit- tabib tiegħek minnufih.

Inti m’għandekx tuża VIAGRA ma’ xi kura oħra, kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata, għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża VIAGRA ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk inti mara.

Konsiderazzjonijiet speċjali għal pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqaslek id-doża.

Tfal u adolexxenti

VIAGRA m’għandux jingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u VIAGRA

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Il-pilloli VIAGRA għandhom mnejn jaffettwaw xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati għal kura ta’ l-uġigħ tas-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek li inti ħadt VIAGRA, u meta. Tieħux VIAGRA ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini msejħa nitrati, minħabba li flimkien dawn il- mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn il-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini li huma magħrufa bħala donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”), għaliex dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni, potenzjalment ta’ ħsara, jekk jittieħdu mal-VIAGRA.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufa bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it- tabib tiegħek jista’ jibda bl-anqas doża (25 mg) ta’ VIAGRA.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li jista’ jkun ikkawżat minn pressjoni baxxa posturali, jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bil-qiegħda jew meta tqum bil-wieqfa bil-għaġġla. Xi pazjenti ħassew dawn is-sintomi meta kienu qed jieħdu VIAGRA ma’ alpha blockers. Normalment dan iseħħ l- iktar sa 4 sigħat wara li tittieħed VIAGRA. Biex tnaqqas iċ-ċans li dawn is-sintomi jistgħu jseħħu, għandek tkun fuq doża regolari ta’ kuljum ta’ l-alpha blocker li qed tieħu qabel ma tibda VIAGRA. It- tabib tiegħek jista’ jibdik b’doża baxxa ta’ 25mg ta’ VIAGRA.

VIAGRA ma’ ikel, xorb u alkoħol

VIAGRA tista’ tittieħed ma’ jew mingħajr l-ikel. Jista’ jkun li ddum ftit iktar biex tagħmel effett, jekk tittieħed ma’ ikla sostanzjali.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ifixkel l-abilità li jkollok erezzjoni. Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu VIAGRA.

Tqala, treddigħ u fertilità

VIAGRA mhux magħmul biex jużawh in-nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

VIAGRA jista’ jġib sturdament u jaffettwa l-vista. Qabel ma ssuq jew tuża makkinarju, għandek tkun taf sew l-effett li għandu fuqek VIAGRA.

VIAGRA fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, bħal lactose, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu VIAGRA.

3. Kif gћandek tieћu VIAGRA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża tal-bidu rakkomandata hija 50 mg.

M’għandekx tuża VIAGRA iżjed minn darba kuljum.

Tiħux VIAGRA pilloli miksija b’rita li fihom sildenafil flimkien ma’ VIAGRA pilloli li jinħallu fil- ħalq.

Inti għandek tieħu VIAGRA madwar siegħa qabel ma tippjana li jkollok x’taqsam sesswalment mal- partner. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

Jekk tħoss li l-effett ta’ VIAGRA huwa wisq qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

VIAGRA tgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment. Il-ħin li tieħu VIAGRA biex taħdem ivarja minn persuna għal oħra, iżda normalment tieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Inti tista’ ssib li VIAGRA ddum iżjed biex taħdem jekk inti teħodha ma’ ikla kbira.

Jekk VIAGRA ma tgħinekx biex jkollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu VIAGRA aktar milli suppost:

Tista tesperjenza żieda fl-effetti sekondarji u fis-severita’ tagħhom. Dożi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effiċjenza.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati ma’ l-użu tal-VIAGRA huma ġeneralment ħfief għal moderati u ma jdumux.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu VIAGRA u tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika - din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa persuna 1 minn kull 100) Is-sintomi jinkludu tħarħir tan-nifs f’daqqa, diffikulta’ biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil- kapell ta’ l-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

Tużax nitrates biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġieħ – dawn iseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – dan iseħħ b’mod rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dawn iseħħu b’mod rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet – dawn iseħħu b’mod rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar tal-menopawsa (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq tal-ġisem), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb viżiv,imnifsejn miżduda u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx, irritazzjoni fl-għajnejn, għajnejn ħomor, uġigħ fl-għajn, tara leħħiet ta’ dawl bħal berqa, luminożità viżiva, sensittività għad- dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit qawwi tal-qalb, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, uġigħ fil-muskoli, ngħas tqil, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertigo, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew mimlijin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu tnixxija, għatis u sadda), uġigħ addominali fil-parti ta’ fuq, mard tar-rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza ta’ demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, fsada fl-imnieħer, sensazzjoni ta’ sħana u għeja.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, puplesija, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, fluss tad-demm temporanjament imnaqqas għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ ssikkar tal-gerżuma, telf ta’ sensazzjoni fil-ħalq, fsada fuq wara tal-għajnejn, tara doppju, tnaqqis fil- preċiżjoni viżiva, sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, telf ta’ kulur tal-abjad tal-għajnejn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u telf f’daqqa tas-smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrappurtati każijiet ta’ anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb), u mewt għall-għarrieda. Ta’ min wieħed jinnota li l-biċċa l-kbira tal-irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il- mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ VIAGRA.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen VIAGRA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha VIAGRA

Is-sustanza attiva hi s-sildenafil. Kull pillola fiha 100 mg ta’ sildenafil (bħala ċitrat).

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola:

Rita tal-kisja:

microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate (anhydrous), croscarmellose sodium, magnesium stearate,

hypromellose, titanium dioxide (E171), lactose monohydrate, triacetin, indigo carmine aluminium lake (E132)

Kif jidher VIAGRA u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli miksijin b’rita ta’ VIAGRA huma blu, b’forma ta’ djamant ġej għat-tond. Huma mmarkati bil-kelma “PFIZER” fuq naħa waħda u b’“VGR 100” fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli jiġu fi strixxi tal-fojl li fihom 2, 4, 8, 12 jew 24 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil- pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ VIAGRA huwa Pfizer Limited, Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit

Il-manifattur ta’ VIAGRA huwa Fareva Amboise, Zone Industrielle, 29 route des Industries, 37530 Pocé-sur-Cisse, Franza.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België /Belgique / Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./ N.V.

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Magyarország

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer Kft.

Тел.: +359 2 970 4333

Tel.: + 36 1 488 37 00

Česká republika

Malta

Pfizer s.r.o.

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel: +420-283-004-111

Tel: + 356 21 22 01 74

Danmark

Nederland

Pfizer ApS

Pfizer bv

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Deutschland

Norge

Pfizer Pharma PFE GmbH

Pfizer AS

Tel: +49 (0)800 8535555

Tlf: +47 67 52 61 00

Eesti

Österreich

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Polska

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε.,

Pfizer Polska Sp. z o.o.,

Τηλ.: +30 210 67 85 800

Tel.: +48 22 335 61 00

España

Portugal

Pfizer GEP, S.L.

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +34 91 490 99 00

Tel: +351 21 423 5500

France

România

Pfizer PFE France

Pfizer România S.R.L.

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +40 (0)21 207 28 00

Hrvatska

Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL, Pfizer, podružnica za

Tel: + 385 1 3908 777

svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti,

 

Ljubljana

 

Tel: + 386(0)152 11 400

Ireland

Slovenská republika

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Tel: +421–2–3355 5500

Tel: +44 (0)1304 616161

 

Ísland

Suomi/Finland

Icepharma hf.

Pfizer Oy

Sími: + 354 540 8000

Puh/Tel: +358(0)9 43 00 40

Italia

Sverige

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer AB

Tel: +39 06 33 18 21

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Κύπρος

United Kingdom

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH),

Pfizer Limited

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +44 (0)1304 616161

Latvija

 

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

 

Tel: +371 670 35 775

 

Lietuva

 

Pfizer Luxembourg SARL, filialas Lietuvoje

 

Tel. +3705 2514000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}>

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

VIAGRA 50 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu VIAGRA u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

3.Kif għandek tieħu VIAGRA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen VIAGRA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu VIAGRA u gћalxiex jintuża

VIAGRA fih is-sustanza attiva sildenafil li jagħmel ma’ grupp ta’ mediċinali msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase type 5(PDE5). Hija taħdem billi tgħin tirrilassa l-arterji li jġorru d-demm għal pene u tippermetti d-demm biex jidħol fil-pene meta tkun eċitat sesswalment. VIAGRA tgħinek biss biex tikseb erezzjoni jekk inti tiġi stimulat sesswalment.

VIAGRA hija kura għal irġiel adulti bi problema ta’ erezzjoni tal-pene, kultant imsejħa impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, il-pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu VIAGRA

Tieħux VIAGRA

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina. Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw nitric oxide, bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm potenzjalment ta’ ħsara jekk jittieħdu mal-Viagra.

qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid-demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Viagra,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema serja tal-fwied jew tal-qalb.

Jekk inti dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk inti għandek pressjoni baxxa.

Jekk inti għandek ċertu mard rari ereditarju tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt tlift il-vista minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Viagra

-jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (anormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkimja (kanċer taċ-celloli tad-demm), multiple myeloma (kanċer tal-mudullun)

-jekk inti għandek deformità tal-pene tiegħek, jew il-marda msejħa ta’ Peyronie.

-jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt rapport-att sesswali.

-jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problema ta’ tnixxija tad-demm (bħal ħemofilja).

-jekk f’ħakka t’għajn jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar VIAGRA u kellem lit- tabib tiegħek minnufih.

Inti m’għandekx tuża VIAGRA ma’ xi kura oħra, kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata, għal problema ta’ l-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża VIAGRA ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk inti mara.

Konsiderazzjonijiet speċjali għal pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqaslek id-doża.

Tfal u adolexxenti

VIAGRA m’għandux jingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u VIAGRA

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Il-pilloli VIAGRA għandhom mnejn jaffettwaw xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati għal kura ta’ l-uġigħ tas-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek li inti ħadt VIAGRA u meta. Tieħux VIAGRA ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini msejħa nitrati, minħabba li flimkien dawn il- mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn il-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris.

M’għandekx tieħu VIAGRA jekk qed tieħu mediċini li huma magħrufa bħala donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”), għaliex dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni, potenzjalment ta’ ħsara, jekk jittieħdu mal-VIAGRA

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufin bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it- tabib tiegħek jista’ jibda bl-anqas doża (25 mg pilloli miksija b’rita) ta’ VIAGRA.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li jista’ jkunu kkawżat minn pressjoni baxxa posturali jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bil-qiegħda jew meta tqum bil-wieqfa bil-għaġġla. Xi pazjenti ħassew dawn is-sintomi meta kienu qed jieħdu VIAGRA ma’ alpha blockers. Normalment dan iseħħ l- iktar sa 4 sigħat wara li tittieħed VIAGRA. Biex tnaqqas iċ-ċans li dawn is-sintomi jistgħu jseħħu, għandek tkun fuq doża regolari ta’ kuljum ta’ l-alpha blocker li qed tieħu qabel ma tibda VIAGRA. It- tabib tiegħek jista’ jibdik b’doża baxxa (25 mg pilloli miksija b’rita)) ta’ VIAGRA.

VIAGRA ma’ alkoħol

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ifixkel l-abilità li jkollok erezzjoni. Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu VIAGRA.

Tqala, treddigħ u fertilità

VIAGRA mhux magħmul biex jużwh in-nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

VIAGRA jista’ jġib sturdament u jaffettwa l-vista. Qabel ma ssuq jew tuża makkinarju, għandek tkun taf sew l-effett li għandu fuqek VIAGRA.

3. Kif gћandek tieћu VIAGRA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża tal-bidu rrakkomandata hija 50 mg.

M’għandekx tuża VIAGRA iżjed minn darba kuljum.

Tiħux VIAGRA pilloli li jinħallu fil-ħalq flimkien ma’ VIAGRA pilloli miksija b’rita.

Inti għandek tieħu VIAGRA madwar siegħa qabel ma tippjana li jkollok x’taqsam sesswalment mal- partner. L-ammont ta’ ħin li VIAGRA jieħu biex jaħdem ivarja minn persuna għall-oħra, iżda normalment jieħu bejn nofs siegħa u siegħa.

Poġġi l-pillola li tinħall fil-ħalq ġo ħalqek, fuq l-ilsien, fejn se tinħall fi żmien ftit sekondi, imbagħad iblagħha mal-bżieq jew mal-ilma.

Il-pilloli li jinħallu fil-ħalq għandhom jittieħdu fuq stonku vojt għax tista’ tiskopri li jdumu aktar biex jibdew jaħdmu jekk teħodhom ma’ ikla kbira.

Jekk tkun teħtieġ it-tieni pillola li tinħall fil-ħalq ta’ 50 mg biex tieħu doża totali ta’ 100 mg, għandek tistenna sakemm l-ewwel pillola tkun inħallet kompletament u tkun blajtha qabel ma tieħu t-tieni pillola li tinħall fil-ħalq.

Jekk tħoss li l-effett ta’ VIAGRA huwa wisq qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

VIAGRA tgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment.

Jekk VIAGRA ma tgħinekx biex jkollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu VIAGRA aktar milli suppost:

Tista tesperjenza żieda ta’ l-effetti sekondarji u s-severità tagħhom.Dożi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effiċjenza.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati ma’ l-użu tal-VIAGRA huma ġeneralment ħfief għal moderati u ma jdumux.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu VIAGRA u tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika - din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa persuna 1 minn kull 100) Is-sintomi jinkludu tħarħir tan-nifs f’daqqa, diffikulta’ biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil- kapell ta’ l-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

Tużax nitrates biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġieħ – dawn iseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – dan iseħħ b’mod rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dawn iseħħu b’mod rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet – dawn iseħħu b’mod rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar tal-menopawsa (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq tal-ġisem), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb viżiv,imnifsejn miżduda u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx, irritazzjoni fl-għajnejn, għajnejn ħomor, uġigħ fl-għajn, tara leħħiet ta’ dawl, luminożità viżiva, sensittività għad-dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit qawwi tal-qalb, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, uġigħ fil-muskoli, ngħas tqil, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertigo, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew mimlijin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu imnieħer inixxi, għatis u imnieħer miżdud), uġigħ addominali fil-parti ta’ fuq, mard tar-rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza ta’ demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, fsada fl- imnieħer, sensazzjoni ta’ sħana u għeja.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, puplesija, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb), fluss tad-demm temporanjament imnaqqas għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ ssikkar tal-gerżuma, telf ta’ sensazzjoni fil-ħalq, fsada fuq wara tal-għajnejn, tara doppju, tnaqqis fil-preċiżjoni viżiva, sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, telf ta’ kulur tal-abjad tal-għajnejn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u telf f’daqqa tas- smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrappurtati każijiet ta’anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) u mewt għall-għarrieda . Ta’ min wieħed jinnota li l-biċċa l-kbira tal-irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il- mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ VIAGRA.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen VIAGRA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih VIAGRA

Is-sustanza attiva hi s-sildenafil. Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 25mg ta’ sildenafil (bħala citrate salt).

Is-sustanzi l-oħra huma:

microcrystalline cellulose, silica hydrophobic colloidal , croscarmellose sodium, magnesium stearate, indigo carmine aluminium lake (E132), sucralose, mannitol, crospovidone, polyvinyl acetate, povidone,

togħma li fiha: maltodextrin u dextrin,

togħma naturali li fiha: maltodextrin, glycerol (E422) u propylene glycol (E1520),

togħma tal-lumi li fiha: maltodextrin u alpha-tocopherol (E307)).

Kif jidher VIAGRA u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli li jinħallu fil-ħalq ta’ VIAGRA huma blu, b’forma ta’ djament ġej għat-tond. Huma mmarkati bil-kelma “V50” fuq naħa waħda u b’“VGR 50” fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli li jinħallu fil-ħalq jiġu fi strixxi tal-fojl li fihom 2, 4, 8 jew 12-il pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ VIAGRA huwa Pfizer Limited, Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit

Il-manifattur ta’ VIAGRA huwa Fareva Amboise, Zone Industrielle, 29 route des Industries, 37530 Pocé-sur-Cisse, Franza.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België /Belgique / Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./ N.V.

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Magyarország

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer Kft.

Тел.: +359 2 970 4333

Tel.: + 36 1 488 37 00

Česká republika

Malta

Pfizer s.r.o.

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel: +420-283-004-111

Tel: + 356 21 22 01 74

Danmark

Nederland

Pfizer ApS

Pfizer bv

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Deutschland

Norge

Pfizer Pharma PFE GmbH

Pfizer AS

Tel: +49 (0)800 8535555

Tlf: +47 67 52 61 00

Eesti

Österreich

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Polska

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε.,

Pfizer Polska Sp. z o.o.,

Τηλ.: +30 210 67 85 800

Tel.: +48 22 335 61 00

España

Portugal

Pfizer GEP, S.L.

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +34 91 490 99 00

Tel: +351 21 423 5500

France

România

Pfizer PFE France

Pfizer România S.R.L.

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +40 (0)21 207 28 00

Hrvatska

Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL, Pfizer, podružnica za

Tel: + 385 1 3908 777

svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti,

 

Ljubljana

 

Tel: + 386(0)152 11 400

Ireland

Slovenská republika

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Tel: +421–2–3355 5500

Tel: +44 (0)1304 616161

 

Ísland

Suomi/Finland

Icepharma hf.

Pfizer Oy

Sími: + 354 540 8000

Puh/Tel: +358(0)9 43 00 40

Italia

Sverige

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer AB

Tel: +39 06 33 18 21

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Κύπρος

United Kingdom

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH),

Pfizer Limited

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +44 (0)1304 616161

Latvija

 

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

 

Tel: +371 670 35 775

 

Lietuva

 

Pfizer Luxembourg SARL, filialas Lietuvoje

 

Tel. +3705 2514000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}>

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati