Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vibativ (telavancin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J01XA03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVibativ
Kodiċi ATCJ01XA03
Sustanzatelavancin
ManifatturTheravance Biopharma Ireland Umited

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

VIBATIV 250 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

VIBATIV 750 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

VIBATIV 250 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kull kunjett fih 250 mg telavancin (bħala hydrochloride).

VIBATIV 750 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kull kunjett fih 750 mg telavancin (bħala hydrochloride).

Wara r-rikostituzzjoni, kull ml fih 15 mg ta’ telavancin.

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara s-sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għall konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kejk bajdani li jkanġi fir-roża, sħiħ jew ċapep.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

VIBATIV huwa indikat għall-kura fl-adulti bil-pnewmonja nosokomijali (NP) li tinkludi pnewmonja assoċjata mal-ventilatur (VAP), meta jkun magħruf jew issuspettat li ġiet ikkawżata bl-Staphylococcus aureus reżistenti għal methicillin (MRSA).

VIBATIV għandu jintuża biss f’sitwazzjonijiet fejn ikun magħruf jew issuspettat li m’hemmx alternattivi xierqa (ara s-sezzjonijiet 4.3, 4.4, 4.8 u 5.1).

Konsiderazzjoni għandha tingħata għal gwida uffiċjali dwar l-użu xieraq ta’ sustanzi antibatteriċi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Adulti

Il-programm ta’ kura rrakkomandat huwa 10 mg/kg, darba kull 24 siegħa, għal 7 sa 21 jum.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Pazjenti anzjani għandhom jirċievu doża ta’ telavancin skont il-piż tal-ġisem u l-funzjoni tal-kliewi tagħhom (ara s-sezzjonijiet 4.3 u 5.2).

Indeboliment fil-kliewi

Pazjenti b’indeboliment fil-kliewi għandhom jirċievu doża inizjali skont it-tneħħija kkalkulata jew imkejla tal-kreatinina kif ippreżentat fit-tabella t’hawn isfel. L-aġġustamenti fid-doża għall-kura skont din it-tabella għandhom isiru skont it-tneħħija kkalkulata jew imkejla tal-kreatinina f’pazjenti b’bidliet klinikament rilevanti fil-funzjoni tal-kliewi.

Tneħħija ta’ kreatinina* (ml/min)

Programm ta’ kura tad-doża

>50

10 mg/kg kull 24 siegħa

30-50

7.5 mg/kg kull 24 siegħa

*Kif ikkalkulat skont il-formola ta’ Cockcroft-Gault

L-użu għal pazjenti b’falliment akut tal-kliewi jew dawk bi tneħħija ta’ kreatinina (CrCl) inqas minn 30 ml/min, inklużi pazjenti li jkunu fuq emodijalisi huwa kontraindikat (ara s-sezzjoni 4.3).

Indeboliment tal-fwied

Gradi minn ħfief sa moderati fl-indeboliment tal-fwied (Child-Pugh klassi B) (ara s-sezzjoni 5.2) ma rriżultawx f’bidla rilevanti fil-farmakokinetiċi ta’ telavancin. Għalhekk, mhux meħtieġ li jkun hemm bidla fid-doża meta telavancin jingħata lil pazjenti bi grad ħafif jew moderat ta’ indeboliment tal- fwied. Ebda tagħrif mhu disponibbli għal pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied sever

(ChildPugh klassi C). Għalhekk għandha tiġi eżerċitata kawtela jekk telavancin tingħata lil pazjenti b’indeboliment tal-fwied sever.

Pazjenti obeżi

Pazjenti obeżi (definiti bħala dawk b’BMI >30 kg/m2) għandhom jirċievu telavancin bid-doża mnaqqsa ta’ 7.5 mg/kg darba kull 24 siegħa (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti pedjatriċi

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ VIBATIV fit-tfal li għadhom m’għalqux 18-il sena għadha ma ġietx determinata s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu ġol-vini.

VIBATIV għandu jiġi rikostitwit u mbagħad dilwit aktar qabel ma jingħata b’infużjoni ġol-vina minn pajp iddedikat jew minn ġo sit Y fuq perijodu ta’ 60 minuta. Injezzjonijiet bolus m’għandhomx jingħataw. Għal struzzjonijiet dwar ir-rikostituzzjoni u d-dilwazzjoni ara s-sezzjoni 6.6.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi, jiġifieri bi tneħħija ta’ kreatinina (CrCl) inqas minn 30 ml/min, inklużi pazjenti li jkunu fuq emodijalisi (ara s-sezzjoni 4.4).

Falliment akut tal-kliewi (ara s-sezzjoni 4.4).

Tqala (ara s-sezzjoni 4.6).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Indeboliment tal-kliewi

Fl-istudji kliniċi, il-pazjenti b’falliment akut tal-kliewi li kien jeżisti minn qabel u li kienu qed jirċievu telavancin kellhom riskju ogħla ta’ mortalità. Il-mortalità dovuta għal kull kawża kienet ta’ 32/73

(44%) fil-grupp ta’ telavancin u 16/64 (25%) fil-grupp ta’ vancomycin, filwaqt li fil-pazjenti mingħajr falliment akut tal-kliewi fil-linja bażi kienet ta’ 118/678 (17%) u 124/688 (18%) rispettivament.

Għalhekk, huwa kontraindikat li jintuża telavancin fil-pazjenti b’falliment akut tal-kliewi li kien jeżisti minn qabel u fil-pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (ara s-sezzjoni 4.3).

Reazzjonijiet avversi fil-kliewi

Fl-istudji kliniċi ppuljati (NP u infezzjonijiet tal-ġilda u tat-tessut artab ikkumplikati (cSSTI - complicated Skin and Soft Tissue Infections), reazzjonijiet avversi fil-kliewi ġew irrapportati iktar ta’ spiss f’pazjenti li kienu qed jirċievu telavancin milli f’dawk li kienu qed jirċievu vancomycin (3.8% kontra 2.2% rispettivament). Il-funzjoni tal-kliewi (kreatinina fis-serum u produzzjoni ta’ awrina għal oligurja/anurja) għandha tiġi sorveljata kuljum mill-inqas fl-ewwel 3 sa 5 ijiem ta’ terapija u kull 48 sa 72 siegħa wara dan fil-pazjenti kollha li jkunu qed jirċievu telavancin. Id-doża inizjali u l- aġġustamenti fid-doża waqt il-kura għandhom jiġu deċiżi abbażi tat-tneħħija kkalkulata jew imkejla tal-kreatinina skont il-programm ta’ kura fis-sezzjoni 4.2. Jekk il-funzjoni tal-kliewi tonqos notevolment matul il-kura, il-benefiċċju li telavancin jibqa’ jingħata għandu jiġi assessjat.

Fatturi oħra li jistgħu jżidu r-riskju ta’ nefrotossiċità

Għandha tiġi eżerċitata kawtela meta jiġi preskritt VIBATIV lil pazjenti li jkunu qed jieħdu mediċini nefrotossiċi fl-istess ħin, dawk b’falliment tal-kliewi li kien jeżisti minn qabel jew b’komorbidità magħrufa li tippredisponihom għal disfunzjoni tal-kliewi (pereżempju d-dijabetes mellitus, falliment konġestiv tal-qalb, pressjoni għolja).

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni

Infużjonijiet ġol-vina ta’ malajr ta’ sustanzi antimikrobijali tal-klassi ta’ glycopeptides ġew assoċjati ma’ reazzjonijiet bħal tas-sindromu tar-raġel aħmar, li jinkludu fwawar fuq in-naħa ta’ fuq tal-ġisem, urtikarja, ħakk u raxx (ara s-sezzjoni 4.8). Jekk twaqqaf jew tnaqqas ir-rata tal-infużjoni jista’ jirriżulta li dawn ir-reazzjonijiet jieqfu. Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni jistgħu jkunu limitati jekk id-doża ta’ kuljum tiġi infuża fuq perijodu ta’ siegħa.

Sensittività eċċessiva

Ġew irrapportati reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, inkluża anafilassi, b’telavancin, li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Jekk ikun hemm reazzjoni allerġika għal telavancin, waqqaf il-kura u ibda t- terapija xierqa.

Ġew irrapportati reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva inkroċjata, inkluża anafilassi, f’pazjenti bi storja ta’ allerġija għal vancomycin. Għandha tiġi eżerċitata kawtela meta telavancin jiġi preskritt lil pazjenti bi storja preċedenti ta’ sensittività eċċessiva għal vancomycin. Jekk ikun hemm reazzjoni allerġika għal telavancin, waqqaf il-kura u ibda t-terapija xierqa.

Prolongazzjoni QTc

Studju kliniku ta’ QTc b’dożi ta’ telavancin ta’ 7.5 u 15 mg/kg kontra l-vettura u komparatur attiv (400 mg moxifloxacin) wera li d-doża ta’ kuljum għal 3 ijiem irriżultat f’żieda medja tal-vettura kkoreġuta f’QTcF b’ 4.1 u 4.5 millisekondi rispettivament, meta mqabbla ma’ żieda ta’

9.2 millisekondi osservata għall-komparatur.

Kawtela hija meħtieġa meta jintuża telavancin għall-kura ta’ pazjenti li qed jieħdu prodotti mediċinali li huma magħrufin li jtawlu l-intervall ta’ QT. Barra minn hekk, għandha tiġi eżerċitata kawtela meta jintuża telavancin għall-kura ta’ pazjenti li għandhom is-sindromu konġenitali ta’ QT twil, dewmien magħruf fl-intervall QTc, falliment tal-qalb mhux ikkompensat, jew ipertrofija severa tal-ventrikula tax-xellug. Ma ġewx inklużi pazjenti b’dawn il-kundizzjonijiet fil-provi kliniċi ta’ telavancin.

Ototossiċità

Bħalma jiġri b’glycopeptides oħra, ġiet irrappurtata ototossiċità (truxija u tinnite) f’pazjenti li kienu kkurati b’telavancin (ara s-sezzjoni 4.8). Il-pazjenti li jiżviluppaw dawn is-sinjali u sintomi ta’ smigħ indebolit jew disturbi fil-widna ta’ ġewwa waqt il-kura b’telavancin għandhom jiġu evalwati u sorveljati bir-reqqa (ara s-sezzjoni 4.8). Il-pazjenti li jkunu qed jieħdu telavancin ma’ jew sekwenzjalment ma’ prodotti mediċinali oħra magħrufin li għandhom potenzjal ototossiku, għandhom jiġu sorveljati bir-reqqa u l-benefiċċju ta’ telavancin għandu jiġi evalwat jekk is-smigħ imur għall- agħar.

Superinfezzjoni

L-użu ta’ antibijotiċi jista’ jinkoraġġixxi l-iżvilupp iżżejjed ta’ mikroorganiżmi mhux suxxettibbli.

Jekk ikun hemm superinfezzjoni waqt it-terapija, għandhom jittieħdu miżuri xierqa.

Kolite marbuta mal-antibijotiċi u kolite psewdomembranuża

Kolite marbuta mal-antibijotiċi u kolite psewdomembranuża ġew irrapportati ma’ kważi s-sustanzi antibatteriċi kollha, inkluż telavancin (ara s-sezzjoni 4.8), b’firxa fis-severità minn ħafif sa ta’ periklu għal ħajja. Għalhekk huwa importanti li tiġi kkonsidrata din id-dijanjosi ta’ pazjenti li jippreżentaw dijarea waqt jew ftit wara li jkunu ħadu l-kura.

Kopertura antibijotika fl-istess ħin

Televancin jaħdem kontra batterji pożittivi għal Gram (ara s-sezzjoni 5.1 għal informazzjoni dwar l- ispettru antimikrobijali). F’infezzjonijiet imħallta meta batterji negattivi għal Gram u/jew ċerti tipi ta’ batterji anerobiċi jkunu ssuspettati, VIBATIV għandu jingħata flimkien ma’ sustanzi antibatteriċi xierqa.

Gruppi speċifiċi ta’ pazjenti

L-istudji dwar il-nosocomial pneumonia (NP) kienu jeskludu mard pulmonari magħruf jew issuspettat bħal mard granulomatosi, kanċer tal-pulmun, jew malinni metastatiċi oħra tal-pulmun; fibrosi ċistika jew tuberkolosi attiva; pnewmonja minn Legionella pneumophila; meningite, endokardite, jew osteomajlite; xokk refrattorju mfisser bħala pressjoni tad-demm sistolika supina <90 mm Hg għal

>2 sigħat b’evidenza ta’ ipoperfużjoni jew il-ħtieġa ta’ sustanzi simpatomimetiċi ta’ doża għolja. Anke pazjenti b’linja bażi ta’ QTc >500 msek, sindromu konġenitali QT twil, falliment tal-qalb mhux ikkompensat, jew livelli mhux normali ta’ K+ jew Mg2+ fid-demm li ma setgħux jiġu kkoreġuti, newtropeniċi severa (għadd assolut ta’ newtrofili <500/mm³) jew mistennija li jiżviluppaw newtropenja severa minħabba kimoterapija mogħtija qabel jew ippjanata, u l-pazjenti li kellhom l-HIV b’għadd ta’ CD4 <100/mm³ matul l-aħħar 6 xhur ġew esklużi.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarijiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Fi studji li saru fuq individwi b’saħħithom, il-farmakokinetiċi ta’ telavancin ma kinux sinifikantement mibdula meta ngħata aztreonam jew piperacillin-tazobactam fl-istess ħin. Barra minn hekk, il- farmakokinetiċi ta’ aztreonam jew piperacillin-tazobactam ma ġewx alterati b’telavancin. Skont il- karatteristiċi farmakokinetiċi tagħhom, mhux mistennija li jkun hemm interazzjoni ma’ beta-lactams oħra, clindamycin, metronidazole, jew fluoroquinolones.

Fi studju kliniku b’midazolam li ngħata mill-vina ntwera li dożi multipli ta’ telavancin ma kellhom ebda effett fuq il-farmakokinetiċi ta’ midazolam, li huwa sottostrat sensittiv għal CYP3A4.

Esperimenti in vitro kienu jindikaw li telavancin mhux ser jaffettwa t-tneħħija ta’ prodotti mediċinali metabolizzati bl-isoformi ta’ CYP, 1A2, 2C9, 2C19 u 2D6. Peress li telavancin huwa prinċipalment eliminat mingħajr tibdil permezz ta’ tneħħija mill-kliewi u enzimi multipli ta’ CYP kapaċi jimmetabolizzaw telavancin, mhux mistenni li jkun hemm effetti interattivi relevanti ma’ impedituri jew sensitizzaturi tas-sistema tas-CYP450.

Għalkemm telavancin ma jxekkilx il-koagulazzjoni, huwa interferixxa ma’ ċertu testijiet li jintużaw biex jimmonitoraw il-koagulazzjoni (ara isfel), meta jsiru testijiet fuq kampjuni li jkunu ttieħdu minn 0 sa 18-il siegħa wara l-għoti ta’ telavancin lil pazjenti li jkunu ġew ikkurati darba kull 24 siegħa. Il- kampjuni tad-demm għal testijiet tal-koagulazzjoni għandhom jittieħdu minn fuq il-pazjent kemm jista’ jkun viċin qabel id-doża li jkun imiss ta’ telavancin, jew għandu jittieħed inkunsiderazzjoni test mhux affettwat b’telavancin.

Testijiet ta’ koagulazzjoni affetwati b’telavancin

Testijiet ta’ koagulazzjoni mhux affettwati

 

b’telavancin

Il-proporzjon internazzjonali normalizzat

Ħin għal formazzjoni ta’ emboli tad-demm sħiħ

 

(Lee-White)

Il-ħin ta’ tromboplastin parzjalment attivat

Aggregazzjoni ta’ plejtlits ex vivo

Ħin ta’ formazzjoni ta’ emboli attivata

Assaġġ għal fattur kromoġeniku Xa

Testijiet għall-fattur Xa msejsa fuq il-

Assaġġ għal fattur funzjonali (kromoġeniku) X

koagulazzjoni

Ħin ta’ fsada

 

 

D-Dimer

 

Prodotti ta’ degradazzjoni ta’ fibrin

Ma kienx hemm evidenza murija ta’ riskji ogħla ta’ fsada fil-provi kliniċi b’telavancin. Telavancin ma kellu ebda effett fuq l-aggregazzjoni ta’ plejtlits. Barra minn hekk, ma dehret ebda evidenza ta’ iperkoagulabilità, peress li individwi b’saħħithom li qed jirċievu telavancin għandhom livelli normali ta’ prodotti D-Dimer u prodotti ta’ degradazzjoni ta’ fibrin.

Telavancin ixekkel l-assaġġi kwalitattivi, tal-proteina tal-awrina li ssir bl-istikk, kif ukoll bil-metodi kwantitattivi ta’ kulur (eż. pyrogallol red molybdate). Assaġġi b’microalbumin ibbażati fuq immunoassaġġi msejsa fuq intraċċar nefelometriku (turbidità) ma kinux affettwati u jistgħu jintużaw sabiex jimmonitorjaw l-eliminazzjoni ta’ proteina fl-awrina waqt il-kura b’telavancin. Għal monitoraġġ ta’ kuljum tal-funzjoni tal-kliewi huwa rakkomandat li tintuża l-konċentrazzjoni ta’ kreatinina fis-serum jew it-tneħħija stmata ta’ kreatinina.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ VIBATIV fit-tqala huwa kontraindikat (ara s-sezzjoni 4.3).

Ma ġiex esperjenzat telavancin fuq il-bnedmin. L-istudji fuq l-annimali wrew tossiċità riproduttiva

(ara s-sezzjoni 5.3).

L-istat ta’ tqala ta’ nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandu jiġi stabbilit qabel ma tingħata d-doża ta’ telavancin. Nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt il-kura.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk telavancin jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. L-eliminazzjoni ta’ telavancin fil-ħalib għadha ma ġietx studjata fl-annimali. Deċiżjoni dwar jekk jitkompliex/jitwaqqafx it-treddigħ jew titkompliex/titwaqqafx it-terapija b’telavancin għandha tittieħed wara li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju tat-trattament b’telavancin għall-mara.

Fertilità

Telavancin intwera li jaffettwa l-kwantità u l-kwalità tal-isperma fil-firien irġiel (ara s-sezzjoni 5.3) għalkemm ma ġie rrapportat ebda effett fuq il-fertilità, it-tgħammir jew l-embrijoġenesi bikrija. Ir- riskju potenzjali għall-bniedem għadu mhux magħruf.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Sturdament, ħedla, konfużjoni, u vista mċajpra jistgħu jseħħu u VIBATIV jista’ jkollu influwenza fuq il-ħila li ssuq u tħaddem magni (ara s-sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Fi studji kliniċi tal-fażi 3 fuq 1680 pazjent (751 u 929, NP u cSSTI, rispettivament) li rċevew doża ta’

10 mg/kg kuljum ta’ telavancin, ġew irrapportati reazzjonijiet avversi fuq 47.3% tal-pazjenti. Il-kura kienet imwaqqfa minħabba reazzjonijiet avversi fi 5.0% tal-pazjenti li ħadu telavancin.

L-aktar reazzjonijiet avversi relatati rrapportati (li seħħew f’iktar minn 1% tal-pazjenti) kienu: infezzjonijiet fungali, nuqqas ta’ rqad, tibdil fit-togħma, uġigħ ta’ ras, sturdament, dardir, stitikezza, , dijarea, remettar, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase , ħakk, raxx, falliment akut tal-kliewi, żieda tal-kreatinina fid-demm, awrina anormali (awrina bil-fowm), għeja u sirdat.

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Il-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi hi mfissra kif ġej: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma jistax jiġi stmat mit-tagħrif attwali). Fi ħdan kull grupp ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa qed jiġu ppreżentati bl-aktar serji jingħataw l-ewwel.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Komuni:

infezzjoni fungali

Mhux komuni:

kolite ta’ clostridium, infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:

anaemija, lewkopenija, tromboċitemija, tromboċiopenija, żieda fl-

 

għadd ta’ esinofili, żieda fl-għadd ta’ newtrofili

Disturbi fis-sistema immunitarja

 

Mhux komuni:

sensittività eċċessiva

Mhux magħruf*

anafilassi

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni:

tnaqqis fl-aptit, ipergliċemija, iperkalemija, ipogliċemija,

 

ipokalemija, ipomagnesemija

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni:

nuqqas ta’ rqad

Mhux komuni:

aġitazzjoni, ansjetà, stat konfużjonali, depressjoni

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna:

tibdil fit-togħma

Komuni:

uġigħ ta’ ras, sturdament

Mhux komuni:

agewsja, emigranja, paraestesija, parosmija, ħedla, rogħda

Disturbi fl-għajnejn

 

Mhux komuni:

irritazzjoni fl-għajnejn, vista mċajpra

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika

Mhux komuni:

tinnite

Rari:

truxija

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni

anġina pektoris, fibrillazzjoni atrijali, bradikardja, falliment

 

konġestiv tal-qalb, elettrokardjogramm QT b’intervall imtawwal

 

ikkoreġut, palpitazzjonijiet, sinus takikardja, ekstrasistoles

 

supraventrikulari, ekstrasistols ventrikulari

Disturbi vaskulari

 

Mhux komuni:

fwawar, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, flebite

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

 

medjastinali

dispnea, sulluzzu, konġestjoni nażali, uġigħ faringolarinġeali

Mhux komuni:

Disturbi gastrointestinali

 

Komuni ħafna:

dardir

Komuni:

stitikezza, dijarea, remettar

Mhux komuni:

uġigħ ta’ żaqq, ħalq xott, dispepsja, gass, ipoestesija orali

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

Komuni:

żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate

 

aminotransferase

Mhux komuni:

epatite

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni:

ħakk, raxx

Mhux komuni:

eritema, edema tal-wiċċ, iperidrosi, urtikarja

Disturbi muskolu skeletriċi u tat-tessut konnettiv

Mhux komuni:

artralġja, uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ, uġigħ fil-muskolu

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

 

urinarja

 

Komuni:

falliment akut tal-kliewi, żieda tal-kreatinina fid-demm, awrina bil-

 

fowm (terminu ta’ livell iktar baxx)

Mhux komuni:

urea ogħla fid-demm, dajsurja, ematurja, mikroalbuminurja,

 

oligurja, pollakiurja, indeboliment tal-kliewi, riħa mhix normali ta’

 

awrina

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni:

għeja, sirdiet

Mhux komuni:

astenja, reazzjonijiet fis-sit tal-infużjoni, tħossok ma tiflaħx, uġigħ

 

fis-sider li mhux tal-qalb, edema periferali, uġigħ, deni, sindromu

 

tar-Raġel Ħamrani

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

żieda fil-proporzjon internazzjonali normalizzat

* Ibbażat fuq rapporti wara t-tqegħid fis-suq. Minħabba li dawn ir-reazzjonijiet jiġu rrappurtati b’mod volontarju minn popolazzjoni ta’ daqs inċert, mhuwiex possibbli li ssir stima affidabbli tal-frekwenza tagħhom, u għalhekk dawn jaqgħu fil-kategorija ‘mhux magħruf’.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

F’voluntieri b’saħħithom li rċevew doża ta’ 15 mg/kg, kien hemm inċidenza ogħla ta’ reazzjonijiet avversi għal telavancin: tibdil fit-togħma, dardir, remettar, eritema fis-sit tal-injezzjoni, uġigħ ta’ ras, raxx makulari, u s-sindromu red man.

F’każ ta’ doża eċċessiva, telavancin għandu jitwaqqaf u kura t’appoġġ hija rakkomandata bil- manteniment ta’ filtrazzjoni glomerulari u monitoraġġ attent tal-funzjoni tal-kliewi. Wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ telavancin 7.5 mg/kg lil individwi b’mard tal-kliewi tal-aħħar fażi, madwar 5.9 % tad- doża mogħtija ta’ telavancin kienet irkuprata fid-dijalizzat wara 4 sigħat ta’ emodijalisi. Madanakollu, ebda tagħrif mhu disponibbli dwar l-użu ta’ emodijalisi sabiex tiġi kkurata doża eċċessiva.

It-tneħħija ta’ telavancin permezz ta’ emofiltrazzjoni venovenuża kontinwa (Continuous Veno-Venous Haemofiltration (CVVH)) ġiet evalwata fi studju in vitro. Telavancin tneħħa b’CVVH u t-tneħħija ta’ telavancin żdiedet b’żieda fir-rata ta’ ultrafiltrazzjoni. Madanakollu, it-tneħħija ta’ telavancin b’CVVH għadha ma ġietx evalwata fi studju kliniku; għalhekk, is-sinifikat kliniku ta’ dan ir-riżultat u l-użu ta’ CVVH sabiex jikkura doża eċċessiva għadu mhux magħruf.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Antibatteriċi għal użu sistemiku, antibatteriċi tat-tip glycopeptides, Kodiċi ATC: J01XA03

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telavancin jeżerċita attività batteriċida dipendenti fuq il-konċentrazzjoni kontra batterja suxxettibbli pożittivi għal Gram. Telavancin jimpedixxi l-bijosintesi tal-ħajt ċellulari billi jintrabat ma’ prekursuri ta’ peptidoglycan fil-fażi tardiva, li jinkludi lipid II, li jimpedixxi l-polimerizzazzjoni tal-prekursur fi peptidoglycan u każijiet sussegwenti ta’ inkroċjar. Telavancin jingħaqad ukoll ma’ riti batteriċi u jikkawża depolarizzazzjoni tal-potenzjali u żieda fil-permeabilità tal-membrana li twassal għall- impediment tas-sintesi tal-proteini, RNA, u ta’ lipidi.

Mekkaniżmu ta’ reżistenza

S. aureus li juru livell għoli ta’ reżistenza għal antibatteriċi tat-tip glycopeptides (GRSA) mhumiex suxxettibbli għal telavancin. M’hemmx reżistenza inkroċjata magħrufa bejn telavancin u klassijiet oħra ta’ antibijotiċi mhux tat-tip glycopeptides.

Punti ta’ bidla

Il-punti ta’ bidla ta’ konċentrazzjoni ta’ impediment minimu (MIC – Minimum Inhibitory Concentration) huma kif ġejjin:

Patoġen

MIC (µg/ml)

 

 

S. aureus (li jinkludu razez reżistenti għal methicillin)

≤0.12

Suxxettibilità mikrobijoloġika

Il-prevalenza ta’ reżistenza miksuba tista’ tvarja ġeografikament u skont iż-żmien għal speċi magħżula u tagħrif lokali dwar ir-reżistenzi hija mixtieqa, partikolarment meta qed jiġu kkurati infezzjonijiet severi. Kif meħtieġ, rakkomandazzjonijiet ta’ esperti għandhom jiġu mfittxija meta l-prevalenza lokali għar-reżistenza hija tali li l-utilità tal-aġent f’tal-anqas f’xi tipi ta’ infezzjonijiet hija dubjuża.

Effikaċja u sigurtà klinika

Telavancin wera li huwa effikaċi kontra MSSA u MRSA f’żewġ studji kkontrollati li saru fuq

751 pazjent, magħżula b’mod każwali, bi pnewmonja nosokomijali, li tinkludi pnewmonja assoċjata mal-ventilatur. Minkejja s-suxxettibilità in vitro, m’hemmx biżżejjed tagħrif kliniku biex jiġi assessjat il-potenzjal tal-effikaċja ta’ telavancin f’infezzjonijiet ikkawżati minn hGISA/GISA.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini ddeferit l-obbligu li jiġu sottomessi riżultati ta’ studju b’telavancin f’sottosett wieħed jew aktar tal-popolazzjoni pedjatrika bi pnewmonja nosokomijali. Ara

4.2 għal informazzjoni dwar użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Telavancin wera farmakokinetiċi lineari f’dożi sa 15 mg/kg mogħtija bħala infużjoni minn ġol-vina f’ 60 minuta kuljum għal 7 ijiem f’voluntieri b’saħħithom. Bħala medja (SD), il-konċentrazzjoni massima ta’ telavancin (Cmax) tammonta għal 108 (26) µg/ml fi stadju fiss b’doża waħda kuljum ta’

10 mg/kg li tiġi infuża fuq perijodu ta’ siegħa (tmax) u li mbagħad tinżel għal-livell l-aktar baxx ta’ 8.55 (2.84) µg/ml (C24h). Il-medja (SD) ta’ AUC0-24 tammonta għal 780 (125) µg.h/ml. Telavancin għandu volum ta’ distribuzzjoni żgħir. B’doża ta’ 10 mg/kg, il-medja ta’ Vss kienet bejn 133 (SD 24) ml/kg wara dożi multipli, li tikkorrispondi għal valur ta’ madwar 10 l għal persuna ta’ 75 kg. Din id-dejta tindika li telavancin ma jiġix distribwit b’mod estensiv. Televancin huwa sustanza attiva bi tneħħija baxxa b’medja (SD) ta’ CL 13.1 (SD 2.0) ml/kg/siegħa f’pazjenti b’funzjoni renali normali li tikkorrispondi għal valur ta’ madwar 1 l/siegħa għal persuna ta’ 75 kg. Flimkien ma’ Vss żgħir, dan jirriżulta f’t1/2 ta’ madwar 8 sigħat.

Distribuzzjoni

Il-volum ta’ distribuzzjoni apparenti ta’ telavancin fl-istadju fiss f’individwi adulti b’saħħithom kien ta’ madwar 133 ml/kg.

Ir-rabta ma’ proteini fil-plażma umana hi madwar 90%, prinċipalment ma’ albumin fis-serum.

B’doża ta’ 10 mg/kg għal 3 ijiem konsekuttivi lil voluntieri b’saħħithom li ġew suġġetti għal ħasil bronkoalveolari, il-proporzjon ta’ konċentrazzjoni fil-fluwidu tar-riti epiteljali pulmonari/plażma kien ivarja minn 0.050 u 0.121 fuq perijodu ta’ minn 4 sigħat sa 24 siegħa mill-bidu tal-infużjoni. Konċentrazzjonijiet ogħla kienu osservati f’makrofaġi alveolari bi proporzjonijiet li jvarjaw bejn 0.360 (fir-4 siegħa) u 6.67 (fl-24 siegħa). Studji in vitro wrew li telavancin żamm l-attività sħiħa fil- preżenza ta’ surfettant pulmonari.

Bijotrasformazzjoni

Studji in vitro wrew li CYP1A1, 1A2, 2B6, 2C18, 2C19, 2D6, 2E1, 2J2, 3A4, 3A5 u 4F12 huma kapaċi jimmetabolizzaw telavancin, b’riżultat ta’ idrossilazzjoni fil-pożizzjoni 7, 8 u 9 ta’

2-(decylamino) fuq in-naħa ta’ ethyl tal-katina ta’ telavancin.

Fi studju tal-bilanċ tal-massa f’individwi rġiel fejn intuża telavancin radjutikkettat, 3 metaboliti idrossilati kienu identifikati mal-metabolit predominanti (THRX-651540) li jgħoddu għal <10% tar- radjuattività fl-awrina u <2% tar-radjuattività fil-plażma.

F’adulti żgħar b’saħħithom, tliet metaboliti idrossilati kienu identifikati wara infużjoni ta’ telavancin. L-AUC tal-metabolit prinċipali kien jgħodd għal madwar 2-3% ta’ AUC ta’ telavancin.

Eliminazzjoni

It-tneħħija mill-kliewi kienet ir-rotta ewlenija tal-eliminazzjoni għal telavancin fil-bniedem. F’adulti

żgħar b’saħħithom, wara l-infużjoni ta’ telavancin radjutikkettat, madwar 76 % tad-doża mogħtija kienet irkuprata mill-awrina u inqas minn 1% tad-doża kienet irkuprata fl-ippurgar (miġbura sa 9 ijiem wara), skont ir-radjuattività totali. Telavancin huwa eliminat prinċipalment mhux mibdul u dan jgħodd għal madwar 82 % tal-ammont totali ta’ awrina rkuprat fuq 48 siegħa. Il-half-life ta’ eliminazzjoni f’individwi b’funzjoni normali tal-kliewi hi ta’ madwar 8 sigħat.

Peress li l-eliminazzjoni mill-kliewi hija l-passaġġ ewlieni ta’ eliminazzjoni, l-aġġustament fid-dożaġġ hu meħtieġ f’pazjenti li għandhom tneħħija tal-kreatinina ta’ 30-50 ml/min (ara s-sezzjoni 4.2).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Ebda differenza klinikament sinifikanti fil-farmakokinetiċi ta’ telavancin ma kienet osservata bejn individwi anzjani b’saħħithom u dawk żgħar b’saħħithom. L-analiżi ta’ tagħrif farmakokinetiku ta’ popolazzjoni ta’ pazjenti ma wrietx effett rilevanti ta’ età fuq il-farmakokinetiċi. Għalhekk, ebda aġġustament tad-doża mhu meħtieġ f’pazjenti anzjani ħlief dawk bi tneħħija ta’ kreatinina ta’ 30- 50 ml/min (ara s-sezzjonijiet 4.2 u 4.3).

Pazjenti pedjatriċi

Il-farmakokinetiċi ta’ telavancin f’pazjenti li għadhom m’għalqux 18-il sena għadhom ma ġewx stabbiliti (ara s-sezzjoni 4.2).

Ġeneru sesswali

Ma ġewx osservati differenzi klinikament sinifikanti marbuta mal-ġeneru sesswali fil-farmakokinetiċi ta’ telavancin.

Għalhekk ebda aġġustament fid-dożaġġ mhu meħtieġ skont il-ġeneru sesswali.

Insuffiċjenza tal-kliewi

Parametri farmakokinetiċi ((SD) medja) wara li tingħata doża waħda ta’ 7.5 mg/kg telavancin lil voluntieri bi gradi diversi ta’ funzjoni tal-kliewi huma pprovduti hawn isfel.

 

 

Grad ta’ Indeboliment tal-Kliewi

 

 

Normali

Ħafif

Moderat

Sever

ESRDa

CrCL (ml/min)b

93.8

64.1

40.3

21.0

NA

 

(10.8)

(9.7)

(7.0)

(6.3)

 

 

Cmax (μg/ml)

70.6

65.9

65.8

71.8

52.1

 

(11.2)

(2.7)

(12.1)

(7.1)

(10.1)

AUCinf ( g h/ml)

 

(93)

(101)

(200)

(120)

(341)

t1/2 (h)

6.90

9.6

10.6

14.5

11.8

 

(0.60)

(2.9)

(2.4)

(1.3)

(2.8)

CL (ml/h/kg)

13.7

12.1

11.1

6.18

8.18

 

(2.1)

(1.9)

(3.3)

(0.63)

(2.65)

a ESRD= Mard tal-kliewi tal-aħħar fażi miżmum b’emodijalisi

bIl-medja tal-linja bażi ta’ tneħħija ta’ kreatinina kif ikkalkulat bl-ekwazzjoni ta’ Cockcroft-Gault

L-effett tal-indeboliment tal-kliewi fuq il-farmakokinetċi ta’ telavancin ġie evalwat f’2 studji tal- farmakoloġija klinika f’individwi b’saħħithom b’funzjoni normali tal-kliewi u f’individwi b’indeboliment tal-kliewi minn ħafif sa sever. Iż-żewġ studji wrew konsistentement li ż-żona ta’ taħt il-kurvatura (AUC - Area Under the Curve) ta’ telavancin, u mhux il-konċentrazzjoni massima fil- plażma (Cmax), tiżdied bi tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi. Bidliet fl-AUC isiru biss klinikament rilevanti f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi moderat u sever. Għalhekk, tista’ tingħata l-istess doża ta’

10 mg/kg/24 hr lil pazjenti b’funzjoni normali tal-kliewi jew indeboliment ħafif tal-kliewi. Biex tiġi żgurata espożizzjoni komparabbli f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi moderat, id-doża għandha titnaqqas għal 7.5 mg/kg/24 hr.

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-aġġustament fid-doża jinsabu fis-sezzjoni 4.2.

Indeboliment tal-fwied

Wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ 10 mg/kg telavancin, il-farmakokinetiċi ta’ telavancin f’individwi b’indeboliment moderat tal-fwied (Child-Pugh klassi B) kienu simili għal dawk osservati f’individwi li kellhom funzjoni normali tal-fwied. L-ebda aġġustament fid-doża ma kien meħtieġ għal pazjenti bi gradi ta’ indeboliment minn ħafif għal moderat tal-fwied (ara s-sezzjoni 4.2). Il-farmakokinetiċi ta’ telavancin għadhom ma ġewx evalwati f’indeboliment sever tal-fwied (Child-Pugh klassi Ċ).

Pazjenti ħoxnin ħafna

L-indiċi tal-massa tal-ġisem (Body mass index, BMI) fil-linja bażi nstab li jinfluwenza l- farmakokinetika ta’ telavancin fl-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni f’individwi adulti b’saħħithom (mingħajr infezzjoni). L-espożizzjoni għal telavancin tiżdied b’żidiet fil-BMI; għal kull żieda ta’ 10 unitajiet fil-BMI, huwa stmat li l-espożizzjoni tal-plasma tiżdied b’sa 25%. F’pazjenti obeżi b’BMI >30 kg/m2 għandu jsir aġġustament tad-doża (ara sezzjoni 4.2).

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Il-prodott mediċinali ta’ telavancin, li fih is-sustanza mhix attiva ta’ hydroxypropylbetadex (HP-β-CD), wassal għal effetti avversi fi studji fuq l-annimali f’konċentrazzjonijiet fil-plażma li kienu fl-istess firxa bħal-livelli ta’ espożizzjoni klinika u possibilment rilevanti għall-użu kliniku.

Il-fwied, il-kliewi, makrofaġi u t-testikoli kienu identifikati bħala l-organi bersalljati ta’ tossiċità fl- annimali.

Fil-fwied, kura għal 13-il ġimgħa jew aktar irriżultat f’deġenerazzjoni riversibbli/nekrosi ta’ epatoċiti akkumpanjati b’żidiet fl-AST u l-ALT fis-serum tal-firien u l-klieb.

Effetti fuq il-kliewi seħħew wara minimu ta’ 4 ġimgħat ta’ dożaġġ u kienu kombinazzjoni ta’ ġrieħi tubulari tal-kliewi u vakwolizzazzjoni epitiljali tubulari. Il-ġerħa tubulari kienet ikkaratterizzata minn deġenerazzjoni u nekrosi ta’ ċelluli tubulari prossimali, u kienet assoċjata ma’ żidiet fil-BUN u kreatinina li jilħqu massimu ta’ darbtejn il-valur ta’ kontroll fl-ogħla dożi. Il-ġerħa tubulari kienet riversibbli, iżda mhux l-annimali kollha rkupraw kompletament wara 4 ġimgħat minn meta ntemmet il-kura.

Il-vakwolizzazzjoni ta’ epitilju tubulari kienet osservazzjoni komuni f’annimali kkurati bil-prodott mediċinali telavancin u bil-vettura (HP-β-CD). F’dożi ogħla, jew żmien ta’ kura itwal, kien hemm ukoll vakwolizzazzjoni tal-urotelju fil-bużżieqa. Il-vakwolizzazzjoni ma kinetx marbuta ma’ indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi, imma ma kinetx riversibbli wara 4 ġimgħat ta’ rkupru. Il- vakwolizzazzjoni kienet ikkonsidrata li tirrapreżenta każ ċitoprotettiv u kien mistenni li tirriversja bl- istess half-life bħall-ħin ta’ tibdil taċ-ċelluli tubulari prossimali. Il-preżenza ta’ hydroxypropylbetadex fil-formulazzjoni bi proporzjon ta’ 1:10 tnaqqas l-inċidenza u s-severità tal-bidliet minħabba telavancin u ttaffi t-tossiċità bħal tal-glycopeptides ta’ telavancin.

Kien hemm ipertrofija ta’ makrofaġi sistemika u iperplasja fil-firien u l-klieb, f’ħafna sistemi ta’ organi li ġeneralment ikun fihom makrofaġi. Il-makrofaġi nstabu li fihom telavancin u HP-β-CD.

Il-ġenotossiċità kienet indirizzata b’batterija ta’ tests standard in vitro u in vivo. L-istudji ma pprovdew ebda evidenza ta’ potenzjal ġenotossiku għal telavancin.

Wara 13-il ġimgħa ta’ kura, deġenerazzjoni tubulari seminiferuża riversibbli kienet osservata fit- testikoli tal-firien. Fi studji dwar il-fertilità f’firien irġiel, intwera li kien hemm tnaqqis fil-motilità tal- isperma u fl-għadd epididimali tal-isperma kif ukoll żieda fil-frekwenza ta’ sperma abnormali wara 10 ġimgħat ta’ għoti ġol-vina ta’ telavancin. Il-fertilità tar-raġel ma ġietx affettwata. Fit-tieni studju, l- għoti ta’ doża wara 6 ġimgħat kien assoċjat ma’ ċelluli ġerminali testikulari tal-epididimi mqaxxra, li hu indikattiv ta’ ġerħa testikulari, u dehru effetti fuq il-kwalità u l-kwantità tal-isperma. Iż-żewġ effetti kienu riversibbli wara perijodu ta’ rkupru ta’ 8 ġimgħat. Ir-riskju potenzjali għall-bniedem mhux magħruf (ara s-sezzjoni 4.6).

Fil-firien u l-klieb il-vakwolizzazzjoni taċ-ċelluli epipidjali tat-tubu epididimali ġie nnotat ukoll, u dan ir-riżultat ma wriex riversibilità wara perijodu ta’ rkupru ta’ 4 ġimgħat. Il-vakwolizzazzjoni hi kkonsidrata bħala każ ċitoprotettiv, li mhux assoċjat ma indeboliment funzjonali.

Fi studju dwar l-iżvilupp embrijufetali kienu osservati malformazzjonijiet fis-swaba’ u l-appendiċi fil- firien, fil-fniek u fil-qżieqeż iż-żgħar. Fl-istudji tal-iżvilupp embrijufetali tal-firien kien osservat twessigħ tal-ventriċi laterali tal-moħħ fil-grupp b’doża għolja. F’dawn l-istudji ta’ qabel u wara t- twelid kienet osservata żieda fin-numru ta’ frieħ li twieldu mejta (ara s-sezzjoni 4.3).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Hydroxypropylbetadex; il-proporzjon ta’ telavancin għal hydroxypropylbetadex hu 1:10 (w/w).

Mannitol (E421)

Sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH) (E524) Hydrochloric acid (għal aġġustament tal-pH) (E507)

6.2Inkompatibilitajiet

Minħabba li ma sarux studji li juru liema huma l-prodotti li ma jaqblux miegħu, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija fis-sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

L-iskadenza tat-trab kif ippakkettjat biex jinbiegħ: 4 snin

L-iskadenza tal-konċentrat rikostitwit: Il-konċentrat rikostitwit għandu jiġi dilwit immedjatament wara li jkun ġie ppreparat.

L-iskadenza tal-prodott dilwit: L-istabbilità kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni rikostitwita, u s- soluzzjoni dilwita fil-borża tal-infużjoni, ġiet murija għal 24 siegħa meta mqiegħda ġol-friġġ (2-8°C). Mil-lat mikrobijoloġiku l-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, il-ħin ta’ żamma waqt l-użu hu r-responsabilità tal-utent u normalment m’għandux ikun iktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2-8°C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħżin

Trab kif ippakkettjat biex jinbiegħ

Aħżen fi friġġ (2–8°C). Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott mediċinali rikostitwit jew dilwit, ara s-sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjetti tal-ħġieġ trasparenti ta’ Tip I b’tappijiet tal-lastku u għatu tal-aluminju/plastik li jinqala’ bis- saba’.

Daqsijiet tal-pakkett:

VIBATIV 250 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kunjett ta’ 30 ml b’250 mg telavancin

VIBATIV 750 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kunjett ta’ 50 ml b’750 mg telavancin

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

It-trab għandu jiġi rikostitwit u l-konċentrat li jirriżulta għandu mbagħad jiġi dilwit aktar minnufih qabel ma jintuża.

Sabiex jintuża darba biss.

Preparat tal-konċentrat rikostitwit

VIBATIV 250 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Il-kontenut tal-kunjett li jikkonsisti minn 250 mg telavancin għandu jiġi rikostitwit b’15 ml soluzzjoni ta’ dextrose 50 mg/ml (5%) għall-injezzjoni, jew ilma għall-injezzjonijiet jew soluzzjoni ta’ 9 mg/ml

(0.9%) sodium chloride għall-injezzjoni sabiex tikseb konċentrazzjoni ta’ madwar 15 mg/ml (volum totali ta’ madwar 17 ml).

VIBATIV 750 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Il-kontenut tal-kunjett li jikkonsisti minn 750 mg telavancin għandu jiġi rikostitwit b’45 ml soluzzjoni ta’ dextrose 50 mg/ml (5%) għall-injezzjoni, jew ilma għall-injezzjonijiet jew soluzzjoni ta’ 9 mg/ml

(0.9%) sodium chloride għall-injezzjoni sabiex tikseb konċentrazzjoni ta’ madwar 15 mg/ml (volum totali ta’ madwar 50 ml).

Armi l-kunjett jekk il-vakwu ma jiġbidx id-dilwent ġol-kunjett.

It-teknika asettika trid tintuża biex tirrikostitwixxi VIBATIV. Wara ż-żieda ta’ soluzzjoni ta’

50 mg/ml (5%) dextrose għall-injezzjoni, jew ilma għall-injezzjonijiet jew soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride għall-injezzjoni, il-kontenut tal-kunjett jiġu mħallta b’tidwir bil-mod sabiex tiġi ffaċilitata r-rikostituzzjoni.

Il-ħin ta’ rikostituzzjoni m’għandux ikun aktar minn 5 minuti għall-kunjett li fih 250 mg u mhux aktar minn 10 minuti għall-kunjett li fih 750mg.

It-taħlit jibqa’ għaddej sakemm il-kontenut tal-kunjett jinħall kollu u jkun ħieles mill-frak meta ssir spezzjoni viżiva.

Id-dehra tal-konċentrat rikostitwit

Konċentrat rikostitwit ta’ VIBATIV huwa soluzzjoni ċara, mingħajr kulur li tkanġi fir-roża. Jista’ jifforma l-fowm waqt ir-rikostituzzjoni imma dan imur meta tħallih wieqaf.

Preparazzjoni tas-soluzzjoni dilwita finali għall-infużjoni

Il-konċentrat rikostitwit għandu jiġi dilwit aktar qabel ma jingħata.

Il-formula li ġejja tista’ tintuża biex jiġi kkalkulat il-volum tal-konċentrat rikostitwit ta’ VIBATIV meħtieġ biex tiġi ppreparata d-doża:

Doża ta’ telavancin (mg) = 10 mg/kg (jew 7.5 mg/kg) x piż tal-pazjent (f’kg) Volum ta’ konċentrat rikostitwit (ml) = Doża ta’ telavancin (mg)/15 (mg/ml)

Għal dożi ta’ minn 150 sa 800 mg, il-volum xieraq tal-konċentrat rikostitwit għandu jiġi dilwit aktar f’100 sa 250 ml qabel l-infużjoni. Dożi ta’ inqas minn 150 mg jew aktar minn 800 mg għandhom jiġu dilwiti aktar f’volum li jirriżulta f’soluzzjoni finali ta’ minn 0.6 sa 8 mg/ml. Soluzzjonijiet xierqa tal- infużjoni jinkludu: soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) dextrose għall-injezzjoni, soluzzjoni ta’ 9 mg/ml

(0.9%) sodium chloride għall-injezzjoni jew soluzzjoni ta’ Ringer lattika għall-injezzjoni. Id- dilwazzjoni trid issir taħt kundizzjonijiet asettiċi.

Is-soluzzjoni għandha tiġi spezzjonata viżwalment għal frak u tibdil fil-kulur qabel ma tingħata. Is- soluzzjoni għandha tintuża biss jekk tkun ċara u mingħajr frak.

Rimi

Armi s-soluzzjoni li ma ntużatx.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Theravance Biopharma Ireland Limited

Fitzwilliam Hall

Fitzwilliam Place

Dublin 2, L-Irlanda

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

VIBATIV 250 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

EU/1/11/705/001

VIBATIV 750 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

EU/1/11/705/002

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 02 ta’ Settembru 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 26 Mejju 2016

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini. http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati