Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Victoza (liraglutide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10BX07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVictoza
Kodiċi ATCA10BX07
Sustanzaliraglutide
ManifatturNovo Nordisk A/S

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Victoza 6 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

1 ml ta’ soluzzjoni fih 6 mg ta’ liraglutide*. Pinna mimlija għal-lest fiha 18 mg ta’ liraglutide f’3 ml.

* analogu ta’ glucagon-like peptide-1 (GLP-1) uman magħmul minn teknoloġija tad-DNA rikombinanti f’Saccharomyces cerevisiae.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara taqsima 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni.

Soluzzjoni isotonika, ċara, mingħajr kulur jew kważi mingħajr kulur; pH=8.15.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Victoza hu indikat għat-trattament ta’ adulti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 biex jinkiseb kontroll gliċemiku bħala:

Monoterapija

Meta d-dieta u l-eżerċizzju waħedhom ma jipprovdux kontroll gliċemiku adegwat f’pazjenti fejn l-użu ta’ metformin huwa kkonsidrat li mhuwiex adattat minħabba xi intolleranza jew xi kontraindikazzjonijiet.

Terapija kkombinata

Flimkien ma’ prodotti mediċinali orali li jbaxxu l-livell tal-glukosju u/jew insulina bażilari meta dawn, flimkien mad-dieta u l-eżerċizzju, ma jipprovdux kontroll gliċemiku adegwat ( ara taqsimijiet

4.4u 5.1 għal tagħrif li hemm dwar it-teħid flimkien ta’ prodotti differenti).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Biex ittejjeb it-tollerabilità gastro-intestinali, fil-bidu d-doża għandha tkun ta’ 0.6 mg liraglutide kuljum. Wara mill-inqas ġimgħa, id-doża għandha tiżdied għal 1.2 mg. Hu mistenni li xi pazjenti jmorru aħjar billi jkollhom żieda fid-doża minn 1.2 mg għal 1.8 mg u bbażat fuq ir-rispons kliniku, wara mill-inqas ġimgħa, d-doża tista’ tiżdied għal 1.8 mg biex jitjib iżjed il-kontroll gliċemiku. Dożi ta’ kuljum ogħla minn 1.8 mg mhumiex rakkomandati.

Victoza jista’ jiżdied mal-metformin li jkun diġà qed jittieħed jew mat terapija kkombinata ta’ metformin u thiazolidinedione. Id-doża kurrenti ta’ metformin u thiazolidinedione tista’ titkompla mingħajr ma tinbidel.

Victoza jista’ jiżdied mas-sulfonylurea li jkun diġà qed jittieħed jew mat terapija kkombinata ta’ metformin u sulfonylurea jew xi insulina bażilari. Meta Victoza jiżdied ma’ terapija b’sulfonylurea jew b’insulina bażilari, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża tas-sulfonylurea jew tal-insulina bażilari biex jitnaqqas ir-riskju ta’ ipogliċemija (ara taqsima 4.4).

Il-monitoraġġ mill-pazjent stess tal-glucose fid-demm mhuwiex meħtieġ sabiex wieħed jaġġusta d- doża ta’ Victoza. Madankollu, meta tinbeda l-kura b’Victoza flimkien ma’ xi sulfonylurea jew xi insulina bażilari, il-monitoraġġ mill-pazjent stess tal-glucose fid-demm jista’ jkun meħtieġ biex tiġi aġġustata d-doża tas-sulfonylurea jew tal-insulina bażilari.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani (> 65 sena): L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ ibbażat fuq l-età. L- esperjenza terapewtika f’pazjenti ta’ ≥ 75 sena hi limitata (ara taqsima 5.2).

Indeboliment renali

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment renali ħafif jew moderat

(tneħħija tal-krejatinina 60–90 ml/min u 30–59 ml/min, rispettivament). M’hemm ebda esperjenza terapewtika f’pazjenti b’indeboliment renali sever (tneħħija tal-krejatinina taħt 30 ml/min). Bħalissa Victoza ma jistax jiġi rakkomandat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment renali sever, li jinkludu pazjenti fl-aħħar stadju ta’ mard renali (ara taqsima 5.2).

Indeboliment epatiku

Mhu rrakkomandat ebda aġġustament fid-doża għal pazjent b’indeboliment epatiku ħafif jew moderat. Victoza mhuwiex irrakkomandat għal pazjenti b’indeboliment epatiku sever (ara taqsima 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Victoza fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena ma ġewx stabbiliti (ara taqsima 5.1). Dejta mhux disponibbli

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Victoza ma jistax jingħata ġol-vini jew ġol-muskoli.

Victoza jingħata darba kuljum fi kwalunkwe ħin, indipendentement mill-ikel, u jista’ jiġi injettat taħt il-ġilda fl-addome, fil-koxxa jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. Il-post fejn tingħata l-injezzjoni u meta tingħata, jistgħu jinbidlu mingħajr aġġustament fid-doża. Madankollu, hu preferibbli li Victoza jiġi injettat bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin tal-jum, meta l-aktar ħin konvenjenti tal-jum ikun intgħażel. Għal aktar istruzzjonijiet dwar l-għoti, ara taqsima 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fit- taqsima 6.1

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Liraglutide m’għandux jintuża f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 1 jew għall-kura ta’ ketoaċidosi dijabetika.

Liraglutide mhuwiex sostitut għall-insulina.

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva tal-qalb ta’ klassi I-II skont il- klassifika tan-New York Heart Association (NYHA) u għalhekk liraglutide għandu jintużaw b’kawtela. M’hemm l-ebda esperjenza f’pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva tal-qalb ta’ klassi III-IV skont il-klassifika tan-New York Heart Association (NYHA) u għalhekk liraglutide mhuwiex irrakkomandat f’dawn il-pazjenti.

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti b’mard infjammatorju tal-imsaren u gastroparesi dijabetika. L- użu ta’ liraglutide mhuwiex irrakkomandat f’dawn il-pazjenti peress li hu assoċjat ma’ reazzjonijiet

avversi gastrointestinali temporanji li jinkludu nawseja, rimettar u dijarea.

Pankreatite akuta

L-użu ta’ agonisti għar-riċetturi ta’ GLP-1 ġie assoċjat mar-riskju li tiżviluppa xi pankreatite akuta. Ġew irrapportati xi ftit avvenimenti ta’ pankreatite akuta. Il-pazjenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar is- sintomi karatteristiċi ta’ pankreatite akuta. Jekk ikun hemm suspett ta’ pankreatite, Victoza għandu jitwaqqaf; jekk tiġi kkonfermata pankreatite akuta, Victoza m’għandux jerġa’ jinbeda. Wieħed għandu juża l-kawtela f’pazjenti b’passat mediku ta’ pankreatite.

Mard tat-tirojde

Fi studji kliniċi, ġew irrapportati, speċjalment f’pazjent li diġà kellhom xi mard tat-tirojde, avvenimenti avversi tat-tirojde li jinkludu żieda fil-livell ta’ calcitonin fid-demm, tkabbir fil-glandola tat-tirojde (goitre) u neoplażma tat-tirojde u liraglutide għandu jintuża b’kawtela.

Ipogliċemija

Pazjenti li jkunu qed jirċievu liraglutide flimkien ma’ xi sulfonylurea jew xi insulina bażilari jista’ jkollhom żieda fir-riskju ta’ ipogliċemija (ara taqsima 4.8). Ir-riskju ta’ ipogliċemija jista’ jitbaxxa permezz ta’ tnaqqis fid-doża tas-sulfonylurea jew tal-insulina bażilari.

Deidratazzjoni

F’pazjenti kkurati b’liraglutide, ġew irrapportati sinjali u sintomi ta’ deidratazzjoni li jinkludu indeboliment renali u insuffiċjenza renali akuta. Pazjenti kkurati b’liraglutide għandhom jiġu mgħarrfa dwar il-possibbiltà ta’ riskju ta’ deidratazzjoni kawża tal-effetti mhux mixtieqa gastrointestinali u jieħdu l-prekawzjonijiet sabiex ma jkunx hemm nuqqas ta’ fluwidi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

In vitro, liraglutide wera potenzjal baxx ħafna li jkun involut f’interazzjonijiet farmakokinetiċi ma’ sustanzi attivi oħrajn relatati ma’ ċitokrom P450 u li jintrabat mal-proteini fil-plażma.

Id-dewmien żgħir fit-tbattil gastriku minħabba liraglutide jista’ jinfluwenza l-assorbiment ta’ prodotti mediċinali orali li jingħataw fl-istess ħin. Studji dwar l-interazzjonijiet urew li ma kien hemm ebda dewmien fl-assorbiment li kien klinikament rilevanti u għalhekk m’hemm bżonn ta’ ebda aġġustament fid-doża. Xi ftit pazjenti li kienu kkurati b’liraglutide rrappurtaw mill-inqas episodju wieħed ta’ dijarea severa. Id-dijarea tista’ taffettwa l-assorbiment ta’ prodotti mediċinali orali li jittieħdu fl-istess

ħin.

Warfarin u derivattivi oħra ta’ coumarin

Ma sar ebda studju ta’ interazzjoni. Ma tistax tiġi eskluża interazzjoni klinikament rilevanti ma’ sustanzi attivi b’solubilità baxxa jew b’indiċi terapewtiku żgħir bħal warfarin. Mal-bidu tal-kura b’Victoza f’pazjenti li jkunu qed jieħdu l-warfarin jew derivattivi oħra ta’ coumarin, hu rakkomandat li l-monitoraġġ tal-INR (International Normalised Ratio) ikun aktar frekwenti.

Paracetamol

Liraglutide ma bidilx l-espożizzjoni totali ta’ paracetamol wara doża waħda ta’ 1000 mg. Is-Cmax ta’ paracetamol tnaqqas b’31% u t-tmax medjan ittardja b’sa 15-il minuta. L-ebda aġġustament fid-doża għall-użu fl-istess ħin ta’ paracetamol mhu meħtieġ.

Atorvastatin

Liraglutide ma bidilx, b’mod li kien klinikament rilevanti, l-espożizzjoni totali ta’ atorvastatin wara l- għoti ta’ doża waħda ta’ atorvastatin 40 mg. Għalhekk, l-ebda aġġustament fid-doża ta’ atorvastatin mhu meħtieġ meta dan jingħata ma’ liraglutide. Is-Cmax ta’ atorvastatin tnaqqas bi 38%, u t-tmax medjan ittardja minn siegħa għal 3 sigħat b’liraglutide.

Griseofulvin

Liraglutide ma bidilx l-espożizzjoni totali ta’ griseofulvin wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ griseofulvin 500 mg. Is-Cmax ta’ griseofulvin żdied b’37%, filwaqt li t-tmax medjan ma nbidilx. Aġġustamenti fid- doża ta’ griseofulvin u ta’ sustanzi oħra b’solubilità baxxa u permeabilità għolja mhumiex meħtieġa.

Digoxin

L-għoti ta’ doża waħda ta’ digoxin 1 mg ma’ liraglutide, irriżulta f’tnaqqis fl-AUC ta’ digoxin ta’ 16%; is-Cmax naqas b’31%. It-tmax medjan ta’ digoxin ittardja minn siegħa għal siegħa u nofs. L-ebda aġġustament fid-doża ta’ digoxin mhu meħtieġ ibbażat fuq dawn ir-riżultati.

Lisinopril

L-għoti ta’ doża waħda ta’ lisinopril 20 mg ma’ liraglutide, irriżulta f’tnaqqis fl-AUC ta’ lisinopril ta’ 15%; is-Cmax naqas b’27% . It-tmax medjan ta’ lisinopril ittardja minn 6 sigħat għal 8 sigħat b’liraglutide. L-ebda aġġustament fid-doża ta’ lisinopril mhu meħtieġ ibbażat fuq dawn ir-riżultati.

Kontraċettivi orali

Liraglutide baxxa s-Cmax ta’ ethinyloestradiol u levonorgestrel bi 12 u 13%, rispettivament, wara l- għoti ta’ doża waħda ta’ prodott kontraċettiv orali. It-tmax ittardja b’siegħa u nofs b’liraglutide għaż-

żewġ sustanzi. Ma kien hemm l-ebda effett klinikament rilevanti fuq l-espożizzjoni totali kemm ta’ ethinyloestradiol kif ukoll ta’ levonorgestrel. Għalhekk hu antiċipat li l-effett kontraċettiv ma jkunx affettwat meta jingħata flimkien ma’ liraglutide.

Insulina

Ebda interazzjoni kemm farmakokinetika u kemm farmakodinamika ma ġiet osservata bejn liraglutide u insulin detemir meta, fl-istat fiss, ġiet mogħtija doża waħda ta’ insulin detemir 0.5 U/kg ma’ liraglutide 1.8 mg f’pazjenti bid-dijabete tat-tip 2.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ liraglutide waqt it-tqala. Studji fuq bhejjem urew ħsara fuq is-sistema riproduttiva (ara taqsima 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies.

Liraglutide m’għandux jintuża waqt it-tqala u minfloku hu rakkomandat l-użu tal-insulina .Jekk pazjenta tkun tixtieq li toħroġ tqila, jew jekk it-tqala sseħħ, il-kura b’Victoza għandha titwaqqaf.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk liraglutide jitneħħiex fil-ħalib uman. Studji fuq l-annimali urew li hu baxx it- trasferiment fil-ħalib ta’ liraglutide u ta’ metaboliti li b’mod strutturali jixbhuh ħafna. Studji mhux kliniċi wrew tnaqqis, li kellu x’jaqsam mal-kura, fit-tkabbir tal-frieħ tat-twelid tal-firien li jkunu qed jerdgħu (ara taqsima 5.3). Minħabba nuqqas ta’ esperjenza, Victoza m’għandux jintuża waqt it- treddigħ.

Fertilità

Ħlief għal tnaqqis żgħir fin-numru ta’ trapjanti ħajjin, studji fl-annimali ma wrewx effetti

ħżiena fir-rigward tal-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jieħdu prekawzjonijiet biex jevitaw l-ipogliċemija waqt li jkunu qed isuqu jew jużaw il-magni, b’mod partikulari meta Victoza jintuża flimkien ma’ xi sulfonylurea jew xi insulina bażilari.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

F’ħames provi kliniċi kbar u fit-tul, ’il fuq minn 2,500 pazjent irċivew kura b’Victoza waħdu jew flimkien ma’ metformin, xi sulfonylurea (bi jew mingħajr metformin) jew metformin flimkien ma’ rosiglitazone.

L-iktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod frekwenti waqt il-provi kliniċi kienu disturbi gastrointestinali: nawseja u dijarea kienu komuni ħafna, filwaqt li rimettar, stitikezza, uġigħ addominali, u dispepsja kienu komuni. Fil-bidu tat-terapija, dawn ir-reazzjonijiet avversi gastrointestinali jistgħu jseħħu b’mod iktar frekwenti. Dawn ir-reazzjonijiet normalment jonqsu fi

żmien ftit ijiem jew ġimgħat meta titkompla l-kura. L-uġigħ ta’ ras u nażofarinġite kienu wkoll komuni. Barra minn hekk, l-ipogliċemija kienet komuni, u komuni ħafna meta liraglutide jintuża flimkien ma’ xi sulfonylurea. L-ipogliċemija maġġuri kienet l-iżjed osservata meta jittieħed flimkien ma’ xi sulfonylurea.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Tabella 1 telenka reazzjonijiet avversi rrapurtati fi provi kkontrollati fit-tul ta’ Fażi III u rapporti spontanji (wara t-tqegħid fis-suq). Il-frekwenzi ta’ rapporti relatati spontanji (wara t-tqegħid fis-suq) huma kkalkulati fuq l-inċidenza tagħhom fi provi kliniċi tal-fażi III.

Il-frekwenzi huma definiti bħala: Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli). F’kull grupp ta’ frekwenza,r-reazzjonijiet avversi huma mniżżla bl-aktar serju l-ewwel segwit minn dawk anqas serji.

Tabella 1 Ir-reazzjonijiet avversi identifikati minn studji fit-tul u kkontrollati ta’ fażi III u minn rapporti spontanji (wara t-tqegħid fis-suq)

Sistema tal-

 

 

 

 

 

klassifika tal-

Komun

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

organi MedDRA

i ħafna

komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet u

 

Nażofarinġite

 

 

 

infestazzjonijiet

 

Bronkite

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

Reazzjonijie

 

sistema immuni

 

 

 

t anafilattiċi

 

Disturbi fil-

 

Ipogliċemija

Deidratazzjon

 

 

metaboliżmu u n-

 

Anoressija

i

 

 

nutrizzjoni

 

Tnaqqis fl-

 

 

 

 

 

aptit

 

 

 

Disturbi fis-

 

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sistema nervuża

 

Sturdament

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi tal-qalb

 

Żieda fir-rata

 

 

 

 

ta’ taħbit tal-

 

 

 

 

qalb

 

 

Disturbi gastro-

Nawseja

Rimettar

Intestinal

Pancreatitis

intestinali

Dijarea

Dispepsja

obstruction

(including

 

 

Uġigħ fin-

 

necrotising

 

 

naħa ta’ fuq

 

pancreatitis

 

 

tal-addome

 

)

 

 

Stitikezza

 

 

 

 

Gastrite

 

 

 

 

Gass fl-

 

 

 

 

istonku

 

 

 

 

Nefħa

 

 

 

 

addominali

 

 

 

 

Mard tar-

 

 

 

 

rifluss

 

 

 

 

gastroesofagal

 

 

 

 

i Skonfort

 

 

 

 

addominali

 

 

 

 

Uġigħ fis-

 

 

 

 

snien

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

Raxx

Urtikarja

 

u fit-tessuti ta’

 

 

Ħakk

 

taħt il-ġilda

 

 

 

 

Disturbi fil-kliewi

 

 

Indeboliment

 

u fis-sistema

 

 

renali

 

urinarja

 

 

Insuffiċjenza

 

 

 

 

renali akuta

 

Disturbi ġenerali

 

Għeja kbira

Telqa ġenerali

 

u kondizzjonijiet

 

Reazzjonijiet

 

 

ta’ mnejn jingħata

 

fis-sit tal-

 

 

 

 

injezzjoni

 

 

Investigazzjonijie

 

Żieda fil-livell

 

 

t

 

ta’ lipase*

 

 

 

 

Żieda fil-livell

 

 

 

 

ta’ amylase*

 

 

* Minn provi kliniċi kkontrollati ta’ fażi 3b u 4, fejn ġew ikkalkulati biss.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari

Fi prova klinika b’liraglutide bħala monoterapija ir-rati ta’ ipogliċemija rrappurtati b’liraglutide kienu aktar baxxi mir-rati rrappurtati għal pazjenti kkurati b’komparatur attiv (glimepiride). L-iktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod frekwenti kienu disturbi gastrointestinali, infezzjonijiet u infestazzjonijiet.

Ipogliċemija

F’provi kliniċi, il-biċċa l-kbira tal-episodji ta’ ipogliċemija kkonfermata kienu minuri.Fil-prova b’liraglutide bħala monoterapija ma ġie osservat ebda episodju ta’ ipogliċemija maġġuri. Ipogliċemija maġġuri tista’ sseħħ b’mod mhux komuni u kienet osservata l-aktar meta liraglutide jittieħed flimkien ma’ xi sulfonylurea (0.02 avvenimenti/pazjent fis-sena). Ħlief mas-sulfonylureas, kienu ftit ħafna l- episodji (0.001 avvenimenti/pazjent fis-sena) li ġew osservati meta liraglutide ingħata flimkien mal- antidijabetiċi orali. Ir-riskju ta’ ipogliċemija hija baxxa meta l-insulina bażilari u liraglutide jintużaw flimkien (1.0 avvenimenti għal kull pazjent fis-sena, ara taqsima 5.1),

Reazzjonijiet avversi gastrointestinali

Meta ħadu liraglutide flimkien ma’ metformin, 20.7% tal-pazjenti rrappurtaw mill-inqas episodju wieħed ta’ nawseja, u 12.6% tal-pazjenti rrappurtaw mill-inqas episodju wieħed ta’ dijarea. Meta ħadu liraglutide flimkien ma’ xi sulfonylurea, 9.1% tal-pazjenti rrappurtaw mill-inqas episodju wieħed ta’ nawseja, u 7.9% tal-pazjenti rrappurtaw mill-inqas episodju wieħed ta’ dijarea. Il-biċċa l- kbira tal-episodji kienu minn ħfief sa moderati u seħħew b’mod li kien jiddependi mid-doża. Bit- tkomplija tat-terapija, il-frekwenza u s-severità naqsu fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti li inizjalment kellhom in-nawseja.

Pazjenti >70 sena jista’ jkollhom aktar effetti gastrointestinali meta kkurati b’liraglutide.

Pazjenti b’indeboliment renali ħafif u moderat (tneħħija tal-kreatinina 60–90 ml/min u 30–59 ml/min, rispettivament) jista’ jkollhom aktar effetti gastrointestinali meta kkurati b’liraglutide.

It-twaqqif ta' xi pazjenti milli jkomplu jipparteċipaw fl-istudju

L-inċidenza li xi pazjenti waqfu jipparteċipaw fl-istudju minħabba reazzjonijiet avversi kienet ta’ 7.8% għal pazjenti kkurati b’liraglutide u 3.4% għal pazjenti kkurati bil-komparatur, fil-provi kkontrollati u magħmula fit-tul (26 ġimgħa jew aktar). Għal pazjenti kkurati b’liraglutide, l-iktar reazzjonijiet avversi frekwenti li wasslu biex ikollhom jieqfu milli jipparteċipaw fl-istudju kienu nawseja (2.8% tal-pazjenti) u rimettar (1.5%).

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni ġew irrappurtata f’madwar 2% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu Victoza fi provi kkontrollati u magħmula fit-tul (26 ġimgħa jew aktar). Dawn ir-reazzjonijiet

ġeneralment kienu ħfief.

Pankreatite

Ftit każijiet (<0.2%) ta’ pankreatite akuta kienu rrappurtati waqt provi kliniċi fit-tul b’Victoza. Il- pankreatite ġiet irrapportata wkoll wara li l-prodott tqiegħed fis-suq.

Reazzjonijiet allerġiċi

Reazzjonijiet allerġiċi inkluż urtikarja, raxx u ħakk ġew irrapurtati mill-użu ta’ Victoza fis-suq.

Ftit każijiet ta’ reazzjonijiet anafilattiċi b’sintomi addizzjonali bħal pressjoni baxxa, palpitazzjonijiet, qtugħ ta’ nifs u edima ġew irrapurtati mill-użu ta’ Victoza fis-suq. Ftit kienu l-każijiet (0.05 %) ta’ anġjoedima li ġew irrapportati waqt il-provi kliniċi kollha fit-tul ta’ Victoza.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi provi kliniċi u l-użu fis-suq ġew irrapurtati dożi eċċessivi sa 40 darba aktar (72 mg) mid-doża rrakkomandata ta’ manteniment. B’mod ġenerali, il-pazjenti rrappurtaw nawseja severa, rimettar u dijarea. L-ebda pazjent ma rrapporta ipogliċemija severa. Il-pazjenti kollha irkupraw mingħajr kumplikazzjonijiet.

F’każ ta’ doża eċċessiva, kura adattata ta’ appoġġ għandha tinbeda skont is-sinjali u s-sintomi kliniċi tal-pazjent.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini użati fid-dijabete, mediċini oħrajn li jbaxxu l-glucose fid- demm, ħlief insulini. Kodiċi ATC: A10BX07

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Liraglutide hu analogu ta’ GLP-1 b’omoloġija fis-sekwenza għal GLP-1 uman ta’ 97% u li jintrabat ma’, u jattiva r-riċettur GLP-1. Ir-riċettur GLP-1 hu l-mira għal GLP-1 nattiv, ormon inkretin endoġenu li jżid is-sekrezzjoni tal-insulina miċ-ċelluli beta pankreatiċi u li tiddependi mill-glucose. B’kuntrast ma’ GLP-1 nattiv, liraglutide għandu profil farmakokinetiku u farmakodinamiku fil- bnedmin li hu adattat għall-għoti ta’ darba kuljum. Wara l-għoti taħt il-ġilda, il-profil imtawwal tal- azzjoni hu bbażat fuq tliet mekkaniżmi: awto-assoċjazzjoni, li tirriżulta f’assorbiment bil-mod; rabta mal-albumina; u stabbiltà enzimatika ogħla kontra l-enzimi dipeptidyl peptidase -4 (DPP-4) u endopeptidase newtrali (NEP), li jirriżultaw f’’half-life itwal fil-plażma .

L-azzjoni ta’ liraglutide issir permezz ta’ interazzjoni speċifika mar-riċetturi GLP-1, li twassal għal żieda f’adenosine monophosphate ċikliku (cAMP). Liraglutide jistimula s-sekrezzjoni tal-insulina b’mod li jiddependi mill-glucose. Fl-istess ħin, liraglutide ibaxxi s-sekrezzjoni għolja ta’ glucagon li ma tkunx f’waqtha, b’mod li wkoll jiddependi fuq il-glucose. Għaldaqstant, meta l-glucose fid-demm ikun għoli, is-sekrezzjoni tal-insulina tiġi stimulata u s-sekrezzjoni ta’ glucagon tiġi inibita. Mill- banda l-oħra, waqt l-ipogliċemija, liraglutide jnaqqas is-sekrezzjoni tal-insulina u ma jindebolixxix is- sekrezzjoni ta’ glucagon. Il-mekkaniżmu li jbaxxi l-glucose fid-demm jinvolvi wkoll dewmien żgħir fit-tbattil gastriku. Liraglutide jnaqqas il-piż tal-ġisem u l-ammont tax-xaħam fil-ġisem permezz ta’ mekkaniżmi li jinvolvu tnaqqis fil-ġuħ u tnaqqis fit-teħid tal-enerġija.

GLP-1 huwa regulatur fiżjoloġiku tal-aptit u tat-teħid tal-ikel, iżda l-mekkaniżmu preċiż ta’ azzjoni mhuwiex daqshekk ċar. F’studji fl-annimali, l-għoti b’mod periferiku ta’ liraglutide wassal għat-teħid minn reġjuni speċifiċi tal-moħħ li għandhom x’jaqsmu mar-regulazzjoni tal-aptit, fejn liraglutide, permezz tal-attivazzjoni speċifika tar-riċettur GLP-1 (GLP-1R), żied is-sinjali prinċipali tas-sens ta’ xaba’ u naqqas is-sinjali prinċipali tal-ġuħ, li b’hekk wassal għal tnaqqis fil-piż tal-ġisem.

Effetti farmakodinamiċi

Liraglutide idum jaħdem għal 24 siegħa u f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 itejjeb il-kontroll gliċemiku billi jbaxxi l-glucose fid-demm kemm fl-istat sajjem kif ukoll wara t-teħid tal-ikel.

Effikaċja klinika u sigurtà

Saru ħames studji double-blind, randomised, u kkontrollati biex jevalwaw l-effetti ta’ liraglutide fuq il-kontroll gliċemiku (Tabella 2). Il-kura b’liraglutide ġabet titjib klinikament u statistikament sinifikanti fl-emoglobina A1c glikosilata (HbA1c), fil-glucose fil-plażma fl-istat sajjem u fil-glucose wara t-teħid tal-ikel meta mqabbel mal-plaċebo.

Dawn il-provi kienu jinkludu 3,978 pazjent esposti b’dijabete ta’ tip 2 (2,501 pazjent kkurati b’liraglutide), 53.7% irġiel u 46.3% nisa, 797 pazjent (508 ikkurati b’ liraglutide) kellhom ≥65 sena u 113-il pazjent (66 ikkurati b’ liraglutide) kellhom ≥75 sena.

Saru provi oħra b’liraglutide li kienu jinkludu 1,901 pazjent f’erba’ provi kliniċi unblinded, randomised u kkontrollati (li kienu jinkludu 464, 658, 323 u 177 suġġett għal kull prova) u prova klinika waħda double-blind, randomised u kkontrollata f’suġġetti bid-dijabete tat-tip 2 u b’indeboliment renali moderat (279 pazjent).

Kontroll gliċemiku

Monoterapija

Il-monoterapija għal 52 ġimgħa b’liraglutide waslet għal tnaqqis fl-HbA1c li kien statistikament sinifikanti u li baqa’ fiż-żmien meta mqabbel ma’ glimepiride 8 mg (-0.84% għal 1.2 mg, -1.14% għal

1.8 mg vs -0.51% għall-komparatur) f’pazjenti li qabel kienu ġew ttrattati jew bid-dieta u bl-eżerċizzju jew b’monoterapija ta’ OAD b’doża li ma kinitx taqbeż nofs id-doża massima (Tabella 2).

It-teħid flimkien ma’ antidijabetiċi orali

Liraglutide meta mogħti f’terapija kkombinata għal 26 ġimgħa, ma’ metformin, glimepiride jew metformin u rosiglitazone, irriżulta fi tnaqqis statistikament sinifikanti (p<0.0001) u sostnut fl-HbA1c meta mqabbel ma’ pazjenti li kienu qed jirċievu l-plaċebo (Tabella 2).

Tabella 2 Liraglutide f’monoterapija (52 ġimgħa) u flimkien ma’ antidijabetiċi orali (26 ġimgħa)

N

Medja

Tibdil medju

Pazjenti (%)

Piż medju

 

HbA1c (%)

fl-HbA1c

li kisbu

fil-linja

 

fil-linja

mil-linja

HbA1c<7%

bażi (kg)

 

bażi

bażi (%)

 

 

Tibdil medju fil-piż mil- linja bażi

(kg)

Monoterapija

Liraglutide 1.2 mg

 

8.18

-0.84*

42.81, 58.33

92.1

-2.05**

Liraglutide 1.8 mg

 

8.19

-1.14**

50.91, 62.03

92.6

-2.45**

Glimepiride 8 mg/jum

 

8.23

-0.51

27.81, 30.83

93.3

1.12

Żieda ma’ metformin (2,000 mg/jum)

 

 

 

 

Liraglutide 1.2 mg

 

8.3

-0.97

35.31, 52.82

88.5

-2.58**

Liraglutide 1.8 mg

 

8.4

-1.00

42.41, 66.32

88.0

-2.79**

Plaċebo

 

8.4

0.09

10.81, 22.52

91.0

-1.51

Glimepiride 4 mg/jum

 

8.4

-0.98

36.31, 56.02

89.0

0.95

Żieda ma’ glimepiride (4 mg/jum)

 

 

 

 

 

Liraglutide 1.2 mg

 

8.5

-1.08**

34.51, 57.42

80.0

0.32**

Liraglutide 1.8 mg

 

8.5

-1.13**

41.61, 55.92

83.0

-0.23**

Plaċebo

 

8.4

0.23

7.51, 11.82

81.9

-0.10

Rosiglitazone 4 mg/jum

 

8.4

-0.44

21.91, 36.12

80.6

2.11

Żieda ma’ metformin (2,000 mg/jum) + rosiglitazone (4 mg darbtejn kuljum)

Liraglutide 1.2 mg

8.48

-1.48

57.51

95.3

-1.02

Liraglutide 1.8 mg

8.56

-1.48

53.71

94.9

-2.02

Plaċebo

8.42

-0.54

28.11

98.5

0.60

Żieda ma’ metformin (2,000 mg/jum) + glimepiride (4 mg/jum)

 

 

Liraglutide 1.8 mg

8.3

-1.33*

53.11

85.8

-1.81**

Plaċebo

8.3

-0.24

15.31

85.4

-0.42

Insulina glargine4

8.1

-1.09

45.81

85.2

1.62

*Superjorità (p<0.01) vs. il-komparatur attiv; **Superjorità (p<0.0001) vs. il-komparatur attiv; Mhux inferjuri (p<0.0001) vs. il-komparatur attiv

1il-pazjenti kollha; 2 monoterapija OAD preċedenti; 3pazjenti li qabel kienu ttrattati bid-dieta

4tid-dożaġġ tal-insulina glargine kien open-labelled u ġie mogħti skont il-Linja Gwida għall-aġġustament fid- dożaġġ tal-insulina glargine. L-aġġustament fid-dożaġġ tal-insulina glargine sar mill-pazjent wara istruzzjoni mill-investigatur.

Linja Gwida għall-Aġġustament fid-dożaġġ ta’ Insulin Glargine

L-ikkalkular tal-FPG magħmul mill-pazjent

Żieda did-doża ta’ insulin glargine (UI)

stess

 

 

 

≤ 5.5 mmol/l (≤100 mg/dl) Il-Mira

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament

> 5.5 u ≤ 6.7 mmol/ (> 100 u <120 mg/dl)

0–2 UIa

≥ 6.7 mmol/l (≥120 mg/dl)

2 UI

a Skont ir-rakkomandazzjoni individwilizzata tal-investigatur fil-viżta ta’ qabel, per eżempju skont jekk il-pazjent ma kellux xi ipogliċemija.

It-teħid flimkien mal-insulina

F’prova klinika ta’ 104 ġimgħat, 57% tal-pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 ikkurati b’insulin degludec flimkien ma’ metformin laħqu mira ta’ HbA1c ta’ <7% u l-bqija tal-pazjenti baqgħu f’prova open- label ta’ 26 ġimgħa fejn b’mod arbitrarju ġie miżjud jew liraglutide jew doża waħda ta’ insulin aspart

(mal- ikla l-aktar kbira). Fil-fergħa tal-insulin degludec + liraglutide, id-doża tal-insulina ġiet imnaqqsa b’20% sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ ipogliċemija. Iż-żieda ta’ liraglutide irriżulta f’tnaqqis akbar fl-HbA1c (-0.73% għal liraglutide vs -0.40% għall-komparatur) u fil-piż tal-ġisem (-3.03 vs 0.72 kg) li kien statistikament sinifikanti. Ir-rata ta’ episodji ipogliċemiċi (għal kull sena ta’ espożizzjoni tal-pazjent) kienet inqas b’mod statistikament sinifikanti meta żdied liraglutide meta mqabbel maż-żieda ta’ doża waħda ta’ insulin aspart (1.0 vs 8.15; proporzjon: 0.13; 95% CI: 0.08 sa 0.21).

F’prova klinika ta’ 52 ġimgħa, iż-żieda ta’ insulin detemir ma’ liraglutide 1.8 mg u metformin f’pazjenti li ma laħqux il-miri gliċemiċi b’liraglutide u metformin waħidhom irriżulta f’tnaqqis fl- HbA1c mil-linja bażi ta’ 0.54%, meta mqabbel ma’ 0.20% fil-grupp ta’ kontroll ta’ liraglutide 1.8 mg u metformin. It-tnaqqis fil-piż kien mantnut. Kien hemm żieda żgħira fir-rata ta’ episodji ipogliċemiċi minuri (0.23 kontra 0.03 avvenimenti għal kull pazjent fis-sena).

L-użu f’pazjenti b’indeboliment renali

F’prova double-blind fejn tqabblu l-effikaċja u s-sigurtà ta’ liraglutide 1.8 mg kontra plaċebo meta użati bħala żieda mal-insulina u/jew OAD f’pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 u b’indeboliment renali moderat, liraglutide, wara 26 ġimgħa, kien superjuri għall-kura bil-plaċebo fit-tnaqqis fl-HbA1c (– 1.05% vs –0.38%). Ammont sinifikanti iżjed ta’ pazjenti laħqu livell ta’ HbA1c taħt is-7% b’liraglutide meta mqabbel mal-plaċebo (52.8% vs 19.5%). Fiż-żewġ gruppi ġie osservat tnaqqis fil- piż tal-ġisem: –2.4 kg b’liraglutide vs –1.09 kg bil-plaċebo. Ir-riskju ta’ episodji ipogliċemiċi kien simili bejn iż-żewġ gruppi ta’ kura. Il-profil ta’ sigurtà ta’liraglutide kien, fil-parti l-kbira tiegħu, simili għal dak osservat f’studji oħra b’liraglutide.

Proporzjon ta’ pazjenti li jiksbu tnaqqis fl-HbA1c

It-teħid ta’ liraglutide waħdu irriżulta fi proporzjon akbar ta’ pazjenti, li kien statistikament sinifikanti, li kisbu HbA1c ta’ ≤6.5% wara 52 ġimgħa meta mqabbel ma’ pazjenti li kienu qed jirċievu glimepiride (37.6% għal 1.8 mg u 28.0% għal 1.2 mg vs 16.2% għall-komparatur).

It-teħid ta’ liraglutide flimkien ma’ metformin, glimepiride, jew metformin u rosiglitazone irriżulta, b’mod statistikament sinifikanti, fi proporzjon akbar ta’ pazjenti li kisbu HbA1c ta’ ≤6.5% wara

26 ġimgħa meta mqabbel ma’ pazjenti li kienu qed jirċievu dawn il-mediċini waħidhom.

Il-glucose fil-plażma fl-istat sajjem

Il-kura b’liraglutide waħdu u flimkien ma’ waħda jew tnejn mill-mediċini orali kontra d-dijabete irriżultat fi tnaqqis fil-glucose fil-plażma fl-istat sajjem ta’ 13­43.5 mg/dl (0.72­2.42 mmol/l). Dan it- tnaqqis kien osservat fl-ewwel ġimagħtejn tal-kura.

Glucose wara l-ikel

Liraglutide jnaqqas il-glucose wara l-ikel fit-tlett ikliet kollha ta’ kuljum b’31­49 mg/dl (1.68­2.71 mmol/l).

Il-funzjoni taċ-ċelluli beta

Skont miżuri bħall-evalwazzjoni tal-funzjoni taċ-ċellula beta bbażata fuq il-mudell ta’ omeostażi

(HOMO-B) u l-proporzjon ta’ proinsulina mal-insulina, provi kliniċi b’liraglutide juru titjib fil- funzjoni taċ-ċelluli beta. Intwera titjib fis-sekrezzjoni tal-insulina fl-ewwel u fit-tieni fażi wara 52 ġimgħa ta’ kura b’ liraglutide f’sotto-grupp ta’ pazjenti b’dijabete ta’ tip 2 (N=29).

Piż tal-ġisem

Tul iż-żmien li damu l-provi, liraglutide mogħti waħdu u flimkien ma’ metformin, metformin u glimepiride jew metformin u rosiglitazone, kien assoċjat ma’ tnaqqis sostnut fil-piż li varja minn 1.0 kg sa 2.8 kg.

Tnaqqis akbar fil-piż kien osservat meta bħala linja bażi l-indiċijiet tal-piż tal-ġisem (BMI) kienu akbar.

• Evalwazzjoni kardjovaskulari

Pressjoni tad-demm

Għat-tul ta’ żmien tal-provi, liraglutide naqqas il-pressjoni sistolika tad-demm b’medja ta’ 2.3 sa 6.7 mmHg mil-linja bażi u mqabbel ma’ komparatur attiv, it-tnaqqis kien ta’ 1.9 sa 4.5 mmHg.

Analiżi post-hoc ta’ avvenimenti kardjovaskulari avversi serji u maġġuri (mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku, attakk ta’ puplesija) miġbura mill-provi kollha intermedji u fit-tul ta’ fażi 2 u 3 (b’tul tal-provi li kien ivarja minn 26 sa 100 gimgħa) li kienu jinkludu 5,607 pazjenti (3,651 esposti għal liraglutide), ma wrew ebda żieda fir-riskju kardjovaskulari (proporzjon ta’ inċidenza ta’ 0.75 (95% CI 0.35; 1.63) għall-għan aħħari kompost għal liraglutide meta mqabbel mal-komparaturi kollha (metformin, glimepiride, rosiglitazone, insulin glargine, plaċebo). Pazjenti li kellhom riskju kardjovaskulari għoli kienu esklużi mill-provi u r-rati ta’ inċidenza ta’ avvenimenti kardjovaskulari serji u maġġuri kienu baxxi fil-provi (6.02 għal kull 1,000 pazjent fis-sena f’pazjenti kkurati b’liraglutide u 10.45 fil-pazjenti kkurati bil-komparaturi kollha) u għalhekk ma tistax tasal għal konklużjonijiet deċiżivi.

Immunoġeniċità

Konsistenti mal-fatt li prodotti mediċinali li fihom il-proteini u l-peptides jista’ jkollhom karatteristiċi immunoġeniċi, il-pazjenti jistgħu jiżviluppaw antikorpi anti-liraglutide wara l-kura b’liraglutide. Bħala medja, 8.6% tal-pazjenti żviluppaw antikorpi. Il-formazzjoni ta’ antikorpi ma kinitx assoċjata ma’ effikaċja mnaqqsa ta’ liraglutide.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Victoza f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fid-dijabete mellitus ta’ tip 2 (ara taqsima 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Tagħrif kliniku ieħor

F’prova open-label li qabblet l-effikaċja u s-sigurtà ta’ liraglutide (1.2 mg u 1.8 mg) u sitagliptin (inibitur ta’ DPP-4, 100 mg) f’pazjenti li ma kinux ikkontrollati b’mod adegwat bit-terapija ta’ metformin (medja ta’ HbA1c ta’ 8.5%) , liraglutide, biż-żewġ dożi, kien statistikament superjuri għall- kura b’sitagliptin wara 26 ġimgħa fit-tnaqqis fl-HbA1c (-1.24%, -1.50 % vs - 0.9%, p<0.0001). Il- pazjenti kkurati b’liraglutide kellhom tnaqqis sinifikanti fil-piż tal-ġisem meta mqabbel ma’ dak tal- pazjenti kkurati b’sitagliptin (-2.9 kg u -3.4 kg vs -1.0 kg, p< 0.0001). Numru akbar ta’ pazjenti kkurati b’ liraglutide esperjenzaw dardir temporanju vs pazjenti kkurati b’sitagliptin (20.8% u 27.1% għal liraglutide vs. 4.6% għal sitagliptin). It-tnaqqis fl-HbA1c u s-superjorità vs sitagliptin, osservati wara 26 ġimgħa ta’ kura b’liraglutide (1.2 mg u 1.8 mg) inżammu wkoll wara 52 ġimgħa ta’ kura ( - 1.29 % u -1.51 % vs -0.88 %, p<0.0001). Meta pazjenti nqalbu minn sitagliptin għal liraglutide wara

52 ġimgħa ta’ kura kien hemm tnaqqis addizzjonali u statistikament sinifikanti fl- HbA1c (­0.24% u ­0.45%, 95% CI: ­0.41 sa ­0.07 u -0.67 sa ­0.23 ) fit-78 ġimgħa, iżda ma kienx hemm grupp formali ta’ kontroll.

F’prova open-label li qabblet l-effikaċja u s-sigurtà ta’ liraglutide 1.8 mg u exenatide 10 mcg darbtejn kuljum f’pazjenti li ma kinux ikkontrollati b’mod adegwat bit-terapija ta’ metformin u/jew sulfonylurea (medja ta’ HbA1c ta’ 8.3%) , liraglutide, kien statistikament superjuri għall-kura b’exenatide wara 26 ġimgħa fit-tnaqqis fl-HbA1c (­1.12% vs ­0.79%; stima tad-differenza fil-kura: ­0.33; 95% CI: ­0.47 sa ­0.18). Numru sinifikanti iżjed ta’ pazjenti laħqu livell ta’ HbA1c taħt is-7%

b’liraglutide meta mqabbel ma’ exanatide (54.2% vs 43.4%, p=0.0015). Iż-żewġ trattamenti rriżultaw f’tnaqqis medju fil-piż tal-ġisem ta’ madwar 3 kg. Meta pazjenti nqalbu minn exenatide għal liraglutide wara 26 ġimgħa ta’ kura kien hemm tnaqqis addizzjonali u statistikament sinifikanti fl- HbA1c (­0.32%, 95% CI: ­0.41 sa ­0.24) fl-40 ġimgħa, iżda ma kienx hemm grupp formali ta’ kontroll. Matul is-26 ġimgħa, kien hemm 12-il avveniment serju f’235 pazjent (5.1 %) li kienu qed jużaw liraglutide, waqt li kien hemm 6 avvenimenti avversi serji f’232 pazjent (2.6 %) li kienu qed jużaw exenatide. Fir-rigward tal-avvenimenti skont is-sistema tal-klassifika tal-organi, ma kien hemm ebda sekwenza konsistenti.

F’prova open-label li qabblet l-effikaċja u s-sigurtà ta’ liraglutide 1.8 mg ma’ lixisenatide 20 mcg f’404 pazjenti li ma kinux ikkontrollati b’mod adegwat bit-terapija ta’ metformin (medja ta’ HbA1c ta’ 8.4%) , liraglutide kien superjuri għal lixisenatide biex inaqqas l-HbA1c wara 26 ġimgħa ta’ trattament (­1.83% vs ­1.21%, p<0.0001). Numru sinifikanti iżjed ta’ pazjenti laħqu livell ta’ HbA1c taħt is-7% b’liraglutide meta mqabbel ma’ lixisenatide (74.2% vs 45.5%, p<0.0001), kif ukoll il-mira ta’ HbA1c ta’ taħt jew ugwali għal 6.5 % (54.6% vs. 26.2%, p<0.0001).Tnaqqis fil-piż tal-ġisem ġie osservat fiż-

żewġ fergħat ta’ trattament (-4.3 kg b’liraglutide u -3.7 kg b’lixisenatide).Avvenimenti avversi gastrointestinali ġew irrapportatati b’mod aktar frekwenti bit-trattament ta’ liraglutide (43.6% vs. 37.1%).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ liraglutide wara l-għoti taħt il-ġilda hu bil-mod u l-konċentrazzjoni massima tiġi milħuqa wara 8­12-il siegħa mit-teħid tad-doża. Wara doża waħda ta’ liraglutide 0.6 mg mogħti minn taħt il-ġilda, il-konċentrazzjoni massima ta’ liraglutide ġiet ikkalkolata li kienet ta’ 9.4 nmol/l.. F’doża ta’ 1.8 mg liraglutide, il-medja tal-konċentrazzjoni ta’ liraglutide fl-istat fiss (AUCτ/24), laħqet madwar

34 nmol/l. L-espożizzjoni għal liraglutide żdiedet proporzjonalment mad-doża. Il-koeffiċjent ta’ varjazzjoni bejn l-individwi għall-AUC ta’ liraglutide kien ta’ 11% wara l-għoti ta’ doża waħda. Il-bijodisponibilità assoluta ta’ liraglutide wara l-għoti taħt il-ġilda hi ta’ madwar 55%.

Distribuzzjoni

Il-volum apparenti tad-distribuzzjoni wara l-għoti taħt il-ġilda hu ta’ 11­17 l. Il-medja tal-volum tad- distribuzzjoni wara l-għoti ġol-vini ta’ liraglutide hu ta’ 0.07 l/kg. Liraglutide jintrabat b’mod estensiv mal-proteini fil-plażma (>98%).

Bijotrasformazzjoni

Matul l-24 siegħa wara l-għoti ta’ doża waħda radjutikkettata ta’ [3H]-liraglutide lil persuni b’saħħithom, il-komponent maġġuri fil-plażma kien liraglutide intatt. Fil-plażma ġew ukoll osservati żewġ metaboliti minuri (≤9% u ≤5% tal-espożizzjoni totali ta’ radjuattività fil-plażma). Liraglutide hu metabolizzat b’mod simili għal proteini kbar mingħajr ma jiġi identifikat organu speċifiku li jservi bħala l-mezz ewlieni ta’ eliminazzjoni.

Eliminazzjoni

Wara doża ta’ [3H]-liraglutide, liraglutide intatt ma kienx osservat fl-awrina jew fl-ippurgar. Parti

żgħira biss tar-radjuattività li ngħatat tneħħiet bħala metaboliti relatati ma’ liraglutide fl-awrina jew fl- ippurgar (6% u 5%, rispettivament). Ir-radjuattività tal-awrina u l-ippurgar tneħħiet primarjament matul l-ewwel 6­8 ijiem u kienet tikkorrispondi għal tliet metaboliti minuri, rispettivament.

Il-medja tat-tneħħija wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ doża waħda ta’ liraglutide hi ta’ madwar 1.2 l/siegħa, b’half-life ta’ eliminazzjoni ta’ madwar 13-il siegħa.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani:

L-età ma kellha l-ebda effett klinikament rilevanti fuq il-farmakokinetika ta’ liraglutide, ibbażat fuq ir- riżultati ta’ studju dwar il-farmakokinetika f’persuni b’saħħithom, u analiżi dwar id-dejta tal- farmakokinetika tal-popolazzjoni tal-pazjenti (minn 18 sa 80 sena).

Sess:

Is-sess ma kellu l-ebda effett klinikament sinifikanti fuq il-farmakokinetika ta’ liraglutide, ibbażat fuq ir-riżultati ta’ analiżi dwar id-dejta tal-farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ pazjenti rġiel u nisa, u studju dwar il-farmakokinetika f’persuni b’saħħithom.

Oriġini etnika:

L-oriġini etnika ma kellha l-ebda effett klinikament rilevanti fuq il-farmakokinetika ta’ liraglutide, ibbażat fuq ir-riżultati tal-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni, li kienet tinkludi pazjenti minn gruppi Bojod, Suwed, Asjatiċi u Ispaniċi.

Obeżità:

L-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni tissuġġerixxi li l-indiċi tal-piż tal-ġisem (BMI) ma kellu l- ebda effett sinifikanti fuq il-farmakokinetika ta’ liraglutide.

Indeboliment tal-fwied:

Il-farmakokinetika ta’ liraglutide kienet evalwata f’pazjenti li kellhom gradi differenti ta’ indeboliment tal-fwied fi studju b’doża waħda. L-espożizzjoni ta’ liraglutide tnaqqset b’13-23 % f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ħafif għal moderat meta mqabbel ma’ persuni b’saħħithom. L-espożizzjoni kienet aktar baxxa b’mod sinifikanti (44 %) f’persuni b’indeboliment sever tal-fwied

(punteġġ Child Pugh ta’ >9).

Indeboliment tal-kliewi:

L-espożizzjoni ta’ liraglutide tnaqqset f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi meta mqabbel ma’ individwi b’funzjoni normali tal-kliewi. L-espożizzjoni ta’ liraglutide tbaxxiet bi 33%, 14%, 27% u 28%, rispettivament, f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ħafif (tneħħija tal-krejatinina, CrCl 50- 80 ml/min), moderat (CrCl 30-50 ml/min), u sever (CrCl <30 ml/min) u meta kien hemm mard tal- kliewi li wasal fl-aħħar stadju u li kien jeħtieġ id-dijalisi.

B’mod simili, f’prova klinika li damet 26 ġimgħa, pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 u b’indeboliment renali moderat (CrCL 30-59 ml/min, ara taqsima 5.1) kellhom tnaqqis ta’ 26% fl-espożizzjoni ta’ liraglutide meta mqabbla ma’ prova separata oħra li kienet tinkludi pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 b’funzjoni renali normali jew b’indeboliment renali ħafif.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni li mhix klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, u l-effett tossiku fuq il-ġeni, ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Tumuri mhux letali taċ-ċelluli Ċ tat-tirojde kienu osservati fi studji ta’ karċinoġeneċità fil-firien u l-

ġrieden. Dawn l-istudji damu sentejn. Fil-firien, livell ta’ ebda osservazzjoni ta’ effett avvers

(NOAEL) ma ġiex osservat. Dawn it-tumuri ma kinux osservati f’xadini li kienu kkurati għal

20 xahar. Dawn is-sejbiet f’annimali gerriema huma kkawżati minn mekkaniżmu li mhuwiex

ġenotossiku u li jseħħ permezz ta’ riċettur speċifiku GLP­1, li għalih l-annimali gerriema huma partikularment sensittivi. Wisq probabbli r-rilevanza għall-umani hija baxxa iżda ma tistax tiġi esklusa kompletament. Ma nstabu l-ebda tumuri oħra kkawżati mill-kura.

Studji fuq l-annimali ma indikawx effetti diretti li jagħmlu l-ħsara fir-rigward tal-fertilità, iżda żdiedu bi ftit l-imwiet tal-embrijuni fi stat bikri tal-iżvillup meta ngħatat l-ogħla doża. It-teħid ta’ Victoza matul il-perjodu tan-nofs tat-tqala, ikkawża tnaqqis fil-piż tal-omm u fit-tkabbir tal-fetu, b’effetti ambigwi fuq il-kustilji tal-firien, u varjazzjoni fl-iskeletru tal-fniek. Ir-rata ta’ tkabbir ta’ frieħ tat- twelid naqas fil-firien meta dawn kienu esposti għal Victoza, u dan ippersista fil-perjodu ta’ wara l-

ftim fil-grupp li kien qed jingħata d-doża il-qawwija. Mhux magħruf jekk it-tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir tal-frieħ hux ikkawżat minn tnaqqis fit-teħid ta’ ħalib minħabba effett dirett ta’ GLP­1 jew minħabba tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib tal-omm minħabba tnaqqis fit-teħid ta’ kaloriji.

Wara injezzjoni b’mod intra-arterjali ta’ liraglutide fil-fniek, fis-sit tal-injezzjoni ġew osservati emorraġija ħafifa għal moderata, eritema u nefħa.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Disodium phosphate dihydrate

Propylene glycol

Phenol

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbilitajiet

Sustanzi miżjuda ma’ Victoza jistgħu jikkawżaw id-degradazzjoni ta’ liraglutide. Minħabba li ma sarux studji li juru liema huma l-prodotti li ma jaqblux miegħu, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar.

Wara l-ewwel użu: Xahar

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C). Tagħmlux fil-friża.

Aħżen ’il bogħod mill-kompartiment tal-friża.

Wara l-ewwel użu: Aħżen taħt temperatura ta’ 30°C jew aħżen fi friġġ (2°C - 8°C). Tagħmlux fil- friża.

Żomm l-għatu fuq il-pinna sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Skartoċċ (ħġieġ ta’ tip I), bi planger (bromobutyl) u tapp (bromobutyl/polyisoprene) f’pinna mimlija għal-lest li tagħti ħafna dożi u li tintrema wara li tintuża, magħmula minn polyolefin u polyacetal.

Kull pinna fiha 3 ml ta’ soluzzjoni, li tforni 30 doża ta’ 0.6 mg, 15-il doża ta’ 1.2 mg jew 10 dożi ta’ 1.8 mg.

Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 3, 5 jew 10 siringi mimlija għal-lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad- daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Victoza m’għandux jintuża jekk ma jidhirx ċar u bla kulur jew kważi bla kulur. Victoza m’għandux jintuża jekk ikun ġie ffriżat.

Victoza jista’ jingħata b’labar li jkollhom tul ta’ mhux iżjed minn 8 mm u b’irquqija ta’ 32G. Il-pinna

hi maħsuba biex tintuża ma’ labar NovoFine jew NovoTwist li jintremew wara li jintużaw. Il-labar mhumiex inklużi.

Il-pazjent għandu jingħata parir biex jarmi l-labra tal-injezzjoni skont il-ħtiġijiet lokali wara kull injezzjoni u jaħżen il-pinna mingħajr labra tal-injezzjoni imwaħħla. Dan jimpedixxi l- kontaminazzjoni, l-infezzjoni u t-tnixxija. Jiżgura wkoll li d-dożaġġ ikun preċiż.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novo Nordisk A/S

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd

Id-Danimarka

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/529/001-005

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI / TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 30 Ġunju 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 11 April 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati