Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Victrelis (boceprevir) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AE

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVictrelis
Kodiċi ATCJ05AE
Sustanzaboceprevir
ManifatturMerck Sharp

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Victrelis 200 mg kapsuli ibsin boceprevir

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Victrelis u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Victrelis

3.Kif għandek tieħu Victrelis

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Victrelis

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Victrelis u għalxiex jintuża

X’inhu Victrelis

Victrelis fih is-sustanza attiva msejħa boceprevir li tgħin biex tikkumbatti l-infezzjoni tal-epatite Ċ billi twaqqaf il-virus milli jimmultiplika. Victrelis għandu dejjem jintuża flimkien ma’ żewġ mediċini oħra. Dawn jissejħu peginterferon alfa u ribavirin. Victrelis m’għandux jintuża waħdu.

Għalxiex jintuża Victrelis

Victrelis, flimkien ma’ peginterferon alfa u ribavirin, jintuża għall-infezzjoni kronika bil-virus tal- epatite Ċ fl-adulti (msejħa wkoll infezzjoni b’HCV).

Victrelis jista’ jintuża f’adulti li qatt ma ħadu kura għall-infezzjoni ta’ HCV jew li qabel użaw mediċini imsejħa ‘interferons’ u ‘interferons pegilati’.

Kif jaħdem Victrelis

Victrelis jinibixxi r-replikazzjoni diretta tal-virus u b’dan il-mod jikkontribwixxi biex ibaxxi l- ammont ta’ virus tal-epatite Ċ fil-ġisem tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Victrelis

Tiħux Victrelis flimkien ma’ peginterferon alfa u ribavirin jekk inti:

allerġiku għal boceprevir jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

tqila

għandek kundizzjoni msejħa ‘epatite awtoimmuni’

qed tieħu bepridil, pimozide, lurasidone, midazolam mill-ħalq, triazolam mill-ħalq, simvastatin, lovastatin, alfuzosin, silodosin, mediċini tat-tip ergot (bħal ma huma dihydro-ergotamine, ergonovine, ergotamine jew methylergonovine), lumefantrine, halofantrine, quetiapine jew impedituri ta’ tyrosine kinase.

Tiħux Victrelis jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik. Jekk għandek xi dubju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Victrelis.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra wkoll is-sezzjoni “Tużax” tal-Fuljetti ta’ Tagħrif ta’ peginterferon alfa u ta’ ribavirin qabel ma tibda tieħu Victrelis.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu l-mediċina tiegħek jekk inti:

qatt kellek problema fid-demm bħal anemija (meta ma jkollokx biżżejjed ċelluli ħomor tad-demm f’saħħithom, li jġorru l-ossiġnu madwar ġismek)

qatt kellek problema fid-demm bħal newtropenija (nuqqas ta’ ċertu tip ta’ ċelluli bojod tad-demm). Newtropenija taffettwa l-ħila tal-ġisem biex jikkumbatti l-infezzjonijiet

qatt kellek problema fid-demm bħal panċitopenija (kombinazzjoni ta’ għadd baxx ta’ plejtlits, ta’ ċelluli tad-demm ħomor u bojod)

għandek indeboliment tal-fwied

għandek problema oħra fil-fwied minbarra infezzjoni bl-epatite Ċ

għandek l-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana) jew qatt kellek xi problemi oħra bis- sistema immuni tiegħek

irċevejt trapjant ta’ organu fil-passat

għandek epatite Ċ mhux ta’ ġenotip 1

kont pazjent li ma ħadmitx fuqek kura b’inibitur ta’ protease ta’ HCV

għandek jew xi ħadd mill-familjari tiegħek għandu qalbu tħabbat b’mod irregolari, speċjalment kondizzjoni li tissejjaħ “titwil tal-QT”

għandek potassium fid-demm baxx (ipokalimja)

Jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik (jew jekk għandek xi dubju), kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu Victrelis.

F’każijiet fejn Victrelis ittieħed flimkien ma’ ribavirin u peginterferon alpha, ġew irrappurtati reazzjonijiet allerġiċi serji. Jekk jogħġbok ara “Effetti sekondarji possibbli” għal aktar informazzjoni.

Testijiet

It-tabib tiegħek se jittestjalek id-demm b’mod regolari. Dawn it-testijiet tad-demm isiru għal diversi raġunijiet:

biex it-tabib tiegħek ikun jaf jekk il-kura hijiex qed taħdem fuqek

biex jgħinu lit-tabib tiegħek jiddeċiedi għal kemm żmien se ddum tiġi kkurat b’Victrelis.

biex jiċċekkja għal effetti sekondarji

Mediċini oħra u Victrelis

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra. Dan jinkludi mediċini li inti ksibt mingħajr riċetta u mediċini tal-ħxejjex.

B’mod partikolari, tiħux Victrelis jekk inti qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

alfuzosin u silodosin – jintużaw għall-kura ta’ sintomi ta’ prostata mkabbra

bepridil – jintuża għal problemi tal-qalb

pimozide jew lurasidone – jintuża għal problemi ta’ saħħa mentali

midazolam mill-ħalq jew triazolam mill-ħalq – sedattiv, mogħti mill-ħalq

statins – simvastatin jew lovastatin

mediċini tat-tip ‘ergot’, bħal ma huma dihydro-ergotamine, ergonovine, ergotamine jew methylergonovine – jintużaw għall-emigranja u episodji ta’ uġigħ ta’ ras frekwenti

lumefantrine u halofantrine – mediċini kontra l-malarja

quetiapine – użat għall-kura tal-iskizofrenja, ta’ disturb bipolari u ta’ disturb ta’ dipressjoni maġġuri

inibituri ta’ tyrosine kinase – jintużaw bħala mediċini kontra l-kanċer

Tiħux Victrelis jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini t’hawn fuq. Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Victrelis.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek ukoll jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn li ġejjin:

mediċini għal kontroll tat-twelid - drospirenone

indutturi ta’ CYP3A4 (bħal mediċina antibijotika - rifampiċina, mediċini kontra l-aċċessjonijiet

-carbamazepine, phenobarbital, phenytoin)

mediċini kontra l-arritmiji – amiodarone, quinidine

mediċini kontra l-mikrobi – pentamidine

xi newrolettiċi

mediċini kontra l-moffa – ketoconazole, itraconazole, posaconazole, voriconazole

inibituri ta’ non-nucleoside reverse transcriptase tal-HIV – efavirenz, etravirine

inibituri tal-protease ta’ HIV – atazanavir, darunavir, lopinavir, ritonavir

sedattivi li jingħataw ġol-vina – benzodiazepines (eż., alprazolam, midazolam, triazolam)

immunosoppressanti – tacrolimus, sirolimus, cyclosporine

statins magħżula – atorvastatin jew pravastatin

methadone

terapija ta’ sostituzzjoni tal-ormoni – mediċini bbażati fuq l-estroġenu

mediċina użata biex tbaxxi l-pressjoni tad-demm - imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju (eż, amlodipine, diltiazem, felodipine, nicardipine, nifedipine, nisoldipine, verapamil)

mediċina użata biex tikkura sintomi ta’ prostata minfuħa – doxazosin u tamsulosin

warfarin u mediċini simili oħrajn imsejħa antagonisti tal-vitamina K użati biex iraqqu d-demm. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn iżid il-frekwenza tat-testijiet tad-demm tiegħek biex jiċċekkja kemm id-demm tiegħek jista’ jagħqad sew.

Tqala u treddigħ

Tqala għandha tiġi evitata minħabba l-użu ta’ Victrelis ma’ ribavirin. Ribavirin jista’ jagħmel ħsara kbira lit-tarbija fil-ġuf. Għalhekk, inti u s-sieħeb/sieħba tiegħek għandkom tieħdu prekawzjonijiet speċjali fl-attività sesswali jekk hemm xi possibbiltà li sseħħ it-tqala:

-jekk inti mara ta’ età li tista’ toħroġ tqila li qiegħda tieħu ribavirin:

irid ikollok riżultat negattiv għat-test tat-tqala qabel il-kura, kull xahar waqt il-kura, u għal 4 xhur wara li titwaqqaf il-kura. Inti għandek tuża mezz ta’ kontraċezzjoni effettiv fiż-żmien meta tkun qed tieħu ribavirin u għal 4 xhur wara li twaqqaf il-kura. Dan għandek tiddiskutih mat-tabib tiegħek.

-jekk inti raġel li qiegħed tieħu ribavirin:

m’għandekx ikollok kuntatt sesswali ma’ mara li tkun tqila sakemm ma tużax kondom. Dan inaqqas il-possibbiltà li ribavirin jitħalla fil-ġisem tal-mara. Jekk is-sieħba tiegħek mhux tqila bħalissa, iżda hija ta’ età li tista’ toħroġ tqila, għandha tagħmel it-test tat-tqala kull xahar waqt il-kura u għal 7 xhur wara li tieqaf il-kura. Inti jew is-sieħba tiegħek għandkom tużaw mezz ta’ kontraċezzjoni effettiv fiż-żmien meta tkun qed tieħu ribavirin u għal 7 xhur wara li twaqqaf il- kura. Dan għandek tiddiskutih mat-tabib tiegħek.

Huwa possibbli li boceprevir joħroġ mal-ħalib tal-mara. Jekk qed tredda’, it-tabib tiegħek se jagħtik parir sabiex twaqqaf it-treddigħ jew twaqqaf Victrelis waqt li tkun qed tredda.

Ftakar: Aqra wkoll is-sezzjoni “Tqala u treddigħ” tal-Fuljetti ta’ Tagħrif ta’ peginterferon alfa u ribavirin qabel ma tibda tieħu Victrelis.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Victrelis ma jaffetwax il-ħila tiegħek li s-suq jew tuża għodda jew magni. Madankollu, it-terapija mħallta ta’ Victrelis, peginterferon alfa u ribavirin tista’ ġġiegħlek tħossok għajjien, sturdut, tara kollox idur bik, tibdil fil-pressjoni tad-demm, konfuż jew tbati biex tara ċar. Jekk dan jiġri, issuqx u tużax għodda jew magni.

Victrelis fih lactose

Victrelis fih lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti ma tistax tittollera jew tiddiġerixxi xi zokkrijiet (int għandek intolleranza għal xi zokkrijiet), bħal defiċjenza ta’ Lapp lactase, jew assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif gћandek tieћu Victrelis

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża rrakkomandata ta’ Victrelis hija ta’ 4 kapsuli tliet darbiet kuljum (total ta’ 12-il kapsula kuljum). Ħu l-kapsuli filgħodu, waranofsinhar u filgħaxija ma’ ikla jew ikla ħafifa. L-użu mingħajr ikel jista’ jikkomprometti serjament il-probabbiltà tas-suċċess tal-kura.

Kif għandek tieħu din il-mediċina

Qaxxar billi tiġbed il-parti ħierġa l-barra biex b’hekk tikxef il-kapsula – timbuttax il-kapsula minn ġol-folja peress li jekk timbotta l-kapsula minn ġol-folja tista’ tkisser il-kapsula.

Ħu din il-mediċina mill-ħalq.

Din il-mediċna għandha tittieħed ma’ ikla normali jew ikla ħafifa.

Victrelis dejjem jittieħed flimkien ma’ peginterferon alfa u ribavirin.

It-tul ta’ żmien tal-għoti ta’ dawn il-mediċini jiddependi fuq ir-rispons tiegħek u l-pjan ta’ kura.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra wkoll “Effetti sekondarji possibbli” fil-Fuljetti ta’ Tagħrif ta’ peginterferon alfa u ribavirin qabel ma tibda tieħu Victrelis.

Jekk tieħu Victrelis aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar Victrelis milli suppost, kellem tabib jew mur l-emerġenza fi sptar l-aktar qrib tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tieħu Victrelis

Jekk tinsa tieħu doża u għad fadal aktar minn sagħtejn għad-doża li jmiss, ħu d-doża li tkun insejt mal-ikel. Imbagħad kompli ħu l-kapsuli bħas-soltu.

Madankollu, jekk ikun fadal inqas minn sagħtejn għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar x’għandek tagħmel, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Victrelis

Tiqafx tieħu Victrelis sakemm ma jgħidlikx tagħmel dan it-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minħabba li l-kura tiegħek tista’ ma taħdimx.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jiġru b’din il-mediċina.

Waqqaf Victrelis u ara tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji li ġejjin – għandu mnejn ikollok bżonn kura medika urġenti:

tbatija biex tieħu n-nifs jew tibla’, tisfir fis-sider, ħorriqija, ħakk, nefħa fil-wiċċ, l-għajnejn, ix- xufftejn, l-ilsien jew il-griżmejn – dawn huma sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minm persuna waħda minn kull 10)

Ġenerali: uġigħ ta’ ras; tkexkix ta’ bard, deni; dardir (nawsja); sintomi bħal tal-influwenza; tħossok stordut, nuqqas ta’ enerġija; ma tkunx tista’ torqod; ma tantx ikollok aptit, telf ta’ piż; qtugħ ta’ nifs

Ħalq, imnieħer jew ġriżmejn: sogħla; ħalq xott; togħma stramba Ġilda u xagħar: ġilda xotta, ħakk, raxx; ix-xagħar jaqa’ jew jeħfief

Ġogi u muskoli: dgħufija mhux tas-soltu; ġogi minfuħin, juġgħu; uġigħ fil-muskolu mhux ikkawżat minn eżerċizzju

Stonku u msaren: dijarea; rimettar

Mard mentali: tħossok anzjuż/a; tħoss diqa kbira jew li m’inti tajjeb/tajba għal xejn (depressjoni); tħossok irritabbli, jkollok tensjoni jew irrikwitezza

Demm: għadd baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija), tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demmis-sinjali jistgħu jinkludu tħossok għajjien/a, uġigħ ta’ ras, ikollok qtugħ ta’ nifs meta tagħmel l-eżerċizzju; għadd baxx ta’ newtrofili (newtropenija), numru baxx ta’ ċelluli bojod tad-demmis-sinjali jistgħu jinkludu li tieħu aktar infezzjonijiet mis-soltu – inkluż deni, tkexkix kbir ta’ bard, ġriżmejn misluħin jew ulċeri fil-ħalq

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

Ġenerali: tregħid; ħass ħażin; tbatija biex tieħu n-nifs; tħossok bil-għatx; ma tkunx tista’ torqod; ras ittektek bl-uġigħ; tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali; tħoss kollox idur bik Għajnejn jew widnejn: għajnejn xotti; żarżir fil-widnejn; tibdiliet fil-vista

Ħalq, imnieħer jew ġriżmejn: uġigħ fil-ħalq, uġigħ fis-snien; uġigħ meta tibla’; l-imnieħer jinfaraġ, imnieħer imblukkat; tibdil fil-mod ta’ kif jinxtammu l-affarijiet; partijiet misluħin u mqabbżin fil-ħalq; tħossok bil-għatx ħafna b’ħalq xott jew ġilda xotta; nefħa fil-glandola tat- tirojde, l-għonq, jew il-larinġi; glandola tat-tirojde taħdem bil-mod; selħiet jew nefħa fil-ħalq, tħoss ħruq fl-ilsien; sensazzjoni ta’ tensjoni jew imblukkar fl-imnieħer, fil-ħaddejn u wara l- għajnejn – xi kultant b’ras ittektek bl-uġigħ, deni jew imnieħer imblukkat (sinożite)

Ġilda u xagħar: ponot fix-xufftejn, tnemnim jew titrix fil-ġilda; tnaqqis fil-ħass jew fis-sens tal-mess; raxx fil-ġilda, rqajja’ ta’ raxx fil-ġilda, ġilda ħamra; raxx imqabbeż u aħmar fil-ġilda xi drabi bi nfafet mimlijin bil-materja; ġilda ħamra, sħuna u sensittiva, xi drabi bid-deni u tkexkix ta’ bard; żieda fl-għaraq; mard tal-ġilda bi rqajja’ ħoxnin ta’ ġilda ħamra – spiss bi qxur kulur il-fidda

Ġogi u muskoli: spażmu fil-muskoli; tħossok għajjien, dgħufija fil-muskoli, tħoss il-bard; uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-għonq, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn

Stonku u msaren: uġigħ fl-istonku u fil-parti ta’ fuq tan-naħa tal-lemin tal-istonku jew tad- dahar; tħoss ħruq fl-istonku, stonku mqalleb; tħossok minfuħ, tifwiq

Anus: gass (uġigħ ta’ gass fl-istonku); murliti; tbati biex tipporga (stitikezza) Awrina: tgħaddi l-awrina aktar ta’ spiss mis-soltu

Sess: tnaqqis fl-aptit ta’ sess; diffikultà biex tikseb jew iżżomm erezzjoni

Mard mentali: tibdil fil-burdata, tħoss aġitazzjoni; telf tal-memorja, diffikultà biex tikkonċentra

Sider: tbatija biex tieħu n-nifs; skonfort fis-sider, uġigħ fis-sider; tħoss toqla fis-sider, bi tbatija biex tieħu n-nifs jew tħarħir

Qalb u ċirkulazzjoni: qalb tħabbat tgħaġġel jew b’mod irregolari; pressjoni għolja jew baxxa Demm: tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demmis-sinjali jistgħu jinkludu ħruġ ta’ demm jew tbenġil aktar faċilment mis-soltu; livelli għoljin ta’ zokkor (glucose) fid-demm; livelli għoljin ta’ trigliċeridi fid-demm; livelli għoljin ta’ uric acid fid-demm; kombinazzjoni ta’ għadd baxx ta’ plejtlits, ta’ ċelloli tad-demm ħomor u bojod (panċitopenija); tnaqqis kbir fl-għadd ta’ newtrofili (agranuloċitosi)

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Ġenerali: sturdament, artrite; tiżdied it-tendenza ta’ ħruġ ta’ demm; glandoli minfuħin fl-għonq jew fl-abt jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa; uġigħ qawwi bi ħruq jew donnu kkawżat b’xi

strument bil-ponta; sensittività akbar għad-dawl, għall-ħsejjes, għal dak li wieħed iħoss, jew l- ikel li jtiegħem; dijabete

Għajnejn jew widnejn: għajn roża; uġigħ fl-għajn; tittarrax; tbati biex tisma’; nefħa madwar tebqet l-għajn; żieda fid-dmugħ; fluwidu jnixxi mill-widna jew mill-għajn; madwar l-għajn ma jinħassx normali, roqgħa ħamra fl-abjad tal-għajn; il-parti l-bajda tal-għajnejn jew il-ġilda jisfaru

Ħalq, imnieħer jew ġriżmejn: ħanqa, griżmejn jew xufftejn xotti; ħanek juġgħa jew joħroġ id- demm minnu; sinna sensittiva jew uġigħ fis-snien; ilsien minfuħ, b’kulur mhux tas-soltu, jew ikollu feriti; nfafet fl-ilsien; uġigħ qawwi meta tibla’; uġigħ fis-sider qrib il-pulmuni; uġigħ fis- sider imur għall-agħar meta tieħu nifs fil-fond; ħruġ ta’ bżieq mingħajr kontroll; glandola tat- tirojde taħdem b’mod mgħaġġel

Ġilda u xagħar: ħorriqija; selħa miftuħa; intolleranza għas-sħana; wiċċ aħmar ħafna; wiċċ pallidu; ġilda safra; raxx mid-dawl tax-xemx; ferita ma tfieqx b’mod normali

Idejn jew saqajn jew dirgħajn jew riġlejn: sensazzjoi ta’ uġigħ, titrix, tnemnim jew tingiż; tagħqid tad-demm ġo vina; tħoss kesħa fi driegħ jew riġel; infjammazzjoni tweġġa’ tal-ġogi komuni l-aktar fis-sieq (gotta)

Stonku u msaren: uġigħ fil-parti t’isfel tal-istonku; pankrejatite

Awrina: uġigħ meta tgħaddi l-awrina; tħoss ħruq jew tbati biex tgħaddi l-awrina; tqum kemm-il darba matul il-lejl biex tgħaddi l-awrina

Rektum jew anus: ħakk fl-anus; ma tkunx tista’ tipporga jew bidla fil-kulur tal-ippurgar; ippurgar aktar ta’ spiss; ħruġ ta’ demm mill-anus

Sess: tinqabeż il-menstrwazzjoni (pirjid); menstrwazzjoni qawwija jew li tieħu fit-tul; ħruġ ta’ demm mill-utru (i.e., ħruġ ta’ demm li jdum >7 ijiem jew li jkun eċċessiv f’intervalli irregolari jew aktar frekwenti minn dawk normali, ħruġ ta’ demm li jseħħ f’nisa li kellhom il-menopawsa mill-inqas 6 xhur jew sena wara li jkunu waqfulhom iċ-ċikli)

Mard mentali: rabja; attitudni jew imġiba ostili; komportament ta’ theddid; problemi ta’ abbuż ta’ sustanzi, imġieba mhux normali; sens ta’ konfużjoni; ħsibijiet ta’ suwiċidju; f’daqqa waħda tħoss biża kbir jew tħossok anzjuż/a; tħoss li qed tiġi ppersegwitat/a; tbatija biex issolvi l- problemi

Muskoli: uġigħ fl-għadam; uġigħ lokali jew mifrux Sider: pulmonite

Qalb jew ċirkulazzjoni: rata ta’ taħbit tal-qalb mhux normali jew tgħaġġel; mard tal-qalb ikkawżat minn fluss batut ta’ demm fil-qalb

Demm: livelli baxxi tal-potassium fid-demm; livelli għoljin ta’ calcium fid-demm

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

Ġenerali: tbatija biex tieħu n-nifs u tibla; tumur tat-tirojde; infezzjoni fid-demm; nefħa jew boċċi fl-organi tal-ġisem; marda li twassal għal żieda fil-paraliżi tal-muskoli; mard fil-moħħ – sinjali jistgħu jinkludu uġigħ ta’ ras u deni, paraliżi ta’ parti mill-ġisem, ebusija fl-għonq jew sensittività għad-dawl

Għajnejn jew widnejn: uġigħ fil-widnejn

Ġilda u xagħar: ġilda tiħmar; infezzjoni fil-ġilda kkawżata minn batterja

Stonku u msaren: problemi biex tiddiġerixxi l-ikel; tirremetti d-demm; rimettar, dijarea, u uġigħ qawwi fin-naħa l-leminija ta’ fuq tal-istonku (addome)

Sess: tnaqqis fil-livelli tal-isperma

Mard mentali: tibdiliet fil-burdata; tħoss li ħajtek qisha qed tispiċċa; tara, tħoss jew tisma’ affarijiet li mhumiex veri (alluċinazzjonijiet); ħsibijiet li toqtol lilek innifsek (suwiċidju), tipprova toqtol lilek innifsek; tħoss ferħ kbir (manija) imbagħad tħoss diqa kbira jew li ma tiswa għal xejn

Sider: qtugħ ta’ nifs meta timtedd; infezzjoni serja fil-pulmun bħal pulmonite; uġigħ qawwi fis- sider li jsir agħar meta tieħu n-nifs; uġigħ wara l-għadma tas-sider li jista’ jinfirex lejn l-għonq u l-ispalla

Qalb jew ċirkulazzjoni: attakk ta’ qalb; tieqaf tieħu n-nifs; tagħqid tad-demm f’riġel jew fi driegħ; tnaqqis fil-fluss tad-demm lejn partijiet mill-moħħ (eż., sturdament, tara doppju, jew dgħufija fiż-żewġ naħat tal-ġisem)

Mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Ġilda u xagħar: Raxx sever, li jista’ jkun akkumpanjat minn deni, għeja, nefħa fil-wiċċ jew fil- glandoli limfatiċi, żieda ta’ esinofili (tip ta’ ċelluli bojod tad-demm), effetti fuq il-fwied, il- kliewi jew il-pulmun (reazzjoni magħrufa bħala DRESS); reazzjoni serja tal-ġilda, inkluż infafet jew tqaxxir tal-ġilda (reazzjoni msejħa sindromu ta’ Stevens-Johnson)

Kliewi: indeboliment renali (ġeneralment riversibbli wara li titlesta l-kura)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Victrelis

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja tal-fojl wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Ħażna mill-ispiżjar

Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C).

Ħażna mill-pazjent

Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C) sakemm jiskadi.

JEW

Aħżen barra mill-friġġ f’temperatura ta’ 30 C jew inqas għal perijodu ta’ mhux aktar minn 3 xhur sakemm jiskadi. Wara dan il-perijodu, il-prodott mediċinali għandu jintrema.

Aħżen fil-folja oriġinali sabiex tipproteġi mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Victrelis

Is-sustanza attiva hi boceprevir. Kull kapsula iebsa fiha 200 mg ta’ boceprevir.

Is-sustanzi l-oħra huma sodium lauryl sulfate, microcrystalline cellulose, lactose monohydrate, croscarmellose sodium, pre-gelatinized starch, magnesium stearate, iron oxide isfar (E 172), iron oxide aħmar (E 172), titanium dioxide (E171), gelatin, u shellac.

Kif jidher Victrelis u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin għandhom għatu kannella jagħti fl-isfar bil-lowgo "MSD" stampat b’linka ħamra u korp ofwajt b’"314" stampat b’linka ħamra.

Folji li jitqaxxru li fihom 12-il kapsula iebsa (strixxa ta’ folja ta’ 3x4 kapsuli).

Daqsijiet tal-pakkett: kartuna ta’ 84 kapsula iebsa u multipack li fih 336 (4 pakketti ta’ 84) kapsula iebsa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Manifattur

Merck Sharp & Dohme Ltd

S-P Labo NV

Hertford Road, Hoddesdon

Industriepark 30

Hertfordshire

B-2220 Heist-op-den-Berg

EN11 9BU

Il-Belġju

Ir-Renju Unit

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

MSD Belgium BVBA/SPRL

UAB Merck Sharp & Dohme

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

Tel.: +370 5 278 02 47

dpoc_belux@merck.com

msd_lietuva@merck.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Мерк Шарп и Доум България ЕООД

MSD Belgium BVBA/SPRL

Тел.: +359 2 819 3737

Tél/Tel: +32(0)27766211

info-msdbg@merck.com

dpoc_belux@merck.com

Česká republika

Magyarország

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel.: +420 233 010 111

Tel.: +361 888 53 00

dpoc_czechslovak@merck.com

hungary_msd@merck.com

Danmark

Malta

MSD Danmark ApS

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Tlf: +45 4482 4000

Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

dkmail@merck.com

malta_info@merck.com

Deutschland

Nederland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

e-mail@msd.de

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

Merck Sharp & Dohme OÜ

MSD (Norge) AS

Tel.: +372 6144 200

Tlf: +47 32 20 73 00

msdeesti@merck.com

msdnorge@ msd.no

Ελλάδα

Österreich

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 98 97 300

Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_greece@merck.com

msd-medizin@merck.com

España

Polska

Merck Sharp & Dohme de España, S.A.

MSD Polska Sp.z o.o.

Tel: +34 91 321 06 00

Tel.: +48 22 549 51 00

msd_info@merck.com

msdpolska@merck.com

France

Portugal

MSD France

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40

Tel: +351 21 4465700

 

clic@merck.com

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 299 8700 medinfo_ireland@merck.com

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

MSD Italia S.r.l. Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364224 msd_lv@merck.com.

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: +40 21 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204 201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272 medicalinformationuk@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati