Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vidaza (azacitidine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01BC07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVidaza
Kodiċi ATCL01BC07
Sustanzaazacitidine
ManifatturCelgene Europe Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Vidaza 25 mg/mL trab għal suspensjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 100 mg azacitidine. Wara r-rikostituzzjoni, kull mL ta’ suspensjoni jkun fih 25 mg azacitidine.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal suspensjoni għall-injezzjoni.

Trab lajofilizzat abjad.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Vidaza huwa indikat għall-kura ta’ pazjenti adulti li mhumiex eliġibbli għal trapjant b’ċelluli staminali ematopojetiċi (HSCT) li għandhom:

sindromi majelodisplastiċi (MDS) intermedji-2 u ta’ riskju għoli skont l-International Prognostic Scoring System (IPSS),

lewkimja majelomonoċitika kronika (CMML) b’10-29% ta’ blasts tal-mudullun mingħajr disturb majeloproliferattiv,

lewkimja majelojde akuta (AML) b’20-30% blasts u displasja multi-lineage, skont

il-klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO),

AML bi >30% ta’ blasts tal-mudullun skont il-klassifikazzjoni tal-WHO.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Il-kura b’Vidaza għandha tinbeda u tkun immonitorjata taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fl-użu ta’ mediċini kemoterapewtiċi. Il-pazjenti għandhom jingħataw mediċina minn qabel kontra r-rimettar għan-nawseja u r-rimettar.

Pożoloġija

Id-doża tal-bidu rakkomandata għall-ewwel ċiklu ta’ kura, għall-pazjenti kollha mingħajr ma jingħata kas tal-valuri ematoloġiċi tal-laboratorju fil-linja bażi, hi ta’ 75 mg/m2 ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem, injettata taħt il-ġilda, kuljum għal 7 ijiem, segwita minn perjodu ta’ serħan ta’ 21 jum (ċiklu tal-kura ta’ 28 jum).

Hu rakkomandat li l-pazjenti jkunu kkurati għal minimu ta’ 6 ċikli. Il-kura għandha titkompla sakemm il-pazjent ikompli jibbenefika minnha jew sal-progressjoni tal-marda.

Il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati għar-rispons/tossiċità ematoloġika u għat-tossiċitajiet renali

(ara sezzjoni 4.4); l-ittardjar tal-bidu taċ-ċiklu li jmiss jew it-tnaqqis tad-doża kif deskritt hawn taħt jista’ jkun meħtieġ.

Testijiet tal-laboratorju

Testijiet tal-funzjoni tal-fwied, krejatinina fis-serum u bicarbonate fis-serum għandhom jiġu stabbiliti qabel il-bidu tat-terapija u qabel kull ċiklu ta’ kura. L-għadd komplet taċ-ċelluli tad-demm għandu jitwettaq qabel il-bidu tat-terapija u skont il-bżonn biex isir monitoraġġ tar-rispons u t-tossiċità, iżda mill-inqas, qabel kull ċiklu ta’ kura.

Aġġustament fid-doża minħabba tossiċità ematoloġika

It-tossiċità ematoloġika hi definita bħala l-inqas għadd li jintlaħaq f’ċiklu partikulari (nadir) jekk il-plejtlits ≤ 50.0 x 109/l u/jew l-għadd assolut tan-newtrofili (Absolute Neutrophil Count, ANC) ≤ 1 x 109/l.

L-irkuprar hu definit bħala żieda ta’ linja(i) taċ-ċelluli fejn it-tossiċità ematoloġika tkun ġiet osservata f’mill-inqas nofs id-differenza tan-nadir u l-għadd fil-linja bażi flimkien mal-għadd tan-nadir (i.e. għadd taċ-ċelluli tad-demm fl-irkuprar ≥ għadd tan-nadir + (0.5 x [għadd fil-linja bażi – għadd tan-nadir]).

Pazjenti mingħajr għadd imnaqqas taċ-ċelluli tad-demm fil-linja bażi (i.e. Ċelluli Bojod tad-Demm (WBC) ≥ 3.0 x 109/l u ANC ≥ 1.5 x 109/l, u plejtlits ≥ 75.0 x 109/l) qabel l-ewwel kura

Jekk it-tossiċità ematoloġika tkun osservata wara l-kura b’Vidaza, iċ-ċiklu li jmiss tat-terapija għandu jiġi ttardjat sakemm l-għadd tal-plejtlits u l-ANC jkunu rkupraw. Jekk l-irkuprar jintlaħaq fi

żmien 14-il jum, l-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ. Madankollu, jekk l-irkuprar ma jkunx

intlaħaq fi żmien 14-il jum,

id-doża għandha titnaqqas skont it-tabella li ġejja. Wara t-tibdil fid-doża,

it-tul taċ-ċiklu għandu jerġa’ lura għal 28 jum.

 

 

 

 

 

 

 

Għadd tan-nadir

 

 

 

% Tad-doża fiċ-ċiklu li jmiss, jekk

ANC (x 109/l)

 

Plejtlits (x 109/l)

 

l-irkuprar* ma jintlaħaqx fi

 

 

żmien 14-il jum

 

 

 

 

≤ 1.0

 

≤ 50.0

 

50%

> 1.0

 

> 50.0

 

100%

*Irkuprar = għadd ≥ għadd tan-nadir + (0.5 x [għadd fil-linja

bażi – għadd tan-nadir])

Pazjenti b’għadd imnaqqas taċ-ċelluli tad-demm fil-linja bażi (i.e. WBC < 3.0 x 109/l jew ANC < 1.5 x 109/l jew plejtlits < 75.0 x 109/l) qabel l-ewwel kura

Wara l-kura b’Vidaza, jekk it-tnaqqis fl-għadd tal-WBC jew tal-ANC jew tal-plejtlits minn dak ta’ qabel il-kura jkun ≤ 50%, jew iktar minn 50% iżda b’titjib fi kwalunkwe differenzazzjoni ta’ razez ta’

ċelluli, iċ-ċiklu li jmiss m’għandux jittardja u m’għandu jsir l-ebda aġġustament fid-doża.

Jekk it-tnaqqis fl-għadd tal-WBC jew tal-ANC jew tal-plejtlits ikun iktar minn 50% minn dak ta’ qabel il-kura, bla ebda titjib fid-differenzazzjoni ta’ razez ta’ ċelluli, iċ-ċiklu li jmiss tal-kura b’Vidaza għandu jkun ittardjat sakemm l-għadd tal-plejtlits u l-ANC ikunu rkupraw. Jekk l-irkuprar jintaħaq fi żmien 14-il jum, l-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ. Madankollu, jekk l-irkuprar ma jkunx intlaħaq fi żmien 14-il jum, iċ-ċellularità tal-mudullun trid tkun stabbilita. Jekk iċ-ċellularità

tal-mudullun

tkun ta’ > 50%, m’għandhom isiru l-ebda aġġustamenti fid-doża. Jekk iċ-ċellularità

tal-mudullun

tkun ta’ ≤ 50%, il-kura għandha tiġi ttardjata u d-doża titnaqqas skont it-tabella li ġejja:

 

 

 

Ċellularità tal-mudullun

% Tad-doża fiċ-ċiklu li jmiss, jekk l-irkuprar ma jintlaħaqx fi

 

 

żmien 14-il jum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irkuprar* ≤ 21 jum

 

Irkuprar* > 21 jum

 

 

 

 

 

15-50%

 

100%

 

50%

 

 

 

 

 

< 15%

 

100%

 

33%

 

 

 

 

*Irkuprar = għadd ≥ għadd tan-nadir + (0.5 x [għadd fil-linja

bażi – għadd tan-nadir])

Wara t-tibdil fid-doża, it-tul taċ-ċiklu għandu jerġa’ lura għal 28 jum.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

L-ebda aġġustamenti speċifiċi fid-doża mhuma rakkomandati fl-anzjani. Minħabba li pazjenti anzjani huma aktar mistennija li jkollhom tnaqqis fil-funzjoni renali, jista’ jkun utli li jsir monitoraġġ tal-funzjoni renali.

Pazjenti b’indeboliment renali

Azacitidine jista’ jingħata lil pazjenti b’indeboliment renali mingħajr aġġustament tad-doża inizjali

(ara sezzjoni 5.2). Jekk iseħħ tnaqqis inspjegabbli fil-livelli tal-bicarbonate fis-serum għal inqas minn 20 mmol/l, id-doża għandha titnaqqas b’50% fiċ-ċiklu ta’ wara. Jekk iseħħu żidiet inspjegabbli fil-krejatinina fis-serum jew fil-urea nitrogen fid-demm (BUN) għal ≥ darbtejn iżjed mill-valuri

tal-linja bażi u iżjed mil-limitu ta’ fuq tan-normal (ULN), iċ-ċiklu li jmiss għandu jiġi ttardjat sakemm il-valuri jerġgħu lura għan-normal jew il-linja bażi u d-doża għandha titnaqqas b’50% fiċ-ċiklu tal-kura li jkun imiss (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Ma saru l-ebda studji formali fuq pazjenti b’indeboliment epatiku (ara sezzjoni 4.4). Pazjenti b’indeboliment sever tal-organu epatiku għandhom ikunu mmonitorjati bl-attenzjoni għal avvenimenti avversi. L-ebda tibdil speċifiku fid-doża tal-bidu mhu rakkomandat f’pazjenti b’indeboliment epatiku qabel il-bidu tal-kura; tibdil sussegwenti fid-doża għandu jkun ibbażat fuq il-valuri ematoloġiċi tal-laboratorju. Vidaza hu kontraindikat f’pazjenti b’tumuri epatiċi malinni avvanzati (ara

sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Vidaza fit-tfal minn età 0 sa 17-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa.

M’hemm l-ebda data disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Vidaza rikostitwit għandu jkun injettat taħt il-ġilda fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ, koxxa jew addome. Il-postijiet fejn tingħata l-injezzjoni għandhom jinbidlu. Injezzjonijiet ġodda għandhom jingħataw mill-inqas 2.5 ċm mill-post ta’ qabel u qatt f’żoni fejn il-ġilda tkun ratba, imbenġla, ħamra, jew iebsa.

Wara r-rikostituzzjoni, is-suspensjoni m’għandhiex tiġi ffiltrata. Għal istruzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1.

Tumuri epatiċi malinni avvanzati (ara sezzjoni 4.4).

Treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tossiċità ematoloġika

Il-kura b’azacitidine hi assoċjata ma’ anemija, newtropenija u tromboċitopenija, speċjalment matul l-ewwel 2 ċikli (ara sezzjoni 4.8). L-għadd komplet taċ-ċelluli tad-demm għandu jinkiseb skont il-bżonn biex isir monitoraġġ tar-rispons u tat-tossiċità, iżda mill-inqas, qabel kull ċiklu ta’ kura. Wara l-għoti tad-doża rakkomandata għall-ewwel ċiklu, id-doża għal ċikli sussegwenti għandha titnaqqas jew l-għoti tagħha jiġi ttardjat skont l-għadd tan-nadir u r-rispons ematoloġiku (ara sezzjoni 4.2). Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jirrappurtaw immedjatament episodji ta’ deni. Il-pazjenti u t-tobba huma avżati wkoll biex ikunu viġilanti għal sinjali u sintomi ta’ ħruġ ta’ demm.

Indeboliment epatiku

Ma saru l-ebda studji formali fuq pazjenti b’indeboliment epatiku. Pazjenti b’tagħbija estensiva tat-tumur minħabba mard metastatiku kienu irrappurtati li ġarrbu koma epatika progressiva u mewt matul il-kura b’azacitidine, speċjalment f’pazjenti bħal dawn li jkollhom albumina fis-serum fil-linja bażi ta’ < 30 g/L. Azacitidine hu kontraindikat f’pazjenti b’tumuri epatiċi malinni avvanzati (ara sezzjoni 4.3).

Indeboliment renali

Anormalitajiet renali li jvarjaw minn livelli għolja ta’ krejatinina fis-serum sa insuffiċjenza renali u mewt kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’azacitidine mogħti ġol-vina flimkien ma’ sustanzi kemoterapewtiċi oħra. Flimkien ma’ dan, l-aċidożi tubulari renali, definita bħala tnaqqis fil-livell tal-bicarbonate fis-serum għal < 20 mmol/L flimkien ma’ awrina alkalina u ipokalemija (potassium fis-serum < 3 mmol/L) żviluppat f’5 pazjenti b’lewkimja majeloġena kronika (CML) ikkurati b’azacitidine u etoposide. Jekk iseħħ tnaqqis inspjegabbli fil-livelli tal-bicarbonate fis-serum

(< 20 mmol/L) jew żidiet tal-krejatinina fis-serum jew BUN, id-doża għandha titnaqqas jew l-għoti jiġi ttardjat (ara sezzjoni 4.2).

Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jirrappurtaw oligurija u anurija lill-fornitur tal-kura tas-saħħa immedjatament.

Għalkemm ma ġew innutati l-ebda differenzi klinikament rilevanti fil-frekwenza ta’ avvenimenti avversi bejn individwi b’funzjoni renali normali meta mqabbla ma’ dawk b’indeboliment renali, pazjenti b’indeboliment renali għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib għat-tossiċità minħabba li azacitidine u/jew il-metaboliti tiegħu jitneħħew primarjament mill-kliewi (ara sezzjoni 4.2).

Testijiet tal-laboratorju

Testijiet tal-funzjoni tal-fwied, krejatinina fis-serum u bicarbonate fis-serum għandhom jiġu stabbiliti qabel il-bidu tat-terapija u qabel kull ċiklu ta’ kura. L-għadd komplet taċ-ċelluli tad-demm għandu jinkiseb qabel il-bidu tat-terapija u skont il-bżonn biex isir monitoraġġ tar-rispons u tat-tossiċità, iżda mill-inqas, qabel kull ċiklu ta’ kura, ara wkoll sezzjoni 4.8.

Mard kardijaku u pulmonari

Pazjenti bi storja ta’ insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb, mard tal-qalb li jkun klinikament instabbli jew mard pulmonari kienu esklużi mill-istudji ta’ reġistrazzjoni ta’ importanza kbira (AZA PH GL 2003 CL 001 u AZA-AML-001) u għalhekk is-sigurtà u l-effikaċja ta’ azacitidine f’dawn il-pazjenti ma kinux stabbiliti. Dejta riċenti minn prova klinika f’pazjenti bi storja medika magħrufa ta’ mard kardjovaskulari jew pulmonari wriet żieda sinifikanti fl-inċidenza ta’ avvenimenti kardijaċi b’azacitidine (ara sezzjoni 4.8). Għalhekk hu rakkomandat li wieħed juża kawtela meta tingħata riċetta għal azacitidine lil dawn il-pazjenti. Evalwazzjoni kardjopulmonari qabel u matul il-kura għandha tiġi kkunsidrata.

Faxxite nekrotizzanti

Faxxite nekrotizzanti, li tinkludi każijiet fatali, ġiet irrappurtata f’pazjenti kkurati b’Vidaza. It-terapija b’Vidaza għandha titwaqqaf f’pazjenti li jiżviluppaw faxxite nekrotizzanti, u kura adattata għandha tinbeda fil-pront.

Sindromu tal-lisi tat-tumur

Il-pazjenti li huma f’riskju tas-sindromu tal-lisi tat-tumur huma dawk b’ tumur kbir jew estensiv qabel il-kura. Dawn il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib u għandhom jittieħdu prekawzjonijiet xierqa.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ibbażat fuq dejta in vitro, ma jidhirx li l-metaboliżmu ta’ azacitidine hu medjat mill-isoenzimi ta’ ċitokrom P450 (CYPs), UDP-glucuronosyltransferases (UGTs), sulfotransferases (SULTs), u glutathione transferases (GSTs); l-interazzjonijiet relatati ma’ dawn l-enzimi li jimmetabolizzaw in vivo huma għalhekk ikkunsidrati li mhumiex mistennija.

Effetti inibitorji jew induttivi ta’ azacitidine fuq l-enzimi ta’ ċitokrom P450 li huma klinikament sinifikanti mhumiex mistennija (ara sezzjoni 5.2).

Ma saru l-ebda studji kliniċi formali dwar l-interazzjoni tal-mediċina b’azacitidine.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jistgħu joħorġu tqal/Kontraċezzjoni fl-irġiel u fin-nisa

Nisa li jistgħu joħorġu tqal u rġiel għandhom jużaw kontraċettiv effettiv waqt u sa 3 xhur wara t-trattament.

Tqala

M’hemmx dejta biżżejjed dwar l-użu ta’ azacitidine waqt it-tqala. Studji fuq il-ġrieden urew ħsara fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq il-bniedem. Ibbażat fuq riżultati minn studji fuq l-annimali u l-mekkaniżmu tiegħu tal-azzjoni, azacitidine m’għandux jintuża waqt it-tqala, speċjalment matul l-ewwel trimestru, ħlief jekk ma jkunx meħtieġ b’mod ċar. Il-vantaġġi tal-kura għandhom jintiżnu kontra r-riskju possibbli lill-fetu f’kull każ individwali.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk azacitidine jew il-metaboliti tiegħu jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Minħabba l-potenzjal ta’ reazzjonijiet avversi serji fit-tarbija li tkun qed terda’, it-treddigħ hu kontraindikat matul it-terapija b’azacitidine.

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta umana fuq l-effett ta’ azacitidine fuq il-fertilità. Fl-annimali, reazzjonijiet avversi bl-użu ta’ azacitidine fuq il-fertilità fl-irġiel kienu dokumentati (ara sezzjoni 5.3). L-irġiel għandhom jingħataw parir biex ma jkollhomx tfal waqt li jkunu qed jirċievu l-kura u li għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva matul u sa 3 xhur wara l-kura. Qabel il-bidu tal-kura, il-pazjenti rġiel għandhom jiġu avżati biex jieħdu parir dwar il-ħażna tal-isperma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Azacitidine għandu effett żgħir jew effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. L-għeja ġiet irrappurtata bl-użu ta’ azacitidine. Għalhekk, il-kawtela hi rakkomandata meta wieħed isuq jew iħaddem il-magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Popolazzjoni adulta b’MDS, CMML u AML (20-30% blasts tal-mudullun)

Reazzjonijiet avversi li huma kkunsidrati li huma possibbilment

jew probabbilment relatati mal-għoti

ta’ Vidaza seħħew f’97% tal-pazjenti.

 

L-iktar reazzjonijiet avversi serji komuni osservati mill-istudju

ta’ importanza kbira

(AZA PH GL 2003 CL 001) kienu jinkludu newtropenija bid-deni (8.0%) u anemija (2.3%), li kienu rrappurtati wkoll fl-istudji ta’ appoġġ (CALGB 9221 u CALGB 8921). Reazzjonijiet avversi serji oħrajn minn dawn it-3 studji kienu jinkludu infezzjonijiet bħal sepsis newtropenika (0.8%) u pnewmonja (2.5%) (xi wħud b’riżultat fatali), tromboċitopenja (3.5%), reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (0.25%) u avvenimenti emorraġiċi (eż. emorraġija ċerebrali [0.5%], emorraġija gastrointestinali [0.8%] u emorraġija intrakranjali [0.5%])).

L-iktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod komuni bil-kura ta’ azacitidine kienu reazzjonijiet

ematoloġiċi (71.4%) li jinkludu

tromboċitopenija,

newtropenija u lewkopenija (normalment Grad 3-4),

avvenimenti gastrointestinali (60.6%) li jinkludu

dardir, rimettar (normalment Grad 1-2) jew

reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni

(77.1%; normalment Grad 1-2).

 

 

Popolazzjoni adulta li jkollha 65 sena jew aktar b’AML bi > 30% ta’ blasts tal-mudullun

L-iktar reazzjonijiet avversi serji komuni (≥ 10%) osservati minn AZA-AML-001 fil-parti tal-istudju dwar il-kura b’azacitidine kienu jinkludu newtropenija bid-deni (25.0%), pnewmonja (20.3%), u deni (10.6%). Reazzjonijiet avversi serji oħrajn irrappurtati b’mod inqas frekwenti fil-parti tal-istudju dwar il-kura b’azacitidine kienu jinkludu sepsis (5.1%), anemija (4.2%), sepsis newtropenika (3.0%), infezzjoni fl-apparat urinarju (3.0%), tromboċitopenija (2.5%), newtropenija (2.1% ), ċellulite (2.1%), sturdament (2.1%) u dispnea (2.1%).

L-iktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod komuni (≥ 30%) bil-kura b’azacitidine kienu avvenimenti gastrointestinali, li jinkludu stitikezza (41.9%), dardir (39.8%), u dijarea (36.9%), (normalment Grad 1-2), disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata li jinkludu deni (37.7%; normalment Grad 1-2) u avvenimenti ematoloġiċi, li jinkludu newtropenija bid-deni (32.2%) u newtropenija (30.1%), (normalment Grad 3-4).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Tabella 1 t’hawn taħt fiha reazzjonijiet assoċjati mal-kura b’azacitidine miksuba minn studji kliniċi ewlenin f’pazjenti b’MDS u AML u sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Il-frekwenzi huma definiti kif ġej: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni

(≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel. Ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati fit-tabella t’hawn taħt skont l-ogħla frekwenza osservata fi kwalunkwe wieħed mill-istudji kliniċi ewlenin.

Tabella 1 : ADRs irrappurtati f’pazjenti b’MDS jew AML ikkurati b’azacitidine (studji kliniċi u wara t-tqegħid fis-suq)

Sistema

Komuni ħafna

Komuni

 

Mhux

Rari

Mhux

tal-Klassifika

 

 

 

Komuni

 

Magħruf

tal-Organi

 

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet u

pnewmonja*

sepsis* (tinkludi

 

 

Faxxite

infestazzjonijiet

(tinkludi pnewmonja

sepsis batterjali,

 

 

nekrotizzanti*

 

batterjali, virali u

virali u fungali),

 

 

 

 

fungali),

sepsis

 

 

 

 

 

nażofarinġite

newtropenika*,

 

 

 

 

 

infezzjoni

 

 

 

 

 

 

fl-apparat

 

 

 

 

 

 

respiratorju

 

 

 

 

 

(tinkludi

 

 

 

 

 

 

infezzjoni

 

 

 

 

 

 

fl-apparat

 

 

 

 

 

 

respiratorju ta’

 

 

 

 

 

fuq u bronkite),

 

 

 

 

 

infezzjoni

 

 

 

 

 

 

fl-apparat

 

 

 

 

 

 

tal-awrina,

 

 

 

 

 

 

ċellulite,

 

 

 

 

 

 

divertikulite,

 

 

 

 

 

infezzjoni

fungali

 

 

 

 

 

orali, sinusite,

 

 

 

 

 

farinġite, rinite,

 

 

 

 

 

herpes

 

 

 

 

 

 

simplex,infezzjoni

 

 

 

 

 

tal-ġilda

 

 

 

 

Disturbi

newtropenija

panċitopenja*,

 

 

 

tad-demm u

bid-deni*,

insuffiċjenza

 

 

 

tas-sistema

newtropenija,

tal-mudullun

 

 

 

limfatika

lewkopenja,

 

 

 

 

 

 

tromboċitopenja,

 

 

 

 

 

 

anemija

 

 

 

 

 

Sistema

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Mhux

tal-Klassifika

 

 

Komuni

 

Magħruf

tal-Organi

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

reazzjonijiet

 

 

fis-sistema

 

 

minħabba

 

 

immuni

 

 

sensittività

 

 

 

 

 

eċċessiva

 

 

Disturbi

anoreksja, nuqqas

deidratazzjoni

 

sindromu

 

fil-metaboliżmu u

ta’ aptit, ipokalemja

 

 

tumour lysis

 

n-nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

nuqqas ta’ rqad

stat ta’

 

 

 

psikjatriċi

 

konfużjoni,

 

 

 

 

 

ansjetà

 

 

 

Disturbi

sturdament, uġigħ

emorraġija

 

 

 

fis-sistema

ta’ ras

intrakranjali*,

 

 

 

nervuża

 

sinkope, ngħas,

 

 

 

 

 

letarġija

 

 

 

Disturbi

 

emorraġija

 

 

 

fl-għajnejn

 

fl-għajnejn,

 

 

 

 

 

emorraġija

 

 

 

 

 

tal-konġuntiva

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

effużjoni

 

 

 

 

 

perikardijaka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi vaskulari

 

pressjoni baxxa*,

 

 

 

 

 

pressjoni għolja,

 

 

 

 

 

pressjoni baxxa

 

 

 

 

 

ortostatika,

 

 

 

 

 

ematoma

 

 

 

Disturbi

qtugħ ta’ nifs,

effużjoni

 

mard

 

respiratorji,

epistassi

plewrali, qtugħ

 

interstizjali

 

toraċiċi u

 

ta’ nifs minħabba

 

tal-pulmun

 

medjastinali

 

l-istrapazz, uġigħ

 

 

 

 

 

faringolarinġeali

 

 

 

Disturbi

dijarea, rimettar,

emorraġija

 

 

 

gastro-intestinali

stitikezza, nawseja,

gastro-intestinali*

 

 

 

 

uġigħ addominali

(jinkludi

 

 

 

 

(jinkludi wġigħ

emorraġija

 

 

 

 

addominali fil-parti

tal-ħalq),

 

 

 

 

ta’ fuq u skonfort

emorraġija

 

 

 

 

addominali)

tal-murliti,

 

 

 

 

 

stomatite, ħruġ ta’

 

 

 

 

 

demm tal-ħanek,

 

 

 

 

 

dispepsja

 

 

 

Disturbi fil-fwied

 

 

insuffiċjenza

 

 

u fil-marrara

 

 

tal-fwied*,

 

 

 

 

 

koma epatika

 

 

 

 

 

progressiva

 

 

Disturbi fil-ġilda

tbenġil, ħakk

purpura, alopeċja,

dermatosi

 

 

u fit-tessuti ta’

(jinkludi ħakk

urtikarja, eritema,

newtrofilika

 

 

taħt il-ġilda

ġeneralizzat), raxx,

raxx makulari

akuta

 

 

 

ekimożi

 

bid-deni,

 

 

 

 

 

pyoderma

 

 

 

 

 

gangrenosum

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

artralġja, uġigħ

spażmi

 

 

 

muskolu-skeletriċi

fl-muskolu-skeletrali

fil-muskoli,

 

 

 

u tat-tessuti

(jinkludi wġigħ

majalġja

 

 

 

konnettivi

fid-dahar, fl-għadam

 

 

 

 

 

u fl-estremitajiet)

 

 

 

 

Sistema

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Mhux

tal-Klassifika

 

 

Komuni

 

Magħruf

tal-Organi

 

 

 

 

 

Disturbi fil-kliewi

 

insuffiċjenza

aċidożi

 

 

u fis-sistema

 

tal-kliewi*,

tubulari

 

 

urinarja

 

ematurja, livell

tal-kliewi

 

 

 

 

għoli ta’

 

 

 

 

 

krejatinina

 

 

 

 

 

fis-serum

 

 

 

Disturbi ġenerali u

deni*, għeja kbira,

tbenġil, ematoma,

 

nekrożi fis-sit

 

kondizzjonijiet ta’

astenja uġigħ fis-sider,

ebusija, raxx, ħakk,

 

tal-injezzjoni

 

mnejn jingħata

eritema fis-sit

infjammazzjoni,

 

(fis-sit

 

 

tal-injezzjoni, uġigħ

tibdil fil-kulur,

 

tal-injezzjoni)

 

 

fis-sit tal-injezzjoni,

formazzjoni ta’

 

 

 

 

reazzjoni fis-sit

għoqod u

 

 

 

 

tal-injezzjoni (mhux

emorraġija (fis-sit

 

 

 

 

speċifikata)

tal-injezzjoni),

 

 

 

 

 

telqa, tertir ta’ bard,

 

 

 

 

 

emorraġija fis-sit

 

 

 

 

 

tal-kateter

 

 

 

Investigazzjonijiet

tnaqqis fil-piż

 

 

 

 

*= każijiet fatali rari ġew irrappurtati

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Reazzjonijiet ematoloġiċi avversi

L-iktar reazzjonijiet ematoloġiċi avversi li kienu rrappurtati (≥ 10%) b’mod komuni assoċjati mal-kura b’azacitidine jinkludu anemija, tromboċitopenja, newtropenija bid-deni u lewkopenja, u kienu normalment ta’ Grad 3 jew 4. Hemm riskju ikbar li dawn l-avvenimenti jseħħu matul l-ewwel 2 ċikli, u wara jseħħu b’inqas frekwenza f’pazjenti u b’restorazzjoni tal-funzjoni ematoloġika. Il-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet avversi ematoloġiċi kienu mmaniġġjati bil-monitoraġġ ta’ rutina tal-għadd komplet taċ-ċelluli tad-demm u billi l-għoti ta’ azacitidine jiġi ttardjat fiċ-ċiklu li jmiss, antibijotiċi profilattiċi u/jew sapport tal-fattur tat-tkabbir (eż. G-CSF) għan-newtropenija u trasfużjonijiet għall-anemija jew tromboċitopenja kif meħtieġ.

Infezzjonijiet

Il-majelosoppressjoni tista’ twassal għan-newtropenija u għal żieda fir-riskju ta’ infezzjoni. Reazzjonijiet avversi serji bħal sepsis, li tinkludi sepsis newtropenika, u pnewmonja kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu azacitidine, x’uħud b’riżultat fatali. L-infezzjonijiet jistgħu jiġu mmaniġġjati bl-użu ta’ mediċini kontra l-infezzjoni flimkien mas-sapport tal-fattur tat-tkabbir (eż. G-CSF) għan-newtropenija.

Ħruġ ta’ demm

Il-ħruġ ta’ demm jista’ jseħħ f’pazjenti li jkunu qed jirċievu azacitidine. Reazzjonijiet avversi serji bħal emorraġija gastro-intestinali u emorraġija intrakranjali kienu rrappurtati. Il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati għall-sinjali u sintomi ta’ ħruġ ta’ demm, speċjalment dawk bi tromboċitopenja li kienet teżisti minn qabel jew li tkun marbuta mal-kura.

Sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet serji ta’ sensittività eċċessiva kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu azacitidine. Fil-każ ta’ reazzjoni qisha anafilattika, il-kura b’azacitidine għandha titwaqqaf immedjatament u kura sintomatika adatta għandha tinbeda.

Reazzjonijiet avversi tat-tessut tal-ġilda u ta’ taħt il-ġilda

Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi tal-ġilda u ta’ taħt il-ġilda kienu assoċjati mas-sit tal-injezzjoni. L-ebda waħda minn dawn ir-reazzjonijiet avversi ma wasslet għat-twaqqif ta’ azacitidine, jew għat-tnaqqis tad-doża ta’ azacitidine fl-istudji ta’ importanza kbira. Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi seħħew matul l-ewwel 2 ċikli u kellhom tendenza li jonqsu f’ċikli sussegwenti. Reazzjonijiet avversi ta’ taħt il-ġilda bħal raxx/infjammazzjoni/ħakk fis-sit tal-injezzjoni, raxx, eritema u leżjonijiet tal-ġilda jistgħu jkunu jeħtieġu mmaniġġjar bi prodotti mediċinali fl-istess ħin, bħal antistamini,

kortikosterojdi u prodotti mediċinali anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs). Trid issir distinzjoni bejn dawn ir-reazzjonijiet tal-ġilda u infezzjonijiet tat-tessut artab, li xi kultant iseħħu fis-sit tal-injezzjoni. Infezzjonijiet tat-tessut artab, li jinkludu ċellulite u faxxite nekrotizzanti li f’każijiet rari jwasslu għall-mewt, ġew irrappurtati b’azacitidine fi sfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Għal immaniġġjar kliniku ta’ reazzjonijiet avversi infettivi, ara sezzjoni 4.8 Infezzjonijiet.

Reazzjonijiet avversi gastro-intestinali

Ir-reazzjonijiet avversi gastro-intestinali li kienu rrappurtati bl-iktar mod komuni assoċjati mal-kura b’azacitidine kienu jinkludu stitikezza, dijarea, nawseja u rimettar. Dawn ir-reazzjonijiet avversi kienu mmaniġġjati b’mod sintomatiku b’mediċini kontra n-nawseja u rimettar; mediċini kontra d-dijarea, u lassattivi u/jew mediċini li jrattbu l-ippurgar għall-istitikezza.

Reazzjonijiet avversi fil-kliewi

Anormalitajiet fil-kliewi, li jvarjaw minn livelli għolja ta’ krejatinina fis-serum u ematurja sa aċidożi tubulari tal-kliewi, insuffiċjenza tal-kliewi u mewt kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’azacitidine

(ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet avversi fil-fwied

Pazjenti b’ammont estensiv ta’ tumur minħabba mard metastatiku kienu rrappurtati li jġarrbu insuffiċjenza tal-fwied, koma epatika progressiva u mewt matul il-kura b’azacitidine

(ara sezzjoni 4.4).

Avvenimenti kardijaċi

Dejta minn prova klinika li kienet tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ pazjenti bi storja medika magħrufa ta’ mard kardjovaskulari jew pulmonari wriet żieda statistikament sinifikanti fl-avvenimenti kardijaċi f’pazjenti b’AML li tkun għadha kif ġiet iddijanjostikata, ikkurati b’azacitidine (ara sezzjoni 4.4).

Elderly population

Hemm informazzjoni limitata disponibbli dwar is-sigurtà b’azacitidine f’pazjenti li għandhom ≥85 sena (b’14-il [5.9%] pazjent li kellhom ≥85 sena fi studju AZA-AML-001).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Każ wieħed ta’ doża eċċessiva b’azacitidine kien rrappurtat matul il-provi kliniċi. Pazjent wieħed kellu d-dijarea, nawseja, u rimettar wara li rċieva doża waħda ġol-vina ta’ madwar 290 mg/m2,

kważi 4 darbiet tad-doża tal-bidu rakkomandata.

Fil-każ ta’ doża eċċessiva, il-pazjent għandu jkun mmonitorjat b’għadd adattat taċ-ċelluli tad-demm u għandu jirċievi kura ta’ appoġġ, kif meħtieġ. M’hemm l-ebda antidot speċifiku magħruf għal doża eċċessiva b’azacitidine.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi antineoplastiċi, analogi ta’ pyrimidine; Kodiċi ATC: L01BC07

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Hu maħsub li azacitidine jeżerċita l-effetti antineoplastiċi tiegħu permezz ta’ mekkaniżmi multipli li jinkludu ċitotossiċità fuq ċelluli ematopojetiċi anormali fil-mudullun u hypomethylation tad-DNA. L-effetti ċitotossiċi ta’ azacitidine jistgħu jirriżultaw minn mekkaniżmi multipli, li jinkludu l-inibizzjoni tad-DNA, RNA u s-sintesi tal-proteina, l-inkorporazzjoni fl-RNA u DNA, u l-attivazzjoni tal-passaġġi tal-ħsara tad-DNA. Iċ-ċelluli li ma jipproliferawx huma relattivament insensittivi għal azacitidine. L-inkorporazzjoni ta’ azacitidine fid-DNA tirriżulta fl-inattivazzjoni ta’ DNA methyltransferases, li twassal għal hypomethylation tad-DNA. Il-hypomethylation tad-DNA ta’ ġeni li kienu methylated b’mod anormali, involuti fir-regolazzjoni taċ-ċiklu taċ-ċelluli normali, fid-differenzazzjoni u fil-passaġġi tal-mewt, tista’ tirriżulta fl-espressjoni mill-ġdid tal-ġeni u fir-restorazzjoni tal-funzjonijiet li jrażżnu l-kanċer liċ-ċelluli tal-kanċer. L-importanza relattiva tal-hypomethylation tad-DNA kontra ċ-ċitotossiċità jew attivitajiet oħrajn ta’ azacitidine għar-riżultati kliniċi ma kinitx stabbilita.

Effikaċja klinika u sigurtà

Popolazzjoni adulta (MDS, CMML u AML [20-30% blasts tal-mudullun])

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Vidaza kienu studjati fi studju internazzjonali komparattiv, multiċentriku, ikkontrollat, open-label, randomised, parallel-group, ta’ Fażi 3 (AZA PH GL 2003 CL 001) f’pazjenti adulti b’: MDS intermedja-2 u ta’ riskju għoli skont l-International Prognostic Scoring System (IPSS), anemija refrettarja bi blasts eċċessivi (RAEB), anemija refrettarja bi blasts eċċessivi li qed jinbidlu (RAEB-T) u lewkimja majelomonoċitika kronika modifikata (mCMML) skont is-sistema tal-klassifikazzjoni French American British (FAB). Pazjenti b’RAEB-T (21-30% blasts) issa huma kkunsidrati li huma pazjenti b’AML taħt is-sistema kurrenti tal-klassifikazzjoni tal-WHO. Azacitidine flimkien mal-aħjar kura ta’ appoġġ (BSC) (n = 179) kien imqabbel ma’ korsijiet ta’ kura

konvenzjonali (CCR). CCR kienet tikkonsisti f’BSC waħidha (n = 105), cytarabine f’doża baxxa flimkien ma’ BSC (n = 49) jew kimoterapija tal-induzzjoni standard flimkien ma’ BSC (n = 25). Il-pazjenti ntgħażlu minn qabel mit-tabib tagħhom għal 1 mit-3 CCR qabel ir-randomisation.

Il-pazjenti rċivew dan il-kors magħżul minn qabel jekk ma kinux randomised għal Vidaza. Bħala parti mill-kriterja tal-inklużjoni, il-pazjenti kienu jeħtieġu li jkollhom stat tal-prestazzjoni Eastern Cooperative Oncology Group (ECOG) ta’ 0-2. Pazjenti b’MDS sekondarja kienu esklużi mill-istudju. Il-punt aħħari primarju tal-istudju kienet is-sopravivenza totali. Vidaza ngħata taħt il-ġilda f’doża

ta’ 75 mg/m2 kuljum għal 7 ijiem, segwit minn perjodu ta’ serħan ta’ 21 jum (ċiklu tal-kura ta’ 28 jum) għall-medjan ta’ 9 ċikli (medda = 1-39) u medja ta’ 10.2 ċikli. Fi ħdan il-popolazzjoni b’Intenzjoni li Jigu Kkurati (ITT), l-età medjana kienet ta’ 69 sena (medda 38 sa 88 sena).

Fl-analiżi ITT ta’ 358 pazjent (179 azacitidine u 179 CCR), il-kura b’Vidaza kienet assoċjata ma’ medjan ta’ sopravivenza ta’ 24.46 xahar kontra 15.02 xahar għall-dawk li kienu qed jirċievu l-kura CCR, differenza ta’ 9.4 xhur, b’valur p stratifikat log-rank ta’ 0.0001. Il-proporzjon tal-periklu għall-effett tal-kura kien ta’ 0.58 (95% CI: 0.43; 0.77). Ir-rati tas-sopravivenza fuq medda ta’ sentejn kienu 50.8% f’pazjenti li kienu qed jirċievu azacitidine kontra 26.2% f’pazjenti li kienu qed jirċievu

CCR (p < 0.0001).

Proporzjon li għexu

# f’riskju

Log-Rank p = 0.0001

HR 0.58 [95% CI: 0.43-0.77]

Imwiet: AZA = 82, CCR = 113

xhur

xhur

Żmien (xhur) mir-Randomization

KEY: AZA = azacitidine; CCR = (conventional care regimens) korsijiet ta’ kura konvenzjonali; CI = (confidence interval) intervall tal-kunfidenza; HR = (hazard ratio) proporzjon tal-periklu

Il-benefiċċji tas-sopravivenza ta’ Vidaza kienu konsistenti irrispettivament mill-għażla tal-kura CCR (BSC waħidha, doża baxxa ta’ cytarabine flimkien ma’ BSC jew kimoterapija tal-induzzjoni standard flimkien ma’ BSC) użati fil-parti tal-kontroll tal-istudju.

Meta s-sotto-gruppi ċitoġeniċi IPSS kienu analizzati, sejbiet simili fir-rigward ta’ medjan tas-sopravivenza totali kienu osservati fil-gruppi kollha (ċitoġeniċi tajbin, intermedji, batuti, li jinkludu monosomija 7).

Meta saret analiżi tas-sotto-gruppi tal-età, żieda fil-medjan tas-sopravivenza totali kienet osservata għall-gruppi kollha (< 65 sena, ≥ 65 sena u ≥ 75 sena).

Il-kura b’Vidaza kienet assoċjata ma’ żmien medjan sal-mewt jew trasformazzjoni għal AML

ta’ 13.0-il xahar kontra 7.6 xhur għal dawk li kienu qed jirċievu kura CCR, titjib ta’ 5.4 xhur b’valur p stratifikat log-rank ta’ 0.0025.

Il-kura b’Vidaza kienet wkoll assoċjata ma’ tnaqqis fiċ-ċitopenji, u s-sintomi relatati tagħhom. Il-kura b’Vidaza wasslet għal tnaqqis fil-ħtieġa ta’ trasfużjonijiet ta’ ċelluli tad-demm ħomor (RBC) u plejtlits. Mill-pazjenti fil-grupp ta’ azacitidine li kienu dipendenti fuq it-trasfużjonijiet tar-RBC fil-linja bażi, 45.0% minn dawn il-pazjenti saru indipendenti mit-trasfużjonijiet tar-RBC matul il-perjodu tal-kura meta mqabbla ma’ 11.4% tal-pazjenti fil-gruppi tas-CCR kombinati (differenza statistikament sinifikanti (p < 0.0001) ta’ 33.6% (95% CI: 22.4; 44.6)). F’pazjenti li kienu dipendenti fuq it-trasfużjonijiet tar-RBC fil-linja bażi u saru indipendenti, it-tul medjan tal-indipendenza mit-trasfużjonijiet tar-RBC kien ta’ 13-il xahar fil-grupp ta’ azacitidine.

Ir-rispons kien evalwat mill-investigatur jew mill-Kumitat Indipendenti tal-Evalwazzjoni (IRC). Ir-rispons totali (tnaqqis sħiħ tal-mard [CR] + tnaqqis parzjali tal-mard [PR]) kif stabbilit mill-investigatur kien ta’ 29% fil-grupp ta’ azacitidine u 12% fil-grupp kombinat tas-CCR

(p = 0.0001). Ir-rispons totali (CR + PR) kif stabbilit mill-IRC fl-istudju

AZA PH GL 2003 CL 001 kien ta’ 7% (12/179) fil-grupp ta’ azacitidine meta mqabbel ma’ 1% (2/179) fil-grupp kombinat tas-CCR (p = 0.0113). Id-differenzi bejn l-evalwazzjonijiet tar-rispons

tal-IRC u l-investigatur kienu konsegwenza tal-kriterja tal-International Working Group (IWG) li kienet teħtieġ titjib fl-għadd periferali taċ-ċelluli tad-demm u l-manteniment ta’ dan it-titjib għal minimu ta’ 56 jum. Intwera wkoll benefiċċju tas-sopravivenza f’pazjenti li ma kinux laħqu rispons sħiħ/parzjali wara l-kura b’azacitidine. Titjib ematoloġiku (maġġuri jew minuri) kif stabbilit mill-IRC intlaħaq f’49% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu azacitidine meta mqabbla ma’ 29% tal-pazjenti kkurati b’CCR kombinat (p < 0.0001).

F’pazjenti b’anormalità ċitoġenika waħda jew aktar fil-linja bażi, il-perċentwali ta’ pazjenti b’rispons

ċitoġeniku maġġuri kien simili fil-gruppi kkurati b’azacitidine u b’CCR kombinat. Ir-rispons ċitoġeniku minuri kien ogħla b’mod statistikament sinifikanti (p = 0.0015) fil-grupp ta’ azacitidine (34%) meta mqabbel mal-grupp ikkurat b’CCR kombinat (10%).

Popolazzjoni adulta li jkollha 65 sena jew aktar b’AML bi > 30% ta’ blasts tal-mudullun

Ir-riżultati ppreżentati hawn taħt jirrappreżentaw il-popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata, studjata fi studju AZA-AML-001 (ara sezzjoni 4.1 għall-indikazzjoni approvata).

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Vidaza ġew studjati fi studju ta’ Fażi 3, internazzjonali, multiċentriku, ikkontrollat, open-label, ta’ grupp parallel, li twettaq f’pazjenti li kellhom 65 sena jew aktar, b’AML ma għadhom kif ġew dijanjostikati de novo jew AML ddijanjostikata għall-ewwel de novo jew sekondarja bi > 30% blasts tal-mudullun skont il-klassifikazzjoni tal-WHO, li ma kinux eliġibbli għal HSCT. Vidaza flimkien ma’ BSC (n=241) ġie pparagunat ma’ CCR. CCR kienet tikkonsisti f’BSC waħidha (n=45), cytarabine f’doża baxxa flimkien ma’ BSC (n=158) jew kimoterapija intensiva standard ma’ cytarabine u anthracycline flimkien ma’ BSC (n=44). Il-pazjenti ntgħażlu minn qabel mit-tabib tagħhom għal 1 mit-3 CCRs qabel l-għażla b’mod każwali. Il-pazjenti rċivew l-kors magħżul minn qabel jekk ma kinux intgħażlu b’mod każwali għal Vidaza. Bħala parti mill-kriterji ta’ inklużjoni, il-pazjenti kienu meħtieġa li jkollhom stat ta’ prestazzjoni ECOG ta’ 0-2 u anormalitajiet ċitoġenetiċi intermedji jew ta’ riskju baxx. Il-punt aħħari primarju tal-istudju kienet is-sopravivenza globali.

Vidaza ingħata f’doża SC ta’ 75 mg/m2/jum għal 7 ijiem, segwit minn perjodu ta’ mistrieħ ta’ 21 jum (ċiklu ta’ kura ta’ 28 jum), għal medjan ta’ 6 ċikli (medda: 1 sa 28), pazjenti fuq BSC biss għal medjan ta’ 3 ċikli (medda: 1 sa 20), pazjenti fuq cytarabine ta’ doża baxxa għal medjan ta’ 4 ċikli

(medda 1 sa 25) u pazjenti fuq kimoterapija intensiva standard għal medjan ta’ 2 ċikli (medda: 1 sa 3, ċiklu ta’ induzzjoni flimkien ma’ 1 jew 2 ċikli ta’ konsolidazzjoni).

Il-parametri individwali fil-linja bażi kienu komparabbli bejn il-gruppi ta’ Vidaza u CCR. L-età medjana tal-individwi kienet ta’ 75.0 sena (medda: 64 sa 91 sena), 75.2% kienu Kawkasi u 59.0% kienu rġiel. Fil-linja bażi, 60.7% ġew ikklassifikati bħala AML mhux speċifikata mod ieħor, 32.4% b’AML b’tibdil relatat ma’ majelodisplasija, 4.1% b’neoplażmi majelojdi relatati mat-terapija, u 2.9% b’AML b’anormalitajiet ġenetiċi rikorrenti skont il-klassifikazzjoni tal-WHO.

Fl-analiżi ITT ta’ 488 pazjent (241 Vidaza u 247 CCR), il-kura b’Vidaza kienet assoċjata ma’ medjan ta’ sopravivenza ta’ 10.4 xahar kontra 6.5 xhur għal dawk li kienu qed jirċievu l-kura CCR, differenza ta’ 3.8 xhur, b’valur p log-rank stratifikat ta’ 0.1009 (two-sided). Il-proporzjon ta’ periklu għall-effett tal-kura kien ta’ 0.85 (95% CI= 0.69, 1.03). Ir-rati ta’ sopravivenza wara sena kienu 46.5% f’pazjenti li kienu qed jirċievu Vidaza kontra 34.3% f’pazjenti li kienu qed jirċievu CCR.

 

1.0

 

0.9

 

0.8

ivenza

0.7

 

sopravta’

0.6

0.5

 

Probabbiltà

0.4

0.2

 

0.3

 

0.1

 

 

0.0

Numru f’riskju

CCR Azacitidine

Kura

Azacitidine

CCR

Iċċensurat

Log_rank mhux stratifikata = 0.0829, Log_rank stratifikata p = 0.1009

Medjan ta’ Sopravivenza: Azacitidine = 10.4 (8.0, 12.7), CCR = 6.5 (5.0, 8.6)

Avvenimenti N(%): Azacitidine = 193(80.1), CCR = 201(81.4) N(%) iċċensurat : Azacitidine = 48(19.9), CCR = 46(18.6)

HR mhux stratifikat = 0.84 [95%CI: 0.69 – 1.02 ], HR stratifikat = 0.85 [95%CI: 0.69 – 1.03]

Żmien (xhur) mill-Għażla Każwali

Il-mudell ta’ Cox PH aġġustat għal fatturi pronjostiċi fil-linja bażi speċifikati minn qabel, iddefinixxew HR għal Vidaza kontra CCR ta’ 0.80 (95% CI= 0.66, 0.99; p = 0.0355).

Barra minn hekk, għalkemm l-istudju ma kienx intenzjonat biex juri differenza statistikament sinifikanti meta tqabbel azacitidine mal-gruppi ta’ kura CCR b’għażla minn qabel, is-sopravivenza tal-pazjenti kkurati b’Vidaza kienet itwal meta mqabbla ma’ għażliet tal-kura b’CCR, BSC waħidha, doża baxxa ta’ cytarabine flimkien ma’ BSC, u kienu simili meta mqabbla ma’ jew kimoterapija standard intensiva flimkien ma’ BSC.

Fis-sottogruppi kollha ta’ età speċifikati minn qabel [(< 75 sena u ≥ 75 sena), is-sess tal-persuna, ir-razza, l-istat ta’ prestazzjoni ECOG (0 jew 1 u 2), ir-riskju ċitoġenetiku fil-linja bażi (intermedju u batut), ir-reġjun ġeografiku, il-klassifikazzjoni tal-WHO ta’ AML (li tinkludi AML b’tibdil relatat ma’ majelodisplasija), għadd ta’ WBC fil-linja bażi (≤ 5 x109/L u >5 x 109/L), blasts tal-mudullun fil-linja bażi (≤ 50% u > 50%) u storja medika fil-passat ta’ MDS], kien hemm tendenza fil-benefiċċju ta’ OS favur Vidaza. Fi ftit sottogruppi speċifikati minn qabel, l-OS HR laħaq importanza statistika li tinkludi pazjenti b’riskju ċitoġeniku baxx, pazjenti b’AML b’bidliet relatati ma’ majelodisplasija, pazjenti li kellhom <75 sena, pazjenti nisa u pazjenti bojod.

Ir-risponsi ematoloġiċi u ċitoġenetiċi ġew evalwati mill-investigatur u mill-IRC b’riżultati simili. Ir-rata ta’ rispons globali (tnaqqis ta’ mard komplet [CR] + tnaqqis ta’ mard komplet b’irkupru mhux komplet ta’ għadd tad-demm [CRI]) kif determinat mill-IRC kienet ta’ 27.8% fil-grupp ta’ Vidaza

u 25.1% fil-grupp ta’ CCR kombinat (p = 0.5384). F’pazjenti li kisbu CR jew CRi, it-tul medjan ta’ tnaqqis fil-mard kien ta’ 10.4 xhur (95% CI = 7.2, 15.2) għal individwi fuq Vidaza, u 12.3 xhur (95% CI = 9.0, 17.0) għal individwi fuq CCR. Intwera wkoll benefiċċju ta’ sopravivenza f’pazjenti li ma kisbux rispons sħiħ għal Vidaza meta mqabbla ma’ CCR.

Il-kura b’Vidaza tejbet l-għadd ta’ demm periferali u wasslet għal tnaqqis fil-ħtieġa ta’ trasfużjonijiet ta’ RBC u tal-plejtlits. Pazjent kien ikkunsidrat li hu dipendenti fuq trasfużjoni ta’ RBC jew tal-plejtlits fil-linja bażi jekk l-individwu kellu trasfużjoni waħda jew aktar ta’ RBC jew plejtlits matul is-56 jum (8 ġimgħat) meta kien intgħażel, jew qabel intgħażel b’mod każwali, rispettivament. Pazjent kien ikkunsidrat li hu indipendenti minn trasfużjoni ta’ RBC jew tal-plejtlits matul il-perjodu ta’ kura jekk l-individwu ma kellu l-ebda RBC jew trasfużjonijiet ta’ RBC jew tal-plejtlits matul

kwalunkwe 56 jum konsekuttiv matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, rispettivament.

Mill-pazjenti fil-grupp ta’ Vidaza li kienu dipendenti fuq trasfużjoni ta’ RBC fil-linja bażi, 38.5% (95% CI = 31.1, 46.2) minn dawn il-pazjenti saru indipendenti minn trasfużjoni ta’ RBC matul il-perjodu ta’ kura, meta mqabbla ma’ 27.6% ta’ (95% CI = 20.9, 35.1) pazjenti fil-gruppi ta’ CCR kombinat. F’pazjenti li kienu dipendenti fuq trasfużjoni ta’ RBC fil-linja bażi u li kisbu indipendenza mit-trasfużjonijiet waqt li kienu fuq il-kura, it-tul medjan ta’ indipendenza minn trasfużjoni ta’ RBC kien ta’ 13.9 xhur fil-grupp ta’ Vidaza, u ma ntlaħaqx fil-grupp ta’ CCR.

Mill-pazjenti fil-grupp ta’ Vidaza li kienu dipendenti fuq trasfużjoni ta’ plejtlets fil-linja bażi, 40.6% (95% CI = 30.9, 50.8) minn dawn il-pazjenti saru indipendenti minn trasfużjoni ta’ plejtlits matul il-perjodu ta’ kura, meta mqabbla ma’ 29.3% ta’ (95% CI = 19.7, 40.4) pazjenti fil-gruppi ta’ CCR kombinat. F’pazjenti li kienu dipendenti fuq trasfużjoni ta’ plejtlits fil-linja bażi u li kisbu indipendenza mit-trasfużjonijiet waqt li kienu fuq il-kura, it-tul medjan ta’ indipendenza minn trasfużjoni ta’ plejtlits kien ta’ 10.8 xhur fil-grupp ta’ Vidaza, u ta’ 19.2 xhur fil-grupp ta’ CCR.

Health-Related Quality of Life (HRQoL) ġiet evalwata bl-użu tal-European Organization for Research and Treatment of Cancer Core Quality of Life Questionnaire (EORTC QLQ-C30). Dejta minn HRQoL setgħet tiġi analizzata għal sottosett tal-popolazzjoni tal-prova sħiħa. Filwaqt li hemm limitazzjonijiet fl-analiżi, id-dejta disponibbli tissuġġerixxi li l-pazjenti ma jkollhomx deterjorament sinifikanti fil-kwalità tal-ħajja matul il-kura b’Vidaza.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ doża waħda ta’ 75 mg/m2, azacitidine kien assorbit b’mod mgħaġġel b’konċentrazzjonijiet massimi ta’ azacitidine fil-plażma ta’ 750 ± 403 ng/mL li seħħew

wara 0.5 siegħa wara d-dożaġġ (l-ewwel darba li ttieħed kampjun). Il-bijodisponibilità assoluta ta’ azacitidine wara l-għoti taħt il-ġilda meta mqabbla mal-għoti ġol-vina (dożi waħidhom ta’ 75 mg/m2) kienet ta’ madwar 89% ibbażata fuq l-erja taħt il-kurva (AUC).

L-erja taħt il-kurva u l-konċentrazzjoni massima fil-plażma (Cmax) tal-għoti taħt il-ġilda ta’ azacitidine kienu bejn wieħed u ieħor proporzjonali fil-medda ta’ doża ta’ 25 sa 100 mg/m2.

Distribuzzjoni

Wara l-għoti ġol-vina, il-medja tal-volum tad-distribuzzjoni kienet ta’ 76 ± 26 L, u t-tneħħija sistemika kienet ta’ 147 ± 47 L/siegħa.

Bijotrasformazzjoni

Ibbażat fuq dejta in vitro, ma jidhirx li l-metaboliżmu ta’ azacitidine hu medjat mill-isoenzimi ta’ ċitokrom P450 (CYPs), UDP-glucuronosyltransferases (UGTs), sulfotransferases (SULTs), u glutathione transferases (GSTs).

Azacitidine jgħaddi minn idrolisi spontanja u deaminazzjoni medjata minn cytidine deaminase. Fi frazzjonijiet S9 ta’ fwied uman, il-formazzjoni tal-metaboliti kienet indipendenti minn NADPH li timplika li l-metaboliżmu ta’ azacitidine ma kienx medjat minn isoenzimi ta’ ċitokrom P450. Studju

in vitro ta’ azacitidine b’epatoċiti umani kolturati jindika li f’konċentrazzjonijiet ta’ 1.0 µM sa 100 µM (i.e. sa madwar 30 darba ogħla minn konċentrazzjonijiet li jintlaħqu klinikament), azacitidine ma jinduċix CYP 1A2, 2C19, jew 3A4 jew 3A5. Fi studji biex jevalwaw l-inibizzjoni ta’ serje ta’ isoenzimi ta’ P450 (CYP 1A2, 2B6, 2C8, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 3A4) azacitidine sa 100 μM ma pproduċiex inibizzjoni. Għalhekk, l-induzzjoni jew l-inibizzjoni tal-enzima CYP b’azacitidine f’konċentrazzjonijiet fil-plażma li jintlaħqu klinikamentat mhijiex mistennija.

Eliminazzjoni

Azacitidine jitneħħa malajr mill-plażma b’half-life medja tal-eliminazzjoni (t½) wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ 41 ± 8 minuti. L-ebda akkumulazzjoni ma sseħħ wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ 75 mg/m2 ta’ azacitidine darba kuljum għal 7 ijiem. It-tneħħija mill-awrina hi r-rotta primarja tat-tneħħija ta’ azacitidine u/jew tal-metaboliti tiegħu. Wara l-għoti ġol-vina u taħt il-ġilda

ta’ 14C-azacitidine, 85 u 50% tar-radjuattività mogħtija kienet irkuprata fl-awrina rispettivament, filwaqt li < 1% kienet irkuprata fl-ippurgar.

Popolazzjonijiet speċjali

L-effetti ta’ indeboliment epatiku (ara sezzjoni 4.2), sess, età, jew razza fuq il-farmakokinetika ta’ azacitidine ma kinux studjati formalment.

Indeboliment renali

Indeboliment renali ma kellu l-ebda effett maġġuri fuq l-esponiment farmakokinetiku ta’ azacitidine wara għotja waħda jew għotjiet multipli taħt il-ġilda. Wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ doża waħda

ta’ 75 mg/m2, il-valuri medji tal-esponiment (AUC u Cmax) minn individwi b’indeboliment renali ħafif, moderat u sever żdiedu b’11-21%, 15-27%, u 41-66%, rispettivament, meta mqabbla ma’ individwi b’funzjoni renali normali. Madankollu, l-esponiment kien fl-istess medda ġenerali ta’ esponimenti osservati għal individwi b’funzjoni renali normali. Azacitidine jista’ jingħata lil pazjenti b’indeboliment renali mingħajr aġġustament inizjali tad-doża bil-patt li dawn il-pazjenti jkunu mmonitorjati għat-tossiċità minħabba li azacitidine u/jew il-metaboliti tiegħu jitneħħew primarjament mill-kliewi.

Pharmakoġenomika

L-effett ta’ cytidine deaminase polymorphisms magħrufa fuq il-metaboliżmu ta’ azacitidine ma kienx investigat formalment.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Azacitidine jinduċi kemm mutazzjonijiet tal-ġeni kif ukoll aberazzjonijiet kromosomali f’sistemi ta’ ċelluli batterjali u mammiferi in vitro. Il-karċinoġeneċità potenzjali ta’ azacitidine kienet evalwata fil-ġrieden u fil-firien. Azacitidine ikkawża tumuri tas-sistema ematopojetika fi ġrieden nisa, meta ngħata mill-peritonew 3 darbiet fil-ġimgħa għal 52 ġimgħa. Kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ tumuri fis-sistema limforetikulari, fil-pulmun, fil-glandola mammarja, u fil-ġilda fil-ġrieden ikkurati b’azacitidine mogħti mill-peritonew għal 50 ġimgħa. Studju dwar it-tumoroġeneċità fil-firien żvela żieda fl-inċidenza ta’ tumuri testikulari.

Studji dwar l-embrijotossiċità bikrija fil-ġrieden żvelaw frekwenza ta’ 44% ta’ mewt embrijonali fl-utru (żieda fl-assorbiment) wara injezzjoni waħda mill-peritonew ta’ azacitidine matul l-organoġenesi. Anormalitajiet tal-iżvilupp fil-moħħ kienu osservati fil-ġrieden li ngħataw azacitidine waqt jew qabel l-għeluq tal-palat iebes. Fil-firien, azacitidine ma kkawża l-ebda reazzjonijiet avversi meta ngħata qabel l-impjant, iżda kien embrijotossiku b’mod ċar meta ngħata matul l-organoġenesi.

Anormalitajiet fetali matul l-organoġenesi fil-firien kienu jinkludu: anomaliji tas-Sistema Nervuża Ċentrali (CNS) (exencephaly/enċefaloċele), anomaliji fir-riġlejn jew fid-dirgħajn (mikromelija, saqajn mgħawġa, syndactyly, oligodactyly) u oħrajn (mikroftalmija, mikrognatija, gastroschisis, edema, u anormalitajiet fil-kustilji).

L-għoti ta’ azacitidine lil ġrieden irġiel qabel it-tgħammir ma’ ġrieden nisa mhux ikkurati rriżulta fi tnaqqis tal-fertilità u t-telf tal-frieħ matul l-iżvilupp embrijoniku sussegwenti u dak ta’ wara t-twelid. Il-kura ta’ firien rġiel irriżultat fi tnaqqis fil-piż tat-testikoli u tal-epididimu, tnaqqis fl-għadd tal-isperma, tnaqqis fir-rati tat-tqala, żieda f’embriji anormali u żieda fit-telf ta’ embriji fi ġrieden nisa mgħammra (ara sezzjoni 4.4).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol (E421)

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Il-kunjett tat-trab mhux miftuħ: 4 snin

Wara r-rikostituzzjoni:

Meta Vidaza jiġi rikostitwit bl-użu ta’ ilma għall-injezzjonijiet li ma jkunx tpoġġa fi friġġ, l-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tal-prodott mediċinali rikostitwit intweriet f’temperatura ta’ 25°C

għal 45 minuta u f’temperatura ta’ minn 2°C sa 8°C għal 8 sigħat.

Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali rikostitwit jista’ jiġi estiż billi jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet li jkun tpoġġa fi friġġ (2°C sa 8°C). Meta Vidaza jiġi rikostitwit bl-użu ta’ ilma għall-injezzjonijiet li jkun tpoġġa fi friġġ (2°C sa 8°C), l-istabbiltà kimika u fiżika tal-prodott mediċinali rikostitwit, waqt li jkun qed jintuża intweriet f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C għal 22 siegħa.

Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott rikostitwit għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent u m’għandhomx ikunu itwal minn 8 sigħat f’temperatura ta’ minn 2°C sa 8°C meta jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet li ma jkunx tpoġġa fi friġġ jew mhux aktar minn 22 siegħa meta jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet li jkun tpoġġa fi friġġ (2°C sa 8°C).

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Kunjetti mhux miftuħa

Din il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Suspensjoni rikostitwita

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ bla kulur ta’ tip I issiġillat b’tapp tal-butyl elastomeriku u siġill tal-aluminju b’buttuna tal-plastik tal-polypropylene li jkun fih 100 mg ta’ azacitidine.

Daqs tal-pakkett: kunjett 1

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Rakkomandazzjonijiet għal immaniġġjar sigur

Vidaza hu prodott mediċinali ċitotossiku u, bħal fil-każ ta’ prodotti oħra potenzjalment tossiċi, għandha tintuża l-kawtela meta timmaniġġja u tipprepara suspensjonijiet ta’ azacitidine. Il-proċeduri għall-immaniġġjar u rimi kif suppost ta’ prodotti mediċinali kontra l-kanċer għandhom jiġu segwiti.

Jekk azacitidine rikostitwit imiss mal-ġilda, aħsel immedjatament u bir-reqqa bis-sapun u bl-ilma. Jekk imiss mal-membrani mukużi, laħlaħ bir-reqqa bl-ilma.

Proċedura tar-rikostituzzjoni

Vidaza għandu jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet. Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali rikostitwit jista’ jiġi estiż billi jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet li jkun tpoġġa fi friġġ (2°C sa 8°C). Dettalji dwar il-ħażna tal-prodott rikostitwit qed jingħataw hawn taħt.

1.L-oġġetti li ġejjin għandhom jitlestew:

Kunjett(i) ta’ azacitidine; kunjett(i) ta’ ilma għall-injezzjonijiet; ingwanti kirurġiċi mhux sterili;

biċċiet tat-tajjar bl-alkoħol; siringa(i) għall-injezzjoni ta’ 5 mL bil-labra (labar).

2.4 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet għandhom jinġibdu ġos-siringa, filwaqt li taċċerta ruħek li tneħħi xi arja li tkun inqabdet ġos-siringa.

3.Il-labra tas-siringa li jkun fiha l-4 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet għandha tiddaħħal minn ġol-għatu tal-lastku tal-kunjett ta’ azacitidine segwita mill-injezzjoni tal-ilma għall-injezzjonijiet ġol-kunjett.

4.Wara li jitneħħew is-siringa u l-labra, il-kunjett għandu jiċċaqlaq bis-saħħa sakemm tinkiseb suspensjoni uniformi u mċajpra. Wara r-rikostituzzjoni kull millilitru ta’ suspensjoni ser ikun fih 25 mg ta’ azacitidine (100 mg/4 mL). Il-prodott rikostitwit hu suspensjoni omoġenja u mċajpra, mingħajr agglomerati. Is-suspensjoni għandha tintrema jekk ikun fiha frak kbir jew agglomerati. Tiffiltrax is-suspensjoni wara r-rikostituzzjoni għax dan jista’ jista’ jneħħi s-sustanza attiva. Wieħed għandu jikkunsidra li hemm filtri f’xi adaptors, spikes u sistemi magħluqin; għalhekk sistemi bħal dawn m’għandhomx jintużaw għall-għoti tal-prodott mediċinali wara r-rikostituzzjoni.

5.It-tapp tal-lastku għandu jitnaddaf u tiddaħħal fil-kunjett siringa ġdida bil-labra. Imbagħad il-kunjett għandu jinqaleb ta’ taħt fuq, u jiġi aċċertat li t-tarf tal-labra jkun taħt il-livell tal-likwidu. Imbagħad il-planġer għandu jinġibed lura biex jiġbed l-ammont tal-prodott mediċinali meħtieġ għad-doża adattata, u jiġi aċċertat li titneħħa xi arja li tkun inqabdet

ġos-siringa. Is-siringa bil-labra għandha mbagħad titneħħa mill-kunjett, u l-labra tintrema.

6.Labra ġdida għall-injezzjonijiet taħt il-ġilda (daqs ta’ 25-gauge hu rakkomandat) għandha mbagħad titwaħħal b’mod sod mas-siringa. Il-labra m’għandhiex tkun purged qabel l-injezzjoni biex titnaqqas l-inċidenza ta’ reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni.

7.Meta jkun meħtieġ iktar minn kunjett 1 il-passi kollha t’hawn fuq għall-preparazzjoni tas-suspensjoni għandhom jiġu ripetuti. Għal dożi li jkunu jeħtieġu iktar minn 1 kunjett, id-doża għandha tinqasam b’mod ugwali eż., doża ta’ 150 mg = 6 mL, 2 siringi bi 3 mL f’kull siringa.

Minħabba ż-żamma ta’ suspensjoni fil-kunjett u l-abra, jista’ ma jkunx possibbli li tiġbed is- suspensjoni kollha mill-kunjett.

8.Il-kontenut tas-siringa tad-dożaġġ għandu jerġa’ jsir f’suspensjoni mill-ġdid immedjatament qabel l-għoti. Is-siringa mimlija bis-suspensjoni rikostitwita għandha titħalla sa 30 minuta qabel l-għoti biex tilħaq temperatura ta’ madwar 20°C-25°C. Jekk jgħaddu iktar minn 30 minuta, is-suspensjoni għandha tintrema kif suppost u doża ġdida tkun ippreparata. Biex tagħmel suspensjoni mill-ġdid, irrombla bis-saħħa s-siringa bejn il-kefef ta’ idejk sakemm tikseb suspensjoni uniformi u mċajpra. Il-prodott għandu jintrema jekk ikun fih frak kbir jew agglomerati.

Ħażna tal-prodott rikostitwit

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3

Kalkulazzjoni ta’ doża individwali

Id-doża totali skont l-erja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) tista’ tkun ikkalkulata kif ġej:

Doża totali (mg) = Doża (mg/m2) x BSA (m2)

It-tabella li ġejja hi pprovduta biss bħala eżempju ta’ kif tikkalkula dożi individwali ta’ azacitidine li huma bbażati fuq valur medju tal-BSA ta’ 1.8 m2.

Doża mg/m2

Doża totali bbażata

 

Numru ta’ kunjetti

Volum totali

(% tad-doża tal-bidu

fuq il-valur BSA

 

meħtieġa

tas-suspensjoni

rakkomandata)

ta’ 1.8 m2

 

 

rikostitwita meħtieġa

75 mg/m2 (100%)

135 mg

 

2 kunjetti

5.4 mL

37.5 mg/m2 (50%)

67.5 mg

 

kunjett 1

2.7 mL

25 mg/m2 (33%)

45 mg

 

kunjett 1

1.8 mL

Metodu ta’ kif għandu jingħata

 

 

Vidaza rikostitwit għandu jkun injettat taħt il-ġilda

(daħħal il-labra f’angolu ta’ 45-90°) billi tuża

labra 25-gauge fil-parti ta’ fuq tad-driegħ, koxxa jew addome.

 

Dożi ta’ iktar minn 4 mL għandhom ikunu injettati f’żewġ postijiet separati.

Ibdel il-postijiet fejn tingħata l-injezzjoni. Injezzjonijiet ġodda għandhom jingħataw mill-inqas 2.5 ċm mill-post ta’ qabel u qatt f’żoni fejn il-ġilda tkun ratba, imbenġla, ħamra, jew iebsa.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Celgene Europe Ltd

1 Longwalk Road

Stockley Park

Uxbridge

UB11 1DB

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/488/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 17 ta’ Diċembru, 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 13 ta’ Novembru, 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati