Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Viekirax (ombitasvir / paritaprevir / ritonavir) – Fuljett ta’ tagħrif - AbbVie Ltd

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaViekirax
Kodiċi ATCAbbVie Ltd
Sustanzaombitasvir / paritaprevir / ritonavir
ManifatturAuthorised

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Viekirax 12.5 mg/75 mg/50 mg pilloli miksijin b’rita ombitasvir / paritaprevir / ritonavir

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Viekirax u gћalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Viekirax

3.Kif għandek tieħu Viekirax

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Viekirax

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Viekirax u gћalxiex jintuża

Viekirax hija mediċina antivirali użata biex titratta adulti bl-epatite Ċ (marda infettiva li taffettwa l-fwied, ikkawżata mill-virus tal-epatite Ċ) kronika (fit-tul). Fiha is-sustanzi attivi ombitasvir, paritaprevir u ritonavir.

L-azzjoni konġunta tat-tliet sustanzi attivi twaqqaf il-virus epatite Ċ mill-multiplikazzjoni u li jinfetta

ċelluli ġodda, u b'hekk tinterċetta l-virus mid-demm tiegħek fuq perjodu ta’ żmien. Ombitasvir u paritaprevir jibblokkaw żewġ proteini essenzjali għall-virus biex jimmultiplikaw. Ritonavir jaġixxi bħala 'booster' li jtawwal l-azzjoni ta’ paritaprevir fil-ġisem.

Il-pilloli ta’ Viekirax jittieħdu ma’ mediċini anti-virali oħra bħal dasabuvir u ribavirin . It-tabib tiegħek sejjer jitkellem miegħek fuq liema minn dawn il-mediċini għandek tieħu ma’ Viekirax .

Huwa importanti ħafna li taqra wkoll il-fuljetti ta’ tagħrif għal mediċini antivirali oħra li tieħu ma’

Viekirax . Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar il-mediċini tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Viekirax

Tiħux Viekirax

Jekk inti allerġiku għal ombitasvir, paritaprevir, ritonavir, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6).

Jekk għandek problemi severi tal-fwied minbarra l-epatite Ċ

Jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Dan peress li jista’ jkun hemm effetti serji u ta’ theddida għall-ħajja meta Viekirax jittieħed ma’ dawn il-mediċini. Dawn il-mediċini jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Viekirax u Viekirax jista’ jaffettwa l-mod li bih jaħdmu mediċini oħra.

Mediċini li ma għandekx tieħu ma’ Viekirax

Mediċina jew sustanza attiva

Għan tal-mediċina

alfuzosin

għal prostata mkabbra

amiodarone, dronedarone

użat biex jikkoreġi taħbit tal-qalb irregolari

astemizole, terfenadine

għal sintomi tal-allerġija. Dawn il-mediċini

 

jistgħu jkunu disponibbli mingħajr riċetta

atorvastatin, lovastatin, simvastatin

biex jitnaqqas il-kolesterol fid-demm

carbamazepine, phenytoin, phenobarbital

għal epilessija

cisapride

biex itaffi ċerti problemi fl-istonku

clarithromycin, fusidic acid, rifampicin,

għall-infezzjonijiet batteriċi

telithromycin

 

colchicine in patients who have severe

għat-trattament tal-attakki tal-gotta

problems with their liver or kidneys

 

conivaptan

Biex jagħmlu l-livelli tas-sodju fid-demm

 

normali

efavirenz, etravirine, lopinavir/ritonavir,

għal infezzjoni tal-HIV

saquinavir, tipranavir, nevirapine, indinavir,

 

cobicistat

 

enzalutamide

għall-kanċer tal-prostata

ergotamine, dihydroergotamine

għal uġigħ ta’ ras b’emigranja

ergonovine, methylergometrine

jintuża fil-ħlas

Mediċini li fihom ethinylestradiol bħal dawk

għall-kontraċezzjoni

li jinsabu f’ħafna mil -pilloli kontraċettivi u

 

ċrieki vaġinali użati għall-kontraċezzjoni

 

itraconozole, ketoconozole, posaconazole,

għal infezzjonijiet fungali

voriconazole

 

midazolam, triazolam (meta jittieħdu mill-

għal ansjetà jew problemi fl-irqad

ħalq)

 

mitotane

għal sintomi ta’ tumuri malinni tal-glandoli

 

adrenali

pimozide, lurasidone

għal skiżofrenja

quetiapine

għal skiżofrenja, disturb bipolari u disturb

 

depressiv maġġuri

quinidine

għal ritmu tal-qalb anormali jew malaria

ranolazine

għal angina kronika (uġigħ fis-sider)

salmeterol

għall-ażżma

sildenafil

meta jintuża biex jikkura disturb fil-qalb u l-

 

grizmejn imsejjaħ "ipertensjoni arterjali

 

pulmonari"

St. John’s Wort (Fexfiex)(hypericum

mediċina minn ħxejjex għal ansjetà u

perforatum)

dipressjoni ħafifa. Din il-mediċina tista’ tkun

 

disponibbli mingħajr riċetta

Ticagrelor

iwaqqaf id-demm milli jagħqad

Tiħux Viekirax jekk ikun japplika xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq. Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Viekirax .

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Viekirax jekk:

għandek mard tal-fwied minbarra l-epatite Ċ;

Bħalissa għandek infezzjoni jew kellek infezzjoni preċedenti bil-virus tal-epatite B, minħabba li t- tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak aktar mill-qrib;

Meta tieħu Viekirax ma’ dasabuvir, għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek is-sintomi li ġejjin peress dawn jistgħu ikunu sinjal ta’ problemi tal-fwied li qed imur għall-agħar::

Tħossok ma tiflaħx (imdardar), ma tiflaħx (tirremetti) jew nuqqas ta’ aptit

Tosserva sfurija tal-ġilda tiegħek jew t’għajnejk

L-awrina tiegħek hija aktar skura mis-soltu.

Konfużjoni

Tinnota nefħa fiż-żona tal-istonku tiegħek

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik (jew m’intix żgur), kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Viekirax .

Testijiet tad-demm

It-tabib tiegħek sejjer jittestja d-demm tiegħek qabel, matul u wara l-kura b’Viekirax . Dan biex b’hekk it- tabib tiegħek jista’:

Jiddeċiedi x’mediċini oħra għandek tieħu ma’ Viekirax u għal kemm żmien.

Jikkonferma jekk il-kura tiegħek ħadmitx u jekk intix ħieles mill-virus tal-epatite Ċ.

Jiċċekkja għal effetti sekondarji ta’ Viekirax jew mediċini anti-virali oħra li t-tabib tiegħek ordnalek biex tieħu ma’ Viekirax (bħal "dasabuvir" u "ribavirin").

Tfal u adolexxenti

Tagħtix Viekirax lil tfal u adoloxxenti taħt it-18-il sena. L-użu ta’ Viekirax fit-tfal u l-adoloxxenti għadu ma ġiex studjat.

Mediċini oħra u Viekirax

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Hemm xi mediċini li ma għandekx tieħu ma’ Viekirax - ara t-tabella preċedenti "Mediċini li ma għandekx tieħu ma’ Viekirax".

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Viekirax , jekk qiegħed tieħu xi waħda mill- mediċini fit-tabella ta’ hawn taħt. It-tabib jaf ikollu bżonn jibdel id-doża tiegħek ta’ dawn il-mediċini. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Viekirax jekk inti qed tuża kontraċettivi ormonali wkoll. Ara t-taqsima dwar kontraċezzjoni hawn taħt.

Mediċini li trid tgħid lit-tabib tiegħek dwarhom qabel ma tieħu Viekirax

Mediċina jew sustanza attiva

Għan tal-mediċina

Alprazolam, diazepam

għall-ansjetà, l-attakki ta’ paniku u

 

problemi biex torqod

ciclosporin, everolimus, sirolimus, tacrolimus

biex titrażżan s-sistema immuni

cyclobenzaprine, carisoprodol

għall-spażmi fil-muskoli

Colchicine, għall-pazjenti li testijiet tal-funzjoni

għat-trattament tal-attakki tal-gotta jew

tal-kliewi u fwied huma normali

deni familjali tal-Mediterran

digoxin, amlodipine, nifedipine, valsartan,

għall-problemi tal-qalb jew pressjoni

diltiazem, verapamil, candesartan, losartan

għolja tad-demm

furosemide

għall-akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-

 

ġisem

hydrocodone

għall-uġigħ

levothyroxine

għall-problemi tat-tirojde

rilpivirine, darunavir, atazanavir

għal infezzjoni tal-HIV

Omeprazole, lansoprazole, esomeprazole

għal ulċeri fl-istonku u problemi fl-

 

istonku oħra

imatinib

għat-trattament ta’ xi kanċers tad-

 

demm

fluvastatin, pitavastatin, pravastatin, rosuvastatin

biex jitnaqqas il-kolesterol fid-demm

dabigatran

biex iraqqaq id-demm

fexofenadine

għall-hay fever

s-mephenytoin

għall-epilepsija

sulfasalazine

għall-marda infjammatorja tal-musrana

repaglinide

biex jitbaxxa iz-zokkor fid-demm

erythromycin

għall-infezzjonijiet batteriċi

mediċini bi sterojdi jew kortiko-sterojdi (bħal

għal ħafna kundizzjonijiet differenti

fluticasone)

inkluż mard u allerġiji serji

trazodone

għall-ansjetà u d-dipressjoni

warfarin u mediċini oħra simili li jissejħu

biex iraqqaq id-demm

antagonisti tal-vitamina K*

 

* It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jżid il-frekwenza tat-testijiet tad-demm tiegħek biex jiċċekkja l- kapaċità tad-demm tiegħek biex jagħqad.

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik (jew m’intix żgur), kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Viekirax .

Tqala u kontraċezzjoni

L-effetti ta’ Viekirax matul it-tqala mhumiex magħrufa. Viekirax m’għandux jintuża matul it-tqala jew f’nisa li jista’ jkollhom it-tfal, li mhux qed jużaw kontraċezzjoni effettiva.

Inti jew l-partner tiegħek għandkom tużaw metodi effettivi ta’ kontraċezzjoni waqt il-kura. Metodi ta’ kontraċezzjoni li fihom ethinylestradiol ma’ jistgħux jintużaw f’kombinazzjoni ma’ Viekirax. Saqsi lit- tabib tiegħek dwar l-aħjar kontraċezzjoni għalik.

Prekawzjonijiet żejda huma meħtieġa jekk Viekirax jittieħed flimkien ma’ ribavirin. Ribavirin jista’ jikkawża difetti tat-twelid severi. Ribavirin joqod għal żmien twil fil-ġisem wara li l-kura titwaqqaf, u kontraċezzjoni effettiva hija għalhekk meħtieġa kemm waqt il-kura u għal xi żmien wara.

Hemm riskju għal difetti tat-twelid meta ribavirin jingħata lil pazjenta li toħroġ tqila.

Jista’ jkun hemm ukoll riskju għal difetti tat-twelid jekk ribavirin huwa meħud minn pazjent, li l- partner femminili tiegħu toħroġ tqila.

Aqra s-sezzjoni “Kontraċezzjoni” tal-fuljetti ta’ tagħrif għal ribavirin b’attenzjoni kbira. Huwa importanti li kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jaqraw l-informazzjoni.

Jekk int jew il-partner tiegħek toħroġ tqila waqt it-trattament b’Viekirax u ribavirin jew fix-xhur li jsegwu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih .

Treddigħ

Ma għandekx tredda’ matul il-kura b’Viekirax . Mhux magħruf jekk is-sustanzi attivi f’Viekirax (ombitasvir, paritaprevir u ritonavir) jistgħux jgħaddu għal ġol-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-effett ta’ Viekirax fuq il-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni, mhuwiex magħruf.

Xi pazjenti rrappurtaw sensazzjoni ta’ għeja kbira waqt li qed tieħu Viekirax ma’ mediċini oħra għall- infezzjoni tagħhom tal-epatite Ċ. Jekk tħossok storduta, issuqx jew tużax magni.

3.Kif għandek tieħu Viekirax

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Pilloli ta’ Viekirax huma normalment meħudin ma’ mediċini anti-virali oħra bħal "dasabuvir" u "ribavirin".

Kemm għandek tieħu

Id-doża rrakkomandata hija ta’ żewġ pilloli f’daqqa filgħodu.

Kif għandek tieħu

Ħu l-pilloli filgħodu mal-ikel. It-tip ta’ ikel mhux importanti.

Ibla’ l-pilloli sħaħ.

Tomgħodx, tfarrakx jew tkissirx il-pilloli għax jista’ jkollhom togħma morra.

Kemm għandek idum tieħu Viekirax

Sejjer tieħu Viekirax għal 8, 12 jew 24 ġimgħa. It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm sejra ddum il-kura tiegħek. Tieqafx tieħu Viekirax , ħlief meta t-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk. Huwa importanti ħafna li tlesti l-kors sħiħ ta’ kura. Dan sejjer jagħti l-aqwa possibbiltà lill-mediċini biex tneħħil-infezzjoni tal-virus epatite Ċ.

Jekk tieħu Viekirax aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar mid-doża rrakkomandata, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jew tmur fl-eqreb sptar minnufih. Żomm il-pakkett tal-mediċina fuqek biex b’hekk tkun tista’ tiddeskrivi x’tkun

ħadt.

Jekk tinsa tieħu Viekirax

Huwa importanti li ma taqbiżx doża ta’ din il-mediċina. Jekk taqbeż doża u hija:

Aktar minn 12-il siegħa sakemm tieħu d-doża li jmiss - ħu d-doża li qbiżt kemm jista’ jkun malajr mal-ikel.

Anqas minn 12-il siegħa sakemm tieħu d-doża li jmiss - tiħux id-doża li qbiżt, ħu d-doża bħas-soltu mal-ikel.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tagħmel tajjeb għal doża li nsejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin.

Effetti sekondarji meta tieħu Viekirax ma’ dasabuvir: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni

• Ħakk.

Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna

Nefħa fis-saffi tal-ġilda li tista’ taffettwa xi parti tal-ġisem inkluż il-wiċċ, ilsien jew griżmejn u tista’ jikkawża diffikultà biex tibla’ jew tieħu n-nifs (anġjodema)

Effetti sekondarji meta tieħu Viekirax ma’ dasabuvir u ribavirin:

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 minn kull 10 persuni

Tħossok għajjien ħafna (għeja)

Tħossok ma tiflaħx (nawsja)

Ħakk

Problemi biex torqod (nuqqas ta’ rqad)

Tħossok dgħajjef jew nieqes mill-enerġija (astenja).

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni

Anemija (għadd baxx ta’ ċelloli ħomor tad-demm). Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna

Nefħa fis-saffi tal-ġilda li tista’ taffettwa xi parti tal-ġisem inkluż il-wiċċ, ilsien jew griżmejn u tista’ jikkawża diffikultà biex tibla’ jew tieħu n-nifs (anġjodema)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Viekirax

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.

Tużax il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m'għandiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Viekirax

Kull pillola fiha 12.5 mg ta’ ombitasvir, 75 mg ta’ paritaprevir u 50 mg ta’ ritonavir.

L-ingredjenti l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: copovidone, vitamina E polyethylene glycol succinate, propylene glycol monolaurate, sorbitan monolaurate, colloidal anhydrous silica (E551), sodium stearyl fumarate.

Kisja tar-rita tal-pillola: polyvinyl alcohol (E1203) , polyethylene glycol 3350, talc, (E553b),titanium dioxide (E171) u red iron oxide (E172)

Kif jidher Viekirax u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Viekirax huma pilloli miksijin b’rita, b’daqs ta’ 18.8mm x 10.0mm, oblongi, roża, immarkati b’’AV1’. Il-pilloli ta’ Viekirax huma ppakkjat f’folji tal-fojl li fihom 2 pilloli. Kull kartuna fiha 56 pilloli (kartuna multiplika fiha 4 kartun intern ta’ 14 pilloli kull waħda)

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AbbVie Ltd

Maidenhead

SL6 4UB

Ir-Renju Unit

Manifattur

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG,

Knollstrasse,

67061 Ludwigshafen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AbbVie SA

AbbVie UAB

Tél/Tel: +32 10 477811

Tel: +370 5 205 3023

България

Luxembourg/Luxemburg

АбВи ЕООД

AbbVie SA

Тел.: +359 2 90 30 430

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 10 477811

Česká republika

Magyarország

AbbVie s.r.o.

AbbVie Kft.

Tel: +420 233 098 111

Tel.: +36 1 455 8600

Danmark

Malta

AbbVie A/S

V.J.Salomone Pharma Limited

Tlf: +45 72 30-20-28

Tel. +356 22983201

Deutschland

Nederland

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG,

AbbVie B.V.

Tel: 00800 222843 33 (gebührenfrei)

Tel: +31 (0)88 322 2843

 

Eesti

Norge

AbbVie Biopharmaceuticals GmbH Eesti filiaal

AbbVie AS

Tel. +372 623 1011

Tlf: +47 67 81 80 00

Ελλάδα

Österreich

AbbVie ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ Α.Ε.

AbbVie GmbH

Τηλ: +30 214 4165 555

España

Polska

AbbVie Spain, S.L.U.

AbbVie Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 384 09 10

Tel.: +48 22 372 78 00

France

Portugal

AbbVie

AbbVie, Lda.

Tél: +33 (0)1 45 60 13 00

Tel: +351 (0)21 1908400

Hrvatska

România

AbbVie d.o.o.

AbbVie S.R.L.

Tel: +385 (0)1 5625 501

Tel: +40 21 529 30 35

Ireland

Slovenija

AbbVie Limited

AbbVie Biofarmacevtska družba d.o.o.

Tel: +353 (0)1 4287900

Tel: +386 (1)32 08 060

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AbbVie s.r.o.

Tel: +354 535 7000

Tel: +421 2 5050 0777

Italia

Suomi/Finland

AbbVie S.r.l.

AbbVie Oy

Tel: +39 06 928921

Puh/Tel: +358 (0)10 2411 200

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

AbbVie AB

Τηλ: +357 22 34 74 40

Tel: +46 (0)8 684 44 600

Latvija

United Kingdom

AbbVie SIA

Abbvie Ltd

Tel. +371 67605000

Tel: +44 (0)1628 561090

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati