Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vimizim (recombinant human n-acetylgalactosamine-6-sulfatase...) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A16AB12

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVimizim
Kodiċi ATCA16AB12
Sustanzarecombinant human n-acetylgalactosamine-6-sulfatase (rhgalns)
ManifatturBioMarin Europe Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Vimizim 1 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 1 mg elosulfase alfa*. Kull kunjett ta’ 5 ml fih 5 mg elosulfase alfa.

*Elosulfase alfa huwa għamla rikombinanti ta’ N-acetylgalactosamine-6-sulfatase uman (rhGALNS) uman u huwa prodott minn kultura ċellulari mill-Ovarji tal-Ħemster Ċiniż b’teknoloġija rikombinanti tad-DNA.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull kunjett ta’ 5 ml fih 8 mg sodium u 100 mg sorbitol (E420).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Soluzzjoni ċara għal daqsxejn opalexxenti u mingħajr kulur sa ftit safranija.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Vimizim huwa indikat għall-kura ta’ mukopolisakkaridjosi, tip IVA (Sindromu ta’ Morquio A, MPS IVA) f’pazjenti ta’ kull età.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament b’Vimizim għandu jkun taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fil-ġestjoni ta’ pazjenti b’MPS IVA jew mard metaboliku ieħor li jintiret. L-għoti ta’ Vimizim għandu jsir minn professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa mħarreġ b’mod xieraq bil-kapaċità li jiġġestixxi emerġenzi mediċi.

Amministrazzjoni d-dar tista tiġi kkunsidrata taħt is-superviżjoni ta’ professjonist fil-kura tas-saħħa imħarreġ kif xieraq għal pazjenti li qed jittolleraw l-infużjonijiet tagħhom tajjeb.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ elosulfase alfa hi ta’ 2 mg/kg ta’ piż tal-ġisem mogħtija darba fil-ġimgħa. Il- volum totali tal-infużjoni għandu jingħata fuq madwar 4 sigħat (ara Tabella 1).

Minħabba l-potenzjal għal reazzjonijiet avversi b’elosulfase alfa, pazjenti m’għandhomx jirċievu antiħistamini bi jew mingħajr mediċini kontra d-deni minn 30 sa 60 minuta qabel il-bidu tal-infużjoni

(ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani (≥ 65 sena)

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Vimizim f’pazjenti akbar minn 65 sena ma ġewx determinati s’issa u l-ebda programm ta’ dożaġġ alternattiv ma huwa rrakkomandat f’dawn il-pazjenti. Mhux magħruf jekk pazjenti anzjani jirrispondux b’mod differenti minn pazjenti iżgħar.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-pożoloġija tal-popolazzjoni pedjatrika hi l-istess bħal dik fl-adulti. Dejta disponibbli hi deskritta fis- sezzjoni 4.8 u sezzjoni 5.1

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal infużjoni ġol-vina biss.

Għal struzzjonijiet fuq id-dilwazzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

Pazjenti li jiżnu inqas minn 25 kg għandhom jirċievu volum totali ta’ 100 ml. Meta jiġi dilwit

f’100 ml, ir-rata ta’ infużjoni inizjali għandha tkun 3 ml/hr. Ir-rata tal-infużjoni għandha tiżdied skont kif tiġi ttollerata, kull 15-il minuta kif ġej: l-ewwel żid ir-rata għal 6 ml/hr, imbagħad żid ir-rata kull 15-il minuta b’żieda ta’ 6 ml/hr sakemm tintlaħaq rata massima ta’ 36 ml/hr.

Pazjenti li jiżnu 25 kg jew aktar għandhom jirċievu volum totali ta’ 250 ml. Meta jiġi dilwit f’250 ml, ir-rata ta’ infużjoni inizjali għandha tkun 6 ml/hr. Ir-rata tal-infużjoni għandha tiżdied skont kif tiġi ttollerata, kull 15-il minuta kif ġej: l-ewwel żid ir-rata għal 12 ml/hr, imbagħad żid ir-rata kull 15-

il minuta b’żieda ta’ 12 ml/hr sakemm tintlaħaq rata massima ta’ 72 ml/hr.

Tabella 1: Volumi u rati ta’ infużjoni rakkomandati*

Piż tal-

Volum

Pass 1

Pass 2

Pass 3

Pass 4

Pass 5

Pass 6

Pass 7

pazjent

ta’

Rata ta’

15-30

30-45

45-60

60-75

75-90

(kg)

infużjoni

infużjoni

minuta

minuta

minuta

minuta

minuta

minuta u

 

totali

inizjali 0-

(ml/hr)

(ml/hr)

(ml/hr)

(ml/hr)

(ml/hr)

aktar

 

(ml)

15-il

 

 

 

 

 

(ml/hr)

 

 

minuta

 

 

 

 

 

 

 

 

(ml/hr)

 

 

 

 

 

 

< 25

≥ 25

* Ir-rata ta’ infużjoni tista’ tiżdied skont kif jiġi ttollerat mill-pazjent.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja (reazzjoni anafilattika) għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1 (ara sezzjoni 4.4).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Anafilassi u reazzjonijiet allerġiċi severi

Anafilassi u reazzjonijiet allerġiċi severi ġew irrapportati fi studji kliniċi. Għalhekk, appoġġ mediku xieraq għandu jkun disponibbli fil-pront meta jingħata elosulfase alfa. Jekk dawn ir-reazzjonijiet iseħħu, waqqaf minnufih l-infużjoni u ibda trattament mediku xieraq. Għandhom jiġu segwiti l- istandards mediċi attwali għal trattament ta’ emerġenza. Għal pazjenti li esperjenzaw reazzjonijiet allerġiċi waqt l-infużjoni, għandha tiġi eżerċitata l-kawtela mal-għoti mill-ġdid.

Reazzjonijiet ta’ infużjoni

Reazzjonijiet ta’ infużjoni (RI) kienu l-aktar reazzjonijiet avversi komuni osservati fil-provi kliniċi. RI jistgħu jinkludu reazzjonijiet allerġiċi. Il-pazjenti għandhom jirċievu antiħistamini bi jew mingħajr

mediċini kontra d-deni qabel l-infużjoni (ara sezzjoni 4.2) Il-ġestjoni ta’ RI għandha tkun ibbażata fuq is-severità tar-reazzjoni u tinkludi l-għoti aktar bil-mod jew waqfien temporanju tal-infużjoni u/jew l- għoti ta’ antiħistamini, mediċini kontra d-deni u/jew kortikosterojdi oħrajn. Jekk iseħħu RI severi, waqqaf minnufih l-infużjoni u ibda kura medika xierqa. L-għoti mill-ġdid wara reazzjoni severa għandha ssir b’kawtela u b’sorveljanza mill-qrib mit-tabib kuranti.

Kompressjoni tal-korda spinali/ċervikali

Fi provi kliniċi, kompressjoni tal-korda spinali/ċervikali (SCC - spinal/cervical cord) kienet osservata kemm f’pazjenti li kienu qed jirċievu Vimizim kif ukoll f’pazjenti li kienu qed jirċievu plaċebo. Il- pazjenti għandhom jiġu sorveljati għal sinjali u sintomi ta’ SCC (li jinkludu uġigħ fid-dahar, paraliżi tad-dirgħajn jew riġlejn taħt il-livell ta’ kompressjoni, inkontinenza urinali u tal-ippurgar) u għandhom jingħataw kura klinika.

Dieta b’teħid limitat ta’ sodju

Dan il-prodott mediċinali fih 8 mg sodju f’kull kunjett u jingħata f’soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride għall-infużjoni (ara sezzjoni 6.6). Dan għandu jittieħed inkonsiderazzjoni f’pazjenti b’dieta b’teħid limitat ta’ sodju.

Sorbitol

Pazjenti bi problemi ereditarji rari għall-intolleranza tal-fructose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ Vimizim f’nisa tqal.

Studji f’annimali ma jurux effetti ħżiena diretti jew indiretti fir-rigward ta’ tqala jew żvilupp embrijo- fetali (ara sezzjoni 5.3). Madanakollu, dawn l-istudji huma ta’ użu limitat. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, huwa aħjar li Vimizim jiġi evitat waqt it-tqala, sakemm dan ma jkunx meħtieġ b’mod ċar.

Treddigħ

Tagħrif disponibbli relatat mar-riproduzzjoni fl-annimali wera l-eliminazzjoni ta’ elosulfase alfa fil-

ħalib. Mhux magħruf jekk elosulfase alfa jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem, iżda esponiment sistemiku permezz tal-ħalib tas-sider mhux mistenni. Minħabba nuqqas ta’ tagħrif dwar l- użu fuq il-bniedem, Vimizim għandu jingħata biss lil nisa li jkunu qed ireddgħu jekk il-benefiċċju potenzjali jitqies li jisboq ir-riskju potenzjali għat-tarbija.

Fertilità

L-ebda indeboliment relatat mal-fertilità ma ġie osservat fi studji mhux kliniċi (ara sezzjoni 5.3) b’elosulfase alfa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Vimizim għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Ġie rapportat sturdament bħala reazzjoni assoċjata mal-infużjoni, li jista’ jaffettwa l-ħila biex issuq u tħaddem magni fil-jum tal- infużjoni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-istima tar-reazzjonijiet avversi hi bbażata fuq l-esponiment ta’ 176 pazjent b’MPS IVA li l-età tagħhom tvarja minn 5 sa 57 sena għal 2 mg/kg elosulfase alfa darba fil-ġimgħa (n=58), 2 mg/kg elosulfase alfa ġimgħa iva u ġimgħa le (n=59), jew plaċebo (n=59) fi prova każwali, double-blind u kkontrollata bi plaċebo.

Il-maġġoranza ta’ reazzjonijiet avversi fi provi kliniċi kienu RI, li huma mfissra bħala reazzjonijiet li jseħħu wara l-bidu tal-infużjoni sa tmiem il-jum ta’ wara l-infużjoni. RI serji kienu osservati fil-provi kliniċi u kienu jinkludu anafilassi, sensittività eċċessiva u rimettar. L-aktar sintomi komuni ta’ RI (li seħħew f’≥ 10% tal-pazjenti kkurati b’Vimizim u ≥ 5% aktar meta mqabbla ma’ plaċebo) kienu uġigħ ta’ ras, tqalligħ, remettar, deni, tertir u uġigħ addominali. L-RI kienu ġeneralment ħfief jew moderati, u l-frekwenza kienet ogħla matul l-ewwel 12-il xahar ta’ kura u kellhom it-tendenza li jseħħu inqas ta’ spiss maż-żmien.

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

It-tagħrif f’Tabella 2 hawn isfel jiddeskrivi reazzjonijiet avversi minn provi kliniċi f’pazjenti trattati b’Vimizim.

Il-frekwenzi huma mfissra bħala: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa <1/100); rari (≥ 1/10,000 sa 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Fi ħdan kull ragruppament ta’ frekwenzi, ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati f’ordni fejn fiha, l-aktar reazzjonijiet serji jiġu l-ewwel.

Tabella 2: Reazzjonijiet avversi f’pazjenti kkurati b’Vimizim

MedDRA

MedDRA

 

Sistema tal-klassifika tal-organi

Terminu ppreferut

Frekwenza

Disturbi fis-sistema immuni

Anafilassi

Mhux komuni

 

 

 

 

Sensittività eċċessiva

Komuni

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Uġigħ ta’ ras

Komuni ħafna

 

 

 

 

Sturdament

Komuni ħafna

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Dispnea

Komuni ħafna

medjastinali

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Dijarea, rimettar, uġigħ orofarinġeali,

Komuni ħafna

 

uġigħ fuq in-naħa ta’ fuq taż-żaqq, uġigħ

 

 

addominali, tqalligħ

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti

Mijalġja

Komuni

konnettivi

 

 

Tertir

Komuni ħafna

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’

Deni

Komuni ħafna

mnejn jingħata

 

 

 

 

 

F’pazjenti b’età ta’ < 5 snin, il-profil tas-sigurtà globali ta’ Vimizim f’doża ta’ 2 mg/kg/ġimgħa kien konsistenti mal-profil tas-sigurtà ta’ Vimizim osservat fi tfal akbar.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Immunoġeniċità

Il-pazjenti kollha żviluppaw antikorpi għal elosulfase alfa fil-provi kliniċi. Madwar 80% tal-pazjenti żviluppaw antikorpi newtalizzanti li kapaċi jimpedixxu elosulfase alfa milli jintrabat mar-riċettatur indipendenti mill-cation mannose-6-phosphatase. Titjib sostnut fil-miżuri ta’ effikaċja u tnaqqis fil-

keratan sulphate (KS) fl-awrina maż-żmien kienu osservati fil-provi, minkejja l-preżenza ta’ antikorpi kontra elosulfase alfa. Ma nstabet l-ebda korrelazzjoni bejn titers ta’ antikorpi ogħla jew pożittività ta’ antikorpi newtralizzanti u tnaqqis fil-kejl tal-effikaċja jew okkorrenzi ta’ anafilassi jew reazzjonijiet ta’ sensittivita eċċessiva oħrajn. Ġew osservati antikorpi IgE kontra elosulfase f’≤ 10% tal-pazjenti kkurati u dawn ma kinux konsistentament relatati ma’ anafilassi jew ma’ reazzjonijiet oħra ta’ sensittività eċċessiva u/jew irtirar mill-kura.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi provi kliniċi, ġew esplorati dożi ta’ elosulfase alfa sa 4 mg/kg fil-ġimgħa u ma ġie identifikat l-ebda sinjal jew sintomu speċifiku wara d-dożi l-għoljin. Ma ġiet osservata ebda differenza fil-profil tas- sigurtà..Għall-ġestjoni tar-reazzjonijiet avversi, ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Prodotti tal-passaġġ alimentari u tal-metaboliżmu oħrajn, enzimi. Kodiċi ATC: A16AB12.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-mukopolisakkaridosi tikkonsisti minn grupp ta’ disturbi marbuta mal-ħażna lisosomali ikkaġunati min-nuqqas ta’ enzimi lisosomali meħtieġa għall-kataboliżmu ta’ glycosaminoglycans (GAG). MPS IVA hu kkaratterizzat min-nuqqas ta’ tnaqqis xieraq fl-attività ta’ N-acetylgalactosamine-6- sulfatase. In-nuqqas ta’ attività ta’ sulfatase jirriżulta fl-akkumulazzjoni ta’ substrati ta’ GAG, KS u chondroitin 6 sulphate (C6S), fil-kompartiment lisosomali ta’ ċelluli fil-ġisem kollu. L- akkumulazzjoni twassal għal disfunzjoni mifruxa fiċ-ċelluli, tessuti u l-organi. Elosulfase alfa huwa

maħsub biex jipprovdi l-enzima esoġena N-acetylgalactosamine-6-sulfatase li tittieħed ġol-lisosomi u biex jiżdied il-kataboliżmu tal-GAGs, KS u C6S. It-teħid ta’ ċelluli ġo lisosomi jsir permezz ta’ riċettaturi li huma indipendenti mill-katajin ta’ mannose-6-phosphate li jwassal għal attività ristorata ta’ GALNS u t-tneħħija ta’ KS u C6S.

Effetti farmakodinamiċi

Provi kliniċi li saru b’Vimizim ivvalutaw l-impatt tal-kura fuq il-manifestazzjonijiet ta’ MPS IVA f’oqsma varji li jinkludu l-felħan, il-funzjoni respiratorja, veloċità tal-iżvilupp, u l-mobilità, kif ukoll il-KS fl-urina.

B’kollox ġew irreġistrati 235 pazjent b’MPS IVA u dawn ġew esposti għal Vimizim f’sitt provi kliniċi.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Vimizim ġew ivvalutati fi prova klinika każwali ta’ Fażi 3, li kienet double- blind u kkontrollata bi plaċebo b’176 pazjent b’MPS IVA, b’etajiet li jvarjaw minn 5 snin sa 57 sena. Il-maġġoranza tal-pazjenti ppreżentati kienu ta’ statura baxxa, felħan indebolit, u b’sintomi muskolu- skeletriċi. Pazjenti li setgħu jimxu aktar minn 30 metru (m) imma inqas minn 325 m f’Test tal-Mixi fuq 6 Minuti (6MWT-6 minute walk test) bħala linja bażi ġew reġistrati fil-prova.

Il-pazjenti rċevew elosulfase alfa 2 mg/kg kull ġimgħa (n=58) jew 2 mg/kg ġimgħa iva u ġimgħa le (n=59), jew plaċebo (n=59) għal total ta’ 24 ġimgħa. Il-pazjenti kollha ġew ikkurati b’antiħistamini

qabel kull infużjoni. L-ewwel punt ta’ riferiment kien il-tibdil mil-linja bażi fid-distanza tat-Test tal- Mixi fuq 6 minuti meta mqabbel mal-plaċebo f’Ġimgħa 24. It-punti ta’ riferiment sekondarji kienu it- tibdil mil-linja bażi fit-test ta’ tlugħ tat-taraġ fi 3 minuti (3 MSCT - 3 Minute Stair Climb Test) u l- livelli ta’ KS fl-awrina f’Ġimgħa 24. Sussegwentement, total ta’ 173 pazjent ġew irreġistrati fil-prova ta’ estensjoni li fiha l-pazjenti rċevew 2 mg/kg ta’ elosulfase alfa kull ġimgħa jew 2 mg/kg ġimgħa iva u ġimgħa le, u mbagħad kollha inqelbu għal fuq 2 mg/kg kull ġimgħa skont id-disponibilità tar- riżultati ta’ Ġimgħa 24.

Il-punti ta’ riferiment prinċipali u sekondarji ġew ivvalutati f’Ġimgħa 24 (ara Tabella 3). L-effett modellat tal-kura fid-distanza koperta bil-mixi f’6 minuti, meta mqabbel mal-plaċebo, kien ta’ 22.5 m (Cl95, 4.0, 40.9; p=0.0174) għall-programm ta’ kura ta’ 2 mg/kg fil-ġimgħa. L-effett modellat tal-kura fit-tlugħ tat-taraġ kull minuta, meta mqabbel mal-plaċebo, kien ta’ 1.1 taraġ/minuta (Cl95, -2.1, 4.4; p=0.4935) għall-programm ta’ kura ta’ 2 mg/kg fil-ġimgħa. L-effett modellat tal-kura għall-bidla perċentwali tal-KS fl-awrina, meta mqabbla ma’ plaċebo, kienet -40.7 % (Cl95. -49.0. -32.4; p<0.0001) għall-programm ta’ kura b’2 mg/kg fil-ġimgħa. Id-differenza kienet l-aktar bejn il-grupp tal-plaċebo u l-grupp tal-kura fil-ġimgħa għal kull punt ta’ riferiment. Ir-riżultati mill-programm ta’ kura ta’ ġimgħa iva u ġimgħa le għad-distanza koperta bil-mixi f’6 minuti jew it-tlugħ ta’ taraġ f’kull minuta kienu komparabbli mal-plaċebo.

Tabella 3: Riżultati mill-istudju kliniku kkontrollat bi plaċebo f’2 mg kull kg kull ġimgħa

 

 

Vimizim

 

 

Plaċebo

 

Vimizim vs.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Plaċebo

 

Linja Bażi

Ġimgħa

Bidla

Linja Bażi

Ġimgħa

Bidla

 

 

ta’

 

ta’

 

 

 

Riferiment

 

 

Riferiment

 

 

Differenza fil-

N

57*

bidliet

Test tal-mixi f’6 minuti (metri)

 

 

 

 

 

Medja

203.9

243.3

36.5

211.9

225.4

13.5

 

± SD

±76.32

±83.53

±58.49

±69.88

±83.22

±50.63

 

 

 

 

 

 

 

 

22.5

 

 

 

 

 

Medja bbażata fuq il-

 

 

 

 

 

Mudell

(CI95, 4.0, 40.9)

 

 

 

 

 

(95%CI)

(p = 0.0174)

 

 

 

 

 

valur p

 

Test ta’ tlugħ ta’ taraġ fi 3 minuti (taraġ/minuta)

 

 

 

 

Medja

29.6

34.9

4.8

30.0

33.6

3.6

 

± SD

±16.44

± 18.39

± 8.06

± 14.05

± 18.36

± 8.51

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1

 

 

 

 

 

Medja bbażata fuq il-

 

 

 

 

 

mudell

(CI95, -2.1, 4.4)

 

 

 

 

 

(95%CI)

(p = 0.4935)

 

 

 

 

 

valur p

 

* Pazjent wieħed fil-grupp Vimizim ma baqax jieħu sehem wara infużjoni waħda.

Medja bbażata fuq mudell ta’ Vimizim meta mqabbel ma’ plaċebo, aġġustata għal-linja bażi

Minbarra l-provi ta’ estensjoni, pazjenti li kienu qed jirċievu elosulfase alfa 2 mg/kg kull ġimgħa, urew li żammew it-titjib inizjali fil-felħan u fit-tnaqqis sostnut fil-KS fl-awrina sa 156 ġimgħa.

Popolazzjoni pedjatrika

Huwa importanti li l-kura tinbeda kemm jista’ jkun malajr.

Il-maġġoranza tal-pazjenti li rċevew Vimizim waqt l-istudji kliniċi kienu fil-medda ta’ etajiet pedjatriċi u adolexxenti (5 sa 17-il sena). Fi prova open-label, 15-il pazjent pedjatriku b’MPS IVA b’età inqas minn 5 snin (9 xhur sa <5 snin) irċevew 2 mg/kg ta’ Vimizim darba fil-ġimgħa għal 52

ġimgħa. Riżultati ta’ sigurtà u farmakodinamiċi f’dawn il-pazjenti huma konsistenti mar-riżultati osservati f’pazjenti b’età minn 5 snin sa 57 sena (ara sezzjoni 4.8).

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’ Vimizim f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika f’MPS IVA. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-parametri farmakokinetiċi ta’ elosulfase alfa ġew evalwati fi 23 pazjent b’MPS IVA li rċevew infużjonijet ta’ 2 mg/kg elosulfase alfa ġol-vina kull ġimgħa fuq madwar 4 sigħat għal 22 ġimgħa u l-

parametri ta’ Ġimgħa 0 u ta’ Ġimgħa 22 tqabblu ma’ xulxin. F’ġimgħa 22, l-AUC0-t u Cmax medji

żdiedu b’181% u 192%, rispettivament, meta mqabbla ma’ Ġimgħa 0. Il-half-life medju (t1/2) żdied minn 7.52 minuta f’Ġimgħa 0 sa 35.9 minuti sa Ġimgħa 22. Pazjenti rġiel u nisa kellhom eliminazzjoni komparabbli ta’ elosulfase alfa, u l-eliminazzjoni ma kinitx dovuta għal xi tendenza ta’ età jew piż f’Ġimgħa 22. Ġie vvalutat l-impatt ta’ antikorpi fuq il-farmakokinetiċi ta’ elosulfase alfa. Ma dehret ebda rabta bejn it-titer totali ta’ antikorpi u l-eliminazzjoni ta’ elsosulfase. Madanakollu, pazjenti b’risponsi pożittivi minn antikorpi newtralizzanti naqqsu l-valuri totali ta’ eliminazzjoni totali (CL) u tawwlu t1/2. Minkejja l-alterazzjoni fil-profil farmakokinetiku, il-preżenza ta’ antikorpi newtralizzanti ma affettwawx il-farmakodinamiċi, l-effikaċja, jew is-sigurtà tal-pazjenti li ġew ikkurati b’elosulfase alfa. L-ebda akkumulazzjoni ta’ elosulfase alfa fil-plażma ma kien evidenti wara ġimgħa ta’ dożaġġ.

Elosulfase alfa huwa proteina u jkun mistenni li jiġi degradat metabolikament permezz ta’ idrolisi tal- peptidi. Konsegwentement,funzjoni tal-fwied indebolita mhix mistennija taffettwa l-farmakokinetiċi ta’ elosulfase alfa. L-eliminazzjoni renali ta’ elosulfase hija meqjusa passaġġ minuri għall- eliminazzjoni.

Tabella 4: Tagħrif farmakokinetiku

 

Ġimgħa 0

Ġimgħa 22

Parametru farmakokinetiku

Medja (SD)

Medja (SD)

AUC0-t, minuta • µg/ml*

(100)

(416)

Cmass., µg/ml

1.49 (0.534)

4.04

(3.24)

CL, ml/minuta/kg

10.0

(3.73)

7.08

(13.0)

t1/2, minuta§

7.52

(5.48)

35.9

(21.5)

Tmass., minuta

172 (75.3)

202 (90.8)

* AUC0-t, iż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fil-plażma - ħin minn żero sal-ħin tal-aħħar konċentrazzjoni mkejla;

Cmass., il-konċentrazzjoni fil-plażma massima mkejla;

CL, tneħħija totali tal- elosulfase alfa wara l-għoti ġol-vina;

§ t1/2 , eliminazzjoni tal-half-life;

Tmass., il-ħin minn żero sa konċentrazzjoni massima fil-plażma

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika li jevalwa s-sistema nervuża ċentrali, sistemi respiratorji u kardjovaskulari, effett tossiku minn doża waħda u dożi ripetuti fil-firien u xadini, jew fertilità u iżvilupp embrijofetali, fil-firien jew fniek, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. L-evalwazzjoni tal-istudju dwar l-iżvilupp qabel it-twelid u wara t-twelid fil- firien huwa mxekkel minħabba l-għoti sussegwenti ta’ DPH, u għalhekk huwa ta’ rilevanza limitata.

Studji fuq perijodi ta’ żmien twil fuq annimali li jevalwaw il-potenzjal karċinoġeniku jew studji li jevalwaw l-potenzjal mutaġeniku ma sarux b’elosulfase alfa. Studji dwar ir-riproduzzjoni saru fil- ġrieden f’dożi li kienu sa 10 darbiet id-doża tal-bniedem u ma wrew l-ebda evidenza ta’ fertilità jew rendiment riproduttiv indebolit.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium acetate, trihydrate

Monosodium phosphate monohydrate

Arginine hydrochloride

Sorbitol

Polysorbate 20

Ilma għal injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Wara d-dilwazzjoni: L-istabilità kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal massimu ta’ 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C – 8°C segwita sa massimu 24 siegħa f’temperatura ta’ 23°C – 27°C.

Mil-lat ta’ sigurtà mikrobijoloġika, is-soluzzjoni dilwita għandha tintuża minnufih. Jekk ma tintużax minnufih, il-ħinijiet tal-użu waqt il-ħażna u l-kundizzjonijiet tal-ħażna huma r-responsabilità tal-utent

u għalhekk m’għandhomx ikunu itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C – 8°C segwiti sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 23°C – 27°C waqt l-għoti.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ ċar (Tip I) b’tapp tal-lastku tal-butyl u siġill ippjegat (aluminju) li jinqala b’saba’ b’għatu tal-plastik.

Daqsijiet tal-pakkett: 1 kunjett.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull kunjett ta’ Vimizim huwa maħsub sabiex jintuża darba biss. Vimizim għandu jiġi dilwit b’soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9 %) sodium chloride għall-infużjoni permezz ta’ teknika asettika. Is- soluzzjoni dilwita għandha tingħata lil pazjenti permezz ta’ sett ta’ infużjoni. Jista’ jintuża sett ta’ infużjoni mgħammar b’filtru fil-pajp ta’ 0.2μm.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Preparazzjoni għall-infużjoni ta’ Vimizim

Għandha tintuża teknika asettika.

Vimizim għandu jiġi dilwit qabel jingħata.

L-għadd ta’ kunjetti li jridu jiġu dilwiti huwa bbażat fuq il-piż individwali tal-pazjent. Id-doża rakkomandata hija ta’ 2 mg kull kg

1.L-għadd ta’ kunjetti li jridu jiġu dilwiti huwa bbażat fuq il-piż individwali tal-pazjent u d-doża rakkomandata ta’ 2 mg/kg għandha tiġi stabbilita permezz tal-kalkolazzjoni li ġejja.

Piż tal-pazjent (kg) immultiplikat bi 2 (mg/kg) = doża tal-pazjent (mg)

Doża tal-pazjent (mg) diviża b’1 (mg/ml konċentrat ta’ Vimizim) = Għadd totali ta’ ml ta’ Vimizim.

Ammont totali (ml) ta’ Vimizim diviż b’5 ml kull kunjett = Għadd totali ta’ kunjetti.

2.L-għadd totali ta’ kunjetti kkalkulati għandu jiġi mqarreb għall-eqreb kunjett sħiħ li jmiss. L- għadd xieraq ta’ kunjetti għandu jitneħħa mill-friġġ. Issaħħanx jew tqiegħedx il-kunjetti fil- mikrowajv. Tħawwadx il-kunjetti.

3.Għandha tintuża borża tal-infużjoni li jkun fiha 9 mg/ml (0.9 %) ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride għall-infużjoni li tkun xierqa għall-għoti ġol-vina. Il-volum totali tal-infużjoni huwa stabbilit mill-piż tal-ġisem tal-pazjent.

Pazjenti li jiżnu inqas minn 25 kg jew inqas għandhom jirċievu volum totali ta’ 100 ml.

Pazjenti li jiżnu 25 kg jew aktar għandhom jirċievu volum totali ta’ 250 ml.

4.Qabel ma jinġibed Vimizim minn ġol-kunjett, kull kunjett għandu jiġi spezzjonat viżwalment għal frak u tibdil fil-kulur. Minħabba li din hi soluzzoni ta’ proteini, jista’ jkun hemm flokkulazzjoni ħafifa (ikun hemm fibri trasluċidi). Is-soluzzjoni ta’ Vimizim għandha tkun ċara għal ftit opalexxenti u mingħajr kulur sa safranija ċara. Tużax jekk is-soluzzjoni tibdel il- kulur jew jekk ikun hemm frak fis-soluzzjoni.

5.Għandu jitneħħa volum ta’ 9 mg/ml (0.9 %) soluzzjoni ta’ sodium chloride għall-infużjoni minn ġol-borża tal-infużjoni, li hu ugwali għall-volum ta’ konċentrat ta’ Vimizim li jrid jiġi magħdud.

6.Il-volum ikkalkulat ta’ Vimizim mill-għadd xieraq ta’ kunjetti jitneħħa bil-mod b’attenzjoni sabiex tiġi evitata aġitazzjoni eċċessiva.

7.Vimizim jiġi miżjud bil-mod għal ġol-borża b’attenzjoni sabiex tiġi evitata aġitazzjoni.

8.Il-borża tal-infużjoni għandha tiġi mdawwra bil-mod sabiex jiġi żgurat li jkun hemm distribuzzjoni xierqa ta’ Vimizum. Tħawwadx is-soluzzjoni.

9.Is-soluzzjoni dilwita għandha tingħata lil pazjenti permezz ta’ sett ta’ infużjoni. Jista’ jintuża sett ta’ infużjoni mgħammar b’filtru ta’ 0.2 µm fil-pajp.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

BioMarin Europe Limited

10 Bloomsbury Way

London, WC1A 2SL

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/14/914/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 28 ta’ April 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

XX/SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati