Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vipdomet (alogliptin benzoate / metformin hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD13

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVipdomet
Kodiċi ATCA10BD13
Sustanzaalogliptin benzoate / metformin hydrochloride
ManifatturTakeda Pharma A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Vipdomet 12.5 mg/850 mg pilloli miksija b’rita

Vipdomet 12.5 mg/1000 mg pilloli miksija b’rita

Alogliptin/Metformin hydrochloride

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina, peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Vipdomet u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vipdomet

3.Kif għandek tieħu Vipdomet

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Vipdomet

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Vipdomet u għalxiex jintuża

X’inhu Vipdomet

Vipdomet fih żewġ mediċini differenti li jissejħu alogliptin u metformin f’pillola waħda:

-alogliptin jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu impedituri ta’ DPP-4 (impedituri ta’ dipeptidyl peptidase-4). Alogliptin jaġixxi billi jgħolli l-livelli tal-insulina fil-ġisem wara ikla u jnaqqas l-ammont ta’ zokkor fil-ġisem.

-metformin jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu biguanides li jgħinu wkoll biex ibaxxu z-zokkor fid-demm billi jnaqqsu l-ammont ta’ zokkor li jsir fil-fwied u jgħinu l-insulina biex taħdem b’mod aktar effettiv.

Dawn iż-żewġ gruppi ta’ mediċini huma “antidijabetiċi orali”.

Għalxiex jintuża Vipdomet

Vipdomet jintuża biex ibaxxi l-livell ta’ zokkor fid-demm f’adulti b’dijabete ta’ tip 2. Id-dijabete ta’ tip 2 tissejjaħ ukoll dijabete mellitus li ma tiddependix mill-insulina jew NIDDM.

Vipdomet jittieħed meta z-zokkor fid-demm tiegħek ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod adegwat mid-dieta, eżerċizzju fiżiku u mediċini oħra ta’ kontra d-dijabete bħal metformin waħdu; insulina waħedha, jew metformin u pioglitazone meħuda flimkien.

Jekk diġà qed tieħu kemm alogliptin u metformin bħala pilloli individwali, Vipdomet jista’ jieħu posthom f’pillola waħda.

Huwa importanti li tkompli segwi l-pariri dwar id-dieta u l-eżerċizzju li l-infermiera jew it-tabib tiegħek ikunu tawk.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vipdomet

TIĦUX Vipdomet:

jekk inti allerġiku għal aloglipidin, metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6)

jekk kellek reazzjoni allerġika serja għal kwalunkwe mediċini simili oħrajn li tieħu biex tikkontrolla l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Sintomi ta’ reazzjoni allerġika serja jistgħu jinkludu; raxx, irqajja’ ħomor imtella’ fuq il-ġilda (urtikarja), nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, u gerżuma li jistgħu jikkawżaw diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla’

Jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever.

jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli fid-demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ’korpi ta’ ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu.

jekk għandek infezzjoni severa jew inti deidratat b’mod serju (tlift ħafna ilma minn ġismek)

jekk riċentement kellek attakk tal-qalb jew għandek problemi severi fiċ-ċirkolazzjoni inkluż xokk

jekk għandek diffikultajiet severi fin-nifs

jekk għandek mard tal-fwied

jekk tixrob ħafna alkoħol (jew kuljum jew fi kwantitajiet kbar biss minn żmien għal żmien)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Vipdomet:

jekk għandek dijabete ta’ tip 1 (ġismek ma jipproduċix insulina).

jekk qed tieħu Vipdomet mal-insulina jew thiazolidinedione. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun jixtieq inaqqas id-doża tiegħek tal-insulina jew thiazolidinedione meta teħodha flimkien ma’ Vipdomet sabiex jiġi evitat li l-livell ta’ zokkor jitbaxxa wisq (ipogliċemija).

iekk qed tieħu mediċina oħra għad-dijabete li fiha “sulphonylurea”, m’għandekx tibda tieħu

Vipdomet.

jekk kellek reazzjonijiet allerġiċi għal kwalunkwe mediċini oħra li tieħu biex tikkontrolla l- ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Is-sintomi jistgħu jinkludu ħakk ġenerali u sensazzjoni ta’ sħana speċjalment li jaffettwaw l-ġilda tar-ras, il-ħalq, il-gerżuma, il-pali tal-idejn u l-qiegħ tas-saqajn (Sindrome ta’ Stevens-Johnson)

jekk għandek jew kellek mard tal-frixa.

Riskju ta’ aċidożi lattika

Vipdomet jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal-qalb sever u akut).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Vipdomet għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni,

esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Vipdomet u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma.

Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

-rimettar

-uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

-bugħawwieġ fil-muskoli

-sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

-diffikultà biex tieħu n-nifs

-temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa

Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.

Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Vipdomet matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda it-trattament tiegħek b’Vipdomet mill-ġdid.

Waqt it-trattament b’Vipdomet, it-tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall-agħar.

Tfal u adolexxenti

Vipdomet mhux rakkomandat għal tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena minħabba nuqqas ta’ tagħrif f’dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Vipdomet

Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Vipdomet qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Vipdomet mill-

ġdid.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it- tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Vipdomet. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

hydrocortisone u prednisolone (kortikosterojdi) użati biex jikkuraw mard li jinvolvi infjammazzjoni bħal ażma u artrite

cimetidine, użat biex jittratta problemi fl-istonku

bronkodilaturi (agonisti ta’ beta-2) li jintużaw għall-kura ta’ ażma

mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi)

mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX-2, bħal ibuprofen u celecoxib)

ċerti mediċini għat-trattament ta’ pressjoni għolja (inibituri ta’ ACE u antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II)

mediċini li fihom l-alkoħol

Vipdomet mal-alkoħol

Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu Vipdomet peress li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tingħata Vipdomet jekk inti tqila.

Vipdomet mhux rakkomandat waqt it-treddigħ peress li metformin jgħaddi ġol-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Vipdomet mhux magħruf li jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni. Li tieħu Vipdomet flimkien ma’ mediċini msejħa pioglitazone jew insulina jista’ jikkawża livelli baxxi żżejjed ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija), u dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tuża l-magni.

3.Kif għandek tieħu Vipdomet

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek ser jgħidlek eżattament kemm Vipdomet għandek tieħu. L-ammont ta’ Vipdomet ser ivarja skont il-kundizzjoni tiegħek u d-dożi li attwalment qed tieħu ta’ metformin waħdu, metformin flimkien ma’ pioglitazone, insulina u/jew pilloli individwali ta’ alogliptin u metformin.

Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola waħda darbtejn kuljum. Jekk għandek il-funzjoni tal-kliewi mnaqqsa, it-tabib tiegħek jista’ jippreskrivi doża aktar baxxa, li għandha mnejn ikun meħtieġ li tingħata bħala pilloli separati ta’ alogliptin u metformin.

Ibla’ l-pillola(i) tiegħek sħiħa mal-ilma. Għandek tieħu din il-mediċina mal-ikel biex tnaqqas iċ-ċans ta’ stonku mqalleb.

Jekk tieħu aktar Vipdomet milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, jew jekk xi ħaddieħor jew tifel jew tifla jieħdu l-mediċina tiegħek, ikkuntattja jew mur fl-eqreb ċentru ta’ emerġenza minnufih. Ħu dan il-fuljett jew xi pilloli miegħek sabiex it-tabib tiegħek ikun jaf eżattament dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Vipdomet

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha hekk kif tiftakar. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Vipdomet

M’għandekx tieqaf tieħu Vipdomet mingħajr ma l-ewwel tikkonsulta lit-tabib tiegħek. Il-livelli ta’ zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jiżdiedu meta tieqaf tieħu Vipdomet.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

WAQQAF it-teħid ta’ Vipdomet u kkuntattja lil tabib jew l-eqreb sptar minnufih jekk tinnota kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw inqas minn 1 minn kull 10,000 ruħ):

Aċidożi lattika (akkumulazzjoni ta’ aċidu lattiku fid-demm) hija effett sekondarju serju li tista’ twassal għal koma. Għas-sintomi ara sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Reazzjoni allerġika. Is-sintomi jistgħu jinkludu: raxx, ħorriqija, problemi biex tibla’ jew tieħu n-nifs, nefħa tax-xufftejn, il-wiċċ, griżmejn jew ilsien u li jħossok ħażin.

Reazzjoni allerġika severa: leżjonijiet tal-ġilda jew tikek fuq il-ġilda tiegħek, li jistgħu jagħmlu progress għall selħiet mdawra minn ċrieki ħomor, nfafet u / jew tqaxxir tal-ġilda possibilment b’sintomi bħal ħakk, deni, tħossok marid in ġenerali, uġigħ fil-ġogi, problemi fil- vista, ħruq, uġigħ jew ħakk fl-għajnejn u selħiet fil-ħalq (sindromu ta’ Stevens-Johnson u Eritema multiforme).

Uġigħ sever u persistenti fiż-żaqq (fiż-żona tal-istonku) li jista’ jilħaq f’dahrek, kif ukoll dardir u rimettar, peress li dan jista’ jkun sinjal ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite).

Għandek ukoll tiddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tesperjenza l-effetti sekondarji li ġejjin:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’kull 10 persuni):

Uġigħ fl-istonku

Dijarea

Nuqqas t’aptit

Tħossok imdardar

Tirremetti.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

Sintomi ta’ livell ta’ zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija) tista’ sseħħ meta Vipdomet jittieħed flimkien ma’ insulina jew sulphonylureas (eż. glipizide, tolbutamide, glibenclamide). Is-sintomi jistgħu jinkludu: rogħda, għaraq, ansjetà, vista mċajpra, xufftejn inemnmu, sfurija, bidla fil-burdata jew tħossok konfuż. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ taħt il-livell normali, iżda jista’ jiżdied mill-ġdid bit-teħid ta’ zokkor. Huwa rakkomandat li inti żżomm fuqek xi kubi taz-zokkor, ħelu, gallettini jew meraq tal-frott biz-zokkor.

Sintomi ta’ riħ bħal uġigħ fil-griżmejn, imnieħer miżdud jew imblokkat, tħossok għajjien,

Raxx

Ħakk fil-ġilda bi jew mingħajr ħorriqija

Uġigħ ta’ ras

Indiġestjoni, ħruq ta’ stonku

Rimettar u/jew dijarea

Rari ħafna (li jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 10,000):

Tnaqqis fil-livelli ta’ vitamina B12 jew anemija; sintomi jinkludu għeja, letarġija, iħossok ħażin, tkun bla nifs

Problemi bil-fwied (epatite).

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Problemi tal-fwied bħal dardir jew rimettar, uġigħ fl-istonku, għeja mhux tas-soltu jew inspjegabbli, telf ta’ aptit, awrina skura jew sfurija tal-ġilda jew tal-abjad tal-għajnejn.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Vipdomet

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja, wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Vipdomet

-Is-sustanzi attivi huma alogliptin u metformin hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita ta’ 12.5 mg/850 mg fiha alogliptin benzoate ekwivalenti għal 12.5 mg alogliptin u 850 mg metformin hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita ta’ 12.5 mg/1000 mg fiha alogliptin benzoate ekwivalenti għal 12.5 mg alogliptin u 1000 mg metformin hydrochloride.

-Is-sustanzi l-oħra huma: mannitol, microcrystalline cellulose, povidone, crospovidone, magnesium stearate, hypromellose, talc, titanium dioxide (E171) u yellow iron oxide (E172).

Kif jidher Vipdomet u l-kontenut tal-pakkett

-Vipdomet 12.5 mg/850 mg miksija b’rita (pilloli) huma ta’ lewn isfar ċar, oblongi (madwar 21.0 mm fit-tul b’10.1 mm wiesgħa), imżaqqin fuq iż-żewġ naħat bi “12.5/850” imnaqqxa fuq naħa waħda u “322M” imnaqqxa fuq in-naħa l-oħra.

-Vipdomet 12.5 mg/1000 mg pilloli miksija b’rita (pilloli) huma ta’ lewn isfar ċar, oblongi

(madwar 22.3 mm fit-tul u 10.7 mm wiesgħa), imżaqqin fuq żewġ naħat bi “12.5/1000” imnaqqxa fuq naħa waħda u “322M” imnaqqxa fuq in-naħa l-oħra.

Vipdomet huwa disponibbli f’pakketti b’folji li fihom 10, 14, 20, 28, 56, 60, 98, 112, 120, 180, 196, 196 (2x98 pakkett multiplu) jew 200 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Takeda Pharma A/S

Dybendal Alle 10 2630 Taastrup Id-Danimarka

Manifattur

Takeda Ireland Limited

Bray Business Park

Kilruddery

Co. Wicklow

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien/

Lietuva

Luxembourg/Luxemburg

“Takeda” UAB

Takeda Belgium

Tel: +370 521 09 070

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

lt-info@takeda.com

takeda-belgium@takeda.com

 

България

Magyarország

Такеда България

Takeda Pharma Kft.

Тел.: +359 2 958 27 36; +359 2 958 15 29

Tel: +361 2707030

Česká republika

Malta

Takeda Pharmaceuticals Czech Republic s.r.o.

Takeda Italia S.p.A.

Tel: +420 234 722 722

Tel: +39 06 502601

Danmark

Nederland

Takeda Pharma A/S

Takeda Nederland bv

Tlf./Tel: +45 46 77 11 11

Tel: +31 23 56 68 777

 

nl.medical.info@takeda.com

Deutschland

Norge

Takeda GmbH

Takeda AS

Tel: 0800 825 3325

Tlf: +47 6676 3030

medinfo@takeda.de

infonorge@takeda.com

Eesti

Österreich

Takeda Pharma AS

Takeda Pharma Ges m.b.H

Tel: +372 6177 669

Tel: +43 (0) 800-20 80 50

Ελλάδα

Polska

TAKEDA ΕΛΛΑΣ Α.Ε

Takeda Polska Sp. z o.o

Tel: +30 210 6387800

tel. +48 22 608 13 00

gr.info@takeda.com

 

España

Portugal

Takeda Farmacéutica España S.A.

Takeda Farmacêuticos Portugal, Lda.

Tel: +34 917 14 99 00

Tel: +351 21 120 1457

spain@takeda.com

 

France

România

Takeda France S.A.S

Takeda Pharmaceuticals SRL

Tél: +33 1 46 25 16 16

Tel: +40 21 335 03 91

Hrvatska

Slovenija

Takeda Pharmaceuticals Croatia d.o.o

Takeda GmbH, Podružnica Slovenija

Tel: +385 1 377 88 96

Tel: +386 (0) 59 082 480

Ireland

Slovenská republika

Takeda Products Ireland Limited

Takeda Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Tel: +353 (0) 1 6420021

Tel: +421 (2) 20 602 600

Ísland

Suomi/Finland

Vistor hf.

Takeda Oy

Sími: +354 535 7000

Tel. +358 20 746 5000

vistor@vistor.is

 

Italia

Sverige

Takeda Italia S.p.A.

Takeda Pharma AB

Tel: +39 06 502601

Tel: +46 8 731 28 00

 

infosweden@takeda.com

Κύπρος

United Kingdom

Takeda Pharma A/S

Takeda UK Ltd

Τηλ: +45 46 77 11 11

Tel: +44 (0) 1628 537 900

Latvija

 

Takeda Latvia SIA

 

Tel: +371 67840082

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati