Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

ViraferonPeg (peginterferon alfa-2b) – Fuljett ta’ tagħrif - L03AB10

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaViraferonPeg
Kodiċi ATCL03AB10
Sustanzapeginterferon alfa-2b
ManifatturMerck Sharp

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ViraferonPeg 50 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni ViraferonPeg 80 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni ViraferonPeg 100 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni ViraferonPeg 120 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni ViraferonPeg 150 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

peginterferon alfa-2b

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu ViraferonPeg u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ViraferonPeg

3.Kif għandek tuża ViraferonPeg

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ViraferonPeg

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Is-sustanza attiva f’din il-mediċina hija proteina li tissejjaħ peginterferon alfa-2b, li tagħmel parti mill- klassi ta’ mediċini li jissejħu interferons. Interferons huma magħmula mis-sistema immuni ta’ ġismek sabiex jgħinu jiġġieldu l-infezzjonijiet u mard serju. Din il-mediċina tiġi injettata f’ġismek biex taħdem mas-sistema immuni tiegħek. Din il-mediċina tintuża fil-kura tal-epatite Ċ kronika, infezzjoni virali tal-fwied.

Adulti

Il-kombinazzjoni ta’ din il-mediċina, ribavirin and boceprevir hija rrakkomandata biex tintuża għal xi tipi ta’ infezzjonijiet kroniċi bil-virus tal-epatite Ċ (imsejħa wkoll infezzjoni tal-HCV) f’adulti b’età minn 18-il sena ’l fuq. Din tista’ tintuża f’adulti li qatt ma ġew ikkurati għall-infezzjoni tal-HCV jew li qabel kienu użaw mediċini msejħa interferons u pegylated interferons.

Il-kombinazzjoni ta’ din il-mediċina u ribavirin hija rrakkomandata għal adulti b’età minn 18-il sena ’l fuq li ma ġewx ikkurati qabel b’dawn il-mediċini. Dawn jinkludu adulti li huma infettati wkoll bl-HIV (Virus tal-Immunodeffiċjenza tal-Bniedem) klinikament stabbli. Il-kombinazzjoni tista’ tintuża wkoll biex tikkura adulti li diġà ma rnexxitilhomx kura b’interferon alpha jew peginterferon alpha flimkien ma’ ribavirin jew interferon alpha waħdu.

Jekk għandek kondizzjoni medika li tagħmel l-użu ta’ ribavirin perikoluż jew jekk diġà kellek problema biex tieħdu, it-tabib tiegħek x’aktarx se jordnalek din il-mediċina waħedha.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina tintuża flimkien ma’ ribavirin fi tfal minn 3 snin ’l fuq u adolexxenti li ma ġewx ikkurati qabel għall-epatite Ċ kronika.

Tużax ViraferonPeg

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek qabel tibda l-kura jekk int, jew it-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb:

-intom allerġiċi għal peginterferon alfa-2b jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-intom allerġiċi għal xi interferon.

-kellkom problemi severi tal-qalb.

-għandkom mard tal-qalb li ma ġiex ikkontrollat tajjeb matul dawn l-aħħar 6 xhur.

-għandkom kondizzjonijiet severi ta’ saħħa li jħallukom dgħajfin ħafna.

-għandkom epatite awtoimmuni jew xi problema oħra bis-sistema immuni tagħkom.

-qed tieħdu mediċini li jrażżnu (idgħajfu) s-sistema immuni tagħkom.

-għandkom mard fil-fwied avanzat u mhux ikkontrollat (minbarra l-epatite Ċ).

-għandkom mard fit-tirojde li mhux ikkontrollat sew bil-mediċini.

-għandkom l-epilessija, kondizzjoni li tikkawża konvulżjonijiet (aċċessjonijiet jew “attakki tal-mard tal-qamar”).

-jekk qed tingħataw kura b’telbivudine (ara sezzjoni “Mediċini oħra u ViraferonPeg”).

M’għandekx tuża ViraferonPeg jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet t’hawn fuq tapplika għalik, jew għat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb.

Barra minn hekk, tfal u adolexxenti m’għandhomx jużaw din il-mediċina jekk kellhom problemi serji fis-sistema nervuża jew mentali bħal depressjoni qawwija jew ħsibijiet dwar suwiċidju.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra wkoll is-sezzjoni “Tieħux” tal-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin u boceprevir qabel tużahom flimkien ma’ din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Fittex għajnuna medika immedjatament f’każ ta’ reazzjoni allerġika severa (bħal diffikultà biex tieħu n- nifs, tħarħir jew ħorriqija).

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din-il-mediċina jekk int jew it-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb:

-qatt kellkom disturb sever nervuż jew mentali jew għandkom storja ta’ użu ta’ sustanzi (eż., alkoħol jew droga) fil-passat.

L-użu ta’ din il-mediċina fi tfal u adolexxenti li jkollhom jew fil-passat kellhom kondizzjonijiet psikjatriċi severi mhux permess (ara sezzjoni “Tużax ViraferonPeg” fuq).

-qegħdin tiġu kkurati għal mard mentali jew ġejtu kkurati fil-passat għal xi disturb ieħor tas-sistema nervuża jew mentali, inkluż dipressjoni (bħal sentimenti ta’ dwejjaq, niket) jew imġiba ta’ suwiċidju jew ta’ omiċidju (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

-qatt kellkom attakk tal-qalb jew problema fil-qalb.

-għandkom mard tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jordnalkom doża aktar baxxa mis-soltu u jimmonitorjalkom il-valuri tad-demm tal-kliewi b’mod regolari waqt il-kura. Jekk din il-mediċina tintuża flimkien ma’ ribavirin, it-tabib tiegħek għandu jimmonitorja lilek jew lit-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb aktar bir-reqqa biex jara jekk l-għadd taċ-ċelluli ħomor fid-demm ikunx qed jonqos.

-kellkom ċirrożi jew problemi bil-fwied oħrajn (minbarra l-epatite Ċ).

-tiżviluppaw sintomi assoċjati ma’ riħ jew infezzjoni respiratorja oħra, bħal deni, sogħla, jew kwalunkwe diffikultà fit-teħid tan-nifs.

-intom dijabetiċi jew għandkom pressjoni għolja, it-tabib tiegħek jista’ jitlob lilek jew lit-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb biex tagħmlu eżami tal-għajnejn.

-kellkom mard serju li jaffettwa n-nifs jew id-demm.

-għandkom il-kondizzjonijiet tal-ġilda, psorjasi jew sarkojdosi, li jistgħu jmorru għall-agħar waqt li qed tuża din il-mediċina.

-qed tippjana li toħroġ tqila, iddiskuti dan mat-tabib tiegħek qabel ma tibda tuża din il-mediċina.

-irċevejtu trapjant ta’ organu, tal-kliewi jew tal-fwied, il-kura b’interferon tista’ żżid ir-riskju ta’ rifjut. Kun ċert/a li tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

-jekk qed tingħataw ukoll kura għall-HIV (ara sezzjoni “Mediċini oħra u ViraferonPeg”).

-għandkom infezzjoni attwali jew preċedenti bil-virus tal-epatite B, peress li t-tabib tagħkom jista’ jkun jixtieq jimmonitorjakom aktar mil-qrib.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet” tal-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin qabel tużah flimkien ma’ din il-mediċina.

Problemi tas-snien u tal-ħalq kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin. Tista’ tiżviluppa mard tal-ħanek, li jista’ jwassal għal telf ta’ snien. Tista’ tiżviluppa ħalq xott jew tirremetti, li t-tnejn jistgħu jagħmlu ħsara lil snienek. Huwa importanti li taħsel snienek sew darbtejn kuljum, tlaħlaħ ħalqek jekk tirremetti, u tmur għal żjarar regolari biex jiġu eżaminati snienek.

Waqt il-kura, xi pazjenti jista’ jkollhom problemi fl-għajnejn, jew jitilfu l-vista f’każijiet rari. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek eżami ta’ għajnejk qabel tibda l-kura tiegħek. Jekk ikollok xi tibdil fil-vista, għandek tgħid lit-tabib tiegħek u jkollok eżami immedjat u komplut ta’ għajnejk. Jekk għandek kondizzjoni medika li tista’ twassal għal problemi fl-għajnejn fil-futur (eż. dijabete jew pressjoni għolja), għandek tagħmel eżamijiet regolari tal-għajnejn waqt it-terapija. Jekk id-disturb ta’ għajnejk isir aktar serju jew jekk tiżviluppa disturbi ġodda f’għajnejk, il-kura tiegħek ser titwaqqaf.

Waqt li tkun qed tiġi kkurat b’ViraferonPeg, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tixrob fluwidi addizzjonali biex jevita li jkollok pressjoni baxxa.

It-tabib tiegħek ser jeżaminalek id-demm qabel tibda t-terapija u tul il-kura sabiex jaċċerta li t-terapija li qed tieħu hija sigura u effettiva.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex irrakkomandata biex tintuża f’pazjenti b’età inqas minn 3 snin.

Mediċini oħra u ViraferonPeg

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk int jew it-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb:

-qed tieħdu jew ħadtu dan l-aħħar xi mediċini oħra jew vitamini/supplementi ta’ nutrizzjoni, anki dawk mingħajr riċetta.

-intom infettati kemm bil-Virus tal-Immunodeffiċjenza tal-Bniedem (pożittivi għall-HIV) kif ukoll bil-Virus tal-Epatite Ċ (HCV - Hepatitis C Virus) u qed tingħataw kura b’mediċina(i) kontra l-HIV – [inibitur ta’ nucleoside reverse transcriptase (NRTI - nucleoside reverse transcriptase inhibitor), u/jew terapija attiva ħafna kontra r-retrovirus (HAART - highly active

anti-retroviral therapy)]. It-tabib tiegħek ser jimmonitorjakom għal sinjali u sintomi ta’ dawn il- kondizzjonijiet.

oMeta din il-mediċina tittieħed flimkien ma’ ribavirin u mediċina(i) kontra l-HIV, tista’ żżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika, insuffiċjenza tal-fwied, u anormalitajiet tad-demm: tnaqqis fl- għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm, ċelluli bojod tad-demm u ċelluli li jgħaqqdu d-demm li jissejħu plejtlits. Pazjenti b’mard avanzat tal-fwied li jkunu qed jirċievu HAART jista’ jkollhom riskju akbar li l-funzjoni tal-fwied tmur għall-agħar, għalhekk iż-żieda ta’ din il-

mediċina waħedha jew ma’ ribavirin mal-kura tista’ iżżid ir-riskju tagħhom.

oMa’ zidovudine jew stavudine, m’hemmx ċertezza jekk ribavirin hux ser jibdel il-mod kif jaħdmu dawn il-mediċini. Għalhekk id-demm tiegħek ser ikun eżaminat b’mod regolari sabiex ikun aċċertat li l-infezzjoni tal-HIV ma tkunx qed taggrava. Jekk taggrava, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk il-kura tiegħek b’ribavirin għandhiex tinbidel. Minbarra hekk, pazjenti li jkunu qed jingħataw kura b’terapija kombinata ta’ din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin u zidovudine jista’ jkollhom riskju akbar li jiżviluppaw anemija (numru baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm). Għalhekk l-użu ta’ zidovudine ma’ terapija kombinata b’din il-

mediċina u ribavirin mhux irrakkomandat.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Mediċini oħra” fil-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin qabel ma tużah flimkien ma’ din il-mediċina.

-jekk qed tieħu telbivudine. Jekk qed tieħu telbivudine ma’ din il-mediċina jew kwalunkwe tip ta’ prodott interferon li jingħata b’injezzjoni, ir-riskju tiegħek li tiżviluppa newropatija periferali (tnemnim, tingiż u/jew sensazzjonijiet ta’ ħruq fid-dirgħajn u/jew fir-riġlejn) ikun ogħla. Dawn

l-avvenimenti jistgħu jkunu wkoll aktar severi. Għalhekk, m’għandekx tieħu din il-mediċina flimkien ma’ telbivudine.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

Fi studji fuq annimali waqt it-tqala, interferons xi daqqiet ikkawżaw korriment. L-effett ta’ din il- mediċina fuq it-tqala fil-bniedem mhux magħruf. Tfajliet jew nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw mezz effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt il-kura b’din il-mediċina.

Ribavirin jista’ jagħmel ħafna ħsara lil tarbija mhux imwielda. Għalhekk kemm int kif ukoll is- sieħeb/sieħba tiegħek għandkom tieħdu prekawzjonijiet speċjali fl-attività sesswali jekk ikun hemm xi possibilità li sseħħ tqala.

-jekk int tfajla jew mara li jista’ jkollok it-tfal li qed tieħu ribavirin:

għandu jkollok test tat-tqala negattiv qabel tibda l-kura, kull xahar waqt il-kura, u għal erba’ xhur wara li twaqqaf il-kura. Għandek tuża mezz effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħu ribavirin u għal 4 xhur wara li twaqqaf il-kura. Dan għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.

-jekk int raġel li qed tieħu ribavirin:

m’għandekx ikollok x’taqsam sesswalment ma’ mara waqt it-tqala sakemm ma tużax kondom. Jekk is-sieħba tiegħek ma tkunx tqila iżda tkun f’età li fiha tista’ toħroġ tqila, għandha tagħmel test tat-tqala kull xahar waqt il-kura u għas-7 xhur wara li titwaqqaf il-kura. Int jew is-sieħba tiegħek għandkom tużaw mezz effettiv ta’ kontraċezzjoni fiż-żmien li tkun qed tieħu ribavirin u għal 7 xhur wara li titwaqqaf il-kura. Dan għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk din il-mediċina toħroġx mal-ħalib tal-mara. Għalhekk, m’għandekx tredda’ lit- tarbija jekk qed tieħu din il-mediċina. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Tqala u Treddigħ” tal-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin qabel tużah flimkien ma’ din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx issuq jew tħaddem għodda jew magni jekk tħossok għajjien, bi ngħas jew konfuż waqt li qed tieħu din il-mediċina.

ViraferonPeg fih sucrose

Din il-mediċina fiha sucrose. Jekk ċerti tipi ta’ zokkor ma jaqblux miegħek, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol (23 mg) sodium għal kull 0,7 ml, i.e. tista’ titqies “ħielsa mis- sodium”.

3.Kif għandek tuża ViraferonPeg

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Tagħrif ġenerali dwar it-teħid ta’ din il-mediċina

It-tabib tiegħek stabbilixxa d-doża korretta ta’ din il-mediċina skont il-piż tiegħek jew tat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb. Jekk meħtieġ, id-doża tista’ tinbidel matul il-kura.

Din il-mediċina hija intenzjonata biex tingħata taħt il-ġilda. Dan ifisser li tiġi injettata b’labra qasira għall-injezzjoni fit-tessut ta’ xaħam li jinsab eżatt taħt il-ġilda. Jekk qed tinjetta din il-mediċina lilek innifsek, ser tingħata istruzzjonijiet dwar kif tipprepara u tinjetta l-injezzjoni. Istruzzjonijiet dettaljati

dwar l-għoti taħt il-ġilda jinsabu fl-aħħar ta’ dan il-fuljett (ara sezzjoni “Kif tinjetta ViraferonPeg lilek innifsek”).

L-ilma għall-injezzjoni u t-trab ta’ ViraferonPeg huma pprovduti f’ampulli separati. Ipprepara d-doża billi żżid l-ilma għall-injezzjoni mat-trab ta’ ViraferonPeg eżatt qabel ma tkun beħsiebek tinjettah u użah immedjatament. Ħares sew lejn is-soluzzjoni li tkun ippreparajt qabel ma tużaha. Is-soluzzjoni għandha tkun ċara u mingħajr kulur. Tużax is-soluzzjoni jekk ikun hemm tibdil fil-kulur (tibdel il- kulur minn dak oriġinali) jew jekk ikun hemm xi frak fis-soluzzjoni. Armi kwalunkwe soluzzjoni li jkun fadal fil-kunjett wara li tinjetta lilek innifsek. Għall-istruzzjonijiet dwar ir-rimi, ara sezzjoni 5 “Kif taħżen ViraferonPeg”.

Injetta din il-mediċina darba fil-ġimgħa fl-istess ġurnata. Li tinjettaha fl-istess ħin tal-ġurnata kull ġimgħa, jgħin biex ma tinsiex teħodha.

Dejjem uża din il-mediċina eżatt kif ikun qallek it-tabib tiegħek. Taqbiżx id-dożaġġ irrakkomandat, u ħudha sakemm ikun ordnalek it-tabib.

Jekk it-tabib tiegħek jippreskrivi din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin jew ma’ ribavirin u boceprevir, jekk jogħġbok aqra l-Fuljetti ta’ Tagħrif ta’ ribavirin u boceprevir qabel tibda l-kura kkombinata.

Użu fl-adulti - ViraferonPeg f’kura kkombinata

Din il-mediċina, meta tingħata mal-kapsuli ta’ ribavirin, normalment tingħata f’doża ta’

1,5 mikrogrammi għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem darba fil-ġimgħa. Jekk għandek mard tal- kliewi, id-doża tiegħek tista’ tkun aktar baxxa, skont il-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

Użu fl-adulti - ViraferonPeg waħdu

Din il-mediċina, meta tingħata waħedha, normalment tingħata f’doża ta’ 0,5 jew 1,0 mikrogramma għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem darba fil-ġimgħa, għal 6 xhur sa sena. Jekk għandek mard tal- kliewi, tista’ tingħatalek doża aktar baxxa skont il-funzjoni tal-kliewi tiegħek. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi d-doża korretta għalik.

L-użu fi tfal b’età minn 3 snin ’l fuq u adolexxenti

ViraferonPeg se jingħata flimkien ma’ ribavirin. Id-doża ta’ ViraferonPeg tiġi deċiża b’kalkolu li jqis kemm it-tul kif ukoll il-piż tal-ġisem. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi d-doża korretta għalik jew għat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb. It-tul ta’ żmien tal-kura huwa sa sena skont il-ġudizzju tat-tabib tiegħek għalik, jew għat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb.

Il-pazjenti kollha

Jekk qed tinjetta din il-mediċina inti stess, jekk jogħġbok kun ċert illi d-doża li ngħatajt riċetta għaliha hija indikata b’mod ċar fuq il-pakkett tal-mediċina li tingħata.

Jekk tuża ViraferonPeg aktar milli suppost

Għarraf lit-tabib jew professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek jew lit-tabib jew professjonist tal-kura tas-saħħa tat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb malajr kemm jista’ jkun.

Jekk tinsa tieħu ViraferonPeg

Ħu/agħti d-doża ta’ din il-mediċina malli tiftakar, iżda dan għamlu biss jekk ikun fi żmien ġurnata sa jumejn wara d-doża li tkun insejt tieħu. Jekk ikun viċin ħafna tal-injezzjoni li jkun imissek, tirduppjax id-doża biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu, iżda kompli l-kura tiegħek bħas-soltu.

Jekk m’intix ċert ikkuntattja lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jew lit-tabib jew l-ispiżjar tat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Għalkemm mhux l-effetti sekondarji kollha jistgħu jseħħu, jista’ jkollhom bżonn attenzjoni medika jekk iseħħu. Meta din il-mediċina tintuża waħedha, xi wħud minn dawn l-effetti għandhom anqas probabbilità li jseħħu, u xi wħud ma seħħew xejn.

Sistema psikjatrika u sistema nervuża ċentrali:

Xi nies taqbadhom depressjoni meta jkunu qed jieħdu din il-mediċina waħedha jew flimkien ma’ ribavirin, u f’xi każijiet xi nies kellhom ħsibijiet li jheddu l-ħajja ta’ persuni oħra, ħsibijiet ta’ suwiċidju jew imġiba aggressiva (kultant indirizzata lejn l-oħrajn). Xi pazjenti waslu biex għamlu suwiċdju. Ikseb kura ta’ emerġenza jekk tinnota li qed taqa’ f’depressjoni jew jekk qed ikollok ħsibijiet ta’ suwiċidju jew ikun hemm xi bidla fl-imġiba tiegħek. Saqsi lil xi membru tal-familja jew ħabib intimu biex jgħinuk toqgħod attent għal sinjali ta’ depressjoni jew bidliet fl-imġiba tiegħek.

It-tfal u adolexxenti huma partikularment suxxettibli li taqbadhom depressjoni meta jkunu qed jiġu kkurati b’din il-mediċina u ribavirin. Ikkuntattja lit-tabib minnufih jew fittex kura ta’ emerġenza jekk tara li qed juru kwalunkwe sintomi ta’ mġiba mhux tas-soltu, iħossuhom depressi, jew iħossu li jridu jagħmlu ħsara lilhom infushom jew lill-oħrajn.

Tkabbir u żvilupp (tfal u adolexxenti):

B’kura li damet sa sena b’din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin, xi tfal u adolexxenti ma kibrux jew ma żidux fil-piż daqs kemm kien mistenni. Xi tfal ma laħqux it-tul mistenni tagħhom fi żmien sena sa 5,5 snin wara li temmew il-kura.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota li xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin iseħħ waqt il-kura:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

-problemi fin-nifs (inkluż qtugħ ta’ nifs),

-tħossok depress,

-tbati biex torqod, taħseb jew tikkonċentra, sturdament,

-uġigħ sever jew brim fl-istonku,

-deni jew tertir li jibdew wara ftit ġimgħat ta’ kura,

-uġigħ jew infjammazzjoni fil-muskoli (kultant severi),

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-uġigħ fis-sider, bidliet fil-mod kif tħabbat qalbek,

-konfużjoni,

-diffikultà biex tibqa’ allert, sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż,

-uġigħ fin-naħa t’isfel ta’ dahrek jew f’ġenbek; diffikultà biex tagħmel l-awrina jew ma tkunx tista’ tagħmel l-awrina,

-problemi b’għajnejk jew bil-vista jew is-smigħ,

-ħmura severa jew bl-uġigħ fil-ġilda tiegħek jew fil-membrana mukuża,

-ħruġ ta’ demm qawwi minn imnieħrek, mill-ħanek jew minn xi parti oħra ta’ ġismek.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-xewqa li tagħmel ħsara lilek innifsek,

-alluċinazzjonijiet,

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000):

-konvulżjoni (“aċċessjoni”),

-demm jew demm magħqud fl-ippurgar (jew ippurgar iswed qisu qatran),

Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

-xewqa li tagħmel ħsara lill-oħrajn.

Effetti sekondarji oħra li kienu rrappurtati fl-adulti jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

-tħossok depress, irritabilità, problemi biex torqod jew biex tibqa’ rieqed, tħossok ansjuż jew nervuż, diffikultà biex tikkonċentra, bidliet fil-burdata,

-uġigħ ta’ ras, sturdament, tħossok għajjien, tertir bir-rogħda, deni, sintomi bħal tal-influwenza, infezzjoni b’virus, dgħufija,

-diffikultà biex tieħu n-nifs, farinġite (uġigħ fil-griżmejn), sogħla,

-uġigħ fl-istonku, rimettar, dardir, dijarea, telf tal-aptit, telf tal-piż, ħalq xott,

-telf ta’ xagħar, ħakk, ġilda xotta, raxx, irritazzjoni jew ħmura (u rari, ħsara fil-ġilda) fis-sit mnejn tingħata l-injezzjoni,

-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (li jista’ jikkawża għeja, qtugħ ta’ nifs, sturdament), tnaqqis f’ċerti tipi ta’ ċelluli bojod tad-demm (li jagħmilha aktar faċli li jaqbduk infezzjonijiet differenti),

-uġigħ fil-ġogi u muskoli, uġigħ muskolari u fl-għadam.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli li jgħaqqdu d-demm li jissejħu plejtlits, li jista’ jwassal biex titbenġel malajr jew joħroġlok id-demm b’mod spontanju, aċidu uriku żejjed (bħal fil-gotta) fid-demm, livell baxx ta’ calcium fid-demm,

-tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde (li jista’ jġiegħlek tħossok għajjien, depress, iżid is- sensittività tiegħek għal-kesħa u sintomi oħrajn), żieda fl-attività tal-glandola tat-tirojde (li tista’ tikkawżalek nervi, nuqqas ta’ tolleranza għas-sħana u għaraq eċċessiv, telf fil-piż, palpitazzjoni, tregħid), glandoli minfuħin (glandoli tal-limfa minfuħin), għatx,

-tibdil fl-imġiba jew imġiba aggressiva (kultant immirata lejn persuni oħra), aġitazzjoni, nervi, ngħas, diffikultà biex torqod, ħolm mhux tas-soltu, nuqqas ta’ interess fl-attivitajiet, nuqqas ta’ interess fis-sess, problemi fl-erezzjoni, żieda fl-aptit, konfużjoni, idejn jirtogħdu, koordinazzjoni batuta, vertigo (tħoss kollox idur bik), tnemnim, uġigħ jew sensazzjoni ta’ tingiż, żieda jew tnaqqis fis-sensazzjoni biex tħoss, muskoli ibsin, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, artrite, emigranja, żieda fl-għaraq,

-uġigħ jew infezzjoni fl-għajnejn, vista mċajpra, għajnejn xotti jew bid-dmugħ, tibdil fis- smigħ/telf tas-smigħ, tisfir fil-widnejn,

-sinusite, infezzjonijiet respiratorji, imnieħer imblukkat jew iqattar, tbati biex titkellem, tinfaraġ, ponot tad-deni fix-xufftejn (herpes simplex), infezzjonijiet ikkawżati minn fungu jew mill-batterja, infezzjoni fil-widnejn jew uġigħ fil-widnejn,

-indiġestjoni (stonku imqalla’), ħruq ta’ stonku, ħmura jew feriti fil-ħalq, sensazzjoni ta’ ħruq fuq l- ilsien, ħanek infjammat jew joħroġ id-demm minnu, stitikezza, gass fl-imsaren (flatus), nefħa, murliti, ilsien misluħ, bidla fit-togħma, problemi fis-snien, telf eċċessiv ta’ ilma mill-ġisem, fwied jikber,

-psorjasi, sensittività għad-dawl tax-xemx, raxx b’ponot imqabbżin, ħmura tal-ġilda jew disturbi tal- ġilda, wiċċ minfuħ, idejn jew saqajn minfuħin, ekżema (il-ġilda tkun infjammata, ħamra, bil-ħakk u xotta u jista’ jkun hemm feriti jnixxu), akne, ħorriqija, ix-xagħar jinħass mhux normali, disturbi fid- dwiefer, uġigħ fis-sit tal-injezzjoni,

-mestrwazzjoni diffiċli, irregolari jew ma tiġix, mestrwazzjoni qawwija b’mod anormali jew iddum aktar milli suppost, problemi li jaffettwaw l-ovarji jew il-vaġina, uġigħ fis-sider, problemi sesswali, irritazzjoni tal-glandola tal-prostata, żieda fil-bżonn biex tagħmel l-awrina,

-uġigħ fis-sider, uġigħ fin-naħa tal-lemin madwar il-kustilji tiegħek, tħossok ma tiflaħx, pressjoni għolja jew baxxa, tħossok ser tintilef minn sensik, fwawar, palpitazzjonijiet (qalb tħabbat bil- qawwi), rata ta’ taħbit tal-qalb mgħaġġla.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-suwiċidju, attentat ta’ suwiċidju, ħsibijiet dwar li thedded il-ħajja tiegħek innifsek, attakk ta’ paniku, delużjonijiet, alluċinazzjoni,

-reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva għall-medikazzjoni, attakk tal-qalb, infjammazzjoni tal-frixa, uġigħ fl-għadam u dijabete mellitus,

-dbabar qishom tajjar (depożiti ta’ frak abjad fuq ir-retina).

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1.000):

-ketoaċidożi dijabetika (emerġenza medika minħabba akkumulazzjoni ta’ ketone bodies fid-demm ikkawżata minn dijabete li ma tkunx ikkontrollata),

-aċċessjonijiet (konvulżjonijiet) u disturbi bipolari (disturbi fil-burdata kkaratterizzati minn episodji ta’ dwejjaq u eċċitament li jalternaw bejniethom),

-problemi fl-għajnejn inkluż bidla fil-vista, ħsara fir-retina, ostruzzjoni tal-arterja tar-retina, infjammazzjoni tan-nerv ottiku, nefħa fl-għajnejn,

-insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, ritmu anormali tal-qalb, perikardite (infjammazzjoni tal-kisja tal- qalb), infjammazzjoni u deġenerazzjoni tat-tessut tal-muskoli u nervaturi periferali, problemi tal- kliewi,

-sarkojdożi (marda kkaratterizzata minn deni persistenti, telf tal-piż, nefħa u wġigħ fil-ġogi, feriti fil- ġilda u glandoli minfuħin).

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10.000):

-anemija aplastika, puplesija (każijiet ċerebrovaskulari), nekrolisi tossika tal-ġilda/Sindrome ta’ Stevens Johnson/eritema multiforme (varjetà ta’ tipi ta’ raxx bi gradi differenti ta’ severità inkluż mewt li tista’ tkun assoċjata ma’ nfafet fil-ħalq, imnieħer, għajnejn u membrani mukużi oħrajn u tqaxxir tal-parti tal-ġilda li tkun affettwata).

-telf mis-sensi seħħ b’mod rari ħafna b’alpha interferoni, l-aktar f’pazjenti anzjani kkurati b’dożi għoljin.

-aplasija pura taċ-ċelluli ħomor (kondizzjoni fejn il-ġisem waqqaf jew naqqas il-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad-demm). Din tikkawża anemija severa, li s-sintomi tagħha jinkludu għeja mhux tas-soltu u nuqqas ta’ enerġija.

-paralisi tal-wiċċ (dgħufija u tgħawwiġ ta’ naħa waħda tal-wiċċ), reazzjonijiet allerġiċi severi bħal anġjoedima (reazzjoni allerġika tal-ġilda kkaratterizzata minn irqajja’ ta’ nefħiet, li jinvolvu l-ġilda u s-saffi ta’ taħt il-ġilda, il-membrani mukużi, u kultant l-organi interni), manija (entużjażmu eċċessiv jew mingħajr raġuni), effużjoni fil-perikardju (akkumulazzjoni ta’ fluwidi li tiżviluppa bejn il-perikardju (kisja tal-qalb) u l-qalb infisha), sindrome ta’ Vogt-Koyanagi-Harada (disturb infjammatorju awtoimmuni li jaffettwa l-għajnejn, il-ġilda u l-membrani tal-widnejn, il-moħħ u s-sinsla), bidla fil-kulur tal-ilsien.

-ħsibijiet dwar li thedded il-ħajja ta’ persuni oħra.

-fibrożi pulmonari (ċikatriċi tal-pulmun).

-pressjoni arterjali pulmonari għolja - marda ta’ tidjieq sever tal-vini fil-pulmun li jirriżulta fi pressjoni għolja tad-demm fil-vini li jġorru d-demm mill-qalb għall-pulmun. Din tista’ sseħħ b’mod partikolari f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju bħal infezzjoni tal-HIV jew problemi severi fil-fwied (ċirrożi). L-effett sekondarju jista’ jiżviluppa f’diversi punti ta’ żmien waqt il-kura, ġeneralment diversi xhur wara li tinbeda l-kura b’ViraferonPeg.

-riattivazzjoni tal-epatite B f’pazjenti infettati fl-istess ħin b’HCV/HBV (rikorrenza tal-marda epatite

B).

Jekk int pazjent adult infettat ukoll b’HCV/HIV li qed tirċievi HAART, iż-żieda ta’ din il-mediċina u ribavirin tista’ żżidlek ir-riskju ta’ aċidożi lattika, insuffiċjenza tal-fwied, u l-iżvilupp ta’ anormalitajiet tad-demm (tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm li jġorru l-ossiġnu, ċerti ċelluli bojod tad-demm li jiġġieldu l-infezzjoni, u ċelluli li jgħaqqdu d-demm li jissejħu plejtlits).

L-effetti sekondarji l-oħra li ġejjin (mhux elenkati fuq) seħħew bil-kombinazzjoni ta’ din il-mediċina u l- kapsuli ta’ ribavirin (adulti) f’pazjenti infettati wkoll b’HCV/HIV li kienu qed jirċievu HAART:

-kandidijasi fil-ħalq (tbajja’ bojod fil-ħalq),

-metaboliżmu diffettuż tax-xaħam,

-tnaqqis tal-limfoċiti CD4,

-tnaqqis fl-aptit,

-uġigħ fid-dahar,

-epatite,

-uġigħ fid-dirgħajn u fir-riġlejn,

-u diversi anormalitajiet ta’ valuri tal-laboratorju ta’ testijiet tad-demm.

Effetti sekondarji fit-tfal u l-adolexxenti

L-effetti li ġejjin seħħew fi tfal u adolexxenti:

-telf t’aptit, sturdament, uġigħ ta’ ras, rimettar, dardir, uġigħ fl-istonku

-telf ta’ xagħar, ġilda xotta, uġigħ fil-ġogi u l-muskoli, ħmura fis-sit mnejn tingħata l-injezzjoni,

-tħossok irritabbli, tħossok għajjien, ma tħossokx tajjeb, uġigħ, tertir, deni, sintomi bħal tal- influwenza, dgħufija, tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir (tul u piż għall-età),

-tnaqqis fiċ-ċelluli ħomor tad-demm li jista’ jikkawża għeja, qtugħ ta’ nifs, sturdament.

-infezzjoni kkawżata minn fungu, riħ komuni, ponot tad-deni fix-xufftejn, farinġite (griżmejn juġgħu), sinożite, infezzjoni fil-widnejn, sogħla, uġigħ fil-griżmejn, tħoss il-bard, uġigħ fl- għajnejn

-tnaqqis ta’ ċelluli li jgħaqqdu d-demm li jissejħu plejtlits, li jista’ jwassal biex titbenġel malajr jew joħroġlok id-demm b’mod spontanju, glandoli minfuħin (glandoli tal-limfa minfuħin), anormalitajiet fit-testijiet tad-demm tat-tirojde, tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde, li jista’ jikkawżalek għeja, depressjoni, iżid is-sensittività tiegħek għall-kesħa u sintomi oħrajn,

-tkun trid jew tipprova tweġġa’ lilek innifsek, imġiba aggressiva, aġitazzjoni, rabja, tibdil fil- burdata, nervi jew aġitazzjoni, depressjoni, sens ta’ ansjetà, diffikultà biex torqod jew tibqa’ rieqed, instabbiltà emozzjonali, irqad ta’ kwalità ħażina, tħossok bi ngħas, disturbi fl-attenzjoni,

-tibdil fit-togħma, dijarea, taqlib fl-istonku, uġigħ fil-ħalq,

-tintilef minn sensik, palpitazzjonijiet (qalb tħabbat bil-qawwa), rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb, fwawar, tinfaraġ,

-feriti fil-ħalq, xufftejn jitqaxxru u qsim fil-ġnub tal-ħalq, raxx, ħmura fil-ġilda, ħakk, ekżema (ġilda infjammata, ħamra, bil-ħakk u xotta u jista’ jkun hemm feriti li jnixxu), akne,

-uġigħ fid-dahar, uġigħ fil-muskoli u fl-għadam, uġigħ fid-dirgħajn jew riġlejn, ġilda xotta, uġigħ, raxx, irritazzjoni jew ħakk fis-sit mnejn tingħata l-injezzjoni.

-tweġġa’ jew tbati biex tagħmel l-awrina, tagħmel l-awrina ta’ sikwit, il-preżenza ta’ proteina eċċessiva fl-awrina, uġigħ mestrwali,

-ħakk fil-parti tal-anus (ħniex jew askaridi), infjammazzjoni tal-membrana li tiksi l-istonku u l- imsaren, ħanek infjammat, fwied imkabbar,

-imġiba anormali, disturb emozzjonali, biża’, ħmar il-lejl, tregħid, tnaqqis fis-sensittività għall- mess, sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż, uġigħ li jinfirex tul nerv wieħed jew aktar, ngħas,

-ħruġ ta’ demm mill-membrana mukuża li tiksi tebqet il-għajn min-naħa ta’ ġewwa, ħakk fl- għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, vista mċajpra, intolleranza għad-dawl,

-pressjoni baxxa, sfurija, skumdità fl-imnieħer, imnieħer inixxi, tħarħir, tbati biex tieħu n-nifs, uġigħ jew skumdità fis-sider,

-ħmura, nefħa, uġigħ fil-ġilda, ħruq ta’ Sant Antnin, il-ġilda tkun sensittiva għad-dawl tax-xemx, raxx b’ponot imqabbżin, il-ġilda titlef il-kulur, il-ġilda titqaxxar, it-tessut tal-muskoli jiqsar, muskoli jinġibdu b’mod spontanju, uġigħ fil-wiċċ, tbenġil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Nota li tfakkar għall-pazjenti adulti li t-tabib tagħhom ordnalhom terapija kkombinata ta’ din il- mediċina, boceprevir u ribavirin: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Effetti sekondarji possibbli” ta’ dawn il-Fuljetti ta’ Tagħrif.

5.Kif taħżen ViraferonPeg

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, wara JIS.

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Uża s-soluzzjoni rikostitwita (soluzzjoni li tipprepara billi tħallat l-ilma għall-injezzjoni mat-trab ta’ ViraferonPeg) immedjatament jew fi żmien 24 siegħa meta tinħażen fil-friġġ (2ºC – 8ºC).

Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi bidla fil-kulur tat-trab, li għandu jkun abjad.

Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tkun ċara u bla kulur. M’għandekx tużaha jekk tkun bidlet il-kulur jew jekk ikun fiha xi biċċiet ta’ frak. Il-kunjetti ViraferonPeg għandhom jintużaw darba biss. Armi kwalunkwe materjal li jkun fadal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ViraferonPeg

-Is-sustanza attiva hija peginterferon alfa-2b.

ViraferonPeg 50 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Kull kunjett fih 50 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull kunjett jipprovdi 50 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta jiġi rikostitwit kif rakkomandat.

ViraferonPeg 80 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Kull kunjett fih 80 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull kunjett jipprovdi 80 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta jiġi rikostitwit kif rakkomandat.

ViraferonPeg 100 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Kull kunjett fih 100 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull kunjett jipprovdi 100 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta jiġi rikostitwit kif rakkomandat.

ViraferonPeg 120 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Kull kunjett fih 120 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull kunjett jipprovdi 120 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta jiġi rikostitwit kif rakkomandat.

ViraferonPeg 150 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Kull kunjett fih 150 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull kunjett jipprovdi 150 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta jiġi rikostitwit kif rakkomandat.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Trab: disodium phosphate, anhydrous; sodium dihydrogen phosphate dihydrate; sucrose u polysorbate 80.

Solvent: Ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher ViraferonPeg u l-kontenut tal-pakkett

Din il-mediċina hija trab u solvent (likwidu) għal soluzzjoni għall-injezzjoni.

It-trab abjad jinsab f’kunjett tal-ħġieġ ta’ 2 ml u s-solvent ċar u mingħajr kulur jinsab f’ampulla tal- ħġieġ ta’ 2 ml.

ViraferonPeg huwa disponibbli f’pakketti ta’ daqsijiet differenti:

-kunjett wieħed ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni u ampulla waħda ta’ solvent għall-injezzjoni;

-kunjett wieħed ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni, ampulla waħda ta’ solvent għall-injezzjoni, siringa għall-injezzjoni waħda, 2 labriet tal-injezzjoni u mselħa waħda għat-tindif;

-4 kunjetti ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni u 4 ampulli ta’ solvent għall-injezzjoni;

-4 kunjetti ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni, 4 ampulli ta’ solvent għall-injezzjoni, 4 siringi għall-injezzjoni, 8 labriet tal-injezzjoni u 4 imsielaħ għat-tindif;

-6 kunjetti ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni u 6 ampulli ta’ solvent għall-injezzjoni;

-12-il kunjett ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni, 12-il ampulla ta’ solvent għall-injezzjoni, 12-il siringa għall-injezzjoni, 24 labra tal-injezzjoni u 12-il imselħa għat-tindif.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

Manifattur

SP Labo N.V.

Industriepark, 30

B-2220 Heist-op-den-Berg

Il-Belġju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MSD Belgium BVBA/SPRL

UAB Merck Sharp & Dohme

Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

Tel. +370 5 278 02 47

dpoc_belux@merck.com

msd_lietuva@merck.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Мерк Шарп и Доум България ЕООД

MSD Belgium BVBA/SPRL

Тел.: +359 2 819 3737

Tel: +32(0)27766211

info-msdbg@merck.com

dpoc_belux@merck.com

Česká republika

Magyarország

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel: +420 233 010 111

Tel.: +36 1 888 5300

dpoc_czechslovak@merck.com

hungary_msd@merck.com

Danmark

Malta

MSD Danmark ApS

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Tlf: + 45 4482 4000

Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

dkmail@merck.com

malta_info@merck.com

Deutschland

Nederland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

e-mail@msd.de

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

Merck Sharp & Dohme OÜ

MSD (Norge) AS

Tel.: +372 6144 200

Tlf: +47 32 20 73 00

msdeesti@merck.com

msdnorge@msd.no

Ελλάδα

Österreich

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 98 97 300

Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_greece@merck.com

msd-medizin@merck.com

España

Polska

Merck Sharp & Dohme de España, S.A.

MSD Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 321 06 00

Tel: +48 22 549 51 00

msd_info@merck.com

msdpolska@merck.com

France

Portugal

MSD France

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tél: + 33-(0)1 80 46 40 40

Tel: +351 21 4465700

clic@merck.com

Hrvatska

România

Merck Sharp & Dohme d.o.o.

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L.

Tel: + 385 1 6611 333

Tel: +40 21 529 2900

croatia_info@merck.com

msdromania@merck.com

Ireland

Slovenija

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health)

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Limited

Tel: +386 1 5204 201

Tel: +353 (0)1 2998700

msd.slovenia@merck.com

medinfo_ireland@merck.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Merck Sharp & Dohme, s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com

Italia

Suomi/Finland

MSD Italia S.r.l.

MSD Finland Oy

Tel: +39 06 361911

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650

medicalinformation.it@merck.com

info@msd.fi

Κύπρος

Sverige

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB

Τηλ.: 800 00 673 (+357 22866700)

Tel: +46 77 5700488

cyprus_info@merck.com

medicinskinfo@merck.com

Latvija

United Kingdom

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija

Merck Sharp & Dohme Limited

Tel: +371 67364224

Tel: +44 (0) 1992 467272

msd_lv@merck.com

medicalinformationuk@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kif tinjetta ViraferonPeg lilek innifsek?

Il-persuna li tipprovdi l-kura medika tiegħek ser turik kif tinjetta din il-mediċina lilek innifsek. Tippruvax tinjetta lilek innifsek jekk ma tkunx ċert li fhimt il-proċedura u x’inhu meħtieġ biex tinjetta lilek innifsek. L-istruzzjonijiet li ġejjin jispegaw kif tinjetta din il-mediċina int stess. Jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet u segwihom pass pass.

Preparazzjoni

Iġbor l-affarijiet li jkollok bżonn qabel tibda:

-kunjett ta’ trab ta’ ViraferonPeg għall-injezzjoni;

-ampulla ta’ ilma għall-injezzjonijiet, solvent biex tipprepara injezzjoni ta’ ViraferonPeg;

-siringa ta’ 1 ml;

-labra twila (per eżempju 0,8 x 40 mm [kalibru 21 ta’ 1,5 pulzieri] li tintuża biex iżżid l-ilma għall- injezzjonijiet mal-kunjett ta’ trab ta’ ViraferonPeg;

-labra qasira (pereżempju 0,3 x 13 mm [kalibru 30 ta’ 0,5 pulzieri] li tintuża biex tingħata l- injezzjoni taħt il-ġilda;

-imselħa biex tnaddaf.

Aħsel idejk sew.

Rikostituzzjoni ta’ ViraferonPeg trab għall-injezzjoni

Qabel ir-rikostituzzjoni, din il-mediċina tista’ tidher bħala solidu abjad f’għamla ta’ pillola li hija sħiħa jew imfarrka, jew bħala trab abjad.

Meta l-ammont kollu ta’ solvent jitħallat mal-ammont kollu ta’ trab ta’ ViraferonPeg, is-soluzzjoni tkun fil-konċentrazzjoni tajba sabiex tkejjel id-doża tiegħek (i.e., l-ammont li hemm fuq it-tikketta jkun inkluż f’0,5 ml).

Volum żgħir jintilef waqt il-preparazzjoni ta’ din il-mediċina għall-injezzjoni u meta tkun qed titkejjel id-doża u tiġi injettata. Għalhekk kull kunjett fih ammont ta’ soluzzjoni żgħir żejjed ta’ solvent u trab ViraferonPeg biex jiżgura li tingħata d-doża ta’ 0,5 ml ta’ ViraferonPeg, soluzzjoni għall-injezzjoni li tidher fuq it-tikketta.

-Neħħi l-għatu protettiv mill-kunjett ta’ ViraferonPeg.

-Naddaf il-parti ta’ fuq tal-lasktu tal-kunjett b’imselħa biex tnaddaf. Tista’ żżomm l-imselħa biex tnaddaf il-parti tal-ġilda fejn tkun ser tinjetta d-doża.

-Neħħi s-siringa mill-ippakkjar u tmissx it-tarf tas-siringa.

-Ħu l-labra t-twila u waħħalha mat-tarf tas-siringa.

-Neħħi l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra mingħajr ma tmiss il-labra u żomm is-siringa bil-labra f’idek.

-Tektek ħafif in-naħa ta’ fuq tal-ampulla bis-solvent biex taċċerta ruħek li l-likwidu kollu jkun fil-qiegħ tal-ampulla.

-Ikser il-parti ta’ fuq tal-ampulla tas-solvent.

-Daħħal il-labra fl-ampulla tas-solvent u iġbed l-ammont totali ta’ solvent.

-Imbagħad daħħal il-labra minn ġol-parti ta’ fuq tal-lasktu tal-kunjett ta’ ViraferonPeg. Bil-mod qiegħed it-tarf tal-labra mal-ġenb tal-ħġieġ tal-kunjett mingħajr ma tmiss il-parti mnaddfa ta’ fuq tal-kunjett b’idejk.

-Injetta s-solvent BIL-MOD, filwaqt li timmira l-likwidu lejn il-ġenb tal-ħġieġ tal-kunjett. Timmirax il-likwidu direttament lejn is-solidu abjad jew trab, u tinjettax il-likwidu bl-għaġġla, għax dan jifforma aktar bżieżaq. Is-soluzzjoni tista’ tidher imċajpra jew bil-bżieżaq għal ftit minuti. Dan hu mistenni u m’hemmx għalfejn tinkwieta.

-Ħoll il-kontenut kollu billi ddawwar il-kunjett ta’ ViraferonPeg bil-mod filwaqt li tħalli l-labra u s-siringa mwaħħla magħha ġol-kunjett.

-Tħawwadx, iżda bil-mod dawwar il-kunjett ta’ taħt fuq sakemm jinħall kwalunkwe trab li jkun hemm fil-parti ta’ fuq tal-kunjett.

-Issa suppost li l-kontenut kollu jkun inħall.

-Poġġi l-kunjett wieqaf u ħalli kwalunkwe bżieżaq li jkun hemm fis-soluzzjoni jitilgħu fil-wiċċ tas-soluzzjoni. Meta l-bżieżaq kollha jkunu telgħu fin-naħa ta’ fuq tas-soluzzjoni, għandu jkollok soluzzjoni ċara b’ċirku żgħir ta’ bżieżaq żgħar mad-dawra ta’ fuq. Uża din is-soluzzjoni

mill-ewwel. Jekk ma tkunx tista’ tintuża mill-ewwel, is-soluzzjoni tista’ titħalla fi friġġ sa 24 siegħa.

Kif tkejjel id-doża ta’ ViraferonPeg mit-trab rikostitwit għall-injezzjoni

Dawwar il-kunjett u s-siringa ta’ taħt fuq f’id waħda. Aċċerta ruħek li t-tarf tal-labra tkun fis- soluzzjoni rikostitwita ta’ ViraferonPeg. Idek l-oħra tkun ħielsa biex timbotta l-planġer. Iġbed il- planġer bil-mod lura biex tiġbed ftit aktar mid-doża li ordnalek it-tabib fis-siringa.

Żomm is-siringa bil-labra fil-kunjett tħares ’il fuq. Neħħi s-siringa minn mal-labra t-twila u ħalli l- labra fil-kunjett mingħajr ma tmiss it-tarf tas-siringa. Aqbad il-labra l-qasira u waħħalha sew mat-tarf tas-siringa. Neħħi l-għatu ta’ protezzjoni mil-labra tas-siringa u iċċekkja jekk hemmx bżieżaq tal-arja fis-siringa. Jekk tara xi bżieżaq, iġbed il-planġer ftit lura; tektek is-siringa bil-mod, bil-labra tħares ’il fuq, sakemm il-bżieżaq ma jibqgħux jidhru. Imbotta l-planġer ’il fuq bil-mod sad-doża t-tajba. Erġa’ poġġi lura l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra u poġġi s-siringa bil-labra fuq wiċċ ċatt.

Aċċerta ruħek li s-soluzzjoni tkun ħadet it-temperatura tal-kamra sa 25ºC. Jekk is-soluzzjoni tkun kiesħa, saħħan is-siringa bejn idejk. Ifli sew is-soluzzjoni rikostitwita qabel tagħtiha: tużahiex jekk tara li bidlet il-kulur (bidla mill-kulur oriġinali tas-soluzzjoni) jew jekk ikun fiha xi frak. Issa lest biex tinjetta d-doża.

Kif tinjetta s-soluzzjoni

Agħżel is-sit tal-injezzjoni. L-aħjar postijiet għall-injezzjoni hu tessut li jkun fih saff ta’ xaħam bejn il- ġilda u l-muskoli. Dawn huma l-koxxa, il-parti ta’ barra tal-parti ta’ fuq tad-driegħ (jista’ jkollok bżonn l-għajnuna ta’ xi ħadd biex tuża dan is-sit) u l-addome (minbarra ż-żokra jew il-qadd). Jekk int irqiq ħafna, uża biss il-koxxa jew il-parti ta’ barra ta’ dirgħajk għall-injezzjoni.

Ibdel is-sit fejn tagħti l-injezzjoni kull darba.

Naddaf u ddiżinfetta l-ġilda fejn tkun ser tingħata l-injezzjoni. Stenna sakemm iż-żona tinxef. Neħħi l- għatu ta’ protezzjoni tal-labra. B’id waħda, oqros tinja ġilda. Bl-id l-oħra, żomm is-siringa qisek qed iżżomm lapes. Daħħal il-labra fil-ġilda maqrusa f’angolu ta’ madwar 45º. Wara li l-labra tkun iddaħħlet, neħħi l-id li kont qed tuża biex toqros il-ġilda u użaha biex iżżomm it-tubu tas-siringa. Iġbed il-planġer ftit lura b’id waħda. Jekk jiġi d-demm fis-siringa, ifisser li l-labra tkun daħlet ġo kanal tad- demm. Tinjettax f’dan il-post; iġbed il-labra ’l barra u rrepeti l-proċedura. Injetta s-soluzzjoni billi tagħfas il-planġer s’isfel nett bil-mod.

Iġbed il-labra ’l barra bi dritt minn ġol-ġilda. Agħfas is-sit fejn ingħatat l-injezzjoni b’xi faxxa żgħira jew garża sterili jekk ikun hemm bżonn għal diversi sekondi. M’għandekx togħrok il-post fejn ingħatat l-injezzjoni. Jekk joħroġ id-demm, għatti b’faxxa li teħel.

Il-kunjett, l-ampulla u l-materjal tal-injezzjoni li huma intenzjonati biex jintużaw darba biss, għandhom jintremew. Armi s-siringa u l-labar b’mod sigur f’kontenitur magħluq.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ViraferonPeg 50 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

ViraferonPeg 80 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

ViraferonPeg 100 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

ViraferonPeg 120 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

ViraferonPeg 150 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

peginterferon alfa-2b

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu ViraferonPeg u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ViraferonPeg

3.Kif għandek tuża ViraferonPeg

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ViraferonPeg

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu ViraferonPeg u għalxiex jintuża

Is-sustanza attiva f’din il-mediċina hija proteina li tissejjaħ peginterferon alfa-2b, li tagħmel parti mill- klassi ta’ mediċini li jissejħu interferons. Interferons huma magħmula mis-sistema immuni ta’ ġismek sabiex jgħinu jiġġieldu l-infezzjonijiet u mard serju. Din il-mediċina tiġi injettata f’ġismek biex taħdem mas-sistema immuni tiegħek. Din il-mediċina tintuża fil-kura tal-epatite Ċ kronika, infezzjoni virali tal-fwied.

Adulti

Il-kombinazzjoni ta’ din il-mediċina, ribavirin and boceprevir hija rrakkomandata biex tintuża għal xi tipi ta’ infezzjonijiet kroniċi bil-virus tal-epatite Ċ (imsejħa wkoll infezzjoni tal-HCV) f’adulti b’età minn 18-il sena ’l fuq. Din tista’ tintuża f’adulti li qatt ma ġew ikkurati għall-infezzjoni tal-HCV jew li qabel kienu użaw mediċini msejħa interferons u pegylated interferons.

Il-kombinazzjoni ta’ din il-mediċina u ribavirin hija rrakkomandata għal adulti b’età minn 18-il sena ’l fuq li ma ġewx ikkurati qabel b’dawn il-mediċini. Dawn jinkludu adulti li huma infettati wkoll bl-HIV (Virus tal-Immunodeffiċjenza tal-Bniedem) klinikament stabbli. Il-kombinazzjoni tista’ tintuża wkoll biex tikkura adulti li diġà ma rnexxitilhomx kura b’interferon alpha jew peginterferon alpha flimkien ma’ ribavirin jew interferon alpha waħdu.

Jekk għandek kondizzjoni medika li tagħmel l-użu ta’ ribavirin perikoluż jew jekk diġà kellek problema biex tieħdu, it-tabib tiegħek x’aktarx se jordnalek din il-mediċina waħedha.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina tintuża flimkien ma’ ribavirin fi tfal minn 3 snin ’l fuq u adolexxenti li ma ġewx ikkurati qabel għall-epatite Ċ kronika.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża ViraferonPeg

Tużax ViraferonPeg

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek qabel tibda l-kura jekk int, jew it-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb:

-intom allerġiċi għal peginterferon alfa-2b jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-intom allerġiċi għal xi interferon.

-kellkom problemi severi tal-qalb.

-għandkom mard tal-qalb li ma ġiex ikkontrollat tajjeb matul dawn l-aħħar 6 xhur.

-għandkom kondizzjonijiet severi ta’ saħħa li jħallukom dgħajfin ħafna.

-għandkom epatite awtoimmuni jew xi problema oħra bis-sistema immuni tagħkom.

-qed tieħdu mediċini li jrażżnu (idgħajfu) s-sistema immuni tagħkom.

-għandkom mard fil-fwied avanzat u mhux ikkontrollat (minbarra l-epatite Ċ).

-għandkom mard fit-tirojde li mhux ikkontrollat sew bil-mediċini.

-għandkom l-epilessija, kondizzjoni li tikkawża konvulżjonijiet (aċċessjonijiet jew “attakki tal-mard tal-qamar”).

-jekk qed tingħataw kura b’telbivudine (ara sezzjoni “Mediċini oħra u ViraferonPeg”).

M’għandekx tuża ViraferonPeg jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet t’hawn fuq tapplika għalik, jew għat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb.

Barra minn hekk, tfal u adolexxenti m’għandhomx jużaw din il-mediċina jekk kellhom problemi serji fis-sistema nervuża jew mentali bħal depressjoni qawwija jew ħsibijiet dwar suwiċidju.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra wkoll is-sezzjoni “Tieħux” tal-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin u boceprevir qabel tużahom flimkien ma’ din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Fittex għajnuna medika immedjatament f’każ ta’ reazzjoni allerġika severa (bħal diffikultà biex tieħu n- nifs, tħarħir jew ħorriqija).

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din-il-mediċina jekk int jew it-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb:

-qatt kellkom disturb sever nervuż jew mentali jew għandkom storja ta’ użu ta’ sustanzi (eż., alkoħol jew droga) fil-passat.

L-użu ta’ din il-mediċina fi tfal u adolexxenti li jkollhom jew fil-passat kellhom kondizzjonijiet psikjatriċi severi mhux permess (ara sezzjoni “Tużax ViraferonPeg” fuq).

-qegħdin tiġu kkurati għal mard mentali jew ġejtu kkurati fil-passat għal xi disturb ieħor tas- sistema nervuża jew mentali, inkluż dipressjoni (bħal sentimenti ta’ dwejjaq, niket) jew imġiba ta’ suwiċidju jew ta’ omiċidju (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

-qatt kellkom attakk tal-qalb jew problema fil-qalb.

-għandkom mard tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jordnalkom doża aktar baxxa mis-soltu u jimmonitorjalkom il-valuri tad-demm tal-kliewi b’mod regolari waqt il-kura. Jekk din il-mediċina tintuża flimkien ma’ ribavirin, it-tabib tiegħek għandu jimmonitorja lilek jew lit-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb aktar bir-reqqa biex jara jekk l-għadd taċ-ċelluli ħomor fid-demm ikunx qed jonqos.

-kellkom ċirrożi jew problemi bil-fwied oħrajn (minbarra l-epatite Ċ).

-tiżviluppaw sintomi assoċjati ma’ riħ jew infezzjoni respiratorja oħra, bħal deni, sogħla, jew kwalunkwe diffikultà fit-teħid tan-nifs.

-intom dijabetiċi jew għandkom pressjoni għolja, it-tabib tiegħek jista’ jitlob lilek jew lit-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb biex tagħmlu eżami tal-għajnejn.

-kellkom mard serju li jaffettwa n-nifs jew id-demm.

-għandkom il-kondizzjonijiet tal-ġilda, psorjasi jew sarkojdosi, li jistgħu jmorru għall-agħar waqt li qed tuża din il-mediċina.

-qed tippjana li toħroġ tqila, iddiskuti dan mat-tabib tiegħek qabel ma tibda tuża din il-mediċina.

-irċevejtu trapjant ta’ organu, tal-kliewi jew tal-fwied, il-kura b’interferon tista’ żżid ir-riskju ta’ rifjut. Kun ċert/a li tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

-jekk qed tingħataw ukoll kura għall-HIV (ara sezzjoni “Mediċini oħra u ViraferonPeg”).

-jekk għandkom infezzjoni attwali jew preċedenti bil-virus tal-epatite B, peress li t-tabib tagħkom jista’ jkun jixtieq jimmonitorjakom aktar mill-qrib.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet” tal-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin qabel tużah flimkien ma’ din il-mediċina.

Problemi tas-snien u tal-ħalq kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin. Tista’ tiżviluppa mard tal-ħanek, li jista’ jwassal għal telf ta’ snien. Tista’ tiżviluppa ħalq xott jew tirremetti, li t-tnejn jistgħu jagħmlu ħsara lil snienek. Huwa importanti li taħsel snienek sew darbtejn kuljum, tlaħlaħ ħalqek jekk tirremetti, u tmur għal żjarar regolari biex jiġu eżaminati snienek.

Waqt il-kura, xi pazjenti jista’ jkollhom problemi fl-għajnejn, jew jitilfu l-vista f’każijiet rari. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek eżami ta’ għajnejk qabel tibda l-kura tiegħek. Jekk ikollok xi tibdil fil-vista, għandek tgħid lit-tabib tiegħek u jkollok eżami immedjat u komplut ta’ għajnejk. Jekk għandek kondizzjoni medika li tista’ twassal għal problemi fl-għajnejn fil-futur (eż. dijabete jew pressjoni għolja), għandek tagħmel eżamijiet regolari tal-għajnejn waqt it-terapija. Jekk id-disturb ta’ għajnejk isir aktar serju jew jekk tiżviluppa disturbi ġodda f’għajnejk, il-kura tiegħek ser titwaqqaf.

Waqt li tkun qed tiġi kkurat b’ViraferonPeg, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tixrob fluwidi addizzjonali biex jevita li jkollok pressjoni baxxa.

It-tabib tiegħek ser jeżaminalek id-demm qabel tibda t-terapija u tul il-kura sabiex jaċċerta li t-terapija li qed tieħu hija sigura u effettiva.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex irrakkomandata biex tintuża f’pazjenti b’età inqas minn 3 snin.

Mediċini oħra u ViraferonPeg

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk int jew it-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb:

-qed tieħdu jew ħadtu dan l-aħħar xi mediċini oħra jew vitamini/supplementi ta’ nutrizzjoni, anki dawk mingħajr riċetta.

-intom infettati kemm bil-Virus tal-Immunodeffiċjenza tal-Bniedem (pożittivi għall-HIV) kif ukoll bil-Virus tal-Epatite Ċ (HCV - Hepatitis C Virus) u qed tingħataw kura b’mediċina(i) kontra l-HIV – [inibitur ta’ nucleoside reverse transcriptase (NRTI - nucleoside reverse transcriptase inhibitor), u/jew terapija attiva ħafna kontra r-retrovirus (HAART - highly active anti-retroviral therapy)]. It-tabib tiegħek ser jimmonitorjakom għal sinjali u sintomi ta’ dawn il-

kondizzjonijiet.

oMeta din il-mediċina tittieħed flimkien ma’ ribavirin u mediċina(i) kontra l-HIV, tista’ żżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika, insuffiċjenza tal-fwied, u anormalitajiet tad-demm: tnaqqis fl- għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm, ċelluli bojod tad-demm u ċelluli li jgħaqqdu d-demm li

jissejħu plejtlits. Pazjenti b’mard avanzat tal-fwied li jkunu qed jirċievu HAART jista’ jkollhom riskju akbar li l-funzjoni tal-fwied tmur għall-agħar, għalhekk iż-żieda ta’ din il- mediċina waħedha jew ma’ ribavirin mal-kura tista’ iżżid ir-riskju tagħhom.

oMa’ zidovudine jew stavudine, m’hemmx ċertezza jekk ribavirin hux ser jibdel il-mod kif jaħdmu dawn il-mediċini. Għalhekk id-demm tiegħek ser ikun eżaminat b’mod regolari sabiex ikun aċċertat li l-infezzjoni tal-HIV ma tkunx qed taggrava. Jekk taggrava, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk il-kura tiegħek b’ribavirin għandhiex tinbidel. Minbarra hekk, pazjenti li jkunu qed jingħataw kura b’terapija kombinata ta’ din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin u zidovudine jista’ jkollhom riskju akbar li jiżviluppaw anemija (numru baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm). Għalhekk l-użu ta’ zidovudine ma’ terapija kombinata b’din il- mediċina u ribavirin mhux irrakkomandat.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Mediċini oħra” fil-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin qabel ma tużah flimkien ma’ din il-mediċina.

-jekk qed tieħu telbivudine. Jekk qed tieħu telbivudine ma’ din il-mediċina jew kwalunkwe tip ta’ prodott interferon li jingħata b’injezzjoni, ir-riskju tiegħek li tiżviluppa newropatija periferali (tnemnim, tingiż u/jew sensazzjonijiet ta’ ħruq fid-dirgħajn u/jew fir-riġlejn) ikun ogħla. Dawn l-avvenimenti jistgħu jkunu wkoll aktar severi. Għalhekk, m’għandekx tieħu din il-mediċina flimkien ma’ telbivudine.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

Fi studji fuq annimali waqt it-tqala, interferons xi daqqiet ikkawżaw korriment. L-effett ta’ din il- mediċina fuq it-tqala fil-bniedem mhux magħruf. Tfajliet jew nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw mezz effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt il-kura b’din il-mediċina.

Ribavirin jista’ jagħmel ħafna ħsara lil tarbija mhux imwielda. Għalhekk kemm int kif ukoll is- sieħeb/sieħba tiegħek għandkom tieħdu prekawzjonijiet speċjali fl-attività sesswali jekk ikun hemm xi possibilità li sseħħ tqala.

-jekk int tfajla jew mara li jista’ jkollok it-tfal li qed tieħu ribavirin:

għandu jkollok test tat-tqala negattiv qabel tibda l-kura, kull xahar waqt il-kura, u għal erba’ xhur wara li twaqqaf il-kura. Għandek tuża mezz effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħu ribavirin u għal 4 xhur wara li twaqqaf il-kura. Dan għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.

-jekk int raġel li qed tieħu ribavirin:

m’għandekx ikollok x’taqsam sesswalment ma’ mara waqt it-tqala sakemm ma tużax kondom. Jekk is-sieħba tiegħek ma tkunx tqila iżda tkun f’età li fiha tista’ toħroġ tqila, għandha tagħmel test tat-tqala kull xahar waqt il-kura u għas-7 xhur wara li titwaqqaf il-kura. Int jew is-sieħba tiegħek għandkom tużaw mezz effettiv ta’ kontraċezzjoni fiż-żmien li tkun qed tieħu ribavirin u għal 7 xhur wara li titwaqqaf il-kura. Dan għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk din il-mediċina toħroġx mal-ħalib tal-mara. Għalhekk, m’għandekx tredda’ lit- tarbija jekk qed tieħu din il-mediċina. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Tqala u Treddigħ” tal-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin qabel tużah flimkien ma’ din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx issuq jew tħaddem għodda jew magni jekk tħossok għajjien, bi ngħas jew konfuż waqt li qed tieħu din il-mediċina.

ViraferonPeg fih sucrose

Din il-mediċina fiha sucrose. Jekk ċerti tipi ta’ zokkor ma jaqblux miegħek, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol (23 mg) sodium għal kull 0,7 ml, i.e. tista’ titqies “ħielsa mis- sodium”.

3. Kif għandek tuża ViraferonPeg

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Tagħrif ġenerali dwar it-teħid ta’ din il-mediċina

It-tabib tiegħek stabbilixxa d-doża korretta ta’ din il-mediċina skont il-piż tiegħek jew tat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb. Jekk meħtieġ, id-doża tista’ tinbidel matul il-kura.

Din il-mediċina hija intenzjonata biex tingħata taħt il-ġilda. Dan ifisser li tiġi injettata b’labra qasira għall-injezzjoni fit-tessut ta’ xaħam li jinsab eżatt taħt il-ġilda. Jekk qed tinjetta din il-mediċina lilek innifsek, ser tingħata istruzzjonijiet dwar kif tipprepara u tinjetta l-injezzjoni. Istruzzjonijiet dettaljati dwar l-għoti taħt il-ġilda jinsabu fl-aħħar ta’ dan il-fuljett (ara ANNESS GĦALL-FULJETT TA’ TAGĦRIF “Kif tuża l-pinna mimlija għal-lest ta’ ViraferonPeg”).

Ipprepara d-doża eżatt qabel ma tkun beħsiebek tinjettaha u użaha immedjatament. Ħares sew lejn is- soluzzjoni li tkun ippreparajt qabel ma tużaha. Is-soluzzjoni għandha tkun ċara u mingħajr kulur. Tużax is-soluzzjoni jekk ikun hemm tibdil fil-kulur (tibdel il-kulur minn dak oriġinali) jew jekk ikun hemm xi frak fis-soluzzjoni. Armi l-pinna mimlija għal-lest ta’ ViraferonPeg (CLEARCLICK) bi kwalunkwe soluzzjoni li jkun fadal fiha wara li tinjetta lilek innifsek. Għall-istruzzjonijiet dwar ir-rimi, ara sezzjoni 5 “Kif taħżen ViraferonPeg”.

Injetta din il-mediċina darba fil-ġimgħa fl-istess ġurnata. Li tinjettaha fl-istess ħin tal-ġurnata kull ġimgħa, jgħin biex ma tinsiex teħodha.

Dejjem uża din il-mediċina eżatt kif ikun qallek it-tabib tiegħek. Taqbiżx id-dożaġġ irrakkomandat, u ħudha sakemm ikun ordnalek it-tabib.

Jekk it-tabib tiegħek jippreskrivi din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin jew ma’ ribavirin u boceprevir, jekk jogħġbok aqra l-Fuljetti ta’ Tagħrif ta’ ribavirin u boceprevir qabel tibda l-kura kkombinata.

Użu fl-adulti - ViraferonPeg f’kura kkombinata

Din il-mediċina, meta tingħata mal-kapsuli ta’ ribavirin, normalment tingħata f’doża ta’

1,5 mikrogrammi għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem darba fil-ġimgħa. Jekk għandek mard tal- kliewi, id-doża tiegħek tista’ tkun aktar baxxa, skont il-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

Użu fl-adulti - ViraferonPeg waħdu

Din il-mediċina, meta tingħata waħedha, normalment tingħata f’doża ta’ 0,5 jew 1,0 mikrogramma għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem darba fil-ġimgħa, għal 6 xhur sa sena. Jekk għandek mard tal- kliewi, tista’ tingħatalek doża aktar baxxa skont il-funzjoni tal-kliewi tiegħek. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi d-doża korretta għalik.

L-użu fi tfal b’età minn 3 snin ’l fuq u adolexxenti

ViraferonPeg se jingħata flimkien ma’ ribavirin. Id-doża ta’ ViraferonPeg tiġi deċiża b’kalkolu li jqis kemm it-tul kif ukoll il-piż tal-ġisem. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi d-doża korretta għalik jew għat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb. It-tul ta’ żmien tal-kura huwa sa sena skont il-ġudizzju tat-tabib tiegħek għalik, jew għat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb.

Il-pazjenti kollha

Jekk qed tinjetta din il-mediċina inti stess, jekk jogħġbok kun ċert illi d-doża li ngħatajt riċetta għaliha hija indikata b’mod ċar fuq il-pakkett tal-mediċina li tingħata.

Jekk tuża ViraferonPeg aktar milli suppost

Għarraf lit-tabib jew professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek jew lit-tabib jew professjonist tal-kura tas-saħħa tat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb malajr kemm jista’ jkun.

Jekk tinsa tieħu ViraferonPeg

Ħu/agħti d-doża ta’ din il-mediċina malli tiftakar, iżda dan għamlu biss jekk ikun fi żmien ġurnata sa jumejn wara d-doża li tkun insejt tieħu. Jekk ikun viċin ħafna tal-injezzjoni li jkun imissek, tirduppjax id-doża biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu, iżda kompli l-kura tiegħek bħas-soltu.

Jekk m’intix ċert ikkuntattja lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jew lit-tabib jew l-ispiżjar tat-tifel jew tifla li qed tieħu ħsieb.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Għalkemm mhux l-effetti sekondarji kollha jistgħu jseħħu, jista’ jkollhom bżonn attenzjoni medika jekk iseħħu. Meta din il-mediċina tintuża waħedha, xi wħud minn dawn l-effetti għandhom anqas probabbilità li jseħħu, u xi wħud ma seħħew xejn.

Sistema psikjatrika u sistema nervuża ċentrali:

Xi nies taqbadhom depressjoni meta jkunu qed jieħdu din il-mediċina waħedha jew flimkien ma’ ribavirin, u f’xi każijiet xi nies kellhom ħsibijiet li jheddu l-ħajja ta’ persuni oħra, ħsibijiet ta’ suwiċidju jew imġiba aggressiva (kultant indirizzata lejn l-oħrajn). Xi pazjenti waslu biex għamlu suwiċdju. Ikseb kura ta’ emerġenza jekk tinnota li qed taqa’ f’depressjoni jew jekk qed ikollok ħsibijiet ta’ suwiċidju jew ikun hemm xi bidla fl-imġiba tiegħek. Saqsi lil xi membru tal-familja jew ħabib intimu biex jgħinuk toqgħod attent għal sinjali ta’ depressjoni jew bidliet fl-imġiba tiegħek.

It-tfal u adolexxenti huma partikularment suxxettibli li taqbadhom depressjoni meta jkunu qed jiġu kkurati b’din il-mediċina u ribavirin. Ikkuntattja lit-tabib minnufih jew fittex kura ta’ emerġenza jekk tara li qed juru kwalunkwe sintomi ta’ mġiba mhux tas-soltu, iħossuhom depressi, jew iħossu li jridu jagħmlu ħsara lilhom infushom jew lill-oħrajn.

Tkabbir u żvilupp (tfal u adolexxenti):

B’kura li damet sa sena b’din il-mediċina flimkien ma’ ribavirin, xi tfal u adolexxenti ma kibrux jew ma żidux fil-piż daqs kemm kien mistenni. Xi tfal ma laħqux it-tul mistenni tagħhom fi żmien sena sa 5,5 snin wara li temmew il-kura.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota li xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin iseħħ waqt il-kura:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

-problemi fin-nifs (inkluż qtugħ ta’ nifs),

-tħossok depress,

-tbati biex torqod, taħseb jew tikkonċentra, sturdament,

-uġigħ sever jew brim fl-istonku,

-deni jew tertir li jibdew wara ftit ġimgħat ta’ kura,

-uġigħ jew infjammazzjoni fil-muskoli (kultant severi),

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-uġigħ fis-sider, bidliet fil-mod kif tħabbat qalbek,

-konfużjoni,

-diffikultà biex tibqa’ allert, sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż,

-uġigħ fin-naħa t’isfel ta’ dahrek jew f’ġenbek; diffikultà biex tagħmel l-awrina jew ma tkunx tista’ tagħmel l-awrina,

-problemi b’għajnejk jew bil-vista jew is-smigħ,

-ħmura severa jew bl-uġigħ fil-ġilda tiegħek jew fil-membrana mukuża,

-ħruġ ta’ demm qawwi minn imnieħrek, mill-ħanek jew minn xi parti oħra ta’ ġismek.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-xewqa li tagħmel ħsara lilek innifsek,

-alluċinazzjonijiet,

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1.000):

-konvulżjoni (“aċċessjoni”),

-demm jew demm magħqud fl-ippurgar (jew ippurgar iswed qisu qatran),

Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

-xewqa li tagħmel ħsara lill-oħrajn.

Effetti sekondarji oħra li kienu rrappurtati fl-adulti jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

-tħossok depress, irritabilità, problemi biex torqod jew biex tibqa’ rieqed, tħossok ansjuż jew nervuż, diffikultà biex tikkonċentra, bidliet fil-burdata,

-uġigħ ta’ ras, sturdament, tħossok għajjien, tertir bir-rogħda, deni, sintomi bħal tal-influwenza, infezzjoni b’virus, dgħufija,

-diffikultà biex tieħu n-nifs, farinġite (uġigħ fil-griżmejn), sogħla,

-uġigħ fl-istonku, rimettar, dardir, dijarea, telf tal-aptit, telf tal-piż, ħalq xott,

-telf ta’ xagħar, ħakk, ġilda xotta, raxx, irritazzjoni jew ħmura (u rari, ħsara fil-ġilda) fis-sit mnejn tingħata l-injezzjoni,

-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (li jista’ jikkawża għeja, qtugħ ta’ nifs, sturdament), tnaqqis f’ċerti tipi ta’ ċelluli bojod tad-demm (li jagħmilha aktar faċli li jaqbduk infezzjonijiet differenti),

-uġigħ fil-ġogi u muskoli, uġigħ muskolari u fl-għadam.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli li jgħaqqdu d-demm li jissejħu plejtlits, li jista’ jwassal biex titbenġel malajr jew joħroġlok id-demm b’mod spontanju, aċidu uriku żejjed (bħal fil-gotta) fid-demm, livell baxx ta’ calcium fid-demm,

-tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde (li jista’ jġiegħlek tħossok għajjien, depress, iżid is- sensittività tiegħek għal-kesħa u sintomi oħrajn), żieda fl-attività tal-glandola tat-tirojde (li tista’ tikkawżalek nervi, nuqqas ta’ tolleranza għas-sħana u għaraq eċċessiv, telf fil-piż, palpitazzjoni, tregħid), glandoli minfuħin (glandoli tal-limfa minfuħin), għatx,

-tibdil fl-imġiba jew imġiba aggressiva (kultant immirata lejn persuni oħra), aġitazzjoni, nervi, ngħas, diffikultà biex torqod, ħolm mhux tas-soltu, nuqqas ta’ interess fl-attivitajiet, nuqqas ta’ interess fis-sess, problemi fl-erezzjoni, żieda fl-aptit, konfużjoni, idejn jirtogħdu, koordinazzjoni batuta, vertigo (tħoss kollox idur bik), tnemnim, uġigħ jew sensazzjoni ta’ tingiż, żieda jew tnaqqis fis-sensazzjoni biex tħoss, muskoli ibsin, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, artrite, emigranja, żieda fl-għaraq,

-uġigħ jew infezzjoni fl-għajnejn, vista mċajpra, għajnejn xotti jew bid-dmugħ, tibdil fis- smigħ/telf tas-smigħ, tisfir fil-widnejn,

-sinusite, infezzjonijiet respiratorji, imnieħer imblukkat jew iqattar, tbati biex titkellem, tinfaraġ, ponot tad-deni fix-xufftejn (herpes simplex), infezzjonijiet ikkawżati minn fungu jew mill-batterja, infezzjoni fil-widnejn jew uġigħ fil-widnejn,

-indiġestjoni (stonku imqalla’), ħruq ta’ stonku, ħmura jew feriti fil-ħalq, sensazzjoni ta’ ħruq fuq l- ilsien, ħanek infjammat jew joħroġ id-demm minnu, stitikezza, gass fl-imsaren (flatus), nefħa, murliti, ilsien misluħ, bidla fit-togħma, problemi fis-snien, telf eċċessiv ta’ ilma mill-ġisem, fwied jikber,

-psorjasi, sensittività għad-dawl tax-xemx, raxx b’ponot imqabbżin, ħmura tal-ġilda jew disturbi tal- ġilda, wiċċ minfuħ, idejn jew saqajn minfuħin, ekżema (il-ġilda tkun infjammata, ħamra, bil-ħakk u xotta u jista’ jkun hemm feriti jnixxu), akne, ħorriqija, ix-xagħar jinħass mhux normali, disturbi fid- dwiefer, uġigħ fis-sit tal-injezzjoni,

-mestrwazzjoni diffiċli, irregolari jew ma tiġix, mestrwazzjoni qawwija b’mod anormali jew iddum aktar milli suppost, problemi li jaffettwaw l-ovarji jew il-vaġina, uġigħ fis-sider, problemi sesswali, irritazzjoni tal-glandola tal-prostata, żieda fil-bżonn biex tagħmel l-awrina,

-uġigħ fis-sider, uġigħ fin-naħa tal-lemin madwar il-kustilji tiegħek, tħossok ma tiflaħx, pressjoni għolja jew baxxa, tħossok ser tintilef minn sensik, fwawar, palpitazzjonijiet (qalb tħabbat bil- qawwi), rata ta’ taħbit tal-qalb mgħaġġla.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-suwiċidju, attentat ta’ suwiċidju, ħsibijiet dwar li thedded il-ħajja tiegħek innifsek, attakk ta’ paniku, delużjonijiet, alluċinazzjoni,

-reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva għall-medikazzjoni, attakk tal-qalb, infjammazzjoni tal-frixa, uġigħ fl-għadam u dijabete mellitus,

-dbabar qishom tajjar (depożiti ta’ frak abjad fuq ir-retina).

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1.000):

-ketoaċidożi dijabetika (emerġenza medika minħabba akkumulazzjoni ta’ ketone bodies fid-demm ikkawżata minn dijabete li ma tkunx ikkontrollata),

-aċċessjonijiet (konvulżjonijiet) u disturbi bipolari (disturbi fil-burdata kkaratterizzati minn episodji ta’ dwejjaq u eċċitament li jalternaw bejniethom),

-problemi fl-għajnejn inkluż bidla fil-vista, ħsara fir-retina, ostruzzjoni tal-arterja tar-retina, infjammazzjoni tan-nerv ottiku, nefħa fl-għajnejn,

-insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, ritmu anormali tal-qalb, perikardite (infjammazzjoni tal-kisja tal- qalb), infjammazzjoni u deġenerazzjoni tat-tessut tal-muskoli u nervaturi periferali, problemi tal- kliewi,

-sarkojdożi (marda kkaratterizzata minn deni persistenti, telf tal-piż, nefħa u wġigħ fil-ġogi, feriti fil- ġilda u glandoli minfuħin).

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10.000):

-anemija aplastika, puplesija (każijiet ċerebrovaskulari), nekrolisi tossika tal-ġilda/Sindrome ta’ Stevens Johnson/eritema multiforme (varjetà ta’ tipi ta’ raxx bi gradi differenti ta’ severità inkluż mewt li tista’ tkun assoċjata ma’ nfafet fil-ħalq, imnieħer, għajnejn u membrani mukużi oħrajn u tqaxxir tal-parti tal-ġilda li tkun affettwata).

-telf mis-sensi seħħ b’mod rari ħafna b’alpha interferoni, l-aktar f’pazjenti anzjani kkurati b’dożi għoljin.

Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

-aplasija pura taċ-ċelluli ħomor (kondizzjoni fejn il-ġisem waqqaf jew naqqas il-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad-demm). Din tikkawża anemija severa, li s-sintomi tagħha jinkludu għeja mhux tas-soltu u nuqqas ta’ enerġija.

-paralisi tal-wiċċ (dgħufija u tgħawwiġ ta’ naħa waħda tal-wiċċ), reazzjonijiet allerġiċi severi bħal anġjoedima (reazzjoni allerġika tal-ġilda kkaratterizzata minn irqajja’ ta’ nefħiet, li jinvolvu l-ġilda u s-saffi ta’ taħt il-ġilda, il-membrani mukużi, u kultant l-organi interni), manija (entużjażmu eċċessiv jew mingħajr raġuni), effużjoni fil-perikardju (akkumulazzjoni ta’ fluwidi li tiżviluppa bejn il-perikardju (kisja tal-qalb) u l-qalb infisha), sindrome ta’ Vogt-Koyanagi-Harada (disturb infjammatorju awtoimmuni li jaffettwa l-għajnejn, il-ġilda u l-membrani tal-widnejn, il-moħħ u s-sinsla), bidla fil-kulur tal-ilsien.

-ħsibijiet dwar li thedded il-ħajja ta’ persuni oħra.

-fibrożi pulmonari (ċikatriċi tal-pulmun).

-pressjoni arterjali pulmonari għolja - marda ta’ tidjieq sever tal-vini fil-pulmun li jirriżulta fi pressjoni għolja tad-demm fil-vini li jġorru d-demm mill-qalb għall-pulmun. Din tista’ sseħħ b’mod partikolari f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju bħal infezzjoni tal-HIV jew problemi severi fil-fwied (ċirrożi). L-effett sekondarju jista’ jiżviluppa f’diversi punti ta’ żmien waqt il-kura, ġeneralment diversi xhur wara li tinbeda l-kura b’ViraferonPeg.

-riattivazzjoni tal-epatite B f’pazjenti infettati fl-istess ħin b’HCV/HBV (rikorrenza tal-marda epatite

B).

Jekk int pazjent adult infettat ukoll b’HCV/HIV li qed tirċievi HAART, iż-żieda ta’ din il-mediċina u ribavirin tista’ żżidlek ir-riskju ta’ aċidożi lattika, insuffiċjenza tal-fwied, u l-iżvilupp ta’ anormalitajiet tad-demm (tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm li jġorru l-ossiġnu, ċerti ċelluli bojod tad-demm li jiġġieldu l-infezzjoni, u ċelluli li jgħaqqdu d-demm li jissejħu plejtlits).

L-effetti sekondarji l-oħra li ġejjin (mhux elenkati fuq) seħħew bil-kombinazzjoni ta’ din il-mediċina u l- kapsuli ta’ ribavirin (adulti) f’pazjenti infettati wkoll b’HCV/HIV li kienu qed jirċievu HAART:

-kandidijasi fil-ħalq (tbajja’ bojod fil-ħalq),

-metaboliżmu diffettuż tax-xaħam,

-tnaqqis tal-limfoċiti CD4,

-tnaqqis fl-aptit,

-uġigħ fid-dahar,

-epatite,

-uġigħ fid-dirgħajn u fir-riġlejn,

-u diversi anormalitajiet ta’ valuri tal-laboratorju ta’ testijiet tad-demm.

Effetti sekondarji fit-tfal u l-adolexxenti

L-effetti li ġejjin seħħew fi tfal u adolexxenti:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

-telf t’aptit, sturdament, uġigħ ta’ ras, rimettar, dardir, uġigħ fl-istonku

-telf ta’ xagħar, ġilda xotta, uġigħ fil-ġogi u l-muskoli, ħmura fis-sit mnejn tingħata l-injezzjoni,

-tħossok irritabbli, tħossok għajjien, ma tħossokx tajjeb, uġigħ, tertir, deni, sintomi bħal tal- influwenza, dgħufija, tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir (tul u piż għall-età),

-tnaqqis fiċ-ċelluli ħomor tad-demm li jista’ jikkawża għeja, qtugħ ta’ nifs, sturdament.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-infezzjoni kkawżata minn fungu, riħ komuni, ponot tad-deni fix-xufftejn, farinġite (griżmejn juġgħu), sinożite, infezzjoni fil-widnejn, sogħla, uġigħ fil-griżmejn, tħoss il-bard, uġigħ fl- għajnejn

-tnaqqis ta’ ċelluli li jgħaqqdu d-demm li jissejħu plejtlits, li jista’ jwassal biex titbenġel malajr jew joħroġlok id-demm b’mod spontanju, glandoli minfuħin (glandoli tal-limfa minfuħin), anormalitajiet fit-testijiet tad-demm tat-tirojde, tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde, li jista’ jikkawżalek għeja, depressjoni, iżid is-sensittività tiegħek għall-kesħa u sintomi oħrajn,

-tkun trid jew tipprova tweġġa’ lilek innifsek, imġiba aggressiva, aġitazzjoni, rabja, tibdil fil- burdata, nervi jew aġitazzjoni, depressjoni, sens ta’ ansjetà, diffikultà biex torqod jew tibqa’ rieqed, instabbiltà emozzjonali, irqad ta’ kwalità ħażina, tħossok bi ngħas, disturbi fl-attenzjoni,

-tibdil fit-togħma, dijarea, taqlib fl-istonku, uġigħ fil-ħalq,

-tintilef minn sensik, palpitazzjonijiet (qalb tħabbat bil-qawwa), rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb, fwawar, tinfaraġ,

-feriti fil-ħalq, xufftejn jitqaxxru u qsim fil-ġnub tal-ħalq, raxx, ħmura fil-ġilda, ħakk, ekżema (ġilda infjammata, ħamra, bil-ħakk u xotta u jista’ jkun hemm feriti li jnixxu), akne,

-uġigħ fid-dahar, uġigħ fil-muskoli u fl-għadam, uġigħ fid-dirgħajn jew riġlejn, ġilda xotta, uġigħ, raxx, irritazzjoni jew ħakk fis-sit mnejn tingħata l-injezzjoni.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-tweġġa’ jew tbati biex tagħmel l-awrina, tagħmel l-awrina ta’ sikwit, il-preżenza ta’ proteina eċċessiva fl-awrina, uġigħ mestrwali,

-ħakk fil-parti tal-anus (ħniex jew askaridi), infjammazzjoni tal-membrana li tiksi l-istonku u l- imsaren, ħanek infjammat, fwied imkabbar,

-imġiba anormali, disturb emozzjonali, biża’, ħmar il-lejl, tregħid, tnaqqis fis-sensittività għall- mess, sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż, uġigħ li jinfirex tul nerv wieħed jew aktar, ngħas,

-ħruġ ta’ demm mill-membrana mukuża li tiksi tebqet il-għajn min-naħa ta’ ġewwa, ħakk fl- għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, vista mċajpra, intolleranza għad-dawl,

-pressjoni baxxa, sfurija, skumdità fl-imnieħer, imnieħer inixxi, tħarħir, tbati biex tieħu n-nifs, uġigħ jew skumdità fis-sider,

-ħmura, nefħa, uġigħ fil-ġilda, ħruq ta’ Sant Antnin, il-ġilda tkun sensittiva għad-dawl tax-xemx, raxx b’ponot imqabbżin, il-ġilda titlef il-kulur, il-ġilda titqaxxar, it-tessut tal-muskoli jiqsar, muskoli jinġibdu b’mod spontanju, uġigħ fil-wiċċ, tbenġil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Nota li tfakkar għall-pazjenti adulti li t-tabib tagħhom ordnalhom terapija kkombinata ta’ din il- mediċina, boceprevir u ribavirin: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Effetti sekondarji possibbli” ta’ dawn il-Fuljetti ta’ Tagħrif.

5. Kif taħżen ViraferonPeg

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, wara JIS.

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C). Tagħmlux fil-friża.

Uża s-soluzzjoni rikostitwita (is-soluzzjoni li ppreparajt billi tħawwad it-trab u l-likwidu fil-pinna mimlija għal-lest) immedjatament jew fi żmien 24 siegħa meta tinħażen fil-friġġ (2°C - 8°C).

Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi bidla fil-kulur tat-trab, li għandu jkun abjad.

Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tkun ċara u bla kulur. M’għandekx tużaha jekk tkun bidlet il-kulur jew jekk ikun fiha xi biċċiet ta’ frak. Wara li tagħti d-doża, armi l-pinna mimlija għal-lest ta’ ViraferonPeg (CLEARCLICK) u kwalunkwe soluzzjoni mhux użata li jibqa’ fiha.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ViraferonPeg

-Is-sustanza attiva hija peginterferon alfa-2b.

ViraferonPeg 50 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Kull pinna mimlija għal-lest fiha 50 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull pinna mimlija għal-lest tipprovdi 50 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta tkun rikostitwita kif rakkomandat.

ViraferonPeg 80 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Kull pinna mimlija għal-lest fiha 80 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull pinna mimlija għal-lest tipprovdi 80 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta tkun rikostitwita kif rakkomandat.

ViraferonPeg 100 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal- lest

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 100 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull pinna mimlija għal-lest tipprovdi 100 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta tkun rikostitwita kif rakkomandat.

ViraferonPeg 120 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal- lest

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 120 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull pinna mimlija għal-lest tipprovdi 120 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta tkun rikostitwita kif rakkomandat.

ViraferonPeg 150 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal- lest

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 150 mikrogramma ta’ peginterferon alfa-2b imkejjel fuq bażi ta’ proteina.

Kull pinna mimlija għal-lest tipprovdi 150 mikrogramma/0,5 ml ta’ soluzzjoni meta tkun rikostitwita kif rakkomandat.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Trab: disodium phosphate, anhydrous; sodium dihydrogen phosphate dihydrate; sucrose u polysorbate 80.

Solvent: Ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher ViraferonPeg u l-kontenut tal-pakkett

Din il-mediċina hija trab u solvent (likwidu) għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest (CLEARCLICK).

It-trab abjad u s-solvent ċar u mingħajr kulur it-tnejn jinsabu ġo skartoċċ tal-ħġieġ b’żewġ kompartimenti mdaħħal ġo pinna mimlija għal-lest li tintuża darba biss.

ViraferonPeg huwa disponibbli f’pakketti ta’ daqsijiet differenti:

-pinna mimlija għal-lest waħda li fiha trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni, labra waħda ("Labra Push-On") u 2 imsielaħ għat-tindif;

-4 pinen mimlija għal-lest li fihom trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni, 4 labriet ("Labra Push-On") u 8 imsielaħ għat-tindif;

-12-il pinna mimlija għal-lest li fihom trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni, 12-il labra ("Labra Push-On") u 24 imselħa għat-tindif.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

Manifattur

SP Labo N.V.

Industriepark, 30

B-2220 Heist-op-den-Berg

Il-Belġju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MSD Belgium BVBA/SPRL

UAB Merck Sharp & Dohme

Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

Tel. +370 5 278 02 47

dpoc_belux@merck.com

msd_lietuva@merck.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Мерк Шарп и Доум България ЕООД

MSD Belgium BVBA/SPRL

Тел.: +359 2 819 3737

Tel: +32(0)27766211

info-msdbg@merck.com

dpoc_belux@merck.com

Česká republika

Magyarország

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel: +420 233 010 111

Tel.: +36 1 888 5300

dpoc_czechslovak@merck.com

hungary_msd@merck.com

Danmark

Malta

MSD Danmark ApS

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Tlf: + 45 4482 4000

Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

dkmail@merck.com

malta_info@merck.com

Deutschland

Nederland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

e-mail@msd.de

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

Merck Sharp & Dohme OÜ

MSD (Norge) AS

Tel.: +372 6144 200

Tlf: +47 32 20 73 00

msdeesti@merck.com

msdnorge@msd.no

Ελλάδα

Österreich

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 98 97 300

Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_greece@merck.com

msd-medizin@merck.com

España

Polska

Merck Sharp & Dohme de España, S.A.

MSD Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 321 06 00

Tel: +48 22 549 51 00

msd_info@merck.com

msdpolska@merck.com

France

Portugal

MSD France

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tél: + 33-(0)1 80 46 40 40

Tel: +351 21 4465700

clic@merck.com

Hrvatska

România

Merck Sharp & Dohme d.o.o.

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L.

Tel: + 385 1 6611 333

Tel: +40 21 529 2900

croatia_info@merck.com

msdromania@merck.com

Ireland

Slovenija

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health)

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Limited

Tel: +386 1 5204 201

Tel: +353 (0)1 2998700

msd.slovenia@merck.com

medinfo_ireland@merck.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Merck Sharp & Dohme, s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com

Italia

MSD Italia S.r.l. Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ.: 800 00 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364224 msd_lv@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272 medicalinformationuk@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

ANNESS GĦALL-FULJETT TA’ TAGĦRIF

Kif tuża l-pinna mimlija għal-lest ta’ ViraferonPeg

L-istruzzjonijiet li ġejjin jispjegaw kif għandek tuża l-pinna mimlija għal-lest biex tinjetta lilek innifsek. Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet b’attenzjoni u segwihom pass pass. Il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek se jurik kif għandek tagħti l-injezzjonijiet. Tippruvax tagħti injezzjoni qabel tkun

ċert li fhimt kif tuża l-pinna mimlija għal-lest. Kull pinna mimlija għal-lest hija għall-użu ta’ darba biss.

Preparazzjoni

Sib post imdawwal sew, nadif u ċatt fejn tista’ taħdem, bħal mejda.

Oħroġ il-pinna mimlija għal-lest mill-friġg. Iċċekkja d-data stampata fuq il-kartuna wara JIS biex tkun ċert li d-data ta’ meta tiskadi m’għaddietx. Tużahiex jekk id-data tkun skorriet.

Neħhi l-pinna mimlija għal-lest mill-kartuna.

Poġgi l-pinna mimlija għal-lest fuq il-wiċċ ċatt u nadif u stenna sakemm tilħaq temperatura tal- kamra (iżda mhux aktar minn 25oC). Dan jista’ jieħu sa 20 minuta.

Aħsel idejk sew bis-sapun u b’ilma fietel. Żomm il-post fejn se taħdem, idejk, u s-sit fejn se tingħata l-injezzjoni nodfa biex tnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni.

Se jkollok bżonn il-provvisti li ġejjin li huma inklużi fil-pakkett:

-pinna mimlija għal-lest (CLEARCLICK)

-labra ("Labra Push-On")

-2 imsielaħ tal-alkoħol

Tieqa

Għatu ta’ protezzjoni tal-labra

Tubu tal- pinna

"Labra Push- On"

Rota tad-dożaġg

1. Ħallat

Żomm il-pinna mimlija għal-lest wieqfa bil-buttuna tad-dożaġg isfel.

Dawwar ir-rota tad-dożaġg san-numru 1 (ara Figura 1). Għandek mnejn tisma’ "klikk".

Figura 1

TĦAWWADX BIEX TĦALLAT. Bil-mod aqleb il-pinna mimlija għal-lest ta’ taħt fuq darbtejn biex tħallat (ara Figura 2).

Figura 2

Ħares fit-tieqa. Is-soluzzjoni għandha tkun ċara u mingħajr kulur qabel tintuża. Jista’ jkun hemm xi bżieżaq, iżda dan huwa normali. Tużahiex jekk tkun bidlet il-kulur jew ikun fiha xi frak.

2. Waħħal il-labra

Dawwar ir-rota tad-dożaġg san-numru 2 (ara Figura 3). Għandek mnejn tisma’ "klikk".

Figura 3

Imsaħ il-parti ta’ fuq tal-pinna mimlija għal-lest fejn se teħel il-labra b’imselħa tal-alkoħol (ara Figura 4).

Figura 4

Neħħi l-karta s-safra mill-għatu tal-labra qabel twaħħal il-labra ("Labra Push-On") mal-pinna mimlija

għal-lest (ara Figura 5),

Figura 5

Żomm il-pinna mimlija għal-lest f’pożizzjoni wieqfa u b’mod sod imbotta l-labra dritt l-isfel (ara Figura 6). Għandek mnejn tisma’ ħoss żgħir meta timbotta l-labra.

Figura 6

Neħħi l-għatu tal-labra. Għandek mnejn tara xi likwidu jċarċar mill-labra (ara Figura 7). Dan huwa normali.

Figura 7

3. Issettja d-Doża

Dawwar ir-rota tad-dożaġġ sad-doża preskritta għalik (ara Figura 8). Għandek mnejn tisma’ ħsejjes ta’ ċekċik inti u ddawwar. Nota: L-għatu ta’ protezzjoni tal-labra awtomatikament JITLA’ ’L FUQ inti u ddawwar (ara Figura 9). Tista’ ddawwar ’il fuq jew ’l isfel sa kwalunkwe doża qabel l-injezzjoni.

SNAP!

Figura 8

Figura 9

Issa lest biex tinjetta

Agħżel sit tal-injezzjoni fiż-żaqq (addome) jew koxxa. Evita ż-żokra u l-qadd. Jekk int irqiq/a ħafna, għandek tuża biss il-koxxa għall-injezzjoni. Għandek tuża post differenti kull darba li tinjetta lilek innifsek. Tinjettax ViraferonPeg f’żona fejn ikollok il-ġilda irritata, ħamra, imbenġla, infettata, jew ikollha xi ċikatriċi, stretch marks, jew għoqod.

Imsaħ il-post fejn tkun se tingħata l-injezzjoni b’imselħa tal-alkoħol ġdida. Ħalli l-ġilda tinxef waħedha.

Oqros tinja ġilda merħija fiż-żona li tkun naddaft għall-injezzjoni.

Agħfas il-pinna mimlija għal-lest mal-ġilda kif muri f’Figura 10. L-għatu ta’ protezzjoni se jersaq lura awtomatikament biex iħalli lil-labra tinjetta l-mediċina.

Żomm il-pinna mimlija għal-lest mal-ġilda għal 15-il

sekonda.

Nota: Il-pinna mimlija għal-lest se tagħmel ħoss ta’ ċekċik għal sa 10 sekondi – skont id-doża tiegħek. Ħames sekondi aktar jiżguraw l-għoti komplut tad-doża.

Nota: La darba l-pinna mimlija għal-lest titneħħa minn mal-ġilda, l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra se jissakkar f’postu.

15 SEK

Figura 10: Injezzjoni fil-koxxa

Rimi tal-materjali tal-injezzjoni

Il-pinna mimlija għal-lest, il-labra u l-materjali kollha tal-injezzjoni huma maħsuba għall-użu ta’ darba u għandhom jintremew wara l-injezzjoni. Armi l-pinna mimlija għal-lest użata b’mod sikur f’kontenitur magħluq. Staqsi lill-fornitur tal-kura tas-saħħa jew lill-ispiżjar tiegħek għal kontenitur xieraq.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati