Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vistide (cidofovir) - J05AB12

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVistide
Kodiċi ATCJ05AB12
Sustanzacidofovir
ManifatturGilead Sciences International Limited
RAPPORT PUBBLIKU EWROPEW TA’ VALUTAZZJONI (EPAR)
VISTIDE

X’inhu Vistide?

Vistide huwa konċentrat li jitħallat biex isir f’soluzzjoni għall-infużjoni (dripp fil-vina). Fih is-

Vistide jintuża fit-trattament tar-retinite minn ċito egalovirus (CMV), infezzjoni virali tar-retina (il-

‘induzzjoni’, jingħatw 5 g Vistide għal kull kilo tal-piż tal-ġisem permezz ta’ infużjoni għal siegħa

waħda, darba fil-ġi għa għall-ewwel ġimagħtejn. Imbagħad, fil-fażi ta’ ‘manteniment’, il-mediċina Prodotttingħata darba kull ġimagħtejn. It-terapija titkompla għat-tul ta’ żmien rakkomandat mil-linji gwida

lokali dwar it- ra ament tal-pazjenti b’infezzjoni mill-HIV.

Biex ir-riskju ta’ ħsara fil-kliewi jitnaqqas, il-pazjenti għandhom jieħdu mediċina oħra wkoll li jisimha pr benecid (2 g tliet sigħat qabel l-infużjoni, imbagħad 1 g sagħtejn u tmien sigħat wara l-infużjoni), u jirċievu infużjoni ta’ litru soluzzjoni salina siegħa qabel l-infużjoni ta’ Vistide. Il-probenecid jintuża għall-prevenzjoni tal-akkumulu ta’ cidofovir fil-kliewi, filwaqt li s-soluzzjoni salina sservi biex tipprevjeni d-diżidratazzjoni.

Kif jaħdem Vistide?

Is-sustanza attiva f’Vistide, cidofovir, hija mediċina antivirali tal-klassi tal-‘analogi nukleosidiċi’ li timblokka l-attività tal-enzimi li jissejħu ‘DNA polomerażi’ fis-CMV, użat mill-virus għall- produzzjoni tad-DNA. Meta l-virus ma jkunx jista’ jipproduċi d-DNA, ma jistax jirriproduċi ruħu u dan inaqqas ir-ritmu tat-tifrix tal-infezzjoni.

Kif ġie studjat Vistide?

L-effetti ta’ Vistide fil-pazjenti morda bl-AIDS bir-retinite minn CMV ġew eżaminati minn studju fuq it-trattament u minn studju fuq il-manteniment. L-istudju fuq it-trattament, imwettaq fuq 48 pazjent li ma kinux ġew ittrattati qabel bl-ebda mediċina għar-retinite minn CMV, qabbel l-effetti ta’ Vistide mal-każijiet li fihom ma kienet ġiet adottata l-ebda terapija. L-istudju fuq il-manteniment qabbel żewġ dożaġġi ta’ manteniment ta’ Vistide (5 u 3 mg/kg tal-piż tal-ġisem) fuq 100 pazjent li ma baqgħux jirrispondu għal mediċini oħra kontra r-retinite minn CMV (ganciclovir jew foscarnet) jew li ma setgħux jiħduhom. Fiż-żewġ studji, il-kejl ewlieni tal-effikaċja kien iż-żmien li għadda qabel l- aggravar tal-marda.

Fl-istudju fuq it-trattament, Vistide kien iktar effikaċi meta mqabbel mal-każijiet mingħajr tratt ment. Fil-pazjenti ttrattati b’Vistide ir-retinite minn CMV aggravat wara medja ta’ 120 jum, filwaqt li l- pazjenti li ma rċevew l-ebda trattament il-marda aggravat wara 22 jum. Fl-istudju fuq il-manteniment id-dożaġġ ta’ 5 mg/kg kien iktar effikaċi mid-dożaġġ ta’ 3 mg/kg (rispettivament 115 u 49 jum).

X’inhu r-riskju assoċjat ma’ Vistide?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni b’Vistide (li dehru f’iktar minn pazjent 1 minn 10) kienu newtropenija (għadd baxx ta' ċelluli tad-demm bojod), uġigħ ta’ ras, nawżea (dardir), remettar, alopeċja (telf ta’ xagħar), raxx, proteinurja (preżenza ta’ proteini fl-awrina), żieda fil-livell tal- kreatinina fid-demm (prodott ta’ skart tal-muskoli), astenija (debbulizza) u deni. Għal-lista sħiħa tal- effetti sekondarji rrappurtati b’Vistide, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif.

Vistide ma għandux jintuża f’persuni li jistgħu jkunu ipersensittivi (allerġiċi) għal cidofovir jew għal xi sustanza oħra tiegħu. Minbarra dan, ma għandux jintuża fil-pazjenti b’mard fil-kliewi jew f’kura

Aktar tagħrif dwar Vistide:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtor zzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni Ewropea kollha għal

Dan is-s mmarju ġie aġġornat l-aħħar fi: 01-2009.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati