Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vitekta (elvitegravir) - J05AX11

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVitekta
Kodiċi ATCJ05AX11
Sustanzaelvitegravir
ManifatturGilead Sciences International Ltd

Kif jaħdem Vitekta?

Is-sustanza attiva f’Vitekta, l-elvitegravir, hija tip ta’ aġent antivirali msejjaħ “inibitur tal-integrasi”. Jimblokka enzima msejħa integrasi, li hija involuta fi stadju fir-riproduzzjoni tal-HIV. Meta l-enzima tiġi mblokkata, il-virus ma jistax jirriproduċi ruħu b’mod nornali, u dan inaqqas it-tifrix tal-infezzjoni.

© European Medicines Agency, 2014. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Vitekta ma jikkurax l-infezzjoni tal-HIV-1 jew l-AIDS, iżda jista’ jittardja l-ħsara fis-sistema immunitarja u l-iżvilupp ta’ infezzjonijiet u mard assoċjat mal-AIDS.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Vitekta li ħarġu mill-istudji?

Vitekta ġie mistħarreġ fi studju ewlieni wieħed li involva 712-il pazjent b’HIV-1 li ma ġewx ikkurati qabel b’inibitur tal-integrasi. Il-kejl ewlieni tal-effikaċja kien ibbażat fuq it-tnaqqis fil-livelli ta’ HIV fid-

demm (tagħbija virali). Il-pazjenti li kisbu tagħbija virali ta’ anqas minn 50 kopja/ml wara 48 ġimgħa ta’ kura kienu kkunsidrati bħala li rrispondew għall-kura.

F’dan l-istudju, Vitekta kien tal-anqas effikaċji daqs raltegravir (inibitur ieħor tal-integrasi) meta

ttieħed flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-HIV. Wara 48 ġimgħa, madwar 59 % tal-pazjenti kkurati

b’Vitekta (207 minn 351) irrispondew għall-kura meta mqabbla ma’ madwar 58 % tal-pazjenti kkurati b’raltegravir (203 minn 351).

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Vitekta?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni b’Vitekta (li jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10) huma uġigħ ta’

awtorizzat

ras, uġigħ fl-addome (uġigħ fl-istonku), dijarrea, remettar, nawżja (tħossok ma tiflaħx), raxx, għeja. Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji kollha rrapportati b’Vitekta, ara l-f ljett ta’ tagħrif.

istudji. Rigward il-profil tas-sigurtà tal-med ċ na, dan ma kienx ikkunsidrat bħala ta’ tħassib, b’effetti sekondarji komparabbli ma’ mediċini oħra simili. Il-Kumitat innota wkoll li hemm potenzjal sinifikanti

għal interazzjonijiet ma’ mediċ oħra, u dan ġie rifless fl-informazzjoni dwar il-prodott. ċ X’miżuri qegħdinmedijitt eħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’ Vitekta?

Ġie żviluppat pjan ta’ ġ stjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li Vitekta jintuża bl-aktar mod sigur possibbli.

Abbażi ta’ dan il-pjan, fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif ġiet inkluża

informazzjoni rigward is-sigurtà ta’ Vitekta, inklużi l-prekawzjonijiet xierqa li jridu jkunu segwiti mill- Prodottprofessjonis i al-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

Informazzjoni oħra dwar Vitekta

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal

Vitekta fit-13/11/2013.

L-EPAR sħiħ għal Vitekta jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Vitekta, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi: 11/2013.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati