Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vizarsin (sildenafil) - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVizarsin
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturKrka, d.d., Novo mesto

Vizarsin

sildenafil

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Vizarsin. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni ghat-tqegħid fis-suq u r- rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ Vizarsin.

X’inhu Vizarsin?

Vizarsin huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva sildenafil. Jiġi f’pilloli miksijin b’rita (25, 50 u 100 mg) u f’pilloli orodispersibbli (25, 50 and 100 mg). Orodispersibbli tfisser li l-pilloli jinħallu fil-ħalq.

Vizarsin huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Vizarsin huwa simili għall-‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) bl-isem Viagra. Għal aktar tagħrif dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d- dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Vizarsin?

Vizarsin jintuża fit-trattament ta’ rġiel b’disfunzjoni erettili (xi drabi tissejjaħ impotenza), meta ma jkunx jista’ jkollhom jew ma jkunux jistgħu jżommu l-pene iebes (erezzjoni) għal attività sesswali sodisfaċenti. Biex Vizarsin ikun effikaċi, jenħtieġ ikun hemm stimulazzjoni sesswali.

Il-mediċina tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jintuża Vizarsin?

Id-doża rakkomandata ta’ Vizarsin hija 50 mg meħuda madwar siegħa qabel l-attività sesswali. Jekk Vizarsin jittieħed mal-ikel, l-effetti tiegħu jistgħu jdumu iktar ma jinħassu milli kieku jittieħed mingħajr ikel. Id-doża tista’ tiżdied sa massimu ta’ 100 mg jew titnaqqas għal 25 mg skont l-effikaċja u l-effetti sekondarji. Il-pazjenti li jkollhom tnaqqis fil-funzjoni tal-fwied jew tnaqqis gravi fil-funzjoni tal-kliewi għadhom jibdew it-trattament b’25 mg. Id-dożaġġ massimu rrakkomandat huwa pillola waħda kuljum.

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Kif jaħdem Vizarsin?

Is-sustanza attiva f’Vizarsin, is-sildenafil, tappartieni lil grupp ta’ mediċini msejjaħ inibituri tal- fosfodjesterażi tat-tip 5 (PDE5). Din taħdem billi timblokka l-enzima fosfodjesterażi, li normalment tkisser sustanza magħrufa bħala gwanożin monofosfat ċikliku (cGMP). Waqt stimulazzjoni sesswali normali, fil-pene tiġi prodotta s-cGMP u tikkawża r-rilassament fil-korpora kavernoża (muskolu fit- tessut tal-pene li qisu sponża). Dan jippermetti lid-demm jiċċirkola fil-korpora, u b’hekk tiġi prodotta erezzjoni. Billi jimblokka t-tkissir tas-cGMP, Vizarsin jreġġa’ l-funzjoni erettili għan-normal. B’danakollu biex tiġi prodotta erezzjoni, l-istimulazzjoni sesswali xorta tibqa’ meħtieġa.

Kif ġie studjat Vizarsin?

Billi Vizarsin huwa mediċina ġenerika, l-istudji ġew limitati għal testijiet li jistabbilixxu l-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza, Viagra. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l- istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Vizarsin?

Minħabba li Vizarsin huwa mediċina ġenerika u bijoekwivalenti għall-mediċini ta’ referenza, jitqies li l- benefiċċji u r-riskji tiegħu huma l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Vizarsin?

Is-CHMP kkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, intwera li Vizarsin għandu kwalità kumparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Viagra. Għalhekk, l-opinjoni tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ tal-Viagra, il-benefiċċji jisbqu lir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Vizarsin jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Aktar tagħrif dwar Vizarsin

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq lil Vizarsin valida fl-Unjoni Ewropea kollha fl-21 ta’ Settembru 2009.

L-EPAR sħiħ ta’ Vizarsin jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Vizarsin, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ tal-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’04-2012.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati