Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vokanamet (canagliflozin / metformin hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD16

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVokanamet
Kodiċi ATCA10BD16
Sustanzacanagliflozin / metformin hydrochloride
ManifatturJanssen-Cilag International N.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Vokanamet 50 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita

Vokanamet 50 mg/1000 mg pilloli miksijin b’rita

Vokanamet 150 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita

Vokanamet 150 mg/1000 mg pilloli miksijin b’rita

canagliflozin/metformin hydrochloride

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Vokanamet u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vokanamet

3.Kif għandek tieħu Vokanamet

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Vokanamet

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Vokanamet u għalxiex jintuża

Vokanamet fih żewġ sustanzi attivi differenti, canagliflozin u metformin. Dawn huma żewġ mediċini li jaħdmu flimkien b’modi differenti biex ibaxxu l-livelli ta’ glukożju (zokkor) fid-demm f’adulti b’dijabete tat-tip 2.

Din il-mediċina tista’tintuża waħedha jew flimkien ma’ mediċini oħra li inti tista’ tkun qed tuża biex tikkura d-dijabete tat-tip 2 tiegħek (bħal insulina, inibitur ta’ DPP-4 [bħal sitagliptin, saxagliptin, jew linagliptin], xi sulphonylurea [bħal glimepiride jew glipizide], jew pioglitazone) li jbaxxu l-livelli taz- zokkor fid-demm. Jista’ jkun li inti diġà qed tieħu waħda jew aktar minn dawn biex tikkura d-dijabete tat-tip 2 tiegħek. Vokanamet jintuża meta z-zokkor fid-demm tiegħek ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod xieraq b’metformin waħdu jew flimkien ma’ mediċini oħra għad-dijabete. Jekk inti diġà qed tieħu kemm canagliflozin kif ukoll metformin bħala pilloli separati, Vokanamet jista’ jissostitwixxihom f’pillola waħda.

Huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l-eżerċizzju mogħtija mit-tabib jew mill- infermier tiegħek.

X’inhi dijabete tat-tip 2?

Dijabete tat-tip 2 hija kundizzjoni li fiha l-ġisem tiegħek ma’ jagħmilx insulina biżżejjed, u l-insulina li l-ġisem tiegħek jipproduċi ma taħdimx kif suppost. Il-ġisem tiegħek jista’ wkoll jipproduċi wisq zokkor. Meta jiġri dan, iz-zokkor (glukożju) jakkumula fid-demm. Dan jista’ jwassal għal kundizzjonijiet mediċi serji bħal ma huma mard tal-qalb, mard tal-kliewi, telf tad-dawl, u amputazzjoni.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vokanamet

Tiħux Vokanamet

jekk inti allerġiku għal canagliflozin, metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

jekk inti għandek problemi fil-fwied

jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever

jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli fid-demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ‘korpi ta’ ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu.

jekk inti għandek infezzjoni qawwija

jekk tlift ħafna ilma minn ġismek (deidratazzjoni), eż. minħabba dijarea li damet jew li kienet qawwija, jew jekk inti rremettejt ħafna drabi wara xulxin

jekk għandek pre-koma tad-dijabete

jekk dan l-aħħar tak attakk tal-qalb jew għandek problemi severi biċ-ċirkulazzjoni tad-demm, bħal ‘xokk’ jew diffikultà bit-teħid tan-nifs

jekk tixrob l-alkoħol b’mod eċċessiv (kuljum jew inkella minn żmien għal żmien)

jekk inti għandek jew dan l-aħħar kellek insuffiċjenza tal-qalb.

Twissijiet u prekawzjonijiet Riskju ta’ aċidożi lattika

Vokanamet jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal-qalb sever u akut).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Vokanamet għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Vokanamet u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma. Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

rimettar

uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

bugħawwieġ fil-muskoli

sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

diffikultà biex tieħu n-nifs

temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa

Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina, u matul it-trattament:

dwar dak li tista’ tagħmel biex tevita d-deidrazzjoni

jekk inti għandek dijabete tat-tip 1 (il-ġisem tiegħek ma jipproduċi l-ebda insulina). Vokanamet m’għandux jintuża biex jikkura din il-kundizzjoni.

jekk ikollok telf ta’ piż f’daqqa, tħossok imdardar/ra jew tirremetti, ikollok uġigħ fl-istonku, għatx eċċessiv, teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, xejra ta’ ngħas jew għeja mhux normali, nifs b’riħa ħelwa, togħma ħelwa jew togħma ta’ metall f’ħalqek jew riħa differenti fl- awrina jew fl-għaraq tiegħek, ikkuntattja tabib jew l-eqreb sptar minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidożi tad-dijabete” – problema rari iżda serja, li xi drabi tkun ta’ theddida għall-ħajja li jista’ jkollok mid-dijabete minħabba żieda fil-livelli ta’ “sustanzi marbuta mal-keton” fl-awrina jew fid-demm, li jidhru fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa ketoaċidożi tad- dijabete jista’ jiżdied minn sawm fit-tul, konsum eċċessiv ta’ alkoħol, deidratazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew żieda fil-ħtieġa tal-insulina minħabba operazzjoni serja jew mard serju.

jekk inti qatt kellek mard serju tal-qalb jew jekk inti għaddietek puplesija

jekk inti qiegħed fuq mediċini biex ibaxxulek il-pressjoni (mediċini kontra l-pressjoni għolja) jew qatt kellek pressjoni baxxa. Aktar informazzjoni hija mogħtija taħt f’“Mediċini oħra u Vokanamet”.

Huwa importanti li tiċċekkja saqajk b’mod regolari u ssegwi xi pariri oħra li ngħatajt mill- professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek dwar il-kura tas-saqajn u idratazzjoni xierqa. Inti għandek tavża lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi feriti jew telf ta’ kulur, jew jekk ikollok xi sensittività jew uġigħ f’saqajk. Xi studji jindikaw li t-teħid ta’ canagliflozin jista’ jkun li kkontribwixxa għar-riskju ta’ amputazzjoni fir-riġel (l-aktar amputazzjoni ta’ saba tas-sieq).

Funzjoni tal-kliewi

Il-kliewi tiegħek se jiġu ttestjati b’test tad-demm qabel tibda u waqt it-trattament b’Vokanamet. It- tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall-agħar.

Kirurġija

Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Vokanamet matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Vokanamet mill-ġdid.

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk għandekx bżonn xi kura oħra biex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek waqt li tkun waqaft tieħu Vokanamet. Huwa importanti li inti ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek b’attenzjoni.

Glukożju fl-awrina

Minħabba l-mod kif jaħdem canagliflozin, l-awrina tiegħek se tagħti riżultat pożittiv għaz-zokkor (glukożju) waqt li inti tkun fuq din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Vokanamet mhuwiex rrakkomanadat għal tfal u adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Vokanamet

Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Vokanamet qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Vokanamet mill-ġdid.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tkun ser tieħu xi mediċina oħra. Dan minħabba li din il-mediċina tista’ taffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħra. Barra minn hekk, xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod li bih taħdem din il-mediċina. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Vokanamet. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

insulina jew xi sulphonylurea (bħal glimepiride jew glipizide) għad-dijabeteit-tabib tiegħek jista’ jkun irid inaqqaslek id-doża biex jevita li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija)

mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi)

St. John’s wort (mediċina magħmula mill-ħxejjex li tintuża biex tikkura depressjoni)

carbamazepine, phenytoin, jew phenobarbital (mediċini li jintużaw biex jikkontrollaw l- aċċessjonijiet)

efavirenz jew ritonavir (mediċina li tintuża biex tikkura infezzjoni bl-HIV)

rifampicin (antibijotiku li jintuża biex jikkura t-tuberkulożi)

cholestyramine (mediċina li tintuża biex tnaqqas il-livelli tal-kolesterol fid-demm). Ara sezzjoni 3, “Kif għandek tieħu din il-mediċina”.

digoxin jew digitoxin (mediċini li jintużaw għal ċerti problemi tal-qalb). Il-livell ta’ digoxin jew digitoxin fid-demm tiegħek jista’ jkollu bżonn jiġi ċċekkjat jekk dawn jittieħdu ma’ Vokanamet.

dabigatran (mediċina li traqqaq id-demm biex tnaqqas ir-riskju li jifforma tagħqid tad-demm)

mediċini li fihom l-alkoħol. Ara s-sezzjoni, “Vokanamet ma’ alkoħol”.

cimetidine (mediċina użata biex tikkura problemi fl-istonku)

kortikosterojdi (jintużaw biex jikkuraw varjetà ta’ kundizzjonijiet, bħal infjammazzjoni qawwija fil-ġilda jew fl-ażma) li jingħataw mill-ħalq, bħala injezzjoni jew li jinġibdu man-nifs

agonisti ta’ beta 2 (bħal salbutamol jew terbutaline) li jintużaw għall-kura tal-ażma.

mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX-2, bħal ibuprofen u celecoxib)

ċerti mediċini għat-trattament ta’ pressjoni għolja (inibituri ta’ ACE u antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II

Vokanamet ma’ alkoħol

Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina peress li dan jista’ jżid ir- riskju ta’ aċidożi lattika. Ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Canagliflozin, wieħed mis-sustanzi ta’ Vokanamet, m’għandux jintuża waqt it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod biex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek mingħajr Vokanamet malli tkun taf li inti tqila.

M’għandekx tieħu din il-mediċna jekk inti qed tredda’. Kellem lit-tabib tiegħek dwar jekk tiqafx tieħu din il-mediċina jew tiqafx tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Vokanamet m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq vettura, rota, u tuża għoddod jew tħaddem magni. Madankollu, kienu rrappurtati sturdament jew mejt, li jistgħu jaffettwaw il-ħila biex issuq vettura, rota, jew tuża għoddod jew tħaddem magni.

Meta tieħu Vokanamet ma’ mediċini oħra għad-dijabete msejħa sulphonylureas (bħal glimepiride jew glipizide) jew mal-insulina jista’ jiżdied ir-riskju li jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija). Is-sinjali jinkludu vista mċajpra, tnemnim fix-xufftejn, rogħda, għaraq, tidher musfar/a, bidla fil-burdata, jew tħossok ansjuż/a jew konfuż/a. Dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq vettura, rota jew tuża kwalunkwe għodod jew magni. Għid lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk ikollok xi sinjali ta’ zokkor baxx fid-demm.

3.Kif għandek tieħu Vokanamet

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża ta’ Vokanamet hija pillola waħda darbtejn kuljum.

Il-qawwa ta’ Vokanamet li se tieħu tvarja skont il-kondizzjoni tiegħek u l-ammont ta’ canagliflozin u metformin meħtieġ biex jikkkontrollalek iz-zokkor fid-demm tiegħek.

It-tabib se jordnalek il-qawwa tad-doża li hija l-aħjar għalik.

Kif għandek tieħu din il-mediċina

Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ mill-anqas nofs tazza ilma.

L-aħjar li tieħu l-pillola tiegħek ma’ ikla. Dan inaqqaslek iċ-ċans ta’ taqlib fl-istonku.

Ipprova ħu l-pillola fl-istess ħin kuljum. Dan jgħinek biex tiftakar toħdha.

Jekk it-tabib tiegħek ordnalek din il-mediċina flimkien ma’ kwalunkwe mediċina biex tbaxxi l- kolesterol bħal cholestyramine inti għandek tieħu din il-mediċina mill-inqas siegħa qabel jew minn 4 sigħat sa 6 sigħat wara l-mediċina li tbaxxi l-kolesterol.

It-tabib tiegħek jista’ jordnalek Vokanamet flimkien ma’ mediċinali oħra li tbaxxi l-glukożju. Ftakar ħu l-mediċini kollha kif qallek it-tabib tiegħek biex tikseb l-aħjar riżultati għal saħħtek.

Dieta u eżerċizzju

Biex tikkontrolla d-dijabete tiegħek, inti xorta għandek bżonn issegwi l-pariri tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek dwar id-dieta u l-eżerċizzju. B’mod partikolari, jekk inti qed issegwi dieta tad- dijabete għall-kontroll tal-piż, kompli segwiha waqt li inti tkun qed tieħu din il-mediċina.

Jekk tieħu Vokanamet aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar minn din il-mediċina milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tieħu Vokanamet

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li jkun imiss, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Vokanamet

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla jekk inti tieqaf tieħu din il-mediċina. Tiqafx tieħu din il-mediċina mingħajr mal-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ieqaf ħu Vokanamet immedjatament u kkuntattja tabib jew mur fl-eqreb sptar mill-ewwel jekk għandek xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:

Aċidożi lattika (rari ħafna, tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10,000)

Vokanamet jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Vokanamet u tikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.

Ieqaf ħu Vokanamet u kkuntattja tabib kemm jista’ jkun malajr jekk għandek xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji li ġejjin:

Deidratazzjoni (mhux komuni, tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 100)

telf ta’ wisq fluwidu minn ġismek (deidratazzjoni). Din tiġri iktar ta’ spiss f’persuni anzjani (li għandhom minn 75 sena ’l fuq), persuni bi problemi fil-kliewi, u persuni li qed jieħdu pilloli tal- “pipi” (dijuretiċi).

Sinjali possibbli ta’ deidratazzjoni huma:

-itik mejt jew tħossok stordut/a

-tintilef minn sensik (ħass ħażin) jew tħossok stordut/a jew iħossok ħażin meta tqum bilwieqfa

-ħalq xott ħafna jew iwaħħal, tħossok bil-għatx ħafna

-tħossok dgħajjef ħafna jew għajjien

-tgħamel ftit jew ma tagħmilx awrina

-qalb tħabbat tgħaġġel.

Ikkuntattja tabib jew l-eqreb sptar minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:

Ketoaċidożi tad-dijabete (rari, tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi tad-dijabete (ara wkoll sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet):

-żieda fil-livelli ta’ “sustanzi marbuta mal-keton” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

-telf ta’ piż f’daqqa

-tħossok imdardar jew tirremetti

-uġigħ fl-istonku

-għatx eċċessiv

-teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond

-konfużjoni

-xejra ta’ ngħas jew għeja mhux tas-soltu

-nifs b’riħa ħelwa, togħma ħelwa jew togħma ta’ metall f’ħalqek jew riħa differenti fl- awrina jew fl-għaraq tiegħek.

Dan jista’ jseħħ irrispettivament mill-livell tal-glukożju fid-demm tiegħek. It-tabib jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf it-trattament b’Vokanamet b’mod temporanju jew permanenti.

Għid lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk inti għandek xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:

Ipogliċemija (komuni ħafna, tista’ taffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) – meta tieħu din il-mediċina mal-insulina jew xi sulphonylurea (bħal glimepiride jew glipizide).

Sinjali possibbli ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm huma:

-vista mċajpra

-xufftejn iniggżu

-rogħda, għaraq, tidher musfar

-bidla fil-burdata jew tħossok ansjuż/a jew konfuż/a.

It-tabib tiegħek se jgħidlek kif tikkura livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm u x’għandek tagħmel jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali t’hawn fuq.

Effetti sekondarji oħra meta tieħu canagliflozin waħdu:

Komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

infezzjoni bil-ħmira fil-vaġina.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

raxx jew ħmura fil-pene jew fil-ġilda li tixxammar (infezzjoni bil-ħmira)

infezzjonijiet fil-passaġġ tal-awrina

tibdil fl-għamil tal-awrina (inkluż tagħmel l-awrina b’mod aktar frekwenti jew f’ammonti akbar, bżonn urġenti li tagħmel l-awrina, bżonn li tagħmel l-awrina bil-lejl)

stitikezza

tħossok bil-għatx

tħossok imdardar/ra (nawsja)

testijiet tad-demm jistgħu juru tibdil fil-livelli tax-xaħam fid-demm (kolesterol) u żidiet fl- ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek (ematokrit).

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

raxx jew ġilda ħamra – dawn jistgħu jkunu bil-ħakk u jinkludu ħotob imqabbża, tnixxija ta’ fluwidu jew infafet

ħorriqija

testijiet tad-demm jistgħu juru tibdil marbut mal-funzjoni tal-kliewi (żieda fil-kreatinina jew fil- urea) jew żieda fil-potassium

testijiet tad-demm jistgħu juru żieda fil-livell ta’ fosfat fid-demm tiegħek

ksur fl-għadam.

insuffiċjenza tal-kliewi (l-aktar bħala konsegwenza ta’ wisq telf ta’ fluwidu mill-ġisem tiegħek).

amputazzjonijiet fir-riġel (l-aktar ta’ saba’ tas-sieq) speċjalment jekk inti qiegħed f’riskju kbir ta’ mard tal-qalb.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

reazzjoni allerġika severa (tista’ tinkludi nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ħalq, ilsien, jew griżmejn li tista’ twassal għal diffikultà biex tieħu n-nifs).

Effetti sekondarji meta tieħu metformin waħdu li ma kinux deskritti għal canagliflozin:

komuni ħafna: tħossok imdardar/ra (nawsja), tirremetti, dijarea, uġigħ fl-istonku, u telf t’aptit

komuni: togħma ta’ metall (disturb fit-togħma)

rari ħafna: tnaqqis fil-livelli ta’ vitamina B12 (jista’ jikkawża anemija - għadd baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm), disturbi fit-test tal-funzjoni tal-fwied, epatite (problema fil-fwied), u ħakk.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Vokanamet

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30oC.

Tużax Vokanamet jekk il-pakkett fih xi ħsara jew għandu sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Vokanamet

Is-sustanzi attivi huma canagliflozin u metformin hydrochloride.

-Kull pillola ta’ 50 mg/850 mg fiha 50 mg ta’ canagliflozin u 850 mg ta’ metformin hydrochloride.

-Kull pillola ta’ 50 mg/1000 mg fiha 50 mg ta’ canagliflozin u 1000 mg ta’ metformin hydrochloride.

-Kull pillola ta’ 150 mg/850 mg fiha 150 mg ta’ canagliflozin u 850 mg ta’ metformin hydrochloride.

-Kull pillola ta’ 150 mg/1000 mg fiha 150 mg ta’ canagliflozin u 1000 mg ta’ metformin hydrochloride.

Is-sustanzi l-oħra huma:

-Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, hypromellose, croscarmellose sodium, u magnesium stearate.

-Kisja tar-rita:

-pilloli ta’ 50 mg/850 mg: macrogol (3350), polyvinyl alcohol, talc, titanium dioxide (E 171), iron oxide aħmar (E172) u iron oxide iswed (E172).

-pilloli ta’ 50 mg/1000 mg: macrogol (3350), polyvinyl alcohol, talc, titanium dioxide (E 171), iron oxide isfar (E172), u iron oxide aħmar (E172).

-pilloli ta’ 150 mg/850 mg: macrogol (3350), polyvinyl alcohol, talc, titanium dioxide (E 171), u iron oxide isfar (E172).

-pilloli ta’ 150 mg/1000 mg: macrogol (3350), polyvinyl alcohol, talc, titanium dioxide (E 171), iron oxide aħmar (E172) u iron oxide iswed (E172).

Kif jidher Vokanamet u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Vokanamet 50 mg/850 mg miksijin b’rita (pilloli) huma roża, forma ta’ kapsula, b’tul ta’ 20 mm, u mnaqqxa b’“CM” fuq naħa waħda u “358” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Vokanamet 50 mg/1000 mg miksijin b’rita (pilloli) huma beġ, forma ta’ kapsula, b’tul ta’ 21 mm, u mnaqqxa b’“CM” fuq naħa waħda u “551” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Vokanamet 150 mg/850 mg miksijin b’rita (pilloli) huma sofor ċari, forma ta’ kapsula, b’tul ta’ 21 mm, u mnaqqxa b’“CM” fuq naħa waħda u “418” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Vokanamet 150 mg/1000 mg miksijin b’rita (pilloli) huma vjola, forma ta’ kapsula, b’tul ta’ 22 mm, u mnaqqxa b’“CM” fuq naħa waħda u “611” fuq in-naħa l-oħra.

Vokanamet huwa disponibbli fi fliexken HDPE li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal. Id-daqsijiet tal- pakketti huma kartun ta’ 20, 60, u 180 pillola (3 fliexken li fihom 60 pillola l-wieħed).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV

Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju

Manifattur

Janssen-Cilag SpA

Via C. Janssen

Borgo San Michele

04100 Latina

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Janssen-Cilag NV

UAB "JOHNSON & JOHNSON"

Antwerpseweg 15-17

Geležinio Vilko g. 18A

B-2340 Beerse

LT-08104 Vilnius

Tel/Tél: +32 14 64 94 11

Tel: +370 5 278 68 88

България

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД ж.к. Младост 4 Бизнес Парк София, сграда 4 София 1766

Тел.: +359 2 489 94 00

Česká republika

Janssen-Cilag s.r.o. Karla Engliše 3201/06

CZ-150 00 Praha 5 - Smíchov Tel: +420 227 012 227

Danmark

Janssen-Cilag A/S

Bregnerødvej 133

DK-3460 Birkerød

Tlf: +45 45 94 82 82

Deutschland

Janssen-Cilag GmbH

Johnson & Johnson Platz 1

D-41470 Neuss

Tel: +49 2137 955-955

Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Lõõtsa 2

EE-11415 Tallinn

Tel: +372 617 7410

Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Λεωφόρος Ειρήνης 56

GR-151 21 Πεύκη, Αθήνα Tηλ: +30 210 80 90 000

España

Janssen-Cilag, S.A.

E-28042 Madrid

Tel: +34 91 722 81 00

France

Janssen-Cilag

1, rue Camille Desmoulins, TSA 91003 F-92787 Issy Les Moulineaux, Cedex 9 Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Oreškovićeva 6h

10010 Zagreb

Tel: +385 1 6610 700

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV

Antwerpseweg 15-17

B-2340 Beerse

Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 14 64 94 11

Magyarország

Janssen-Cilag Kft.

Nagyenyed u. 8-14

H-Budapest, 1123

Tel.: +36 1 884 2858

Malta

AM MANGION LTD.

Mangion Building, Triq Ġdida fi Triq Valletta MT-Ħal-Luqa LQA 6000

Tel: +356 2397 6000

Nederland

Janssen-Cilag B.V.

Dr. Paul Janssenweg 150

NL-5026 RH Tilburg

Tel: +31 13 583 73 73

Norge

Janssen-Cilag AS

Postboks 144

NO-1325-Lysaker

Tlf: +47 24 12 65 00

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Vorgartenstraße 206B A-1020 Wien

Tel: +43 1 610 300

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. ul. Iłżecka 24

PL-02-135 Warszawa

Tel.: +48 22 237 60 00

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda.

Estrada Consiglieri Pedroso, 69 A

Queluz de Baixo

PT-2734-503 Barcarena

Tel: +351 21 43 68 835

România

Johnson & Johnson România SRL Str. Tipografilor nr. 11-15

Clădirea S-Park, Corp B3-B4, Etaj 3 013714 Bucureşti, ROMÂNIA

Tel: +40 21 207 1800

Ireland

Slovenija

Janssen-Cilag Ltd.

Johnson & Johnson d.o.o.

50-100 Holmers Farm Way

Šmartinska cesta 53

High Wycombe

SI-1000 Ljubljana

Buckinghamshire HP12 4EG

Tel: +386 1 401 18 30

United Kingdom

 

Tel: +44 1 494 567 444

 

Ísland

Slovenská republika

Janssen-Cilag AB

Johnson & Johnson s.r.o.

c/o Vistor hf.

CBC III, Karadžičova 12

Hörgatúni 2

SK-821 08 Bratislava

IS-210 Garðabær

Tel: +421 232 408 400

Sími: +354 535 7000

 

Italia

Suomi/Finland

Janssen-Cilag SpA

Janssen-Cilag Oy

Via M.Buonarroti, 23

Vaisalantie/Vaisalavägen 2

I-20093 Cologno Monzese MI

FI-02130 Espoo/Esbo

Tel: +39 02 2510 1

Puh/Tel: +358 207 531 300

Κύπρος

Sverige

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ

Janssen-Cilag AB

Λεωφόρος Γιάννου Κρανιδιώτη 226

Box 4042

Λατσιά

SE-16904 Solna

CY-2234 Λευκωσία

Tel: +46 8 626 50 00

Τηλ: +357 22 207 700

 

Latvija

United Kingdom

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā

Janssen-Cilag Ltd.

Mūkusalas iela 101

50-100 Holmers Farm Way

Rīga, LV-1004

High Wycombe

Tel: +371 678 93561

Buckinghamshire HP12 4EG - UK

 

Tel: +44 1 494 567 444

Dan il-fuljett kien approvat f’ {xahar SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati