Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Wakix (pitolisant) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N07XX11

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaWakix
Kodiċi ATCN07XX11
Sustanzapitolisant
ManifatturBioprojet Pharma

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Wakix 4.5 mg pilloli miksijin b'rita

Wakix 18 mg pilloli miksijin b'rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Wakix 4.5 mg pillola miksija b'rita

Kull pillola fiha 5 mg ta' pitolisant hydrochloride, ekwivalenti għal 4.45 mg ta' pitolisant.

Wakix 18 mg pillola miksija b'rita

Kull pillola fiha 20 mg ta' pitolisant hydrochloride ekwivalenti għal 17.8 mg ta' pitolisant.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b'rita

Wakix 4.5 mg pillola miksija b'rita

Pillola miksija b'rita bajda, tonda mżaqqa miż-żewġ naħat, b'dijametru ta' 3.7 mm, immarkata b'“5” fuq naħa waħda.

Wakix 18 mg pillola miksija b'rita

Pillola miksija b'rita bajda, tonda mżaqqa miż-żewġ naħat, b'dijametru ta' 7.5 mm, immarkata b'“20” fuq naħa waħda.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Wakix huwa indikat f'adulti għall-kura ta' narkolessija bi jew mingħajr kataplessija (ara wkoll sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tinbeda minn tabib b'esperjenza fil-kura ta' disturbi fl-irqad.

Pożoloġija

Wakix għandu jintuża fl-inqas doża effettiva, skont ir-rispons u t-tolleranza tal-pazjent individwali, u skont skema ta' titrazzjoni 'l fuq, mingħajr ma tinqabeż id-doża ta' 36 mg/kuljum:

-Ġimgħa 1: doża inizjali ta' 9 mg (żewġ pilloli ta' 4.5 mg) kuljum.

-Ġimgħa 2: id-doża tista' tiżdied għal 18 mg (pillola waħda ta' 18 mg) kuljum jew titnaqqas għal 4.5 mg (pillola waħda ta' 4.5 mg) kuljum.

-Ġimgħa 3: id-doża tista' tiżdied għal 36 mg (żewġ pilloli ta' 18 mg) kuljum.

Fi kwalunkwe ħin, id-doża tista' titnaqqas (għal 4.5 mg kuljum) jew tiżdied (sa 36 mg kuljum) skont il-valutazzjoni tat-tabib u r-rispons tal-pazjent.

Id-doża totali ta' kuljum għandha tingħata bħala doża waħda filgħodu matul il-kolazzjon.

Manteniment tal-effikaċja

Minħabba li d-dejta dwar l-effikaċja fit-tul hija limitata (ara sezzjoni 5.1), l-effikaċja kontinwata tal- kura għandha tiġi evalwata regolarment mit-tabib.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Dejta limitata hija disponibbli fl-anzjani. Għalhekk, id-dożaġġ għandu jiġi aġġustat skont l-istat tal- kliewi u tal-fwied tagħhom.

Indeboliment tal-kliewi

F'pazjenti b'indeboliment tal-kliewi, id-doża massima ta' kuljum għandha tkun 18 mg.

Indeboliment tal-fwied

F'pazjenti b'indeboliment tal-fwied moderat (Child-Pugh B) ġimagħtejn wara l-bidu tal-kura, id-doża ta' kuljum tista' tiżdied mingħajr ma tinqabeż id-doża massima ta' 18 mg (ara sezzjoni 5.2). Pitolisant huwa kontraindikat f'pazjenti b'indeboliment sever tal-fwied (Child-Pugh C) (ara

sezzjoni 4.3).

L-ebda aġġustament fid-dożaġġ mhuwa meħtieġ f'pazjenti b'indeboliment tal-fwied ħafif.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta' pitolisant fi tfal li għadhom jitwieldu sa 18-il sena ma ġewx determinati s'issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu orali.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Indeboliment sever tal-fwied (Child-Pugh C).

Treddigħ (ara s-sezzjoni 4.6).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Disturbi psikjatriċi

Pitolisant għandu jingħata b'attenzjoni f'pazjenti bi storja ta' disturbi psikjatriċi bħal ansjetà severa u dipressjoni severa b'riskju ta' ħsibijiet suwiċidali.

Indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi

Pitolisant għandu jingħata b'attenzjoni f'pazjenti jew b'indeboliment tal-kliewi jew b'indeboliment moderat tal-fwied (Child-Pugh B) u għandu jiġi adattat kors ta' dożaġġ skont is-sezzjoni 4.2.

Disturbi gastro-intestinali

Reazzjonijiet ta' disturbi gastriċi ġew irrapportati b'pitolisant, għaldaqstant għandu jingħata b'attenzjoni f'pazjenti b'disturbi gastriċi relatati mal-aċidu (ara sezzjoni 4.8) jew meta jingħata ma' irritanti tal-istonku bħal kortikosterojdi jew NSAID.

Disturbi fin-nutrizzjoni

Pitolisant għandu jingħata b'attenzjoni f'pazjenti b'obesità severa jew b'anoressija severa (ara sezzjoni 4.8). Fil-każ ta' tibdil sinifikanti fil-piż, il-kura għandha tiġi evalwata mill-ġdid mit-tabib.

Disturbi kardijaċi

F'żewġ studji QT iddedikati, dożi supraterapewtiċi ta' pitolisant (3-6 drabi d-doża terapewtika, jiġifieri 108 mg sa 216 mg) ipproduċew prolungament ħafif għal moderat tal-intervall tal-QTc (10-13 ms). Fi provi kliniċi, ma ġie identifikat l-ebda sinjal tas-sigurtà kardijaka speċifiku fid-dożi terapewtiċi ta' pitolisant. Madankollu, pazjenti b'mard kardijaku, komedikati bi prodotti mediċinali oħra li jtawwlu l- QT jew magħrufa li jżidu r-riskju ta' disturbi ta' ripolarizzazzjoni, jew komedikati bi prodotti mediċinali li jżidu b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' Cmax u AUC ta' pitolisant (ara sezzjoni 4.5) jew pazjenti b'indeboliment tal-kliewi sever jew tal-fwied moderat (ara sezzjoni 4.4) għandhom jiġu sorveljati b'attenzjoni (ara sezzjoni 4.5).

Epilessija

Konvulżjonijiet kienu rrapportati f'dożi għoljin f'mudelli tal-annimali (ara sezzjoni 5.3). Fi provi kliniċi, każ wieħed ta' aggravament ta' epilessija kien irrapportat f'pazjent wieħed b'epilessija. Għandu jkun hemm attenzjoni għal pazjenti b'epilessija severa.

Nisa li jista' jkollhom it-tfal

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effikaċi waqt il-kura u għal tal-inqas sa 21 jum wara t-twaqqif tal-kura (ibbażata fuq il-half-life ta' pitolisant/metaboliti). Pitolisant jista' jnaqqas l-effikaċja tal-kontraċettivi ormonali. Għalhekk, metodu alternattiv ta' kontraċezzjoni effikaċi għandu jintuża jekk il-pazjenta mara tkun qiegħda tuża kontraċettivi ormonali (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.6).

Interazzjonijiet bejn mediċina u oħra

Il-kombinazzjoni ta' pitolisant ma' sottostrati ta' CYP3A4 u li għandhom marġni terapewtiku dejjaq għandha tiġi evitata (ara sezzjoni 4.5).

Effett rebound

L-ebda effett rebound ma kien irrapportat matul il-provi kliniċi. Madankollu, it-twaqqif tal-kura għandu jiġi mmonitorjat.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Antidipressanti

Antidepressanti tri jew tetraċikliċi (eż. imipramine, clomipramine, mirtazapine) jistgħu jfixklu l- effikaċja ta' pitolisant minħabba li juru attività antagonista ta' riċettur-H1 tal-istamina u possibbilment jikkanċellaw l-effett ta' istamina endoġenuża rilaxxata mill-moħħ mill-kura.

Anti-istamini

Anti-istamini (antagonisti tar-riċettur H1) li jaqsmu l-barriera emato-enċefalika (eż. pheniramine maleate, chlorpheniramine, diphenydramine, promethazine, mepyramine) jistgħu jfixklu l-effikaċja ta' pitolisant.

Sustanzi li jtawwlu l-QT jew li huma magħrufin li jżidu r-riskju ta' disturbi ta' ripolarizzazzjoni

Il-kombinazzjoni ma' pitolisant għandha ssir b'monitoraġġ b'attenzjoni (ara sezzjoni 4.4).

Interazzjonijiet farmakokinetiċi

Prodotti mediċinali li jaffettwaw il-metaboliżmu ta' pitolisant

-Indutturi tal-enzima

L-għoti fl-istess ħin ta' pitolisant ma' rifampicin f'dożi multipli jnaqqas b'mod sinifikanti l-proporzjon medju ta' Cmax u ta' AUC ta' pitolisant b'madwar 39% u 50%, rispettivament. Għalhekk, l-għoti fl- istess ħin ta' pitolisant ma' indutturi ta' CYP3A4 b'saħħithom (eż. rifampicin, phenobarbital, carbamazepine, phenytoin) għandu jsir b'kawela. B'St John’s Wort (Hypericum Perforatum), minħabba l-effett induttur ta' CYP3A4 b'saħħtu tiegħu, għandha tiġi eżerċitata l-kawtela meta jittieħed fl-istess ħin ma' pitolisant. Għandu jsir monitoraġġ kliniku meta ż-żewġ sustanzi attivi jiġu kkombinati u, eventwalment aġġustament tad-dożaġġ matul il-kombinazzjoni u ġimgħa waħda wara l-kura b'induttur.

-Inibituri ta' CYP2D6

L-għoti fl-istess ħin ta' pitolisant ma' paroxetine iżid b'mod sinifikanti l-proporzjon medju ta' Cmax u AUC0-72h ta' pitolisant b'madwar 47% u 105% rispettivament. Minħabba ż-żieda ta' darbtejn fl- espożizzjoni ta' pitolisant, l-għoti fl-istess ħin tiegħu ma' inibituri ta' CYP2D6 (eż. paroxetine, fluoxetine, venlafaxine, duloxetine, bupropion, quinidine, terbinafine, cinacalcet) għandu jsir b'kawtela. Eventwalment jista' jiġi kkunsidrat aġġustament tad-dożaġġ matul il-kombinazzjoni.

Prodotti mediċinali li pitolisant jista' jaffettwa l-metaboliżmu tagħhom

-Sottostrati ta' CYP3A4 u CYP2B6

Abbażi ta' dejta in vitro, pitolisant u l-metaboliti ewlenin tiegħu jistgħu jinduċu CYP3A4 u CYP2B6 f'konċentrazzjonijiet terapewtiċi u permezz ta' estrapolazzjoni, CYP2C, UGTs u P-gp. Mhija disponibbli l-ebda dejta klinika dwar il-kobor ta' din l-interazzjoni. Għalhekk, il-kombinazzjoni ta' pitolisant mas-sottostrati ta' CYP3A4 u li għandhom marġini terapewtiku dejjaq (eż immunosuppressanti, docetaxel, inibituri ta' kinase, cisapride, pimozide, halofantrine) għandha tiġi evitata (ara sezzjoni 4.4). B'sottostrati CYP3A4, CYP2B6 (eż. efavirenz, bupropion), CYP2C (eż repaglinide, phenytoin, warfarin), P-gp (eż. dabigatran, digoxin) u UGT (eż. morfina, paracetamol, irinotecan) oħrajn, għandha tintuża kawtela b'monitoraġġ kliniku tal-effikaċja tagħhom.

Bil-kontraċettivi orali, għandha tiġi evitata kombinazzjoni ma' pitolisant u għandu jintuża metodu ta' kontraċezzjoni ieħor affidabbli.

-Sottostrati ta' OCT1

Pitolisant juri inibizzjoni akbar minn 50% lejn OCT1 (trasportaturi tal-cations organiċi 1) f'1.33 µM, l- IC50 estrapolat ta' pitolisant huwa 0.795 µM.

Anki jekk ir-relevanza klinika ta' dan l-effett ma tkunx ġiet stabbilita, hija rrakkomandata l-kawtela meta pitolisant jingħata ma' sottostrat ta' OCT1 (eż. metformin (biguanides)) (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jista' jkollhom it-tfal

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effikaċi waqt il-kura u għal tal-inqas sa 21 jum wara t-twaqqif tal-kura (ibbażata fuq il-half-life ta' pitolisant/metaboliti). Pitolisant/metaboliti

jistgħu jnaqqsu l-effikaċja tal-kontraċettivi ormonali. Għalhekk, metodu alternattiv ta' kontraċezzjoni effikaċi għandu jintuża jekk il-pazjenta mara tkun qiegħda tuża kontraċettivi ormonali (ara

sezzjoni 4.5).

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ pitolisant f’nisa tqal. Studji f'annimali wrew tossiċità riproduttiva, b'inklużjoni tat-teratoġenoċità. Fil-firien, pitolisant/metaboliti ntwerew li jaqsmu l-barriera tal-plaċenta (ara sezzjoni 5.3).

Pitolisant ma għandux jintuża matul it-tqala, sakemm il-benefiċċju potenzjali ma jaqbiżx ir-riskju potenzjali għall-fetu.

Treddigħ

Studju fl-annimali wera l-eliminazzjoni ta' pitolisant/metaboliti fil-ħalib. Għalhekk, it-treddigħ huwa kontra-indikat matul il-kura b'pitolisant (ara sezzjoni 4.3).

Fertilità

Studju fl-annimali wera effetti fuq il-parametri tas-semen, mingħajr impatt sinifikanti fuq il- prestazzjoni riproduttiva fl-irġiel u tnaqqis fuq il-perċentwal ta' feti ħajjin fin-nisa kkurati (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Pitolisant għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Pazjenti b'livelli mhux normali ta' ngħas li jieħdu pitolisant għandhom jingħataw il-parir li jista' jkun li l-livell tagħhom ta' stat imqajjem ma jirritornax għan-normal. Pazjenti b'ngħas ta' matul il-jum eċċessiva, inkluż dawk li jieħdu pitolisant għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid b'mod frekwenti għall- grad tagħhom ta' ngħas u jekk xieraq, għandhom jingħataw il-parir li jevitaw is-sewqan jew li jevitaw kwalunkwe attivita potenzjalment perikoluża oħra.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-aktar reazzjonijiet frekwenti avversi għall-mediċina (ADRs) irrapportati b'pitolisant kienu insomnija (8.4%), uġigħ ta' ras (7.7%), dardir (4.8%), ansjetà (2.1%), irritabilità (1.8%), sturdament (1.4%), depressjoni (1.3%), rogħda (1.2%), disturbi fl-irqad (1.1%), għeja (1.1%), rimettar (1.0%), vertiġini (1.0%), dispepsija (1.0%), żieda fil-piż (0.9%), uġigħ fil-parti ta' fuq tal-addome (0.9%). L-iktar ADRs serji huma tnaqqis anormali fil-piż (0.09%) u abort spontanju (0.09%).

Lista tabulata ta' reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew irrapportati b'pitolisant matul studji kliniċi li rreġistraw għalihom aktar minn 1094 pazjent f'narkolessija u indikazzjonijiet oħrajn, u huma elenkati hawn taħt skont it- terminu ppreferut ta' MedDRA skont is-sistema ta' klassifika tal-organi u l-frekwenza; il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000); fi ħdan kull grupp ta' frekwenza, ir- reazzjoniiet avversi huma ppreżentati f'ordni li fiha s-serjetà dejjem tonqos:

 

Komuni

Mhux komuni

Rari

Infezzjonijiet u

 

Għaraq

 

infestazzjonijiet

 

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u

 

Tnaqqis fl-aptit

Anoressija

n-nutrizzjoni

 

Żieda fl-aptit

Iperfaġja

 

 

Żamma ta' fluwidi

Disturb fl-aptit

 

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

Insomnja

Aġitazzjoni

Imġiba mhux normali

 

Ansjetà

Alluċinazzjoni

Stat ta' konfużjoni

 

Irritabilità

Alluċinazzjoni viżiva,

Burdata depressa

 

Depressjoni

awditorja

Eċċitabbiltà

 

Disturb fl-irqad

Bidla kontinwa fil-

Ħsibijiet ossessivi

 

 

burdata

Disforja

 

 

Ħolm mhux normali

Alluċinazzjoni

 

 

Dissomnija

ipnopompika

 

 

Insomnija medja

Sintomu depressiv

 

 

Insomnja inizjali

Alluċinazzjoni

 

 

Insomnja terminali

ipnagoġika

 

 

Nervi

Indeboliment mentali

 

 

Tensjoni

 

 

 

Apatija

 

 

 

Ħmar il-lejl

 

 

 

Irrekwitezza

 

 

 

Attakk ta' Paniku

 

 

 

Tnaqqis fil-libido

 

 

 

Żieda fil-libido

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Uġigħ ta' ras

Diskinesija

Telf mis-sensi

 

Sturdament

Disturb fil-bilanċ

Uġigħ ta' ras b'tensjoni

 

Rogħda

Kataplessija

Indeboliment tal-

 

 

Disturb fl-attenzjoni

memorja

 

 

Distonja

Kwalità tal-irqad ħażina

 

 

Fenomenu ġieli jidher u

 

 

 

ġieli le

 

 

 

Ipersomnja

 

 

 

Emigranja

 

 

 

Iperattività

 

 

 

psikomotorja

 

 

 

Sindrome ta' Riġlejn bla

 

 

 

Kwiet

 

 

 

Ngħas

 

 

 

Epilessija

 

 

 

Bradikajniżja

 

 

 

Parestesija

 

Disturbi fl-għajnejn

 

Tnaqqis fl-akutezza

 

 

 

viżwali

 

 

 

Blefarospażmu

 

Disturbi fil-widnejn u fis-

Vertiġini

Tinnite

 

sistema labirintika

 

 

 

Disturbi kardijaċi

 

Ekstrasistoli

 

 

 

Bradikardija

 

Disturbi vaskulari

 

Pressjoni għolja

 

 

 

Pressjoni baxxa

 

 

 

Fwawar ta' sħana

 

Disturbi respiratorji,

 

Titwib

 

toraċiċi u medjastinali

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Dardir

Ħalq xott

Nefħa fl-addome

 

Rimettar

Uġigħ addominali

Disfaġja

 

 

 

 

 

Dispepsija

Dijarrea

Gass

 

 

Skumdità addominali

Odinofaġja

 

 

Uġigħ fil-parti ta' fuq

Enterokolite

 

 

tal-addome

 

 

 

Stitikezza

 

 

 

Mard tar-rifluss

 

 

 

gastroesofagali

 

 

 

Gastrite

 

 

 

Uġigħ gastro-intestinali

 

 

 

Iperaċidità

 

 

 

Parestesija orali

 

 

 

Skonfort fl-istonku

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

 

Ħmura

Eruzzjoni tossika tal-

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

Ħakk

ġilda

 

 

Raxx

Fotosensittività

 

 

Iperidrożi

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-skeletriċi

 

Artralġja

Uġigħ fl-għonq

u tat-tessuti konnettivi

 

Uġigħ fid-dahar

Uġigħ muskuloskeletali

 

 

Riġidità fil-muskoli

fis-sider

 

 

Dgħufija fil-muskoli

 

 

 

Uġigħ

 

 

 

muskoloskeletriku

 

 

 

Mijalġja

 

 

 

Uġigħ fl-estremitajiet

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

 

Pollakurja

 

sistema urinarja

 

 

 

Kondizzjonijiet ta’ waqt it-

 

 

Abort spontanju

tqala, il-ħlas u wara l-ħlas

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

Metrorraġja

 

riproduttiva u fis-sider

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Għeja

Astenja

Uġigħ

kondizzjonijiet ta' mnejn

 

Uġigħ fis-Sider

Tgħereq ħafna matul il-

jingħata

 

Ma Tħossokx Normali

lejl

 

 

Telqa

Sens ta' oppressjoni

 

 

Edema

 

 

 

Edema periferali

 

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

Żieda fil-piż

Żieda fil-creatine

 

 

Tnaqqis fil-piż

phosphokinase

 

 

Żieda fl-enzimi tal-

 

 

 

fwied

 

 

 

Prolongament fil-QT

Kundizzjoni fiżika

 

 

tal-

ġenerali mhux normali

 

 

elettrokardjogramma

Anormalità fir-

 

 

Żieda fir-rata ta' taħbit

ripolarizzazzjoni tal-

 

 

tal-qalb

elettrokardjogramma

 

 

Żieda fil-gamma-

Inverżjoni tal-mewġa T

 

 

glutamyltransferase

tal-

 

 

 

elettrokardjogramma

Deskrizzjoni ta' reazzjonijiet avversi magħżula

 

 

Uġigħ ta' ras u insomnija

 

 

 

Matul studji kliniċi, ġew irrapportati episodji ta' uġigħ ta' ras u insomnija (7.7 % sa 8.4 %). Ħafna minn dawn ir-reazzjonijiet avversi kienu ħfief għal moderati. Jekk is-sintomi jippersistu, għandha tiġi kkunsidrata doża mnaqqsa ta' kuljum jew għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif tagħha.

Disturbi gastriċi

Disturbi gastriċi kkawżati minn aċidità eċċessiva ġew irrapportati matul studji kliniċi fi 3.5% tal- pazjenti li rċevew pitolisant. Dawn l-effetti kienu fil-parti l-kbira tagħhom ħfief għal moderati. Jekk jippersistu, tista' tinbeda kura korrettiva b'inibituri tal-pompa tal-proton.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Sintomi ta' doża eċċessiva ta' Wakix jistgħu jinkludu uġigħ ta' ras, insomnija, irritabilità, dardir u uġigħ addominali.

Ġestjoni

Fil-każ ta' doża eċċessiva, huwa rrakkomandat rikoveru l-isptar u monitoraġġ tal-funzjonijiet vitali. M'hemm ebda antidotu identifikat b'mod ċar.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini oħrajn tas-sistema nervuża, Kodiċi ATC: N07XX11.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Pitolisant huwa antagonista/agonista invers tar-riċettur tal-istamini H3 attiv oralment, qawwi li, permezz tal-imblokk ta' awto-riċetturi tal-istamini jtejjeb l-attività tan-newroni istaminerġiċi tal-moħħ, sistema ta' qawmien maġġuri bi projezzjonijiet mifruxin għall-moħħ kollu. Barra minn hekk, pitolisant jimmodula sistemi ta' newrotrasmettituri varji, u b'hekk iżid ir-rilaxx ta' acetylcholine, noradrenaline u dopamine fil-moħħ. Madankollu, ma ġiet evidenzjata l-ebda żieda fir-rilaxx tad-dopamina fil- kumpless striatali inkluż l-akkumbens tan-nukleu għal pitolisant.

Effetti farmakodinamiċi

F'pazjenti narkolettiċi bi jew mingħajr kataplessija, pitolisant itejjeb il-livell u d-durata tal-istat imqajjem u ta' prontezza matul il-jum vvalutat minn miżuri objettivi ta' abilità li l-persuna ddum imqajma (eż. Test ta' Kemm Wieħed Jibqa' Mqajjem (MWT - Maintenance of Wakefulness Test) u attenta (eż. Attenzjoni Sostnuta għall-Kompitu ta' Rispons (SART - Sustained Attention to Response Task)).

Effikaċja klinika u sigurtà

Narkolessija (bi jew mingħajr kataplessija) hija kundizzjoni kronika. L-effikaċja ta' pitolisant sa 36 mg darba kuljum, għall-kura ta' narkolessija bi jew mingħajr kataplessija ġiet stabbilita f'żewġ provi, ta'

8 ġimgħat, multiċentriċi, randomizzati, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo, bi gruppi paralleli

ewlenin (Harmony I u Harmony CTP). Harmony Ibis, studju b'disinn simili, kien limitat għal 18 mg darba kuljum. Sal-lum, hemm ammont limitat ta' dejta minn studju open label fuq l-effikaċja fit-tul ta' Wakix f'din l-indikazzjoni.

L-istudju pivotali (Harmony 1), double-blind, randomizzat, vs plaċebo u modafinil (400 mg/kuljum), studji ta' gruppi paralleli b'adattament għal doża flessibbli, inkluż 94 pazjent (31 pazjent ikkurati b'pitolisant, 30 bi plaċebo u 33 b'modafinil). Id-dożaġġ inbeda b'9 mg darba kuljum u żdied, skont ir- rispons ta’ l-effikaċja u t-tolleranza għal 18 mg jew 36 mg darba kuljum għal intervall ta' ġimgħa. Ħafna mill-pazjenti (60%) laħqu d-dożaġġ ta' 36 mg darba kuljum. Biex tiġi vvalutata l-effikaċja ta' pitolisant fuq Ngħas Eċċessiv Matul il-Jum (EDS - Excessive Daytime Sleepiness), intuża il-punteġġ ta’ l-Iskala ta' Ngħas ta' Epworth (ESS - Epworth Sleepiness Scale) bħala l-kriterju tal-effikaċja primarju. Ir-riżultati b'pitolisant kienu ferm ogħla minn dawk fil-grupp tal-plaċebo (differenza medja: - 3.33; 95%CI [-5.83 sa -0.83]; p < 0.05) iżda ma kinux ferm differenti mir-riżultati fil-grupp ta' modafinil (differenza medja: 0.12; 95%CI [-2.5 sa 2.7]). L-effett tal-qawmien taż-żewġ sustanzi attivi kien stabbilit b'rati simili (Figura 1).

Figura 1: Tibdil fil-Punteġġ ta’ l-Iskala ta' Ngħas ta' Epworth (ESS - Epworth Sleepiness Scale Score) (medja ± SEM) mil-Linja bażi għal ġimgħa 8 fl-istudju Harmony 1

L-effett fuq Epworth ġie appoġġjat f'żewġ testijiet tal-laboratorju ta' viġilanza u attenzjoni (Test ta' Kemm Wieħed Jibqa' Mqajjem (MWT) (p=0.044) u Attenzjoni Sostnuta għall-Kompitu ta' Rispons (SART) (p=0.053, kważi iżda mhux sinifikanti)).

Il-frekwenza ta' attakki ta' kataplessija f'pazjenti li juru dan is-sintomu tnaqqset b'mod sinifikanti (p=0.034) b'pitolisant (-65%) meta mqabbel ma' plaċebo (-10%). Ir-rata ta' kuljum ta' kataplessija (medji ġeometriċi) kienet 0.52 fil-linja bażi u 0.18 fiż-żjara finali għal pitolisant u 0.43 fil-linja bażi u 0.39 fiż-żjara finali għall-plaċebo, bil-proporzjon tar-rata rR = 0.38 [0.16; 0.93] (p = 0.034).

It-tieni studju pivotali (Harmony Ibis) inkluda 165 pazjent (67 ikkurati b'pitolisant, 33 bi plaċebo u 65 b'modafinil). Id-disinn tal-istudju kien simili għall-istudju Harmony I għajr li d-doża massima għal pitolisant milħuqa minn 75% tal-pazjenti kienet ta' 18 mg darba kuljum minflok ta' 36 mg f'Harmony I. Minħabba li żbilanċ importanti wassal għal tqabbil tar-riżultati bi jew mingħajr ragruppament ta' siti f'daqqa, l-aktar approċċ konservattiv wera tnaqqis fil-punteġġ ESS mhux sinifikanti b'pitolisant meta mqabbel ma' plaċebo (pitolisant-plaċebo=-1.94 b'p=0.065). Ir-riżultati minn rata ta' kataplessija ta'

18 mg darba kuljum ma kinux konsistenti ma' dawk tal-ewwel studju pivotali (36 mg darba kuljum).

It-titjib taż-żewġ testijiet objettivi ta' stat imqajjem u attenzjoni, MWT u SART, b'pitolisant kien sinifikanti meta mqabbel ma' plaċebo (p=0.009 u p=0.002 rispettivament) u mhux sinifikanti meta mqabbel ma' modafinil (p=0.713 u p=0.294 rispettivament).

Harmony CTP, studju ta' appoġġ double-blind, randomizzat, bi grupp parallel ta' pitolisant kontra plaċebo, ġie ddisinjat sabiex jistabbilixxi l-effikaċja ta' pitolisant f'pazjenti b'kataplessija bi frekwenza għolja f'nakrolessija. Il-punt ta' tmiem tal-effikaċja primarja kien il-bidla fin-numru medju ta' attakki ta' kataplessija kull ġimgħa bejn il-ġimagħtejn tal-linja bażi u l-4 ġimgħat tal-perjodu ta' kura stabbli fit-tmiem tal-istudju. Ġew inklużi 105 pazjenti narkolettiċi b'rati ta' kataplessija fil-ġimgħa bi frekwenza għolja fil-linja bażi (54 pazjent ikkurat b'pitolisant u 51 bi plaċebo). Id-dożaġġ inbeda b'4.5 mg darba kuljum u żdied, skont ir-rispons tal-effikaċja u t-tolleranza għal 9 mg, 18 mg jew

36 mg darba kuljum għal kull intervall ta' ġimgħa. Ħafna mill-pazjenti (65%) laħqu d-dożaġġ ta' 36 mg darba kuljum.

Fuq il-punt ta' tmiem tal-effikaċja primarja, ir-Rata fil-Ġimgħa ta' Episodji ta' Kataplessija (WRC - Weekly Rate of Cataplexy), ir-riżultati b'pitolisant kienu ferm superjuri għal dawk fil-grupp tal- plaċebo (p < 0.0001), bi tnaqqis progressiv ta' 64 % mil-linja bażi sa tmiem il-kura (Figura 2). Fil-linja bażi, il-medja ġeometrika tad-WRC kienet 7.31 (medjan=6.5 [4.5; 12]) u 9.15 (medjan=8.5 [5.5, 15.5]) fil-gruppi tal-plaċebo u ta' pitolisant rispettivament. Matul il-perjodu stabbli (sal-aħħar tal-kura), id- WRC ġeometrika medja naqset għal 6.79 (medjan=6 [3; 15]) u 3.28 (medjan=3 [1.3; 6]) fil-gruppi tal- plaċebo u pitolisant rispettivament f'pazjenti li esperjenzaw tal-inqas episodju wieħed ta' kataplessija.. Id-WRC osservata fil-grupp ta' pitolisant kienet madwar nofs id-WRC fil-grupp ta' plaċebo: id-daqs tal-effett ta' pitolisant meta mqabbel mal-plaċebo tqassar mir-rata ta' proporzjon rR (Pt/Pb), rR=0.512; 95% CI [0.435-0.603]; p <0.0001). Id-daqs tal-effett ta' pitolisant meta mqabbel ma' plaċebo bbażat fuq mudell għal WRC ibbażat fuq BOCF b'ċentru bħala effett fiss kien 0.581, 95% CI [0.493-0.686]; p <0.0001.

Figura 2: Tibdil fl-episodji ta' kataplessija fil-ġimgħa (medja ġeometrika) mil-Linja bażi għal ġimgħa 7 fl-istudju Harmony CTP

*p<0.0001 vs plaċebo

L-effett ta' pitolisant fuq EDS ġie vvalutat ukoll f'din il-popolazzjoni permezz tal-punteġġ ESS. Fil- grupp ta' pitolisant, l-ESS naqas b'mod sinifikanti bejn il-linja bażi u t-tmiem tal-kura meta mqabbel mal-plaċebo b'tibdil medju osservat ta' -1.9 ± 4.3 u -5.4 ± 4.3 (medja ± SD) għal plaċebo u għal pitolisant rispettivament, (p<0.0001) (Figura 3). Dan l-effett fuq l-EDS ġie kkonfermat mir-riżultati fuq it-Test ta' Kemm Wieħed Jibqa' Mqajjem (MWT). Il-medja ġeometrika tal-proporzjonijiet

(MWTFinali/ MWTfil-Linja Bażi) kienet 1.8 (95%CI 1.19; 2.71, p=0.005). Il-valur ta' MWT fil-grupp ta' pitolisant kien 80% ogħla milli fil-grupp ta' plaċebo.

Figura 3: Tibdil fil-Punteġġ tal-Iskala ta' Ngħas ta' Epworth (ESS) (medja ± SEM) mil-Linja bażi sa ġimgħa 7 fl-istudju Harmony CTP

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b'Wakix f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fin-narkolessija bi jew mingħajr kataplessija (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

L-esponiment għal pitolisant f'voluntiera b'saħħithom ġie vvalutat fi studji li jinvolvu aktar minn

200 individwu li rċevew dożi ta' pitolisant f'għoti waħdieni ta' mhux aktar minn 216 mg u għal perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn 28 jum.

Assorbiment

Pitolisant jiġi assorbit tajjeb u malajr bil-konċentrazzjoni massima fil-plasma tintlaħaq bejn wieħed u ieħor tliet sigħat wara l-għoti.

Distribuzzjoni

Pitolisant jesebixxi rbit għoli mal-proteina fis-serum (>90%) u juri bejn wieħed u ieħor distribuzzjoni ugwali bejn iċ-ċelloli ħomor tad-demm u l-plasma.

Bijotrasformazzjoni

Il-metabolizzazzjoni ta' pitolisant fil-bnedmin mhijiex kompletament karatterizzata. Id-dejta disponibbli turi li l-metaboliti mhux konjugati maġġuri huma derivattivi hydroxylated f'bosta pożizzjonijiet. Il-5-aminovaleric acid huwa l-metabolit inattiv tal-fażi I maġġuri u jinsab fl-awrina u fis-serum. Jifforma taħt l-azzjoni ta' CYP3A4 u CYP2D6. Ġew identifikati bosta metaboliti kkonjugati, dak maġġuri (inattiv) ikun konjugat tal-gliċina tal-metabolit tal-aċidu ta' pitolisant desaturat O-dealkilat u glucuronide ta' metabolit tal-ketone ta' pitolisant desaturat ta' monohydroxy.

Fuq il-mikrosomi tal-fwied, pitolisant ma jinibixxix b'mod sinifikanti l-attivitajiet taċ-ċitokromi CYP1A2, CYP2C9, CYP2C19, CYP2C8, CYP2B6, CYP2E1 jew CYP3A4 u tal-isoforom ta' uridine diphosphate glucuronosyl transferases UGT1A1, UGT1A4, UGT1A6, UGT1A9 u UGT2B7 sa

konċentrazzjoni ta' 13.3µM, livell ferm ogħla mil-livelli milħuqin bid-doża terapewtika. Pitolisant huwa inibitur ta' CYP2D6 b'qawwa moderata (IC50 = 2.6 µM).

Pitolisant jinduċi CYP3A4, CYP1A2 u CYP2B6 in vitro. Interazzjonijiet rilevanti b'mod kliniku huma mistennija mas-sottostrati ta' CYP3A4 u CYP2B6 u permezz tal-estrapolazzjoni, l-UGTs, u s- sottostrati ta' CYP2C u P-gp (ara sezzjoni 4.5).

Studji in vitro jindikaw li pitolisant la huwa sottostrat u lanqas inibitur ta' P-glycoproteina umana u tal-proteina ta' reżistenza għall-kanċer tas-sider (BCRP - breast cancer resistance protein) Pitolisant mhuwiex sottostrat ta' OATP1B1, OATP1B3. Pitolisant mhuwiex inibitur sinifkanti ta' OAT1, OAT3, OCT2, OATP1B1, OATP1B3, MATE1, jew MATE2K fil-konċentrazzjoni ttestjata. Pitolisant juri inibizzjoni akbar minn 50% lejn OCT1 (trasportaturi tal-cations organiċi 1) f'1.33 µM, l-IC50 estrapolat ta' pitolisant huwa 0.795 µM (ara sezzjoni 4.5).

Eliminazzjoni

Pitolisant għandu half-life tal-plasma ta' 10-12-il siegħa. Wara għoti ripetut, l-istat fiss jintlaħaq wara 5-6 ijiem mill-għoti u dan iwassal għal żieda fil-livell fis-serum ta' madwar 100%. Varjabilità bejn individwu u ieħor hija pjuttost għolja, xi voluntiera juru profil għoli barra min-normal (mingħajr kwistjonijiet ta' tolleranza).

L-eliminazzjoni tinkiseb prinċipalment permezz tal-awrina (madwar 63%) permezz ta' metabolit mhux konjugat inattiv (BP2.951) u metabolit konjugat ta' glycine. 25% tad-doża tiġi eliminata permezz tal- arja li tintefa 'l barra u frazzjoni żgħira (<3%) tiġi rkuprata mill-ippurgar fejn l-ammont ta' pitolisant jew ta' BP2.951 kien negliġibbli.

Linearità/nuqqas ta' linearità

Meta doża ta' pitolisant tiġi rduppjata minn 27 għal 54 mg, l-AUC0-∞ jiżdied b'madwar 2.3.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

F'pazjenti ta' bejn 68 u 80 sena, il-farmakokinetiċi ta' pitolisant mhumiex differenti meta mqabbla ma' dawk ta' pazjenti iżgħar fl-età (18 sa 45 sena). F'età ta' aktar minn 80 sena, il-kinetiċi wrew varjazzjoni ħafifa mingħajr relevanza klinika. Dejta limitata hija disponibbli fl-anzjani. Għalhekk, id-dożaġġ għandu jiġi aġġustat skont l-istat tal-kliewi u il-fwied tagħhom (ara sezzjoni 4.2 u 4.4).

Indeboliment tal-kliewi

F'pazjenti b'funzjoni tal-kliewi indebolita (fażijiet 2 sa 4 skont il-klassifikazzjoni internazzjonali tal- mard kroniku tal-kliewi, jiġifieri l-eliminazzjoni tal-kreatinina bejn 15 u 89 ml/min), is-Cmax u l-AUC kellhom it-tendenza li jiżdiedu b'fattur ta' 2.5 mingħajr ebda impatt fuq il-half-life (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment tal-fwied

F'pazjenti b'indeboliment tal-fwied ħafif (Child-Pugh A), ma kien hemm l-ebda tibdil sinifikanti fil- farmakokinetiċi meta mqabbel ma' voluntiera normali b'saħħithom. F'pazjenti b'indeboliment tal-fwied moderat (Child-Pugh B), l-AUC żdiedet b'fattur ta' 2.4, filwaqt li l-half-life rdoppja (ara sezzjoni 4.2). Il-farmakokinetiċi ta' Pitolisant wara għoti ripetut f'pazjenti b'indeboliment tal-fwied ma ġewx evalwati s'issa.

Razza

L-effett tar-razza fuq il-metaboliżmu ta' pitolisant ma ġiex evalwat.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Wara 1 xahar fil-ġrieden, 6 xhur fil-firien u 9 xhur fix-xadini, il-livell ta' ebda effett avvers (NOAEL - no adverse effect level) kien 75, 30 u 12 mg/kg/kuljum, p.o., rispettivament, u jipprovdi marġini ta'

sikurezza ta' 9, 1 u 0.4, rispettivament meta mqabbel mal-espożizzjoni għall-mediċina f'doża terapewtika fil-bnedmin. Fil-firien, seħħew episodji konvulsivi riversibbli temporanji f'Tmax, li jistgħu jkunu attribwibbli għal metabolit abbundanti f'din l-ispeċi iżda mhux fil-bnedmin. Fix-xadini, fl-ogħla dożi, sinjali kliniċi relatati mas-CNS temporanji inkluż emesi, rogħda u konvulsjonijiet ġew irrapportati. Fl-ogħla dożi, l-ebda tibdil istopatoloġiku ma ġie rreġistrat fix-xadini u l-firien ippreżentaw xi tibdiliet istopatoloġiċi limitati f'xi organi (fwied, duwodenu, timu, glandola adrenali u pulmun).

Pitolisant la kien ġenotossiku u lanqas karċinoġeniku.

Effett teratoġeniku ta' pitolisant kien osservat f'dożi tossiċi għall-omm (livelli ta 'sigurtà teratoġeniċità <1 fil-firien u fil-fniek). F'dożi għoljin, pitolisant ikkawża anormalitajiet fil-morfoloġija tal-isperma u tnaqqis fil-motilità mingħajr ebda effett sinifikanti fuq l-indiċijiet tal-fertilità fil-firien irġiel u naqas il- perċentwal ta' embrijuni ħajjin u żid it-telf wara l-impjantazzjoni fil-firien nisa (marġni ta' sigurtà ta' 1). Ikkawża dewmien fl-iżvilupp wara t-twelid (marġni ta' sigurtà ta' 1).

Pitolisant/il-metaboliti ntwerew li jaqsmu l-barriera tal-plaċenta fl-annimali.

Studji tat-tossiċità fost iż-żgħar fil-firien urew li l-għoti ta' pitolisant f'dożi għoljin induċa mortalità relatata mad-doża u episodju konvulsiv li jista' jkun attribwibbli għal metabolit abbundanti fil-firien iżda mhux fil-bnedmin.

Pitolisant imblokka l-kanal hERG b'IC50 li jaqbeż il-konċentrazzjonijiet terapewtiċi u wassal għal prolongament żgħir tal-QTc fil-klieb.

Fi studji ta' qabel l-użu kliniku, twettqu studji dwar id-dipendenza fuq il-mediċina u r-responsabbiltà dwar l-abbuż mill-mediċina fil-ġrieden, ix-xadini u l-firien. Madankollu, ma tista' ssir l-ebda konklużjoni definittiva dwar l-istudji tat-tolleranza, id-dipendenza u l-għoti mill-pazjent stess.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola

Microcrystalline cellulose

Crospovidone tip A

Talc

Magnesium stearate

Colloidal anhydrous silica

Kisja

Polyvinyl alcohol

Titanium dioxide (E171)

Macrogol 3350

Talc

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Wakix 4.5 mg pillola 30 xahar

Wakix 18 mg pillola 3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun tal-polyethylene ta' densità għolja (HDPE - high density polyethylene) b'tapp b'kamin tal- polypropylene li jagħmel kull tbagħbis fuqu evidenti u li huwa reżistenti għat-tfal b'dessikant (silica gel).

Flixkun ta' 30 pillola miksijin b'rita.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Bioprojet Pharma 9, rue Rameau 75002 Paris Franza

Tel: +33 (0)1 47 03 66 33 Fax: +33 (0)1 47 03 66 30 e-mail: contact@bioprojet.com

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1068/001

EU/1/15/1068/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni:

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati