Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Wilzin (zinc) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A16AX05

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaWilzin
Kodiċi ATCA16AX05
Sustanzazinc
ManifatturOrphan Europe S.A.R.L.

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Wilzin 25 mg kapsuli iebsin

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula iebsa fiha 25 mg ta’ zinc (li jikkorispondi għal 83.92 mg ta’ zinc acetate dihydrate).

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula iebsa.

Kapsula b'kappa u korp ta' lewn ikħal opak, li fuqha hemm stampat "93-376”.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament għal marda ta’ Wilson.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament b’Wilzin għandu jiġi mibdi taħt is-sorveljanza ta’ tabib li għandu esperjenza fit- trattament tal-marda ta’ Wilson (ara sezzjoni 4.4). It-terapija b'Wilzin tingħata għal għomrok.

M’hemm l-ebda differenza fid-doża bejn pazjenti sintomatiċi u pazjenti li għad ma għandhomx sintomi.

Wilzin hu disponibbli f’kapsuli iebsin ta’ 25 mg jew 50 mg.

Adulti:

Id-doża tas-soltu hija ta’ 50 mg 3 darbiet kuljum b’doża massima ta’ 50mg 5 darbiet kuljum.

Tfal u addolexenti:

It-tagħrif fit-tfal ta’ taħt is-6 snin huwa limitat ħafna iżda peress li l-marda hija penetranti bi sħiħ, trattament profilattiku għandu jiġi kkonsiderat mill-aktar fis possibbli.

Id-doża rakkomandata hija kif ġejja:

-minn 1 sa 6 snin: 25 mg darbtejn kuljum

-minn 6 sa 16-il sena jekk il-piż tal-ġisem jkun taħt il-57 kg: 25 mg tliet darbiet kuljum.

-minn 16-il sena jew jekk il-piż tal-ġisem jkun ‘il fuq minn 57 kg: 50 mg tliet darbiet kuljum.

Nisa tqal:

Doża ta’ 25mg 3 darbiet kuljum hija ġeneralment effettiva iżda d-doża għandha tiġi aġġustata mal-livelli ta' copper (ara sezzjoni 4.4 u sezzjoni 4.6).

Fil-każijiet kollha, id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-monitoraġġ terapewtiku (ara sezzjoni 4.4).

Wilzin għandu jittieħed fuq stonku vojt, ta’ l-anqas siegħa qabel jew minn 2-3 sigħat wara l-ikel. F’kaz ta’ intolleranza gastrika, li ta’ spiss iseħħ bid-doża ta’ filgħodu, din id-doża tista’ tiġi mdewwma sa nofs l-għodwa, bejn il-kolazzjon u l-ikla ta’ nofsinhar. Huwa possibbli wkoll li Wilzin jittieħed ma’ ftit proteina, bħal ma’ huwa l-laħam (ara sezzjoni 4.5).

Fi tfal li mhumiex kapaċi jibilgħu l-kapsuli, dawn għandhom jiġu miftuħin u l-kontenut tagħhom jitħallat ma’ ftit ilma (possibbilment ilma biz-zokkor jew ġulepp).

Meta pazjent jinqaleb minn fuq trattament kelanti għal terapija ta’ manteniment b’Wilzin, it-trattament kelanti għandu jinżamm u jingħata ma Wilzin għal 2-3 ġimgħat għaliex dan huwa ż-żmien li t- trattament b'zinc jieħu biex jistimola induzzjoni massima ta’ metallothionein u l-impediment totali ta’ l-assorbiment ta' copper. Bejn l-għoti tat-trattament kelanti u ta' Wilzin għandha tgħaddi mill-inqas siegħa.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Zinc acetate dihydrate mhuwiex rakkomandat għat-terapija inizjali f’pazjenti sintomatiċi minħabba li l-azzjoni tiegħu tibda bil-mod. Pazjenti sintomatiċi jridu jiġu ttrattati fil-bidu permezz ta’ mediċina kelanti; la darba l-livell ta' copper jinżel taħt il-livell tossiku u l-pazjenti jkunu klinikament stabbli, trattament ta’ manteniment b’Wilzin jista’ jiġi kkonsiderat.

Madankollu, waqt l-istennija tal-produzzjoni ta' metallothionein fid-duwodenu kawżata minn zinc u l- impediment effettiv ta’ l-assorbiment ta' copper b'konsegwenza ta dan, zinc acetate dihydrate jista’ jingħata inizjalment f’pazjenti sintomatici flimkien ma’ mediċina kelanti.

Għalkemm rari, deterjorament kliniku jista’ jseħħ fil-bidu tat-trattament, kif ġie rrappurtat ukoll f'każ ta’mediċini kelanti. Mhux ċar jekk dan għandux x’jaqsam mal-mobilizzazzjoni tal-ħażniet ta' copper jew ma’ l-istorja naturali tal-marda. Tibdil fit-terapija huwa rakkomandat f’din is-sitwazzjoni.

Għandha tiġi eżerċitata l-kawtela meta pazjenti bi pressjoni għolja portali jinqalbu minn fuq prodotti kelanti għal fuq Wilzin, meta dawn il-pazjenti jkunu sejrin tajjeb u t-trattament huwa ttolerat. Żewġ pazjenti minn 16-il pazjent mietu minn dekompensazzjoni tal-fwied u pressjoni għolja portali avvanzata wara li nqalbu minn fuq penicillamine għal fuq terapija b'zinc.

Monitoraġġ terapewtiku

L-għan tat-trattament huwa li jżomm il-livell ta' copper liberu fil-plażma (magħruf ukoll bħala non- ceruloplasmin copper fil-plażma) anqas minn 250 mikrogramma/l (normali: 100-150 mikrogramma/l) u tneħħija ta' copper fl-awrina anqas minn 125 mikrogramma/24 siegħa (normali: < 50 mikrogramma/24 siegħa). Non-ceruloplasmin copper fil-plażma huwa kkalkulat billi jitnaqqas copper marbut ma ceruloplasmin mit-total ta' copper fil-plażma, la kemm-il darba kull milligramma ta' ceruloplasmin fiha 3 mikrogrammi ta’ copper.

L-eskrezzjoni ta' copper fl-awrina hija riflessjoni preċiża tat-tagħbija tal-ġisem b’ta' copper żejjed biss meta l-pazjenti ma jkunux fuq terapija ta’ kelazzjoni. Il-livelli ta' copper fl-awrina ġeneralment jogħlew b’ terapija kelanti bħal ma hija b'penicillamine jew trientine.

Il-livell ta' copper fil-fwied ma jistax jiġi użat biex timmaniġġa t-terapija peress li dan ma jiddistingwix bejn copper liberu li huwa potenzjalment tossiku u copper marbut ma’ metallothionein. F’pazjenti ttrattati, l-analiżi ta' zinc fl-awrina u/jew fil-plażma jistgħu jkunu ta’ kejl utli ta’ konformità tat-trattament. Livelli ta' zinc fl-awrina ‘il fuq min 2mg/24 siegħa u ta’ zinc fil-plażma ‘il fuq minn 1250 mikrogrammi/l ġeneralment jindikaw konformità adegwata.

Bħal f’kull trattament b’mediċini kontra copper, trattament eċċessiv iġor ir-riskju ta’ defiċjenza ta' copper, li hu speċjalment ta’ ħsara għat-tfal u n-nisa tqal billi copper huwa meħtieġ għall-iżvilupp kif suppost u għall-iżvilupp mentali. F’dawn il-gruppi ta’ pazjenti, il-livelli ta’ copper fl-awrina għandhom jinżammu ftit ‘il fuq mill-limitu ta’ fuq tan-normal jew fil-medda normali għolja (i.e. 40-50 mikrogramma/24 siegħa).

Eżamijiet ta' wara fil-laboratorju li jinkludu sorveljanza ematoloġika u kejl ta' lipoproteini għandhom isiru wkoll sabiex tiskopri manifestazzjonijiet bikrin ta’ defiċjenza ta' copper, bħal anemija u/jew

lewkopinja kkawżati minn depressjoni tal-mudullun, u tnaqqis fil-kolesterol HDL u l-proporzjon HDL/kolesterol totali.

Minħabba li n-nuqqas ta' ram jista' jikkawża wkoll majelonewropatija, it-tobba għandhom ikunu għassa għal sintomi u sinjali sensorji u motorji li jistgħu potenzjalment jindikaw newropatija jew majelopatija inċipjenti f'pazjenti kkurati b'Wilzin.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Mediċini anti-copper oħrajn

Studji farmakodinamiċi saru f’pazjenti bil-marda ta’Wilson b'terapija kombinata ta’ Wilzin (50 mg tliet darbiet kuljum) ma’ ascorbic acid (1g darba kuljum), penicillamine (250 mg erba’ darbiet kuljum) u trientine (250 mg erba’ darbiet kuljum). Ma wrew l-ebda effett totali sinifikattiv fuq il-bilanċ ta' copper għalkemm interazzjoni ħafifa ta' zinc ma’ kelaturi (penicillamine u trientene) setgħet tiġi osservata bi tnaqqis fl-ippurgar iżda b’żieda fl-eskrezzjoni ta' copper fl-awrina meta mqabbla ma zinc waħdu. Dan probabilment huwa minħabba xi ammont ta' rabta ta' ta' zinc mal-kelaturi, li b’hekk inaqqas l-effett taż-żewġ sustanzi attivi.

Meta pazjent ikun qed jinqaleb minn fuq trattament kelanti għal fuq Wilzin bħala terapija ta’ manteniment, il-trattament kelanti għandu jitkompla u jingħata ma Wilzin għal 2-3 gimgħat billi dan huwa ż-żmien li jieħu t-trattament b'zinc biex jikkawża induzzjoni massima ta' metallothionein u impediment totali ta’ l-assorbiment ta' copper. Bejn l-għoti tat-trattament kelanti u ta' Wilzin għandha tgħaddi mill-inqas siegħa.

Prodotti mediċinali oħrajn

L-assorbiment ta' zinc jista’ jiġi mnaqqas minn supplimenti ta' iron u ta' calcium, tetracyclines u prodotti li fihom phosphorus, filwaqt li zinc jista’ jnaqqas l-assorbiment ta’ iron, tetracyclines u fluoroquinolones.

Ikel

Studji fuq l-għoti flimkien ta' -zinc ma’ l-ikel ġo voluntiera b’saħħithom urew li l-assorbiment ta' zinc kien imdewwem b'mod sinifikanti minn ħafna ikel (li jinkludi ħobż, bajd iebes mgħolli, kafe u ħalib). Sustanzi fl-ikel, speċjalment phytates u fibri, jorbtu zinc u ma jħalluħx jidħol fiċ-ċelloli intestinali.

Madankollu, il-proteina tidher li hija l-anqas li ttellef.

4.6Tqala u Treddigħ

Tqala

Tagħrif miġbur minn għadd ristrett ta’ tqaliet esposti f’pazjenti bil-marda ta’ Wilson ma jagħtu l-ebda indikazzjoni ta’ effetti ta’ ħsara ta' zinc fuq l-embriju/fetu u l-omm. Ħames korrimenti u 2 difetti tat- twelid (mikrokefalija u difett fil-qalb korregibbli) ġew irrapportati f’42 tqala.

Studji fuq l-annimali li saru b’ta' zinc salts differenti ma jindikawx effetti ta’ ħsara diretti jew indiretti fir-rigward ta’ tqala, l-iżvilupp ta’ l-embriju/fetu, il-ħlas u l-iżvilupp ta’ wara t-twelid (ara sezzjoni 5.3).

Huwa importanti ħafna li pazjenti tqal bil-marda ta’ Wilson ikomplu t-terapija tagħhom matul it-tqala. Liema trattament għandu jintuża, zinc jew prodott kelanti għandu jiġi deċiż mit-tabib.

Aġġustamenti fid-doża biex jiżguraw li l-fetu ma jkollux nuqqas ta’ copper għandhom jsiru w monitoraġġ mill-qrib tal-pazjenta huwa obbligatorju (ara sezzjoni 4.4)

Treddigħ

Zinc huwa eliminat fil-ħalib tas-sider ta’ l-omm u jista’ jkun hemm nuqqas ta' copper ikkawżat minn zinc fit-tarbija li qed titredda. Ghaldaqstant, it-treddigħ għandu jiġi evitat waqt t-terapija b’Wilzin.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Effetti avversi rrapportati huma elenkati hawn taħt, skond il-klassi tas-sistema ta' l-organi u l-frekwenza.

Il-frekwenzi huma mfissra bħala: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa < 1/10) u mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100, rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax

tittieħed stima mid-data disponibbli).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl- aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Sistema tal-klassifika tal-organi

Reazzjonijiet avversi tal-mediċina

 

 

 

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux

anemija sideroblastika, lewkopenja

 

komuni:

 

Disturbi gastrointestinali

komuni:

irritazzjoni gastrika

 

 

 

Investigazzjonijiet

komuni:

blood amylase, lipase u alkaline

 

 

phosphatase għoljin

 

 

 

Anemija tista’ tkun mikro-, normo- jew makroċitika u hija ta’ spiss assoċjata ma’ lewkopenja. Eżami tal-mudullun ġeneralment juri l-karatteristiċi “sideroblasti biċ-ċrieki” (i.e. ċelloli tad-demm ħomor li qed jiżviluppaw li fihom mitokondrija paranuklejari mimlijin bil-ħadid). Dawn jistgħu jkunu sinjali bikrin ta’ nuqqas ta’ copper u jistgħu jirkupraw malajr wara tnaqqis fid-doża ta' zinc. Madankollu, għandhom jintgħarfu minn anemija emolitika li ta’ spiss isseħħ fil-marda ta’ Wilson li ma tkunx kontrollata, fejn ikun hemm livell għoli ta' copper liberu fis-serum.

L-aktar effett mhux mixtieq komuni hija l-irritazzjoni gastrika. Din hija generalment l-agħar bl-ewwel doża ta’ filgħodu u tisparixxi wara l-ewwel ġranet tat-trattament. L-ittardjar ta’ l-ewwel doża għal nofs l-għodwa jew li d-doża ttieħed ma’ ftit proteina tista’ ittaffi s-sintomi.

Żidiet ta’ serum alkaline phosphatase, amylase u lipase jistgħu jseħħu wara ftit gimagħat ta’ trattament, b’livelli li ġeneralment jirritornaw lura għal-livelli normali għoljin matul l-ewwel sena jew tnejn ta’ trattament.

4.9Doża eċċessiva

Tliet każi ta’ doża eċċessiva orali akuta b’ta' zinc salts (sulphate jew gluconate) ġew irraportati fil-letteratura medika. Il-mewt seħħet f’mara ta’ 35 sena fil-ħames jum wara li ħadet 6 g zinc (40 darba d-doża terapewtika proposta) u kienet attribwita għal insuffiċjenza renali u l-infjammazzjoni emorraġika tal-frixa b’koma ipergliċemika. L-istess doża ma pproduċiet l-ebda sintomi ħlief rimettar f’adolexxenti li kien ittratat permezz ta’ irrigazzjoni tal-musrana kollha. Adolexxenti ieħor li bela’ 4 g ta’ zinc kellu l-livell ta' zinc fis-serum ta’ madwar 50mg/l 5-il siegħa wara u sofra biss dardir qawwi, rimettar u sturdament.

Trattament ta’ doża eċċessiva għandu jsir permezz ta’ ħasil ta’ l-istonku jew rimettar ipprovokat mill- aktar fis possibli biex jitneħħa zinc li jkun għadu ma giex assorbit. Terapija ta’ kelazzjoni b’metalli tqal għandha tiġi kkunsidrata jekk il-livelli ta' zinc fil-plażma jibqgħu għoljin ħafna (> 10mg/l).

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: prodotti ta' partijiet varji tal-apparat alimentari u tal-metaboliżmu, Kodiċi ATC: A16AX05.

Il-marda ta’ Wilson (deġenerazzjoni epatolentikulari) hija difett metaboliku awtosomali reċessiv fl- eskrezzjoni ta' copper ġol-bile. L-akkumulazzjoni ta' copper fil-fwied twassal għal ħsara epatoċellulari u eventwalment ċirrożi. Meta l-kapaċità tal-fwied li jaħżen copper tiġi maqbuża copper joħroģ fid- demm u ma jiģix assorbit mill-fwied imma minn postijiet oħra, bħall-moħħ, li jirriżulta f’disturbi fil- moviment u manifestazzjonijiet psikjattriċi. Il-pazjenti jistgħu jidhru klinikament l-iktar b’sintomi epatiċi, newroloġiċi jew psikjattriċi.

Il-frazzjoni attiva f’zinc acetate dihydrate hija ta' zinc ketajin, li timpedixxi l-assorbiment intestinali ta' copper mid-dieta u r-riassorbiment ta' copper merħi mill-ġisem. Zinc jqanqal il-produzzjoni ta’ metallothionein fl-enteroċita, proteina li torbot copper magħha u b’hekk ma tħallix it-trasferiment tiegħu għal ġod-demm. Copper marbut jiġi mbagħad eliminat ma’ l-ippugar wara deskwamazzjoni taċ- ċelloli intestinali.

Stħarriġ farmakodinamiku tal-metaboliżmu ta' copper f’pazjenti bil-marda Wilson kienu jinkludu l- miżura tal-bilanċ nett ta' copper u t-teħid ta' copper radjutikkettat. Ammont ta’ 150mg Wilzin kuljum fi tlett dożi kien muri li hu effettiv biex inaqqas b’mod sinifikanti l-assorbiment ta' copper u biex jikkaġuna bilanċ ta’ copper negattiv

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Peress li l-mekaniżmu ta’ azzjoni ta' zinc huwa effett fuq l-assorbiment ta' copper fil-livell taċ-ċellola intestinali, evalwazzjonijiet farmakokinetiċi fuq il-livelli ta' zinc fid-demm ma jipprovdux informazzjoni utli fuq il- bijodisponibilità ta' zinc fis-sit ta’ l-azzjoni.

Zinc huwa assorbit mill-musrana ż-żgħira u l-kinetika ta’ l-assorbiment tiegħu jissuggerixxu tendenza għas-saturazzjoni f’dożi li jkunu qegħdin jiżdiedu. Assorbiment frazzjonali ta' zinc huwa korelat b’mod negattiv mat-teħid ta' zinc. Ivarja fuq medda minn 30 sa 60% b’teħid fid-dieta tas-soltu (7- 15mg/jum) u jonqos għal 7% b’dożi farmakologiċi ta’ 100mg/jum.

Fid-demm, madwar 80% ta' zinc assorbit huwa mqassam liċ-ċelloli l-ħomor tad-demm, bil- maggoranza tal-kumplament ikun marbut ma’ albumin u l-proteini tal-plażma oħrajn. Il-fwied huwa l- ħażna prinċipali għal zinc u l-livelli ta' zinc fil-fwied jiżdiedu waqt terapija ta’ manteniment b'zinc.

Il-half-life ta’ l-eliminazzjoni ta' zinc mill-plażma f’pazjenti b’saħħithom hija ta’ madwar siegħa wara doża ta’ 45 mg. L-eliminazzjoni ta' zinc tirriżulta prinċipalment mill-eliminazzjoni ma’ l-ippurgar b’relattivament ftit ma’ l-awrina u l-għaraq. L-eliminazzjoni ma’ l-ippurgar hija fl-akbar parti minħabba l-mogħdija ta’ zinc mhux assorbit iżda hija ukoll minħabba tnixxija endogena intestinali.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Studji ta’ qabel l-użu kliniku saru b’zinc acetate u b’imluħa oħrajn ta' zinc. Tagħrif farmakoloġiku u tossikoloġiku disponibbli wrew xebħ kbir bejn l-imluħa ta' zinc u fost speċi t’annimali.

L-LD50 orali hija bejn wieħed u ieħor 300mg zinc/kg piż tal-ġisem (madwar 100 sa 150 darba d-doża terapewtika umana). Studji tossikoloġici b’dożi rrepetuti stabbilixxew li NOEL(No Observed Effect Level) hija madwar 95 mg zinc/kg piż tal-ġisem (madwar 48 darba d-doża terapewtika umana). Il-piż ta’ l-evidenza, minn testijiet in vitro u in vivo, tissuggerixxi li ż-zinc ma għandu l-ebda attività genotossika klinikament relevanti.

Studji tossikoloġiċi fuq ir-riproduzzjoni magħmulin b’imluħa ta' zinc differenti ma wrew l-ebda evidenza klinikament relevanti ta’ tossiċità fl-embrju, tossiċità fil-fetu jew teratoġeniċità.

L-ebda studju konvenzjonali fuq il-karċinoġeniċità ma ġie magħmul b’zinc acetate dihydrate.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Kontenut tal-kapsula maize starch magnesium stearate

Il-qoxra tal-kapsula

ġelatin

titanium dioxide (E171) brilliant blue FCF (E133)

Inka ta’ l-istampar

black iron oxide (E172) shellac

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 Sentejn.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun HDPE abjad b’għatu tal-polypropylene u HDPE u li fih filler (kojl tat-tajjar). Kull flixkun fih 250 kapsula.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Orphan Europe SARL

Immeuble “Le Wilson”

70 avenue du Général de Gaulle F-92800 Puteaux - Franza

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/04/286/001

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 13 t’Ottubru 2004

Data tal-aħħar reviżjoni: 13 t’Ottubru 2009

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini (EMEA) http://www.emea.europa.eu

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Wilzin 50 mg kapsuli iebsin

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula iebsa fiha 50 mg ta’ zinc (li jikkorispondi għal 167.84 mg ta’ zinc acetate dihydrate).

Sustanza(i) mhux attiva(i)

Kull kapsula fiha 1.75 mg ta’ sunset yellow FCF (E110)

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula iebsa.

Kapsula b'kappa u korp ta’ lewn oranġjo opaka, li fuqha hemm stampat "93-377”.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament għal marda ta’ Wilson.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament b’ Wilzin għandu jiġi mibdi taħt is-sorveljanza ta’ tabib li għandu esperjenza fit- trattament tal-marda ta’ Wilson (ara sezzjoni 4.4). It-terapija b’Wilzin tingħata għal għomrok.

M’hemm l-ebda differenza fid-doża bejn pazjenti sintomatiċi u pazjenti li għad ma għandhomx sintomi.

Wilzin hu disponibbli f’kapsuli iebsin ta’ 25 mg jew 50 mg.

Adulti:

Id-doża tas-soltu hija ta’ 50 mg 3 darbiet kuljum b’doża massima ta’ 50mg 5 darbiet kuljum.

Tfal u addolexenti:

It-tagħrif fit-tfal ta’ taħt is-6 snin huwa limitat ħafna iżda peress li l-marda hija penetranti bi sħiħ trattament profilattiku għandu jiġi kkonsiderat mill-aktar fis possibbli.

Id-doża rakkomandata hija kif ġejja:

-minn 1 sa 6 snin: 25 mg darbtejn kuljum

-minn 6 sa 16-il sena jekk il-piż tal-ġisem jkun taħt il-57 kg: 25 mg tliet darbiet kuljum.

-minn 16-il sena jew jekk il-piż tal-ġisem jkun ‘il fuq minn 57 kg: 50 mg tliet darbiet kuljum.

Nisa tqal:

Doża ta’ 25mg 3 darbiet kuljum hija ġeneralment effettiva iżda d-doża għandha tiġi aġġustata mal-livelli ta' copper (ara sezzjoni 4.4 u sezzjoni 4.6).

Fil-każijiet kollha, id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-monitoraġġ terapewtiku (ara sezzjoni 4.4).

Wilzin għandu jittieħed fuq stonku vojt, ta’ l-anqas siegħa qabel jew minn 2-3 sigħat wara l-ikel. F’kaz ta’ intolleranza gastrika, li ta’ spiss iseħħ bid-doża ta’ filgħodu, din id-doża tista’ tiġi mdewwma sa

nofs l-għodwa, bejn il-kolazzjon u l-ikla ta’ nofsinhar. Huwa possibbli wkoll li Wilzin jittieħed ma’ ftit proteina, bħal ma’ huwa l-laħam (ara sezzjoni 4.5).

Fi tfal li mhumiex kapaċi jibilgħu l-kapsuli, dawn għandhom jiġu miftuħin u l-kontenut tagħhom jitħallat ma’ ftit ilma (possibbilment ilma mħawwar biz-zokkor jew ġulepp).

Meta pazjent jinqaleb minn fuq trattament kelanti għal terapija ta’ manteniment b’Wilzin, it-trattament kelanti għandu jinzamm u jingħata ma Wilzin għal 2-3 ġimgħat għaliex dan huwa ż-żmien li t- trattament b’zinc jieħu biex jistimola induzzjoni massima ta’ metallothionein u l-impediment totali ta’ l-assorbiment ta' copper. Bejn l-għoti tat-trattament kelanti u ta' Wilzin għandha tgħaddi mill-inqas siegħa.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Zinc acetate dihydrate mhuwiex rakkomandat għat-terapija inizjali f’pazjenti sintomatiċi minħabba li l-azzjoni tiegħu tibda bil-mod. Pazjenti sintomatiċi jridu jiġu ttrattati fil-bidu permezz ta’ mediċina kelanti; la darba l-livell ta' copper jinżel taħt il-livell tossiku u l-pazjenti jkunu klinikament stabbli, trattament ta’ manteniment b’Wilzin jista’ jiġi kkonsiderat.

Madankollu, waqt l-istennija tal-produzzjoni ta’metallothionein fid-duwodenu kawżata minn zinc u l- impediment effettiv ta’ l-assorbiment ta' copper b'konsegwenza ta dan, zinc acetate dihydrate jista’ jingħata inizjalment f’pazjenti sintomatici flimkien ma’ mediċina kelanti.

Għalkemm rari, deterjorament kliniku jista’ jseħħ fil-bidu tat-trattament, kif ġie rrappurtat ukoll f'każ ta’mediċini kelanti. Mhux ċar jekk dan għandux x’jaqsam mal-mobilizzazzjoni tal-ħażniet ta' copper jew ma’ l-istorja naturali tal-marda. Tibdil fit-terapija huwa rakkomandat f’din is-sitwazzjoni.

Għandha tiġi eżerċitata l-kawtela meta pazjenti bi pressjoni għolja portali jinqalbu minn fuq prodotti kelanti għal fuq Wilzin, meta dawn il-pazjenti jkunu sejrin tajjeb u t-trattament huwa ttolerat. Żewġ pazjenti minn 16-il pazjent mietu minn dekompensazzjoni tal-fwied u pressjoni għolja portali avvanzata wara li nqalbu minn fuq peniċillamine għal fuq terapija b’zinc.

Monitoraġġ terapewtiku

L-għan tat-trattament huwa li jżomm il-livell ta' copper liberu fil-plażma (magħruf ukoll bħala non- ceruloplasmin copper fil-plażma) anqas minn 250 mikrogramma/l (normali: 100-150 mikrogramma/l) u tneħħija ta' copper fl-awrina anqas minn 125 mikrogramma/24 siegħa (normali: < 50 mikrogramma/24 siegħa). Non-ceruloplasmin copper fil-plażma huwa kkalkulat billi jitnaqqas copper ċeruloplasmin fiha 3 mikrogrammi ta’ copper.

L-eskrezzjoni ta' copper fl-awrina hija riflessjoni preċiża tat-tagħbija tal-ġisem b’ta' copper żejjed biss meta l-pazjenti ma jkunux fuq terapija ta’ kelazzjoni. Il-livelli ta' copper fl-awrina ġeneralment jogħlew b’ terapija kelanti bħal ma hija penicillamine jew trientine.

Il-livell ta' copper fil-fwied ma jistax jiġi użat biex timmaniġġa t-terapija peress li dan ma jiddistingwix bejn copper liberu li huwa potenzjalment tossiku u copper marbut ma’ metallothionein. F’pazjenti ttrattati, l-analiżi ta' zinc fl-awrina u/jew fil-plażma jistgħu jkunu ta’ kejl utli ta’ konformità tat-trattament. Livelli ta' zinc fl-awrina ‘il fuq min 2mg/24 siegħa u ta’ zinc fil-plażma ‘il fuq minn 1250 mikrogrammi/l ġeneralment jindikaw konformità adegwata.

Bħal f’kull trattament b’mediċini kontra r-copper, trattament eċċessiv iġor ir-riskju ta’ defiċjenza ta' copper, li hu speċjalment ta’ ħsara għat-tfal u n-nisa tqal billi copper huwa meħtieġ għall-iżvilupp kif suppost u għall-iżvilupp mentali. F’dawn il-gruppi ta’ pazjenti, il-livelli ta’ copper fl-awrina għandhom jinżammu ftit ‘il fuq mill-limitu ta’ fuq tan-normal jew fil-medda normali għolja (i.e. 40-50 mikrogramma/24 siegħa).

Eżamijiet ta' wara fil-laboratorju li jinkludu sorveljanza ematoloġika u kejl tal’lipoproteini għandhom isiru wkoll sabiex tiskopri manifestazzjonijiet bikrin ta’ defiċjenza ta' copper, bħal anemija u/jew lewkopinja kkawżati minn depressjoni tal-mudullun, u tnaqqis fil-kolesterol HDL u l-proporzjon HDL/kolesterol totali.

Minħabba li n-nuqqas ta' ram jista' jikkawża wkoll majelonewropatija, it-tobba għandhom ikunu għassa għal sintomi u sinjali sensorji u motorji li jistgħu potenzjalment jindikaw newropatija jew majelopatija inċipjenti f'pazjenti kkurati b'Wilzin.

Il-qoxra tal-kapsula tinkludi sunset yellow FCF (E110) li jista’ jikkaġuna reazzjonijiet allerġiċi.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Mediċini anti-copper oħrajn

Studji farmakodinamiċi saru f’pazjenti bil-marda ta’Wilson b'terapija kombinata ta’ Wilzin (50 mg tliet darbiet kuljum) ma’ ascorbic acid (1g darba kuljum), penicillamine (250 mg erba’ darbiet kuljum) u trientine (250 mg erba’ darbiet kuljum). Ma wrew l-ebda effett totali sinifikattiv fuq il-bilanċ ta' copper għalkemm interazzjoni ħafifa ta' zinc ma’ kelaturi (penicillamine u trientene) setgħet tiġi osservata bi tnaqqis fl-ippurgar iżda b’żieda fl-eskrezzjoni ta' copper fl-awrina meta mqabbla maż-zinc waħdu. Dan probabilment huwa minħabba xi ammont ta' rabta ta' ta' zinc mal-kelaturi, li b’hekk inaqqas l-effett taż-żewġ sustanzi attivi.

Meta pazjent ikun qed jinqaleb minn fuq trattament kelanti għal fuq Wilzin bħala terapija ta’ manteniment, il-trattament kelanti għandu jitkompla u jingħata ma Wilzin għal 2-3 gimagħat billi dan huwa ż-żmien li jieħu t-trattament b’zinc biex jikkawża induzzjoni massima ta’metallothionein u impediment totali ta’ l-assorbiment ta' copper. Bejn l-għoti tat-trattament kelanti u ta’Wilzin għandha tgħaddi mill-inqas siegħa.

Prodotti mediċinali oħrajn

L-assorbiment ta' zinc jista’ jiġi mnaqqas minn supplimenti ta’iron u ta' calcium, tetracyclines u prodotti li fihom phosphorus, filwaqt li zinc jista’ jnaqqas l-assorbiment ta’ iron, tetracyclines u fluoroquinolones.

Ikel

Studji fuq l-għoti flimkien ta'zinc ma’ l-ikel ġo voluntiera b’saħħithom urew li l-assorbiment ta' zinc kien imdewwem b'mod sinifikanti minn ħafna ikel (li jinkludi ħobż, bajd iebes mgħolli, kafe u ħalib). Sustanzi fl-ikel, speċjalment phytates u fibri, jorbtu zinc u ma jħalluħx jidħol fiċ-ċelloli intestinali.

Madankollu, il-proteina tidher li hija l-anqas li ttellef.

4.6 Tqala u Treddigħ

Tqala

Tagħrif miġbur minn għadd ristrett ta’ tqaliet esposti f’pazjenti bil-marda ta’ Wilson ma jagħtu l-ebda indikazzjoni ta’ effetti ta’ ħsara ta' zinc fuq l-embriju/fetu u l-omm. Ħames korrimenti u 2 difetti tat- twelid (mikrokefalija u difett fil-qalb korregibbli) ġew irrapportati f’42 tqala.

Studji fuq l-annimali li saru b’ta' zinc salts differenti ma jindikawx effetti ta’ ħsara diretti jew indiretti fir-rigward ta’ tqala, l-iżvilupp ta’ l-embriju/fetu, il-ħlas u l-iżvilupp ta’ wara t-twelid (ara sezzjoni 5.3).

Huwa importanti ħafna li pazjenti tqal bil-marda ta’ Wilson ikomplu t-terapija tagħhom matul it-tqala. Liema trattament għandu jintuża, zinc jew prodott kelanti għandu jiġi deċiż mit-tabib.

Aġġustamenti fid-doża biex jiżguraw li l-fetu ma jkollux nuqqas ta’ copper għandhom jsiġu w monitoraġġ mill-qrib tal-pazjenta huwa obbligatorju (ara sezzjoni 4.4)

Treddigħ

Zinc huwa eliminat fil-ħalib tas-sider ta’ l-omm u jista’ jkun hemm nuqqas ta' copper ikkawżat minn zinc fit-tarbija li qed titredda. Ghaldaqstant, it-treddigħ għandu jiġi evitat waqt t-terapija b’Wilzin.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Effetti avversi rrapportati huma elenkati hawn taħt, skond il-klassi tas-sistema ta' l-organi u l-frekwenza.

Il-frekwenzi huma mfissra bħala: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa < 1/10) u mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax

tittieħed stima mid-data disponibbli).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl- aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Sistema tal-klassifika tal-organi

Reazzjonijiet avversi tal-mediċina

 

 

 

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux

anemija sideroblastika, lewkopenja

 

komuni:

 

Disturbi gastrointestinali

komuni:

irritazzjoni gastrika

 

 

 

Investigazzjonijiet

komuni:

blood amylase, lipase u alkaline

 

 

phosphatase għoljin

 

 

 

Anemija tista’ tkun mikro-, normo- jew makroċitika u hija ta’ spiss assoċjata ma’ lewkopenja. Eżami tal-mudullun ġeneralment juri l-karatteristiċi“sideroblasti biċ-ċrieki” (i.e. ċelloli tad-demm ħomor li qed jiżviluppaw li fihom mitokondrija paranuklejari mimlijin bil-ħadid). Dawn jistgħu jkunu sinjali bikrin ta’ nuqqas ta’ copper u jistgħu jirkupraw malajr wara tnaqqis fid-doża ta' zinc. Madankollu, għandhom jintgħarfu minn anemija emolitika li ta’ spiss isseħħ fil-marda ta’ Wilson li ma tkunx kontrollata, fejn ikun hemm livell għoli ta' copper liberu fis-serum.

L-aktar effett mhux mixtieq komuni hija l-irritazzjoni gastrika. Din hija generalment l-agħar bl-ewwel doża ta’ filgħodu u tisparixxi wara l-ewwel ġranet tat-trattament. L-ittardjar ta’ l-ewwel doża għal nofs l-għodwa jew li d-doża ttieħed ma’ ftit proteina tista’ ittaffi s-sintomi.

Żidiet ta’ serum alkaline phosphatase, amylase u lipase jistgħu jseħħu wara ftit gimagħat ta’ trattament, b’livelli li ġeneralment jirritornaw lura għal-livelli normali għoljin matul l-ewwel sena jew tnejn ta’ trattament.

4.9 Doża eċċessiva

Tliet każi ta’ doża eċċessiva orali akuta b’ta' zinc salts (sulphate jew gluconate) ġew irraportati fil- letteratura medika. Il-mewt seħħet f’mara ta’ 35 sena fil-ħames jum wara li ħadet 6 g zinc (40 darba d- doża terapewtika proposta) u kienet attribwita għal insuffiċjenza renali u l-infjammazzjoni emorraġika tal-frixa b’koma ipergliċemika. L-istess doża ma pproduċiet l-ebda sintomi ħlief rimettar f’adolexxenti li kien ittratat permezz ta’ irrigazzjoni tal-musrana kollha. Adolexxenti ieħor li bela’ 4 g ta’ zinc kellu l-livell ta' zinc fis-serum ta’ madwar 50mg/l 5-il siegħa wara u sofra biss dardir qawwi, rimettar u sturdament.

Trattament ta’ doża eċċessiva għandu jsir permezz ta’ ħasil ta’ l-istonku jew rimettar ipprovokat mill- aktar fis possibli biex jitneħħa zinc li jkun għadu ma giex assorbit. Terapija ta’ kelazzjoni b’metalli tqal għandha tiġi kkunsidrata jekk il-livelli ta' zinc fil-plażma jibqgħu għoljin ħafna (> 10mg/l).

5. TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1 Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: prodotti ta' partijiet varji ta' l-apparat alimentari u tal-metaboliżmu Kodiċi ATC: A16AX05.

Il-marda ta’ Wilson (deġenerazzjoni epatolentikulari) hija difett metaboliku awtosomali reċessiv fl- eskrezzjoni ta' copper ġol-bile. L-akkumulazzjoni ta' copper fil-fwied twassal għal ħsara epatoċellulari u eventwalment ċirrożi. Meta l-kapaċità tal-fwied li jaħżen copper tiġi maqbuża copper joħroģ fid- demm u ma jiģix assorbit mill-fwied imma minn postijiet oħra, bħall-moħħ, li jirriżulta f’disturbi fil- moviment u manifestazzjonijiet psikjattriċi. Il-pazjenti jistgħu jidhru klinikament l-iktar b’sintomi epatiċi, newroloġiċi jew psikjattriċi.

Il-frazzjoni attiva f’zinc acetate dihydrate hija ta' zinc ketajin, li timpedixxi l-assorbiment intestinali ta' copper mid-dieta u r-riassorbiment ta' copper merħi mill-ġisem. Zinc jqanqal il-produzzjoni ta’ metallothionein fl- enteroċita, proteina li torbot copper magħha u b’hekk ma thallix it-trasferiment tiegħu għal ġod-demm. Copper marbut jiġi mbagħad eliminat ma’ l-ippugar wara deskwamazzjoni taċ- ċelloli intestinali.

Stħarriġ farmakodinamiku tal-metaboliżmu ta' copper f’pazjenti bil-marda Wilson kienu jinkludu l- miżura tal-bilanċ nett ta' copper u t-teħid ta' copper radjutikkettat. Ammont ta’ 150mg Wilzin kuljum fi tlett dożi kien muri li hu effettiv biex inaqqas b’mod sinifikanti l-assorbiment ta' copper u biex jikkaġuna bilanċ ta’ copper negattiv

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Peress li l-mekaniżmu ta’ azzjoni ta' zinc huwa effett fuq l-assorbiment ta' copper fil-livell taċ-ċellola intestinali, evalwazzjonijiet farmakokinetiċi fuq il-livelli ta' zinc fid-demm ma jipprovdux informazzjoni utli fuq il- bijodisponibilità ta' zinc fis-sit ta’ l-azzjoni.

Zinc huwa assorbit mill-musrana ż-żgħira u l-kinetika ta’ l-assorbiment tiegħu jissuggerixxu tendenza għas-saturazzjoni f’dożi li jkunu qegħdin jiżdiedu. Assorbiment frazzjonali ta' zinc huwa korelat b’mod negattiv mat-teħid ta' zinc. Ivarja fuq medda minn 30 sa 60% b’teħid fid-dieta tas-soltu (7- 15mg/jum) u jonqos għal 7% b’dożi farmakologiċi ta’ 100mg/jum.

Fid-demm, madwar 80% ta' zinc assorbit huwa mqassam liċ-ċelloli l-ħomor tad-demm, bil- maggoranza tal-kumplament ikun marbut ma’ albumin u l-proteini tal-plażma oħrajn. Il-fwied huwa l- ħażna prinċipali għal zinc u l-livelli ta' zinc fil-fwied jiżdiedu waqt terapija ta’ manteniment b’zinc.

Il-half-life ta’ l-eliminazzjoni ta' zinc mill-plażma f’pazjenti b’saħħithom hija ta’ madwar siegħa wara doża ta’ 45 mg. L-eliminazzjoni ta' zinc tirriżulta prinċipalment mill-eliminazzjoni ma’l-ippurgar b’relattivament ftit ma’l-awrina u l-għaraq. L-eliminazzjoni ma’l-ippurgar hija fl-akbar parti minħabba l-mogħdija ta’zinc mhux assorbit iżda hija ukoll minħabba tnixxija endoġena intestinali.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Studji ta’ qabel l-użu kliniku saru b’zinc acetate u b’imluħa oħrajn ta’zinc. Tagħrif farmakoloġiku u tossikoloġiku disponibbli wrew xebħ kbir bejn l-imluħa ta’zinc u fost speċi t’annimali.

L-LD50 orali hija bejn wieħed u ieħor 300mg zinc/kg piż tal-ġisem (madwar 100 sa 150 darba d-doża terapewtika umana). Studji tossikoloġici b’dożi rrepetuti stabbilixxew li NOEL(No Observed Effect Level) hija madwar 95 mg zinc/kg piż tal-ġisem (madwar 48 darba d-doża terapewtika umana). Il-piż ta’ l-evidenza, minn testijiet in vitro u in vivo, tissuggerixxi li zinc ma għandu l-ebda attività genotossika klinikament relevanti.

Studji tossikoloġiċi fuq ir-riproduzzjoni magħmulin b’imluħa ta’zinc differenti ma wrew l-ebda evidenza klinikament relevanti ta’ tossiċità fl-embrju, tossiċità fil-fetu jew teratoġeniċità. L-ebda studju konvenzjonali fuq il-karċinoġeniċità ma ġie magħmul b’zinc acetate dihydrate.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Kontenut tal-kapsulamaize starch magnesium stearate

Il-qoxra tal-kapsula

ġelatin

titanium dioxide (E171) sunset yellow FCF (E110)

Inka ta’ l-istamparblack iron oxide (E172) shellac

6.2 Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 Sentejn.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ‘l fuq minn 25°C.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun HDPE abjad b’għatu tal-polypropylene u HDPE u li fih filler (kojl tat-tajjar). Kull flixkun fih 250 kapsula.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Orphan Europe SARL

Immeuble “Le Wilson”

70 avenue du Général de Gaulle F-92800 Puteaux

Franza

8. NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/04/286/002

9. DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 13 t’Ottubru 2004

Data tal-aħħar tiġdid: 13 t’Ottubru 2009

10. DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini (EMEA) http://www.emea.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati