Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Wilzin (zinc) – Fuljett ta’ tagħrif - A16AX05

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaWilzin
Kodiċi ATCA16AX05
Sustanzazinc
ManifatturOrphan Europe S.A.R.L.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU

Wilzin 25 mg kapsuli iebsin

Wilzin 50 mg kapsuli iebsin

Zinc

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bħal tiegħek.

-Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Wilzin u għal xiex jintuża

2.Qabel ma’ tieħu Wilzin

3.Kif għandek tieħu Wilzin

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu 5 Kif taħżen Wilzin

6.Aktar tagħrif

1.X’INHU WILZIN U GĦALXIEX JINTUŻA

Wilzin jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu prodotti Diversi tal-Passaġġ Alimentari u l- metaboliżmu.

Wilzin huwa indikat għat-trattament tal-marda ta’ Wilson, li hi kundizzjoni rari li tintired fl- eskrezzjoni ta' copper. Copper fid-dieta, li ma jistax jiġi eliminat sew, jakkumula l-ewwel fil-fwied imbagħad f’organi oħrajn bħal ma huma l-għajnejn u l-moħħ. Dan potenzjalment iwassal għal ħsara fil-fwied u għal disturbi newroloġiċi.

Wilzin jimpedixxi l-assorbiment ta' copper mill-imsaren biex b’hekk jevita t-trasferiment tiegħu fid- demm u aktar akkumulazzjoni fil-ġisem. Copper li mhux assorbit mbagħad jiġi eliminat fl-ippurgar.

Il-marda ta’ Wilson tibqa’ tippersisti matul ħajjet il-pazjent u għalhekk il-bżonn ta’ dan it-trattament hu għal ħajtu kollha.

2.QABEL MA TIEĦU WILZIN

Tieħux Wilzin

Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal zinc jew sustanza oħra ta’ Wilzin.

Oqgħod attent ħafna b’Wilzin

Wilzin ġeneralment mhux rakkomandat bħala terapija inizjali f’pazjenti li għandhom sinjali u sintomi tal-marda ta’ Wilson minħabba li jdum biex jibda jaħdem.

Jekk attwalment qed tingħata xi trattament ieħor b’mediċina ta’ kontra copper, per eżempju, penicillamine, it-tabib tiegħek għandu mnejn iżid Wilzin qabel ma jwaqqaf it-trattament inizjali.

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħra ta’ kontra copper bħal penicillamine, is-sintomi tiegħek għandhom mnejn imorru għal agħar wara li tibda t-trattament. F’dak il-każ, għandek tinforma t-tabib tiegħek.

Sabiex isegwi l-kundizzjoni u t-trattament tiegħek it-tabib tiegħek ser jiċċekkja d-demm u l-awrina tiegħek fuq bażi regolari. Dan biex jiġi żgurat li tirċievi trattament sodisfaċenti. Il-monitoraġġ jista’

jinnota xi evidenza ta’ trattament insuffiċjenti (copper żejjed) jew trattament eċċessiv (nuqqas ta’ copper), li t-tnejn jistgħu jkunu ta’ ħsara, b’mod partikolari għat-tfal u n-nisa tqal.

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza dgħjufija tal-muskoli mhux normali jew sensazzjoni mhux normali f'riġlejk għaliex dan jista' jindika kura eċċessiva.

Meta tieħu mediċini oħra

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Jekk jogħġbok ikkonsulta mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu mediċini oħra li jistgħu jnaqqsu l- effettività ta’ Wilzin, bħal ħadid, supplimenti tal-kalċju, tetracyclines (antibijotiċi) jew phosphorus. Minn naħa l-oħra, l-effettività ta’ ċertu mediċini, bħal ħadid, tetracyclines, fluoroquinolones (antibijotiċi) jista’ jitnaqqas b’Wilzin.

Meta tieħu Wilzin ma’ l-ikel u x-xorb

Wilzin għandu jittieħed fuq stonku vojt, mhux fil-ħinijet ta’ l-ikel. Fibri fid-dieta u xi prodotti tal- ħalib, b’mod partikolari, iddewmu l-assorbiment ta’ zinc salts. Xi pazjenti jkollhom tqalligħ fl-istonku wara d-doża ta’ filgħodu. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek li qed jieħu ħsibek għal marda ta’ Wilson dwar dan jekk din taffettwak.

Dan l-effett mhux mixtieq jista’ jitnaqqas jekk l-ewwel doża tal-jum tittieħed aktar tard f’nofs l- għodwa (bejn il-kolazzjon u l-ikla ta’ nofsinhar). Tista’ ukoll tiġi minimizzata billi l-ewwel doża ta' Wilzin tittieħed ma’ ammont żgħir ta’ proteina bħal-laħam (imma mhux ħalib).

Tqala

Jekk jogħġbok itlob il-parir tat-tabib tiegħek jekk qed tippjana li tinqabad tqila. Huwa importanti ħafna li tkompli t-terapija kontra copper waqt it-tqala.

Jekk tinqabad tqila waqt it-terapija b’Wilzin, it-tabib tiegħek għandu jiddeċiedi liema trattament u liema doża hija l-aħjar fis-sitwazzjoni tiegħek.

Treddigħ

It-treddigħ għandu jiġi evitat jekk qegħda fuq terapija b’Wilzin. Jekk jogħġbok itlob il-parir tat-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ma saru ebda studji fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Wilzin

Il-kapsuli iebsin ta’ Wilzin 50 mg fihom sunset yellow FCF (E110) li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

3.KIF GĦANDEK TIEĦU WILZIN

Dejjem għandek tieħu Wilzin skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Għall-programmi ta’ dożi differenti Wilzin jiġi f’kapsuli iebsin ta’ 25 mg jew 50 mg.

Għall-adulti:

Id-doża li ġeneralment tingħata hi ta’ kapsula iebsa 1 ta’ Wilzin 50 mg (jew 2 kapsuli iebsin ta’ Wilzin 25 mg) tliet darbiet kuljum sa doża massima ta’ kapsula iebsa 1 ta’ Wilzin 50 mg (jew 2 kapsuli iebsin ta’ Wilzin 25 mg) ħames darbiet kuljum.

Għat-tfal u l-addolexxenti:

Id-doża li ġeneralment tingħata hi:

-minn 1 sa 6 snin: Kapsula iebsa 1 ta’ Wilzin 25 mg darbtejn kuljum

-minn 6 sa 16-il sena ta’ piż tal-ġisem huwa taħt 57 kg: Kapsula iebsa 1 ta’ Wilzin 25 mg tliet darbiet kuljum

-minn 16-il sena jew jekk il-piż tal-ġisem huwa aktar minn 57 kg: 2 kapsuli iebsin ta’ Wilzin 25 mg jew kapsula iebsa ta’ Wilzin 50 mg tliet darbiet kuljum.

Dejjem għandek tieħu Wilzin fuq stonku vojt ta’ lanqas siegħa qabel jew 2-3 sigħat wara l-ikel . Jekk id-doża ta’ filgħodu mhix ittolerata tajjeb (ara sezzjoni 4) tista’ tingħata f’nofs l-għodwa, bejn il-kolazzjon u l-ikla ta’ nofsinhar. Huwa possibbli wkoll li Wilzin jingħata ma’ daqsxejn proteina bħalma hu l-laħam.

Jekk se tingħata mediċina oħra ma Wilzin li taħdem kontra copper, bħalma hi penicillamine, żomm intervall ta’ lanqas siegħa bejn iż-żewġ mediċini.

Sabiex tagħti Wilzin lit-tfal li mhumiex kapaċi jibilgħu kapsuli, iftaħ il-kapsula u ħallat it-trab b’daqsxejn ilma (tista’ żżidlu daqsxejn zokkor jew ġulepp għat-togħma).

Jekk tieħu Wilzin aktar milli suppost:

Jekk tieħu aktar Wilzin milli suppost, jista’ jkun li jħossok mqalla, tirremetti jew tistordi. F’dan il-każ itlob il-parir tat-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tieħu Wilzin:

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib tiegħek.

4.EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU

Bħal kull mediċina oħra, Wilzin jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jseħħu b’ċertu frekwenza, li huma mfissra kif ġej:

komuni ħafna: jaffettwa aktar minn utent 1 f’10

komuni:

jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’100

mhux komuni

jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’1,000

rari

jaffettwa minn utent 1 sa 10 utenti f’10,000

rari ħafna

jaffettwa inqas minn utent 1 f’10,000

mhux magħruf

il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli.

Komuni:

Wara t-teħid ta’ Wilzin, jista’ jkun hemm irritazzjoni gastrika speċjalment fil-bidu tat-trattament.

Ġew irraportati bidliet fit-testijiet tad-demm, li jinkludu żieda fil-livell ta’ enżimi tal-fwied u tal-frixa.

Mhux komuni :

Tnaqqis fiċ-ċelloli l-ħomor u ċ-ċelloli l-bojod.

Jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

5.KIF TAĦŻEN WILZIN

Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Wilzin wara d-data ta' skadenza li tidher fuq Il-flixkun u l-kartuna, wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.AKTAR TAGĦRIF

X’fih Wilzin

Is-sustanza attiva hi zinc. Kull kapsula iebsa tikkonsisti minn 25 mg ta’ zinc (li jikkorispondi għal 83.92 mg ta’ zinc acetate dihydrate) jew 50 mg ta’ zinc (li jikkorispondi għal 167.84 mg ta’ zinc acetate dihydrate).

Is-sustanzi l-oħra huma maize starch u magnesium stearate. Il-qoxra tal-kapsula tikkonsisti minn ġelatina, titanium dioxide (E171) u jew brilliant blue FCF (E133) għal Wilzin 25 mg jew sunset yellow FCF (E110) għal Wilzin 50 mg. L-inka ta’ l-istampar fiha black iron oxide (E172) u shellac.

Id-Dehra ta’ Wilzin u l-kontenuti tal-pakkett

Wilzin 25 mg hija kapsula iebsa ta’ lewn ikħal li fuqha hemm stampat "93-376”.

Wilzin 50 mg hija kapsula iebsa ta' lewn oranġjo opaka li fuqha hemm stampat “93-377”. Huwa jiġi f’pakketti ta’ 250 kapsuli iebsin fi flixkun ta' polyethylene li jingħalaq b’tapp ta' polypropylene u polyethylene. Il-flixkun fih ukoll filler tat-tajjar.

Detentur ta' l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Orphan Europe SARL

Immeuble “Le Wilson”

70, avenue du Général de Gaulle F-92800 Puteaux

Franza

Manifattur

Orphan Europe SARL

Immeuble “Le Wilson“

70, avenue du Général de Gaulle F-92800 Puteaux

Franza

jew

Orphan Europe SARL Eco River Parc

30, rue des Peupliers F-92000 Nanterre Franza

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Orphan Europe Benelux

Orphan Europe AB

Tél/Tel: +32 2 46101 36

Tel: + 46 8 545 80 230

 

Švedija

България

Luxembourg/Luxemburg

Orphan Europe SARL

Orphan Europe Benelux

Teл.: +33 (0)1 47 73 64 58

Tél/Tel: +32 2 46101 36

Франция

Belgique/Belgien

Česká republika

Magyarország

Orphan Europe SARL

Orphan Europe SARL

Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Francie

Franciaország

Danmark

Malta

Orphan Europe AB

Orphan Europe SARL

Tlf : +46 8 545 80 230

Tel: +33 1 47 73 64 58

Sverige

Franza

Deutschland

Nederland

Orphan Europe (Germany) GmbH

Orphan Europe Benelux

Tel: +49 731 140 554 0

Tel: +32 2 46101 36

 

België

Eesti

Norge

Orphan Europe AB

Orphan Europe AB

Tel: + 46 8 545 80 230

Tlf : +46 8 545 80 230

Rootsi

Sverige

Ελλάδα

Österreich

Orphan Europe SARL

Orphan Europe (Germany) GmbH

Τηλ: +33 1 47 73 64 58

Tel: +49 731 140 554 0

Γαλλία

Deutschland

España

Polska

Orphan Europe S.L.U.

Orphan Europe SARL

Tel: + 34 91 659 28 90

Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

 

Francja

France

Portugal

Orphan Europe SARL

Orphan Europe Portugal Lda.

Tél: +33 (0)1 47 73 64 58

Tel: +351 21 432 95 00

Hrvatska

România

Orphan Europe SARL

Orphan Europe SARL

Tél: +33 (0)1 47 73 64 58

Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Francuska

Franţa

Ireland

Slovenija

Orphan Europe (UK) Ltd.

Orphan Europe SARL

Tel: +44 1491 414333

Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

United Kingdom

Francija

Ísland

Slovenská republika

Orphan Europe AB

Orphan Europe SARL

Simi:+46 8 545 80 230

Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Svíþjóð

Francúzsko

Italia

Suomi/Finland

Orphan Europe (Italy) Srl

Orphan Europe AB

Tel: +39 02 487 87 173

Puh/Tel : +46 8 545 80 230

 

Sverige

 

Κύπρος

Sverige

Orphan Europe SARL

Orphan Europe AB

Τηλ : +33 1 47 73 64 58

Tel : +46 8 545 80 230

Γαλλία

 

Latvija

United Kingdom

Orphan Europe AB

Orphan Europe (UK) Ltd.

Tel: + 46 8 545 80 230

Tel: +44 (0)1491 414333

Zviedrija

 

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini (EMEA) http://www.emea.europa.eu/.

Hemm ukoll links għall-websites oħra dwar mard rari u kura.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati