Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Xalkori (crizotinib) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE16

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaXalkori
Kodiċi ATCL01XE16
Sustanzacrizotinib
ManifatturPfizer Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

XALKORI 200 mg kapsuli iebsin

XALKORI 250 mg kapsuli iebsin

Crizotinib

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar, jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu XALKORI u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu XALKORI

3.Kif għandek tieħu XALKORI

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen XALKORI

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu XALKORI u għalxiex jintuża

XALKORI huwa mediċina għal kontra l-kanċer li fih s-sustanza attiva crizotinib li tittratta adulti li għandhom tip ta’ kanċer tal-pulmun li jissejjaħ kanċer tal-pulmun b’ċelloli mhux żgħar, li jippreżenta ruħu b’arranġament mill-ġdid jew difett speċifiku jew f’ġene msejjaħ kinase tal-limfoma anaplastika (ALK) jew ġene msejjaħ ROS1.

XALKORI jista’ jingħatalek b’riċetta għall-kura tal-bidu jekk il-marda tiegħek tkun fi stadju avvanzat ta’ kanċer tal-pulmun.

XALKORI jista’ jiġi preskritt lilek jekk il-marda tiegħek qegħda fi stadju avvanzat u t-trattament ta’ qabel ma għenekx twaqqaf il-marda tiegħek.

XALKORI jista’ jittardja jew iwaqqaf it-tkabbir tal-kanċer tal-pulmun. Jista’ jgħin biex iċekken it- tumuri.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem XALKORI jew għalfejn din il-mediċina ġiet mogħtija lilek, staqsi lit-tabib tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu XALKORI

Tiħux XALKORI

Jekk inti allerġiku għal crizotinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6, “X’fih XALKORI”).

Jekk inti għandek mard sever tal-fwied.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu XALKORI:

Jekk xi darba kellek mard ħafif jew moderat tal-fwied.

Jekk xi darba kellek xi problemi oħrajn fil-pulmun. Uħud mill-problemi tal-pulmun jistgħu jmorru għall-agħar matul it-trattament b’XALKORI, peress li XALKORI jista’ jikkawża infjammazzjoni tal-pulmuni matul it-trattament. Is-sintomi jistgħu jkunu simili għal dawk minn kanċer tal-pulmun. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek sintomi ġodda jew oħrajn li sejrin għall-agħar inklużi diffikultà fit-teħid tan-nifs, qtugħ tan-nifs, jew sogħla mukuża jew mhux mukuża, jew deni.

Jekk qalulek li għandek anormalità tat-traċċar tal-qalb tiegħek wara elettrokardjogramma (ECG) magħrufa bħala titwil tal-intervall QT.

Jekk għandek rata tal-qalb imnaqqsa.

Jekk qatt kellek problemi fl-istonku jew fl-intestini bħal toqob (perforazzjoni), jew jekk kellek kundizzjonijiet li jikkawżaw infjammazzjoni fl-addome (divertikulite), jew jekk kellek tifrix ta’ kanċer ġewwa l-addome (metastasi).

Jekk għandek disturbi fil-vista (tara raġġi qawwijin ta’ dawl, vista mċajpra, u tara doppju).

Jekk għandek mard tal-kliewi sever.

Jekk bħalissa qed tiġi ttrattat b’xi waħda mill-mediċini elenkati fis-sezzjoni Mediċini oħra u

XALKORI.

Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk wara li tieħu XALKORI:

Ikollok uġigħ qawwi fl-istonku jew fl-addome, deni, tertir bil-bard, qtugħ ta’ nifs, taħbit tal-qalb mgħaġġel, telf parzjali jew sħiħ tal-vista (f’waħda mill-għajnejn jew it-tnejn li huma) jew tidbil fil-mod kif jaħdmu l-imsaren.

Ħafna mill-informazzjoni disponibbli hija disponibbli f’pazjenti b’xi tip istoloġiku speċifiku tal- NSCLC pożittiv għal ALK (adenokarċinoma) u informazzjoni limitata hija disponibbli f’istoloġiji oħra.

Tfal u adolexxenti

Trattament fit-tfal u adolexxenti b’din il-mediċina mhux irrakkomandat. L-indikazzjoni ma tkoprix tfal u adolexxenti.

Mediċini oħra u XALKORI

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, inklużi mediċini tal-ħxejjex u mediċina li tingħata mingħajr riċetta.

B’mod partikolari, il-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji b’XALKORI:

Clarithromycin, telithromycin, troleandomycin, antibijotiċi użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet batteriċi.

Ketoconazole, itraconazole, voriconazole, użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet fungali.

Atazanavir, indinavir, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet tal-HIV/AIDS.

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ XALKORI:

Phenytoin, carbamazepine jew phenobarbital, antiepilettiċi użati biex jitrattaw attakki ta’ puplesija u aċċessjonijiet.

Rifabutin, rifampicin, użati għat-trattament tat-tuberkulożi.

St. John’s wort (Hypericum perforatum), prodott tal-ħxejjex użat sabiex jittratta d-depressjoni.

XALKORI jista’ jżid l-effetti sekondarji assoċjati mal-mediċini li ġejjin:

Alfentanil u opjati oħrajn li jaġixxu f’qasir żmien bħal fentanyl (prodotti li jtaffu l-uġigħ użati fi proċeduri kirurġiċi).

Quinidine, digoxin, disopyramide, amiodarone, sotalol, dofetilide, ibutilide, verapamil, diltiazem użati għal problemi fil-qalb.

Mediċini għall-pressjoni għolja tad-demm imsejħa imblokkaturi beta bħal atenolol, propranolol, labetolol.

Pimozide, użat sabiex jittratta mard mentali.

Metformin, li jintuża għall-kura tad-dijabete.

Procainamide, li jintuża għall-kura ta’ arritmija kardijaka.

Cisapride, użat sabiex jittratta problemi fl-istonku.

Ciclosporin, sirolimus u tacrolimus użati f’pazjenti għat-trapjanti.

Alkalojdi tal-ergot (eż., ergotamine, dihydroergotamine), użati sabiex jittratta l-emigranja.

Dabigatran, antikoagulant użat sabiex inaqqas il-ħin li jagħqad id-demm.

Colchicine, użat sabiex jittratta l-gotta.

Pravastatin, użat sabiex inaqqas il-livelli tal-kolesterol.

Clonidine, guanfacine, użati sabiex jittrattaw pressjoni għolja.

Mefloquine, użat għall-prevenzjoni tal-malarja.

Pilocarpine, użat sabiex jittratta l-glawkoma (marda serja fl-għajnejn).

Antikolinesterasi, użati sabiex jerġgħu jiġġeneraw il-funzjoni tal-muskoli.

Antipsikotiċi, użati sabiex jitrattaw mard mentali.

Moxifloxacine, użat sabiex jitratta infezzjonijiet batteriċi.

Methadone, użat għat-trattament tal-uġigħ u għat-trattament tad-dipendenza fuq l-opjojdi.

Bupropion, użat għat-trattament ta’ dipressjoni u għat-twaqqif mit-tipjip.

Efavirenz, raltegravir, użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet bl-HIV.

Irinotecan, kemjoterapija użata għat-trattament tal-kanċer fil-kolon u fir-rektum.

Morfina, użata għat-trattament tal-uġigħ akut u uġigħ tal-kanċer.

Naloxone, użat għat-trattament tal-vizzju u twaqqif tal-mediċini opiate.

Dawn il-mediċini għandhom jiġu evitati matul it-trattament tiegħek b’XALKORI.

Kontraċettivi orali

Jekk tieħu XALKORI waqt li tkun qed tuża kontraċettivi orali, il-kontraċettivi orali jistgħu ma jkunux effettivi.

XALKORI ma’ ikel u xorb

Tista’ tieħu XALKORI mal-ikel jew fuq stonku vojt; madankollu, għandek tevita milli tixrob meraq tal-grejpfrut jew tiekol grejpfrut meta tkun qed tieħu t-trattament b’XALKORI billi dawn jistgħu jibdlu l-ammont ta’ XALKORI f’ġismek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Huwa rakkomandat li n-nisa jevitaw milli jinqabdu tqal u li l-irġiel ma jnisslux tfal matul it-trattament b’XALKORI għaliex din il-mediċina tista’ tkun ta’ ħsara għat-tarbija. Jekk hemm xi possibilità li l- persuna li qed tieħu din il-mediċina tista’ tinqabad tqila jew tnissel tarbija, din għandha tuża kontraċezzjoni adegwata matul it-trattament, u għal mill-anqas 90 jum wara li tlesti t-terapija, għax kontraċettivi orali jistgħu ma jkunux effettivi waqt li qed tieħu XALKORI.

Treddax matul it-trattament b’XALKORI. XALKORI jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li qed tieħu l- ħalib tal-omm.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Għandek toqgħod attent b’mod speċjali meta ssuq u tħaddem magni għax pazjenti li qed jieħdu XALKORI jistgħu jesperjenzaw disturbi fil-vista, sturdament, u għeja.

3.Kif għandek tieħu XALKORI

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija kapsula waħda ta’ 250 mg meħuda darbtejn kuljum b’mod orali (ammont totali ta’ 500 mg).

Ħu l-kapsula darba filgħodu u darba filgħaxija.

Ħu l-kapsuli kemm jista’ jkun fl-istess ħin tal-ġurnata.

Tista’ tieħu l-kapsuli mal-ikel jew fuq stonku vojt u dejjem evita l-grejpfrut.

Ibla’ l-kapsuli sħaħ u tfarrakx, tħollx jew tiftaħ il-kapsuli.

Jekk ikun hemm bżonn, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqas id-doża għal 200 mg li għandha tittieħed darbtejn kuljum b’mod orali (ammont totali ta’ 400 mg) u jekk ikun hemm bżonn ta’ tnaqqis ulterjuri, jista’ jnaqqasha għal 250 mg li għandha tittieħed darba kuljum b’mod orali.

Jekk tieħu XALKORI aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu kapsuli żejda, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minnufih. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu XALKORI

X’tagħmel jekk tinsa tieħu kapsula jiddependi minn kemm ikun għad baqa’ ħin għad-doża li jmissek.

Jekk għad-doża li jmissek tieħu jkun għad baqa’ 6 sigħat jew aktar, ħu l-kapsula li nsejt tieħu mill-ewwel meta tiftakar. Imbagħad ħu l-kapsula li jmiss fil-ħin tas-soltu.

Jekk għad-doża li jmissek ikun għad baqa’ inqas minn 6 sigħat, aqbeż il-kapsula li nsejt tieħu. Imbagħad ħu l-kapsula li jmiss fil-ħin tas-soltu.

Għid lit-tabib tiegħek dwar id-doża li qbiżt meta terġa’ tmur tarah.

M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ kapsuli fl-istess ħin) biex tpatti għal kull kapsula li tkun insejt tieħu.

Jekk tirremetti wara li tieħu doża ta’ XALKORI, tiħux doża żejda; iżda sempliċement ħu d-doża li jmissek fil-ħin regolari tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu XALKORI

Huwa importanti li tieħu XALKORI kuljum, sakemm jordnahulek it-tabib tiegħek. Jekk ma tistax tieħu l-mediċina kif ordnalek it-tabib tiegħek, jew tħoss li ma għandekx aktar bżonnha, ikkuntattja lit- tabib tiegħek minnufih.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza xi effetti sekondarji serji minn dawn (ara wkoll sezzjoni 2 “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu XALKORI”):

Insuffiċjenza tal-fwied

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss għeja akbar mis-soltu, il-ġilda u l-abjad ta’ għajnejk jisfaru, l-awrina tiegħek tiskura jew issir kannella (kulur it-te), għandek nawsja, rimettar jew naqaslek l-aptit, għandek uġigħ fil-lemin tal-istonku, għandek il-ħakk, jew titbenġel aktar malajr mis-soltu. It-tabib tiegħek jista’ jagħmillek testijiet tad-demm sabiex jiċċekja l-funzjoni tal- fwied tiegħek, u jekk ir-riżultati ma jkunux normali, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqas id-doża ta’ XALKORI, jew li jwaqqaf it-trattament tiegħek.

Infjammazzjoni tal-pulmun

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza diffikultà fit-teħid tan-nifs, speċjalment jekk huwa assoċjat ma’ sogħla jew deni.

Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm (inkluż newtrofili)

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza deni jew infezzjoni. It-tabib tiegħek jista’ jagħmillek it-testijiet tad-demm u jekk ir-riżultati mhumiex normali, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li jnaqqas d-doża ta’ XALKORI.

Sturdament, ħass ħażin jew skumdità f’sidrek

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza dawn is-sintomi li jistgħu jkunu sinjali ta’ bidliet fl-attività elettrika (li jidhru fuq l-elettrokardjogramma) jew ritmu mhux normali tal-qalb. It-tabib tiegħek jista’ jagħmillek elettrokardjogrammi sabiex jiċċekja li m’hemmx problemi fil- qalb matul it-trattament b’XALKORI.

Telf parzjali jew sħiħ tal-vista f’waħda mill-għajnejn jew it-tnejn li huma

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza xi telf tal-vista jew xi tibdil fil-vista tiegħek bħal diffikultà biex tara minn waħda mill-għajnejn jew it-tnejn li huma. It-tabib tiegħek jista’ jwaqqaf il-kura b’XALKORI u jirreferik għand oftalmologu.

Effetti sekondarji oħra ta’ XALKORI jistgħu jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

Effetti viżivi (tara raġġi qawwijin ta’ dawl, vista mċajpra, u tara doppju; spiss jibdew wara li tibda t-trattament b’XALKORI).

Stonku mqalleb, inkluż rimettar, dijarea, dardir.

Edima (fluwidu żejjed fit-tessut tal-ġisem, li jikkawża nefħa fl-idejn u fis-saqajn).

Stitikezza.

Anormalitajiet fit-testijiet tad-demm għall-funzjoni tal-fwied.

Tnaqqis fl-aptit.

Għeja.

Sturdament.

Infjammazzjoni tal-esofagu (it-tubu minn fejn tibla’).

Tnaqqis fil-livelli ta’ testosterone, ormon sesswali tal-irġiel.

Newropatija (sensazzjoni ta’ tirżiħ jew tingiż fil-ġogi jew fl-estremitajiet).

Bidla fis-sens tat-togħma.

Uġigħ fiż-żaqq.

Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli ħomor tad-demm (anemija).

Raxx fil-ġilda

Tnaqqis fir-rata ta’ taħbit tal-qalb.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

Indiġestjoni.

Żieda fil-livelli fid-demm ta’ krejatinina (jistgħu jindikaw li l-kliewi mhumiex qed jiffunzjonaw sewwa).

Żieda fil-livelli tal-enzima alkaline phosphatase fid-demm (indikatur ta’ funzjoni ħażina jew ferita f’xi organu, b’mod partikolari fil-fwied, frixa, għadam, glandola tat-tirojde, jew bużżieqa tal-marrara).

Ipofosfatimja (livelli baxxi ta’ fosfat fid-demm li jistgħu jikkawżaw konfużjoni jew dgħufija fil- muskoli).

Boroż magħluqin ta’ fluwidu ġewwa l-kliewi (ċesti kumplessi fil-kliewi).

Ħass ħażin.

Insuffiċjenza tal-qalb.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

Toqba (perforazzjoni) fl-istonku jew fl-intestini.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispzjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen XALKORI

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun jew fuq il-folja u l- kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tuża l-ebda pakkett li jkun difettuż jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih XALKORI

Is-sustanza attiva f’XALKORI hi crizotinib. Il-kapsuli XALKORI jiġu f’qawwiet differenti. XALKORI 200 mg: kull kapsula fiha 200 mg crizotinib

XALKORI 250 mg: kull kapsula fiha 250 mg crizotinib

Is-sustanzi l-oħra huma:

Kontenut tal-kapsula: silica, colloidal anhydrous, cellulose, microcrystalline, calcium hydrogen phosphate, anhydrous, sodium starch glycolate (Type A), magnesium stearate.

Qoxra tal-kapsula: gelatin, titanium dioxide (E171), u red iron oxide (E172).

Linka tal-istampar: shellac, propylene glycol, potassium hydroxide, u black iron oxide (E172).

Kif jidher XALKORI u l-kontenut tal-pakkett

XALKORI 200 mg jiġi bħala kapsuli ibsin tal-ġelatina b’għatu roża u korp abjad, bil-kliem “Pfizer” stampat b’linka sewda fuq l-għatu u “CRZ 200” fuq il-korp.

XALKORI 250 mg jiġi bħala kapsuli ibsin tal-ġelatina b’għatu u korp roża, bil-kliem “Pfizer” stampat b’linka sewda fuq l-għatu u “CRZ 200” fuq il-korp.

Huwa disponibbi f’pakketti ta’ folji ta’ 60 kapsula iebsa u fi fliexken tal-plastik ta’ 60 kapsula iebsa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich, Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

Manifattur

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH

Betriebsstatte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/ België /Belgien

Lietuva

Pfizer S.A. / N.V.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. + 370 52 51 4000

България

Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer S.A.

Тел.: +359 2 970 4333

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Česká republika

Magyarország

Pfizer PFE, spol. s r.o

Pfizer Kft.

Tel.: +420-283-004-111

Tel.: +36-1-488-37-00

Danmark

Malta

Pfizer ApS

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel. +356 21220174

Deutschland

Nederland

Pfizer Pharma GmbH

Pfizer BV

Tel: +49 (0)30 550055 51000

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Eesti

Norge

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Norge AS

Tel.: +372 666 7500

Tlf: +47 67 52 61 00

Ελλάδα

Österreich

Pfizer Ελλάς A.E.

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Τηλ.: +30 210 6785 800

España

Polska

Pfizer S.L.

Pfizer Polska Sp.z.o.o

Tél: +34 91 490 99 00

Tel.:+48 22 335 61 00

France

Portugal

Pfizer

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +351 21 423 5500

Hrvatska

România

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Romania S.R.L.

Tel: +385 1 3908 777

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Ireland

Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

+44 (0)1304 616161

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0)1 52 11 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Sími: +354 540 8000

Tel.: + 421 2 3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40

Kύπρος

Sverige

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch)

Pfizer Innovations AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +46 (0)8 550-52000

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel.: + 371 670 35 775

Tel: +44 (0) 1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati