Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Xaluprine (Mercaptopurine Nova Laboratories) (6-mercaptopurine monohydrate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01BB02

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaXaluprine (Mercaptopurine Nova Laboratories)
Kodiċi ATCL01BB02
Sustanza6-mercaptopurine monohydrate
ManifatturNova Laboratories Ltd

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Xaluprine 20 mg/ml sospensjoni orali

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Ml wieħed ta’ sospensjoni fih 20 mg ta’ mercaptopurine (bħala monohydrate)

Eċċipjent b’effett magħruf:

Ml wieħed ta’ sospensjoni fih 3 mg aspartame, 1 mg methyl hydroxylbenzoate

(bħala l-melħ tas-sodju), 0.5 mg ethyl hydroxybenzoate (bħala l-melħ tas-sodju) u sucrose (traċċa).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Sospensjoni orali.

Is-sospensjoni hija ta’ kulur roża fil-kannella.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Xaluprine huwa indikat fil-kura ta’ lewkimja limfoblastika akuta (ALL) fl-adulti, l-adoloxxenti u t- tfal.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Kura b’Xaluprine għandha tkun taħt is-superviżjoni ta’ tabib jew ta’ professjonisti oħrajn tal-kura tas- saħħa b’esperjenza fl-immanniġġar ta’ pazjenti bl-ALL.

Pożoloġija

Id-doża hija regolata permezz ta’ ematossiċità mmonitorjata b’kawtela u d-doża għandha tiġi aġġustata bir-reqqa biex takkomoda l-pazjent individwali skont il-protokoll ta’ kura użat. Skont il-fażi ta’ kura, id-dożi tal-bidu jew dawk fil-mira ġeneralment ivarjaw bejn 25-75 mg/m2 skont l-erja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) kuljum, iżda għandhom ikunu aktar baxxi f’pazjenti b’attività mnaqqsa jew nieqsa tal-enzima Thiopurine Methyl Transferase (TPMT) (ara sezzjoni 4.4).

 

25 mg/m2

 

 

50 mg/m2

 

75 mg/m2

 

BSA (m2)

 

Doża

Volum

BSA (m2)

 

Doża

Volum

BSA (m2)

Doża

Volum

 

 

(mg)

(ml)

 

 

(mg)

(ml)

 

(mg)

(ml)

0.20 - 0.29

 

0.3

0.20 - 0.23

 

0.5

0.20 - 0.23

0.8

0.30 - 0.36

 

0.4

0.24 - 0.26

 

0.6

0.24 - 0.26

1.0

0.37 - 0.43

 

0.5

0.27 - 0.29

 

0.7

0.27 - 0.34

1.2

0.44 - 0.51

 

0.6

0.30 - 0.33

 

0.8

0.35 - 0.39

1.4

0.52 - 0.60

 

0.7

0.34 - 0.37

 

0.9

0.40 - 0.43

1.6

0.61 - 0.68

 

0.8

0.40 - 0.44

 

1.0

0.44 - 0.49

1.8

0.69 - 0.75

 

0.9

0.45 - 0.50

 

1.2

0.50 - 0.55

2.0

0.76 - 0.84

 

1.0

0.51 - 0.58

 

1.4

0.56 - 0.60

2.2

0.85 - 0.99

 

1.2

0.59 - 0.66

 

1.6

0.61 - 0.65

2.4

1.0 - 1.16

 

1.4

0.67 - 0.74

 

1.8

0.66 - 0.70

2.6

1.17 - 1.33

 

1.6

0.75 - 0.82

 

2.0

0.71 - 0.75

2.8

1.34 - 1.49

 

1.8

0.83 - 0.90

 

2.2

0.76 - 0.81

3.0

1.50 - 1.64

 

2.0

0.91 - 0.98

 

2.4

0.82 - 0.86

3.2

1.65 - 1.73

 

2.2

0.99 - 1.06

 

2.6

0.87 - 0.92

3.4

 

 

 

 

1.07 - 1.13

 

2.8

0.93 - 0.97

3.6

 

 

 

 

1.14 - 1.22

 

3.0

0.98 - 1.03

3.8

 

 

 

 

1.23 - 1.31

 

3.2

1.04 - 1.08

4.0

 

 

 

 

1.32 - 1.38

 

3.4

1.09 - 1.13

4.2

 

 

 

 

1.39 - 1.46

 

3.6

1.14 - 1.18

4.4

 

 

 

 

1.47 - 1.55

 

3.8

1.19 - 1.24

4.6

 

 

 

 

1.56 - 1.63

 

4.0

1.25 - 1.29

4.8

 

 

 

 

1.64 - 1.70

 

4.2

1.30 - 1.35

5.0

 

 

 

 

1.71 - 1.73

 

4.4

1.36 - 1.40

5.2

 

 

 

 

 

 

 

 

1.41 - 1.46

5.4

 

 

 

 

 

 

 

 

1.47 - 1.51

5.6

 

 

 

 

 

 

 

 

1.52 - 1.57

5.8

 

 

 

 

 

 

 

 

1.58 - 1.62

6.0

 

 

 

 

 

 

 

 

1.63 - 1.67

6.2

 

 

 

 

 

 

 

 

1.68 - 1.73

6.4

6-mercaptopurine huwa metabolizzat mill-enzima polimorfika TPMT. Pazjenti li wirtu ammont żgħir jew nuqqas ta’ attività ta’ TPMT huma f’riskju ogħla għal tossiċità severa minn dożi konvenzjonali ta’ mercaptopurine u ġeneralment jeħtieġu tnaqqis sostanzjali fid-doża. Ġenotipar jew fenotipar ta’ TPMT jistgħu jintużaw biex jidentifikaw pazjenti b’attività nieqsa jew imnaqqsa ta’ TPMT. L-ittestjar ta’ TPMT ma jistax jieħu post il-monitoraġġ ematoloġiku f’pazjenti li qegħdin jirċievu Xaluprine. Id-doża ottimali tal-bidu għal pazjenti b’defiċjenza omozigota ma ġietx stabbilita (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Ma saru l-ebda studji speċifiċi fuq l-anzjani. Madankollu, huwa rrakkomandat li l-funzjoni renali u l-funzjoni epatika jiġu mmonitorjati f’dawn il-pazjenti, u jekk hemm xi indeboliment, għandha tingħata kunsiderazzjoni sabiex id-doża ta’ Xaluprine titnaqqas.

Indeboliment renali

Minħabba li l-farmakokinetika ta’ 6-mercaptopurine ma ġietx studjata formalment fl-indeboliment renali, ma jistgħux jingħataw rakkomandazzjonijiet dwar doża speċifika. Minħabba li funzjoni renali indebolita tista’ tirriżulta f’eliminazzjoni aktar bil-mod ta’ mercaptopurine u tal-metaboliti tiegħu u għalhekk effett kumulattiv akbar, għandha tingħata kunsiderazzjoni sabiex id-dożi tal-bidu jitnaqqsu f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni renali. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati bir-reqqa għal reazzjonijiet avversi relatati mad-doża.

Indeboliment epatiku

Minħabba li l-farmakokinetika ta’ 6-mercaptopurine ma ġietx studjata formalment fl-indeboliment epatiku, ma jistgħux jingħataw rakkomandazzjonijiet dwar doża speċifika. Minħabba li hemm il-potenzjal għal eliminazzjoni mnaqqsa ta’ mercaptopurine, għandha tingħata kunsiderazzjoni biex id-dożi tal-bidu jitnaqqsu f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni epatika. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati bir-reqqa għal reazzjonijiet avversi relatati mad-doża (ara sezzjoni-4.4).

Qlib bejn pilloli u sospensjoni orali u viċi-versa

6–mercaptopurine huwa wkoll disponibbli f’forma ta’ pillola. Is-sospensjoni orali u l-pilloli ta’ 6 mecaptopurine mhumiex bijoekwivalenti fir-rigward tal-konċentrazzjoni massima fil-plażma, u għalhekk huwa rrakkomandat monitoraġġ ematoloġiku intensifikat tal-pazjent waqt il-qlib ta’ formulazzjonijiet (ara sezzjoni 5.2).

Kombinazzjoni ma’ inibituri ta’ xanthine oxidase

Allopurinol u inibituri oħra ta’ xanthine oxidase jnaqqsu r-rata ta’ kataboliżmu ta’ 6-mercaptopurine. Meta allopurinol u 6-mercaptopurine jingħataw flimkien huwa essenzjali li tingħata biss kwart tad-doża tas-soltu ta’ 6-mercaptopurine. Inibituri oħra ta’ xanthine oxidase għandhom jiġu evitati

(ara sezzjoni 4.5).

Pazjenti b’varjant NUDT15

Il-pazjenti li wirtu ġene NUDT15 mutant jinsabu f’riskju miżjud għal tossiċità b’6-mercaptopurine severa, (ara 4.4). Ġeneralment dawn il-pazjenti jkunu jeħtieġu tnaqqis fid-doża; b’mod partikolari dawn li jkunu omozigoti tal-varjant NUDT15 (ara 4.4). Jista’ jiġi kkunsidrat ittestjar ġenotipiku tal- varjanti NUDT15 qabel tinbeda terapija b’6-mercaptopurine. Fi kwalunkwe każ, huwa meħtieġ monitoraġġ mill-qrib tal-għadd tad-demm.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Xaluprine huwa għall-użu orali u jeħtieġ dispersjoni mill-ġdid (billi tħawwad vigorożament għal mill-inqas 30 sekonda) qabel id-dożaġġ.

Żewġ siringi tad-dożi (siringa vjola gradwata sa 1 ml u siringa bajda gradwata sa 5 ml) huma pprovduti għal kejl preċiż tad-doża preskritta tas-sospensjoni orali. Huwa rrrakkomandat li l-professjonist tal-kura tas-saħħa javża lill-pazjent jew lil min jieħu ħsiebu liema siringa għandhom jużaw biex jiġi żgurat li jingħata l-volum korrett.

Xaluprine jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt, iżda l-pazjenti għandhom jistandardizzaw il-metodu ta’ kif jittieħed. Id-doża ma għandhiex tittieħed mal-ħalib jew mal-prodotti tal-ħalib (ara sezzjoni 4.5). Xaluprine għandu jittieħed mill-inqas siegħa qabel jew sagħtejn wara l-ħalib jew prodotti tal-ħalib.

6-mercaptopurine juri varjazzjoni diurnali fir-rigward tal-farmakokinetika u l-effikaċja. L-għoti filgħaxija meta mqabbel mal-għoti filgħodu jista’ jnaqqas ir-riskju ta’ rikaduta. Għalhekk id-doża ta’ kuljum ta’ Xaluprine għandha tittieħed filgħaxija.

Biex jgħin fl-għoti eżatt u konsistenti tad-doża għall-istonku, għandu jittieħed l-ilma wara kull doża ta’ Xaluprine.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Użu konkomittanti mal-vaċċin tad-deni l-isfar (ara sezzjoni 4.5)

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ċitotossiċità u monitoraġġ ematoloġiku

Kura bi 6-mercaptopurine tikkawża soppressjoni tal-mudullun li twassal għal lewkopenja u tromboċitopenja u, inqas frekwenti, għal anemija. Għandu jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-parametri ematoloġiċi matul it-terapija. L-għadd tal-lewkoċiti u l-plejtlits jkomplu jaqgħu wara li l-kura titwaqqaf, għalhekk mal-ewwel sinjal ta’ tnaqqis kbir b’mod mhux normali fl-għadd, il-kura għandha titwaqqaf minnufih. Is-soppressjoni tal-mudullun hija riversibbli jekk 6-mercaptopurine jitwaqqaf kmieni biżżejjed.

Hemm individwi li wirtu defiċjenza tal-attività tal-enzima TPMT li huma sensittivi ħafna għall-effett majelosuppresiv ta’ 6-mercaptopurine u suxxettibbli għall-iżvilupp ta’ dipressjoni rapida tal-mudullun wara l-bidu ta’ kura bi 6-mercaptopurine. Din il-problema tista’ tiġi aggravata permezz ta’ għoti flimkien ma’ sustanzi attivi li jinibixxu TPMT, bħal olsalazine, mesalazine jew sulfasalazine.

Ċerti laboratorji joffru ttestjar għal defiċjenza ta’ TPMT, għalkemm dawn it-testijiet ma ntwerewx li jidentifikaw il-pazjenti kollha li qegħdin f’riskju ta’ tossiċità severa. Għalhekk il-monitoraġġ bir-reqqa tal-għadd tad-demm huwa neċessarju. Ġeneralment huwa meħtieġ tnaqqis sostanzjali fid-doża għal pazjenti b’defiċjenza omozikotika ta’ TPMT biex jiġi evitat l-iżvilupp tas-soppressjoni tal-mudullun li hija ta’ theddida għall-ħajja.

Assoċjazzjoni possibbli bejn attività mnaqqsa ta’ TPMT u lewkimji sekondarji u majelodisplasi ġiet irrapportata f’individwi li kienu qegħdin jirċievu 6-mercaptopurine f’kombinazzjoni ma’ ċitotossiċi oħra (ara sezzjoni 4.8).

Immunosuppressjoni

It-tilqim permezz ta’ vaċċin b’organiżmu ħaj għandu l-potenzjal li jikkawża infezzjoni fl-ospiti immunokompromessi. Għalhekk, tilqim permezz ta’ vaċċini b’organiżmi ħajjin mhuwiex irrakkomandat.

Epatotossiċità

Xaluprine huwa epatotossiku u t-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għandhom jiġu mmonitorjati kull ġimgħa matul il-kura. Jista’ jkun irrakkomandat li jsir monitoraġġ aktar frekwenti f’dawk b’mard pre- eżistenti tal-fwied jew dawk li qegħdin jirċievu terapija oħra potenzjalment epatotossika. Il-pazjent għandu jingħata istruzzjonijiet biex iwaqqaf Xaluprine minnufih jekk titfaċċa s-suffejra

(ara sezzjoni 4.8).

Tossiċità renali

Matul l-induzzjoni ta’ remissjoni meta tkun qiegħda sseħħ liżi rapida taċ-ċelloli, il-livelli tal-aċidu uriku fid-demm u fl-awrina għandhom jiġu mmonitorjati minħabba li tista’ tiżviluppa l-iperuriċemija u/jew l-hyperuricosuria, bir-riskju ta’ nefropatija tal-aċidu uriku. L-idratazzjoni u l-alkalinizzazzjoni tal-awrina jistgħu jimminimizzaw il-potenzjal ta’ kumplikazzjonijiet renali.

Il-pankreatite f’kura mhux ittikkettata ta’ pazjenti b’mard infjammatorju tal-musrana

Pankreatite ġiet irrapportata li sseħħ bi frekwenza ta’ ≥ 1/100 sa < 1/10 (“komuni”) f’pazjenti kkurati għall-indikazzjoni mhux liċenzjata mard infjammatorju tal-musrana.

Mutaġeniċità u karċinoġeniċità

Il-pazjenti li jkunu qegħdin jirċievu terapija immunosuppressiva, inkluż mercaptpurine, huma f'żieda fir-riskju li jiżviluppaw disturbi limfoproliferattivi u tumuri oħrajn, b'mod partikolari kankrijiet tal- ġilda (melanoma u mhux melanoma), sarkomi (ta' Kaposi u mhux ta' Kaposi) u kanċer ċervikali fl-utru in situ. Iż-żieda fir-riskju tidher li hija relatata mal-grad u t-tul taż-żmien tal-immunosuppressjoni. Ġie rrapportat li t-twaqqif tal-immunosuppressjoni jista' jipprovdi rigressjoni parzjali tad-disturb limfoproliferattiv.

Għaldaqstant reġimen tal-kura li fih diversi immunosuppressanti (inkluż thiopurines) għandu jintuża b'kawtela minħabba li dan jista' jwassal għal disturbi limfoproliferattivi, xi wħud b'fatalitajiet irrapportati. Kombinament ta' diversi immunosuppressanti, mogħtija b'mod konkomitanti jżid ir-riskju ta' disturbi limfoproliferattivi assoċjati mal-virus ta' Epstein-Barr (EBV).

Kienu osservati żidiet fl-aberrazzjonijiet kromosomali fil-limfoċiti periferali ta’ pazjenti bil-lewkimja, f’pazjent bil-karċinoma taċ-ċellola renali li rċevew doża mhux indikata ta’ 6-mercaptopurine u f’pazjenti bil-mard kroniku renali li rċevew kura b’dożi ta’ 0.4 - 1.0 mg/kg/kuljum.

Fid-dawl tal-azzjoni tiegħu fuq l-aċidu deossiribonuklejku ċellulari (DNA) 6-mercaptopurine huwa potenzjalment karċinoġeniku u għandha tingħata kunsiderazzjoni għar-riskju teoretiku ta’ karċinoġenesi b’din il-kura.

Limfoma taċ-ċellola-T epatosplenika ġiet irrapportata f’pazjenti b’mard infjammatorju tal-imsaren* ikkurati b’azathioprine (il-prodroga għal 6-mercaptopurine) jew b’6-mercaptopurine, jew bi jew mingħajr kura konkomittanti b’antikorp anti-TNF alpha. Dan it-tip rari ta’ limfoma ta’ ċellola T għandu kors ta’ marda aggressiva u normalment huwa fatali (ara wkoll sezzjoni 4.8).

* mard infjammatorju tal-imsaren (IBD) huwa indikazzjoni mhux liċenzjata.

Sindrome tal-attivazzjoni tal-makrofagu

Is-sindrome tal-attivazzjoni tal-makrofagu (MAS) huwa disturb magħruf, ta' theddida għall-ħajja li jista' jiżviluppa f'pazjenti b'kundizzjonijiet awtoimmuni, b'mod partikolari l-marda ta’ infjammazzjoni tal-imsaren (IBD) (indikazzjoni mhux liċenzjata), u jista' jkun hemm b'mod potenzjali żieda fis- suxxetibbiltà ta' żvilupp tal-kundizzjoni bl-użu ta' mercaptopurine. Jekk iseħħ il-MAS, jew dan ikun suspettat, l-evalwazzjoni u l-kura għandhom jinbdew kemm jista' jkun kmieni, u l-kura b'mercaptopurine għandha titwaqqaf. It-tobba għandhom joqogħdu attenti għal sintomi ta' infezzjoni bħall-EBV u ċ-ċitomegalovirus (CMV), minħabba li dawn huma fatturi ta' attivazzjoni magħrufa tal- MAS.

Infezzjonijiet

Il-pazjenti kkurati b’6-mercaptopurine biss jew flimkien ma’ aġenti immunosoppressivi oħra, inkluż kortikosterojdi, urew suxxettibbiltà miżjuda għal infezzjonijiet virali, fungali u batterjali, inkluż infezzjoni severa jew atipika, u riattivazzjoni virali. Il-marda u l-komplikazzjonijiet infettużi jistgħu jkunu aktar severi f’dawn il-pazjenti milli f’pazjenti li ma jiġux ikkurati.

Għandu jiġi kkunsidrat esponiment minn qabel għal jew infezzjoni b’virus varicella zoster qabel tinbeda l-kura. Jistgħu jiġu kkunsidrati l-linji gwida lokali, inkluż terapija profilattika jekk din tkun meħtieġa. Għandu jiġi kkunsidrat ittestjar seroloġiku qabel tinbeda l-kura fir-rigward tal-epatite B. Jistgħu jiġu kkunsidrati linji gwida lokali, inkluż terapija profilattika għal każijiet li ġew ikkonfermati pożittivi permezz ta’ ttestjar seroloġiku. Ġew irrappurtati każijiet f’pazjenti li rċevew

6-mercaptopurine għal ALL.

Pazjenti b’varjant NUDT15

Il-pazjenti li wirtu ġene NUDT15 mutanti jinsabu f’riskju miżjud għal tossiċità b’6-mercaptopurine severa, bħal lewkopenija u alopeċja, minn dożi konvenzjonali ta’ terapija b’thiopurine. Ġeneralment dawn ikunu jeħtieġu tnaqqis fid-doża, b’mod partikolari dawk li jkunu omozigoti tal-varjant NUDT15 (ara 4.2). Il-frekwenza ta’ NUDT15 c.415C> għandha varjabbiltà etnika ta’ madwar 10 % f’Asjatiċi tal-Lvant, 4 % fl-Ispaniċi, 0.2 % fl-Ewropej u 0 % fl-Afrikani. Fi kwalunkwe każ, huwa meħtieġ monitoraġġ mill-qrib tal-għadd tad-demm.

Popolazzjoni pedjatrika

Każijiet ta’ ipogliċemija sintomatika ġew irrappurtati fi tfal b’ALL li rċevew 6-mercaptopurine (ara sezzjoni 4.8). Il-maġġoranza tal-każijiet irrappurtati kienu fi tfal taħt l-età ta’ sitt snin jew b’indiċi tal- piż tal-ġisem baxx.

Interazzjonijiet

Meta anti-koagulanti orali jingħataw flimkien ma’ 6-mercaptopurine, huwa rrakkomandat monitoraġġ imsaħħaħ ta’ INR (Proporzjon Normalizzat Internazzjonali) (ara sezzjoni 4.5).

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih aspartame (E951), sors ta’ phenylalanine. Jista’ jagħmel ħsara lil persuni b’phenylketonuria

Fih ukoll sodium methyl parahydroxybenzoate u sodium ethyl parahydroxybenzoates li jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika (possibbilment ittardjata).

Minħabba li din il-mediċina fiha sucrose, il-pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose, assorbiment ħażin tal-glucose-galactose jew insuffiċjenza ta’ sucrase-isomaltase ma għandhomx jieħdu din il-mediċina. Użu għal perjodu ta’ żmien twil iżid ir-riskju ta’ tħassir tas-snien u huwa essenzjali li tinżamm iġjene dentali adegwata.

Immaniġġar sigur tas-sospensjoni

Il-ġenituri u min jieħu ħsieb lill-pazjenti għandhom jevitaw il-kuntatt ta’ Xaluprine mal-ġilda jew ma’ membrana mukoża. Jekk is-sospensjoni tiġi f’kuntatt mal-ġilda jew mal-mukoża, il-ġilda jew il-mukoża għandha tinħasel minnufih u sew bis-sapun u bl-ilma (ara sezzjoni 6.6).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-għoti ta’ 6-mercaptopurine mal-ikel jista’ jnaqqas l-espożizzjoni sistemika bi ftit imma dan mhuwiex probabbli li jkun ta’ sinifikat kliniku. Għalhekk, Xaluprine jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt, imma l-pazjenti għandhom jistandardizzaw il-metodu ta’ kif jittieħed. Id-doża ma għandhiex tittieħed mal-ħalib jew mal-prodotti tal-ħalib minħabba li fihom xanthine oxidase, enzima li timmetabolizza lil 6-mercaptopurine u għalhekk tista’ twassal għal tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ mercaptopurine fil-plażma.

Effetti ta’ mercaptopurine fuq prodotti mediċinali oħra

L-għoti konkomittanti tal-vaċċin tad-deni l-isfar huwa kontra-indikat, minħabba r-riskju ta’ mard fatali f’pazjenti immunokompromessi (ara sezzjoni 4.3)

Tilqim b’vaċċini oħra b’organiżmi ħajjin mhuwiex irrakkomandat f’individwi immunokompromessi (ara sezzjoni 4.4).

Ġiet irrapportata inibizzjoni tal-effett anti-koagulanti ta’ warfarin, meta jingħata ma’ 6-mercaptopurine. Huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ tal-valur tal-INR

(Proporzjon Normalizzat Internazzjonali) matul l-għoti konkomittanti ma’ anti-koagulanti orali.

Aġenti ċitotossiċi jistgħu jnaqqsu l-assorbiment ta’ phenytoin fl-intestini. Huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-livelli ta’ phenytoin fis-serum. Huwa possibbli li l-livelli ta’ prodotti mediċinali anti-epilettiċi oħra jistgħu jitbiddlu wkoll. Il-livelli ta’ anti-epilettiċi fis-serum għandhom jiġu mmonitorjati bir-reqqa matul il-kura bi Xaluprine, u għandhom isiru aġġustamenti għad-doża kif meħtieġ.

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq mercaptopurine

Meta allopurinol u Xaluprine jingħataw b’mod konkomittanti huwa essenzjali li tingħata biss kwart tad-doża tas-soltu ta’ Xaluprine minħabba li allopurinol jnaqqas ir-rata ta’ metaboliżmu ta’

6-mercaptopurine permezz ta’ xanthine oxidase. Barra minn hekk inibituri oħra ta’ xanthine oxidase,

bħal febuxostat, jistgħu jnaqqsu l-metaboliżmu ta’ mercaptopurine u l-għoti konkomittanti mhuwiex irrakkomandat minħabba li d-dejta mhijiex suffiċjenti biex jiġi stabbilit tnaqqis xieraq fid-doża.

Minħabba li hemm evidenza in vitro li d-derivati ta’ aminosalicylate (eż. olsalazine, mesalazine jew sulfazalazine) jinibixxu l-enzima TPMT, li timmetabolizza 6-mercaptopurine, għandhom jingħataw b’kawtela lill-pazjenti li jkunu qegħdin jirċievu terapija konkomittanti b’Xaluprine (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Kontraċezzjoni fl-irġiel u n-nisa

Evidenza tat-teratoġeniċità ta’ 6-mercaptopurine fil-bniedem hija ekwivoka. Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa li huma sesswalment attivi għandhom jużaw mezz ta’ kontraċezzjoni li huwa effettiv waqt il-kura u għal mill-inqas tliet xhur wara li jkunu rċevew l-aħħar doża. Studji fuq l-annimali jindikaw effetti embrijotossiċi u embrijoletali (ara sezzjoni 5.3).

Tqala

Xaluprine ma għandux jingħata lil pazjenti li huma tqal jew li x’aktarx jinqabdu tqal mingħajr evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskju kontra l-benefiċċju.

Kien hemm rapporti ta’ twelid prematur u piż baxx fit-twelid wara l-espożizzjoni tal-omm għal 6-mercaptopurine. Kien hemm ukoll rapporti ta’ abnormalitajiet konġenitali u abort spontanju wara l-espożizzjoni jew tal-omm jew tal-missier. Ġew irrapportati abnormalitajiet konġenitali multipli wara l-kura tal-omm bi 6-mercatopurine f’kombinazzjoni ma’ sustanzi oħra ta’ kimoterapija.

Rapport epidemjoloġiku aktar reċenti jissuġġerixxi li ma hemm l-ebda żieda fir-riskju ta’ twelid qabel iż-żmien, piż baxx fit-twelid ta’ trabi li twieldu meta għalqilhom iż-żmien, jew abnormalitajiet konġenitali f’nisa li kienu esposti għal mercaptopurine waqt it-tqala.

Huwa rrakkomandat li trabi tat-twelid ta’ nisa li kienu esposti għal mercaptopurine waqt it-tqala jiġu mmonitorjati għal disturbi ematoloġiċi u tas-sistema immuni.

Treddigħ

6-mercaptopurine ġie identifikat fil-kolostrum u fil-ħalib tas-sider f’nisa li kienu qegħdin jirċievu kura b’azathioprine u għalhekk nisa li qegħdin jirċievu Xaluprine ma għandhomx ireddgħu.

Fertilità

L-effett tal-kura bi 6-mercaptopurine fuq il-fertilità umana mhuwiex magħruf iżda hemm rapporti ta’ paternità/maternità b’suċċess wara li kienu rċevew kura fit-tfulija jew waqt l-adoloxxenza.

Ġiet irrapportata oligospermia profonda temporanja wara l-espożizzjoni għal 6-mercaptopurine f’kombinazzjoni ma’ kortikosterojdi.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma saru l-ebda studji fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. L-effett detrimentali fuq dawn l-attivitajiet ma jistax jiġi mbassar mill-farmakoloġija tas-sustanza attiva.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjoni avversa ewlenija tal-kura bi 6-mercaptopurine hija t-trażżin tal-mudullun li jwassal għal lewkopenija u tromboċitopenja.

Fil-każ ta’ mercaptopurine hemm nuqqas ta’ dokumentazzjoni klinika moderna li tista’ sservi bħala appoġġ biex tiddetermina b’mod preċiż il-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

L-avvenimenti li ġejjin ġew identifikati bħala reazzjonijiet avversi. Ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi u l-frekwenza: komuni ħafna (≥1/10), komuni

(≥1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥1/1000 sa < 1/100), rari (≥1/10,000 sa < 1/1000) u rari ħafna (< 1/10,000). F’kull grupp ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom.

Klassi tas-sistemi tal-organi

Frekwenza

Reazzjoni avversa

Infezzjonijiet u

Mhux komuni

Infezzjonijiet batterjali u

virali, infezzjonijiet assoċjati

infestazzjonijiet

 

ma’ newtropenija

 

 

 

 

Neoplażmi, inkluż id-disturbi

 

 

limfoproliferattivi, kankrijiet

 

 

tal-ġilda (melanoma u mhux

 

Rari

melanoma), sarkomi (ta’

Neoplażmi beninni, malinni u

 

Kaposi u mhux ta’ Kaposi) u

 

kanċer ċervikali fl-utru in

dawk mhux speċifikati (inklużi

 

 

situ (ara sezzjoni 4.4).

ċesti u polipi)

 

Rari ħafna

Lewkimja sekondarja u

 

 

majelodisplasi.

 

 

 

 

Limfoma taċ-ċellola T

 

Mhux magħruf

epatosplenika* (ara

 

 

sezzjoni 4.4)

Disturbi tad-demm u tas-

Komuni ħafna

Trażżin tal-mudullun;

lewkopenja u

sistema limfatika

 

tromboċitopenja

 

 

 

Komuni

Anemija

 

 

 

Disturbi fis-sistema

Mhux komuni

Artralġja, raxx fuq il-ġilda,

deni minħabba l-mediċina

immunitarja

 

Rari

Edema fil-wiċċ

 

 

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Komuni

Anoreksja

nutrizzjoni

Mhux magħruf

Ipogliċemija

 

Komuni

Stomatite, dijarea, rimettar,

 

nawżja.

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni

Pankreatite, ulċeri orali

 

 

 

 

 

Rari ħafna

Ulċeri intestinali

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Stasi biljari, epatotossiċità

 

 

Mhux komuni

Nekrożi epatika

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Rari

Alopeċja

ta’ taħt il-ġilda

Mhux magħruf

Reazzjoni ta’ fotosensittività

 

 

 

Disturbi fis-sistema

Rari

Oligospermia temporarja

riproduttiva u fis-sider

 

 

*F’pazjenti b’mard infjammatorju

tal-imsaren (IBD), indikazzjoni

mhux liċenzjata.

Fil-popolazzjoni pedjatrika

 

 

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

6-mercaptopurine huwa epatotossiku fl-annimali u fuq il-bniedem. Is-sejbiet istoloġiċi fuq il-bniedem urew nekrożi epatika u stasi biljari

L-inċidenza tal-epatotossiċità tvarja b’mod konsiderevoli u tista’ sseħħ bi kwalunkwe doża imma b’mod aktar frekwenti meta d-doża rrakkomandata tinqabeż.

Monitoraġġ tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied jistgħu jippermettu sejbien bikri ta’ epatotossiċità.

Din hija ġeneralment riversibbli jekk it-terapija bi 6-mercaptopurine titwaqqaf malajr iżda tkun seħħet ħsara fatali fil-fwied.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi u sinjali

Effetti gastro-intestinali, li jinkludu dardir, rimettar u dijarea u anoreksja jistgħu jkunu sintomi bikrija ta’ doża eċċessiva. L-effett tossiku ewlieni huwa fuq il-mudullun, li jirriżulta f’majelosoppressjoni. X’aktarx li t-tossiċità ematoloġika tkun aktar profonda b’dożi eċċessivi kroniċi milli b’inġestjoni waħda ta’ Xaluprine. Disfunzjoni tal-fwied u gastro-enterite jistgħu jseħħu wkoll.

Ir-riskju ta’ doża eċċessiva tiżdied ukoll meta l-inibituri ta’ xanthine oxidase jingħataw b’mod konkomittanti ma’ 6-mercaptopurine (ara sezzjoni 4.5).

Immaniġġar

Minħabba li ma hemm l-ebda antidotu magħruf, l-istampa tad-demm għandha tiġi mmonitorjata bir-reqqa u għandhom jinbdew miżuri ġenerali ta’ appoġġ, flimkien ma’ trasfużjoni xierqa tad-demm, jekk ikun hemm bżonn. Miżuri attivi (bħall-użu ta’ faħam attivat jew ħasil gastriku) jistgħu ma jkunux effettivi fil-każ ta’ doża eċċessiva b’6-mercaptopurine sakemm il-proċedura ma ssirx fi żmien siegħa mill-inġestjoni.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: aġenti antineoplastiċi, antimetaboliti, analogi ta’ purine, Kodiċi ATC: L01BB02

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

6-mercaptopurine huwa pro-mediċina inattiva li taġixxi bħala antagonist ta’ purine imma teħtieġ it-teħid ċellulari u l-anaboliżmu intraċellulari għan-nukleotidi ta’ thioguanine biex issir ċitotossika. Il-metaboliti ta’ 6-mercaptopurine jinibixxu s-sinteżi de novo ta’ purine u l-interkonverżjonijiet tan-nukleotidi ta’ purine. In-nukleotidi ta’ thioguanine huma wkoll inkorporati fl-aċidi nukleiċi u dawn jikkontribwixxu għall-effetti ċitotossiċi tas-sustanza attiva.

Normalment teżisti kross-resistenza bejn 6-mercaptopurine u 6-thioguanine.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Il-bijodisponibilità ta’ 6-mercaptopurine orali turi varjabilità inter-individwali konsiderevoli, li probabbilment tirriżulta mill-metaboliżmu tal-ewwel mogħdija tiegħu. Meta ngħata b’mod orali f’doża ta’ 75 mg/m2 lil 7 pazjenti pedjatriċi, il-bijodisponibilità medja kienet ta’ 16% tad-doża mogħtija, b’firxa ta’ 5 sa 37%.

Fi studju komparattiv ta’ bijodisponibilità fuq voluntiera adulti b’saħħithom (n=60), 50mg ta’ sospensjoni orali ta’ Xaluprine intweriet li kienet bijoekwivalenti għall-pillola ta’ referenza ta’ 50mg għal AUC, imma mhux għal Cmax. Il-medja (90% CI) ta’ Cmax bis-sospensjoni orali kienet 39%

(22% - 58%) ogħla mill-pillola għalkemm kien hemm inqas varjabilità bejn is-suġġetti (%C.V) bis-sospensjoni orali (46%) milli bil-pillolla (69%).

Bijotrasformazzjoni

L-anaboliżmu intraċellulari ta’ 6-merpactopurine huwa kkatalizzat minn bosta enzimi biex eventwalment jiffurmaw in-nukleotidi ta’ 6-thioguanine (TGNs), iżda fil-proċess għat-TGNs jiġu ffurmati varjetà ta’ TGNs intermedjarji. L-ewwel pass huwa kkatalizzat bi hypoxanthine-guanine phosphoribosyl transferase li jipproduċi thioinosine monophosphate (TIMP). 6-mercaptopurine huwa wkoll soġġett għal S-methylation permezz tal-enzima thiopurine S-methyltransferase (TPMT), li tipproduċi methylmercaptopurine, li hija inattiva. Madanakollu, TPMT jikkatalizza wkoll is- S-methylation tal-metabolit ewlieni tan-nukleotide, TIMP, biex jifforma methylthioinosine monophosphate (mTIMP). Kemm TIMP kif ukoll mTIMP huma inibituri ta’ phosphoribosyl pyrophosphate amidotransferase, enzima li hija importanti fis-sinteżi de novo ta’ purine.

Xanthine oxidase huwa l-enzima katabolika ewlenija u jikkonverti lil 6-mercaptopurine fil-metabolit inattiv, 6-thiouric acid. Dan jiġi eliminat fl-awrina. Madwar 7% tad-doża orali tiġi eliminata bħala 6-mercaptopurine mhux mibdul fi żmien 12-il siegħa wara l-għoti.

Eliminazzjoni

Il-half-life ta’ eliminazzjoni ta’ 6-mercaptopurine hija ta’ 90 ± 30 minuta, iżda l-metaboliti attivi għandhom half-life itwal (madwar 5 sigħat) mill-kompost prinċipali. It-tneħħija apparenti mill-ġisem hija ta’ 4832 ± 2562 ml/min/m2. Hemm dħul baxx ta’ 6-mercaptopurine fil-fluwidu ċerebrospinali.

Ir-rotta ewlenija għall-eliminazzjoni ta’ 6-mercaptopurine hija permezz tal-metaboliżmu.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ġenotossiċità

6-mercaptopurine, komuni ma’ antimetaboliti oħra, huwa mutaġeniku u jikkawża abnormalitajiet kromosomali in vitro u in vivo fil-ġrieden u l-firien.

Karċinoġeniċità

Minħabba l-potenzjal ġenotossiku tiegħu, 6-mercaptopurine huwa potenzjalment karċinoġeniku.

Teratoġeniċità

6-mercaptopurine jikkawża embrijuletalità u effetti teratoġeniċi severi fil-ġrieden, firien, ħamsters u l-fniek f’dożi li mhumiex tossiċi għall-omm. Fl-ispeċi kollha, il-grad ta’ embrijutossiċità u t-tip ta’ malformazzjonijiet jiddependu fuq id-doża u l-istadju tal-ġestazzjoni fil-ħin tal-għoti.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Gomma ta’ Xanthan

Aspartame (E951)

Meraq ikkonċentrat tal-lampun

Sukrosju

Sodium methyl parahydroxybenzoate (E219)

Sodium ethyl parahydroxybenzoate (E215)

Potassium sorbate (E202)

Sodium hydroxide

Ilma ppurifikat

6.2Inkompatibbilitajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sena 1

Wara li jinfetaħ: 56 jum.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25ºC.

Żomm il-flixkun magħluq sewwa. (ara sezzjoni 6.6).

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun tal-ħġieġ tat-tip III ta’ kulur ambra b’għeluq reżistenti għat-tfal li ma jistax jitbagħbas (HDPE b’kisja ta’ expanded polyethylene) li fih 100 ml ta’ sospensjoni orali.

Kull pakkett fih flixkun wieħed, adapter tal-HDPE tal-flixkun u 2 siringi tad-dożaġġ tal-polyethylene (siringa vjola gradwata sa 1 ml u siringa bajda gradwata sa 5 ml).

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Immaniġġar sigur

Kull min jimmaniġġa Xaluprine għandu jaħsel idejh qabel u wara l-għoti ta’ doża. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ espożizzjoni, il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb lill-pazjent għandhom jilbsu ngwanti meta jimmaniġġjaw Xaluprine li jintremew wara l-użu.

Għandu jiġi evitat il-kuntatt ta’ Xaluprine mal-ġilda jew ma’ membrana mukuża. Jekk Xaluprine jiġi f’kuntatt mal-ġilda jew mal-mukuża, għandu jinħasel minnufih u sew bis-sapun u bl-ilma. It-tixrid għandu jintmesaħ minnufih.

Nisa li huma tqal, li qegħdin jippjanaw li joħorġu tqal jew li qegħdin ireddgħu ma għandhomx jimmaniġġaw Xaluprine.

Il-ġenituri / dawk li jieħdu ħsieb lill-pazjent u l-pazjenti għandhom jiġu avżati biex iżommu Xaluprine fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal, preferibbilment f’armarju imsakkar. Inġestjoni aċċidentali tista’ tkun fatali għat-tfal.

Żomm il-flixkun magħluq sew biex tipproteġi l-integrità tal-prodott u timminimizza r-riskju ta’ tixrid aċċidentali.

Il-flixkun għandu jitħawwad sew għal mill-inqas 30 sekonda biex tiżgura li s-sospensjoni orali tkun tħalltet sew.

Rimi

Xaluprine huwa ċitotossiku. Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal- prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali għall-immaniġġar u r-rimi ta’ prodotti mediċinali ċitotossiċi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Nova Laboratories Limited

Martin House

Gloucester Crescent

Wigston, Leicester

LE18 4YL

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/727/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 09 ta’ Marzu 2012

Data tal-aħħar tiġdid: 18 ta’ Novembru 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati