Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Yellox (bromfenac sodium sesquihydrate) – Fuljett ta’ tagħrif - S01BC11

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaYellox
Kodiċi ATCS01BC11
Sustanzabromfenac sodium sesquihydrate
ManifatturPharmaSwiss Ceska Republika s.r.o

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Yellox 0.9 mg/ml qtar għall-għajnejn, soluzzjoni

Bromfenac

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Yellox u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Yellox

3.Kif għandek tuża Yellox

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Yellox

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Yellox u gћalxiex jintuża

Yellox fih bromfenac u jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa mhux sterojdi antiinfjammatorji (NSAIDs). Jaħdem billi jimblokka ċerti sustanzi involuti fl-ikkawżar tal- infjammazzjoni.

Yellox jintuża biex inaqqas l-infjamazzjoni fl-għajnejn wara operazzjoni tal-katarretti fl-adulti.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Yellox

Tużax Yellox

-jekk inti allerġiku għal bromfenac jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk kellek esperjenza ta’ ażżma, allerġija fil-ġilda jew infjammazzoni severa f’imnieħrek waqt l-użu ta’ NSAIDs oħra. Eżempji ta’ NSAIDs huma: acetylsalicylic acid, ibuprofen, ketoprofen, diclofenac.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina

-jekk qed tuża sterojdi topiċi (eż. cortisone), għax dan jista’ jwassal għal effetti sekondarji mhux mixtieqa.

-jekk għandek problemi ta’ ħruġ ta’ demm (eż. emofilja) jew jekk kellek ħruġ ta’ demm fil- passat, jew int qed tieħu mediċini oħra li jistgħu jtawlu ż-żmien tal-ħruġ ta’ demm (eż. warfarin, clopidogrel, acetylsalicylic acid).

-jekk għandek xi problemi fl-għajnejn (eż. sindrome tal-għajnejn xotti, problemi fil-kornea).

-jekk għandek id-dijabete.

-jekk għandek artrite rewmatojde.

-jekk kellek operazzjoni ripetuta fl-għajnejn f’perijodu qasir ta’ żmien.

Li tilbes il-contact lenses mhux rakkomandat wara operazzjoni tal-katarretti. Għalhekk, tilbisx contact lenses waqt li tkun qed tuża Yellox.

Tfal u adolexxenti

Yellox m’għandux jintuża fit-tfal u fl-adoloxxenti.

Mediċini oħra u Yellox

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk int tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tuża Yellox.

Yellox m’għandux jintuża matul l-aħħar tlett xhur tat-tqala. It-tabib jista’ jordnalek din il- mediċina waqt it-tqala jekk il-benefiċċju mistenni lil omm huwa akbar mir-riskju possibbli għat- tarbija. Yellox jista’ jiġi preskritt lil mara li qed tredda’ u ma jkollhom ebda influwenza importanti fuq il-fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-vista tiegħek tista’ tiċċajpar għal żmien qasir wara li tuża dawn il-qtar għall-għajnejn. Jekk ikollok vista mċajpra meta jingħata, la għandek issuq u l-anqas tħaddem magni sakemm il-vista tiegħek tiċċara.

Yellox fih sodium sulphite u benzalkonium chlorideSodium sulphite jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi jew attakki tal-ażżma, li xi kultant jistgħu jkunu severi u ta’ periklu għal ħajja.

Benzalkonium chloride huwa preservattiv li jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn jew problemi fis-superfiċje tal-għajn. Tużax Yellox waqt li tkun qed tuża contact lenses , għax benzalkonium chloride hu magħruf li jibdlilhom il-kulur .

3.Kif gћandek tuża Yellox

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Doża

Id-doża rakkomandata hi qatra waħda ta’ Yellox fl-għajn(ejn) affettwata darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija). Tużax aktar minn qatra waħda fl-għajn(ejn) milquta darbtejn kuljum. Ibda uża dawn il-qtar għall-għajnejn fil-ġurnata wara l-operazzjoni tiegħek tal-katarretti.

Metodu ta’ Amministrazzjoni

Yellox huwa għall-użu okulari.

-Aħsel idejk qabel tibda tuża l-qtar għall-għajnejn.

-Poġġi f’pożizzjoni komda u stabbli.

-Dawwar l-għatu tal-flixkun biex tneħħieh.

-Żomm il-flixkun, ippuntat ’l isfel, bejn is-saba’ l-kbir u swaba’ l-oħrajn.

-Aqleb rasek lura.

-Iġbed il-kappell ta' taħt tal-għajn 'l isfel u b’saba' nadif.

-Ressaq il-ponta tal-flixkun qrib l-għajn.

-Tmissx l-għajn jew il-kappell tal-għajn tiegħek, iż-żoni tal-madwar jew uċuħ oħra bl- applikatur tat-tqattir.

-Agħfas bil-mod il-flixkun biex tinżel qatra waħda ta’ Yellox.

-Agħlaq l-għatu tal-flixkun b’mod sod minnufih wara li tużah.

-Żomm il-flixkun magħluq sewwa meta ma jkunx qed jintuża.

Jekk tuża kwalunkwe qtar ieħor għall-għajnejn, stenna mill-inqas ħames minuti bejn meta tuża Yellox u l-qtar l-ieħor.

Durazzjoni tat-trattament

Kompli l-qtar matul l-ewwel 2 ġimgħat wara l-operazzjoni tiegħek. Tużax Yellox iktar minn ġimgħatejn.

Jekk tuża Yellox aktar milli suppost

Laħlaħ għajnek bl-ilma fietel. Tqattarx aktar qtar sakemm ikun sar il-ħin għad-doża regolari li jkun jmiss tiegħek. Jekk Yellox jinbela’ aċċidentalment, għandha tittieħed tazza ilma jew fluwidu ieħor biex tlaħlaħ il-mediċina. .

Jekk tinsa tuża Yellox

Uża doża waħda hekk kif tiftakar. Jekk ikun kważi sar il-ħin għad-doża li jkun jmiss, aqbeż id- doża li tkun insejt tieħu. Kompli bid-doża regolari li jkun jmiss fl-iskeda. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża Yellox

Tiqafx tuża Yellox mingħajr ma tkellem it-tabib tiegħek.

F’ każijiet rari mal-irtirar ta’ Yellox, aggravament tar-rispons infjammatorju, eż. fil-forma ta’ nefħa fir-retina, jista’ jseħħ minħabba l-operazzjoni tal-katarretti.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jekk tonqoslok il-vista jew ikollok vista mċajpra fil-ġimgħa wara t-tmiem tal-kura,ikkuntattja lit- tabib tiegħek minnufih.

Jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin waqt li tkun qed tuża l-qtar, ikkuntattja minnufih it-tabib:

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 100 persuna)

Tħoss xi ħaġa barranija fl-għajnejn, ħmura u infjammazzjoni tal-għajnejn, ħsara u infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajnejn, tnixxija mill-għajnejn, ħakk fl-għajnejn jew uġigħ fl-għajnejn, nefħa jew ħruġ ta’ demm f’il-kappell tal-għajn, vista impedita minħabba infjammazzjoni, floaters jew

tikek li jiċċaqilqu quddiem l-għajnejn jew tnaqqis fil-vista li jista’ jindika ħruġ ta’ demm jew ħsara fuq in-naħa ta’ wara tal-għajn (retina), skomfort fl-għajnejn, sensittività għad-dawl jew vista mċajpra, nefħa tal-wiċċ, sogħla, tinfaraġ jew imnieħer li jnixxi.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 1,000 persuna)

Ħsara fis-superfiċje tal-għajnejn, ħmura tal-għajnejn, ażma.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Yellox

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina, wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna ta’ barra wara "EXP". Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Armi l-flixkun 4 ġimgħat wara li jinfetaħ l-ewwel darba, biex tevita infezzjonijiet anki jekk ikun fadal soluzzjoni.

Ikteb id-data ta’ meta ftaħtu fuq it-tikketta tal-kartuna fl-ispazju pprovdut.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku.. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l- ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Yellox

-

Is-sustanza attiva hi bromfenac. Ml wieħed tas-soluzzjoni fih 0.9 ° mg ta’ bromfenac

 

(bħala sodium sesquihydrate). Qatra waħda fiha madwar 33 mikrogrammi bromfenac.

-Is-sustanzi l-oħra huma: boric acid, borax, sodium sulphite anhydrous (E221), benzalkonium chloride (ara sezzjoni 2), tyloxapol, povidone (K30), disodium edetate, ilma għall-injezzjoni, sodium hydroxide (biex iżomm il-livelli tal-aċidità normali).

Kif jidher YelloxYELLOX u l-kontenut tal-pakkettYellox hu likwidu (soluzzjoni) isfar ċar disponibbli f’pakkett li fih flixkun wieħed tal-plastik ta’ 5 ml b’għatu bil-kamin.

Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

PharmaSwiss Česká republika s.r.o. Jankovcova 1569/2c

170 00 Praha 7 Repubblika Ċeka czech.info@valeant.com

Manifattur

Dr. Gerhard Mann

Chem.-pharm. Fabrik GmbH

Brunsbütteler Damm 165-173

13581 Berlin

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

BE/LU/NL

CY

Bausch & Lomb Pharma nv/sa, Belgium

Kypropharm Ltd.

Tel: 00 31 (0) 20 20 61 682

Τηλ: + 357 22 43 46 99

BG

LV

PharmaSwiss EOOD

UAB „PharmaSwiss“

Teл.: + 359 2 89 52 110

Tel: + 371 67502185

CZ

LT

PharmaSwiss Česká republika s.r.o.

UAB „PharmaSwiss“

Tel: + 420 234 719 600

Tel. +370 5 2790 762

IE /UK

HU

Bausch & Lomb U.K., Ltd.

Valeant Pharma Magyarország Kft.

Tel: +44 (0) 1748 828864

Tel: +36 1 345 5900

DE

MT

Dr. Gerhard Mann Chem.- Pharm Fabrik GmbH

Laboratoire Chauvin, France

Tel: + 49 (0)30 33093 0

Tél: + 33 (0)4 67 12 30 30

EE

AT

PharmaSwiss Eesti OÜ

Dr. Gerhard Mann Chem.- Pharm Fabrik GmbH

Tel: + 372 6827403

Tel: + 49 (0)30 33093 0

GR

PL

Pharmaswiss Hellas A.E.

Valeant Pharma Poland sp. z o. o.

Τηλ: +30 210 8108 460

Tel.: +48 17 865 51 00

ES

PT

Bausch & Lomb, S.A.

Bausch & Lomb, S.A. (Sucursal Portugal)

Tel: + 34 91 657 63 36

Tel: + 351 21 424 15 10

FR

RO

Laboratoire Chauvin SAS

Valeant Pharma S.R.L.

Tél: + 33 (0)4 67 12 30 30

Tel: +40 374 102 600

IT

SI

Bausch & Lomb-IOM S.p.A.

PharmaSwiss d.o.o.

Tel: + 39 (0)2 27407300

Tel: + 386 1 2364 700

HR

SK

PharmaSwiss d.o.o.

Valeant Slovakia s.r.o.

Tel: +385 1 6311 833

Tel: + 421 3233 4900

 

DK/NO/FI/SE/IS

 

Bausch & Lomb Nordic AB

 

+46 8 616 95 00

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati