Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Yttriga (yttrium [90Y] chloride) – Fuljett ta’ tagħrif - V09

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaYttriga
Kodiċi ATCV09
Sustanzayttrium [90Y] chloride
ManifatturEckert

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU

Yttriga prekursur radjufarmaċewtiku , soluzzjoni

Yttrium (90Y) chloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Yttriga u għalxiex jintuża

2.Qabel ma tuża Yttriga

3.Kif għandek tuża Yttriga

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Yttriga

6.Aktar tagħrif

1.X’INHU YTTRIGA U GĦALXIEX JINTUŻA

Yttriga hu mediċina radjuattiva użat flimkien ma’ mediċina oħra li jiġi mmirat għall-ċelluli speċifiċi tal-ġisem.

Meta tintlaħaq it-targit, Yttriga jagħti dożi żgħar ħafna ta’ radjazzjoni lil dawn is-siti speċifiċi.

Għal aktar tagħrif dwar it-trattament u l-effetti possibbli kkawżati mill-prodott mediċinali li ser ikun radjutikkettat, jekk jogħġbok irreferi għall-fuljett ta’ tagħrif tal-prodott mediċinali li ser ikun użat miegħu bħala sieħeb kombinat.

2.QABEL MA TUŻA L-YTTRIGA

Tużax Yttriga:

-jekk int allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għall-Yttrium (90Y) chloride jew sustanzi oħra ta’ Yttriga.

-jekk inti tqila jew jekk hemm il-possibbilità li tista’ tkun tqila (ara hawn taħt).

Oqgħod attent ħafna b’Yttriga

-Yttriga hu mediċina radjuattiva u jintuża biss flimkien ma’ prodott mediċinali ieħor. Mhux

intenzjonat li jingħata b’mod dirett fil-pazjenti.

-Peress li hemm liġijiet stretti dwar l-użu, tbagħbis u r-rimi ta' prodotti radjufarmaċewtiċi, Yttriga dejjem ser jintuża fi sptar jew f’ambjent simili. Ser ikun immaniġġjat u mogħti minn nies li huma mħarrġa u kkwalifikati fl-immaniġġjar sigur tal-materjal radjuattiv.

Għandha tingħata attenzjoni partikulari meta jkunu qed jingħataw prodotti mediċinali radjuattivi lit- tfal u lill-adolexxenti (minn 2 sa 16-il sena).

Meta tieħu mediċini oħra:

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, inklużi mediċini mingħajr riċetta.

L-ebda interazzjoni ta’ Yttrium (90Y) chloride ma’ mediċini oħra mhi magħrufa għax m’hemm l-ebda studji kliniċi.

Tqala

Yttriga hu kontra-indikat fit-Tqala.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk hemm kwalunkwe possibilità li int tqila. Jekk ma jiġikx il- pirjid għandek tassumi li inti tqila sakemm test tat-tqala li jsir ikun negattiv.

It-tabib tiegħek ser jara jekk għandhomx jintużaw tekniċi alternattivi li ma jinvolvux radjazzjoni jonizzanti.

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv waqt u wara t-trattament.

Treddigħ

It-tabib tiegħek ser jitolbok tieqaf tredda’.

Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

3.KIF GĦANDEK TUŻA YTTRIGA

It-tabib tiegħek mhux ser jagħti Yttriga direttament .

Doża

It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-ammont ta’ Yttriga li int ser tirċievi għat-trattament.

Kif għandu jingħata:

YTTRIGA hu mediċina radjuattiva li hu użat flimkien ma’ prodott mediċinali ieħor li jiġi mmirat għall-ċelluli speċifiċi tal-ġisem u jingħata mit-tabib tiegħek.

Jekk Yttriga jingħata bi żball

Wara li jkun magħqud ma’ mediċina oħra Yttriga ser jingħata mit-tabib tiegħek skont kundizzjonijiet stretti kkontrollati. Ir- riskju meta forsi tingħata doża eċċessiva hu żgħir . Imma, jekk dan jiġri, int ser tingħata trattament adattat mit-tabib tiegħek.

4.EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU

Bħal kull mediċina oħra, Yttriga jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Għal aktar tagħrif, irreferi għall-fuljett ta’ tagħrif tal-prodott partikulari mediċinali li ser ikun radjutikkettat.

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem <lit-tabib> <jew> <,> <lill-ispiżjar> <jew l-infermier> tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.KIF TAĦŻEN YTTRIGA

Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Yttriga wara d-data u l-ħin ta’ skadenza li jidhru fuq it-tikketta wara l-JIS.

Aħżen skond ir-regolamenti lokali dwar sustanzi radjuattivi.

Kull fdal tal-prodott li ma jiġix użat jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

6.AKTAR TAGĦRIF

X’fih Yttriga

-Is-sustanza attiva hi Yttrium (90Y) chloride.

-1ml ta’ soluzzjoni sterili fiha 0.1-300 GBq Yttrium (90Y) fid-data u ħin tar- referenza

(li tikkorrispondi għal 0.005-15 mikrogrammi ta’ Yttrium [90Y]) (bħala Yttrium [90Y] chloride).

-Is-sustanza l-oħra hi hydrochloric acid (0.04 M).

Id-dehra ta’ Yttriga u l-kontenuti tal-pakkett

Kunjett tal-ħġieġ ta’ tip I trasperenti ta’ 3 ml b’qiegħ forma ta’ V jew kunjett tal-ħġieġ tat-tip I trasparenti ta’ 10 ml b’qiegħ ċatt b’tapptas-silikon magħluq b’siġill tal-aluminju.

Prekursur radjufarmċewtiku, soluzzjoni.

Soluzzjoni sterili, ċara bla kulur

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Str. 10

D-13125 Berlin

Il-Ġermanja

Tel +49- 30-941084-280 Fax +49- 30-941084-470

e-mail: radiopharma@ezag.de

Manifattur

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Branch Braunschweig

Gieselweg 1

D-38110 Braunschweig

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

България

Magyarország

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Česká republika

Malta

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Danmark

Nederland

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Deutschland

Norge

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Eesti

Österreich

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Ελλάδα

Polska

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

España

Portugal

NUCLIBER, S.A.

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

C/ Hierro, 33

Robert-Rössle-Straße 10

E-28045 Madrid

D-13125 Berlin

Tel: + 34 915 062 940

+49-30-941084-280

info@nucliber.com

radiopharma@ezag.de

France

România

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Ireland

Slovenija

Imaging Equipment Limited

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

The Barn, Manor Farm, Church Lane

Robert-Rössle-Straße 10

Chilcompton, Somerset BA3 4 HP

D-13125 Berlin

+44-1761-417402

+49-30-941084-280

SalesAdmin@imagingequipment.co.uk

radiopharma@ezag.de

Ísland

Slovenská republika

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Italia

Suomi/Finland

Campoverde srl

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Via Quintiliano, 30

Robert-Rössle-Straße 10

I-20138 Milano

D-13125 Berlin

Tel: +39-02-58039045

+49-30-941084-280

vendite@campoverde-group.com

radiopharma@ezag.de

Κύπρος

Sverige

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Robert-Rössle-Straße 10

Robert-Rössle-Straße 10

D-13125 Berlin

D-13125 Berlin

+49-30-941084-280

+49-30-941084-280

radiopharma@ezag.de

radiopharma@ezag.de

Latvija

United Kingdom

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

Imaging Equipment Limited

Robert-Rössle-Straße 10

The Barn, Manor Farm, Church Lane

D-13125 Berlin

Chilcompton, Somerset BA3 4 HP

+49-30-941084-280

Tel:+44-1761-417402

radiopharma@ezag.de

SalesAdmin@imagingequipment.co.uk

Lietuva

 

Eckert & Ziegler Radiopharma GmbH

 

Robert-Rössle-Straße 10

 

D-13125 Berlin

 

+49-30-941084-280

 

radiopharma@ezag.de

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati