Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zerbaxa (ceftolozane sulfate / tazobactam sodium) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J01

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZerbaxa
Kodiċi ATCJ01
Sustanzaceftolozane sulfate / tazobactam sodium
ManifatturMerck Sharp

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Zerbaxa 1 g/0.5 g trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih ceftolozane sulfate ekwivalenti għal 1 g ta’ ceftolozane u tazobactam sodium ekwivalenti għal 0.5 g ta’ tazobactam.

Wara r-rikostituzzjoni b’10 mL ta’ dilwent, il-volum totali tas-soluzzjoni fil-kunjett huwa 11.4 mL, li fih 88 mg/mL ta’ ceftolozane u 44 mg/mL ta’ tazobactam.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Kull kunjett fih 10 mmol (230 mg) ta’ sodium.

Meta t-trab jiġi rikostitwit b’10 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride, il-kunjett ikun fih 11.5 mmol (265 mg) ta’ sodium.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (trab għal konċentrat).

Trab ta’ lewn abjad sa safrani.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Zerbaxa hu indikat għat-trattament tal-infezzjonijiet li ġejjin fl-adulti (ara sezzjoni 5.1):

-Infezzjonijiet intraddominali kkumplikati (ara sezzjoni 4.4);

-Pajelonefrite akuta;

-Infezzjonijiet ikkumplikati tal-passaġġ urinarju (ara sezzjoni 4.4).

Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-gwida uffiċjali dwar l-użu kif suppost ta’ mediċini antibatterjali.

4.2Pożoloġija u metodu takif għandu jingħata

Pożoloġija

L-iskeda rakkomandata tad-doża fil-vini għal pazjenti bi tneħħija tal-kreatinina ta’ > 50 mL/min qed tintwera f’Tabella 1 skont it-tip ta’ infezzjoni.

Tabella 1: Doża fil-vini ta’ Zerbaxa skont it-tip ta’ infezzjoni f’pazjenti bi tneħħija tal- kreatinina ta’ > 50 mL/min

Tip ta’ infezzjoni

Doża

Frekwen

Ħin ta’

Kemm idum

 

 

za

infużjoni

jingħata t-

 

 

 

 

trattament

Infezzjoni intraddominali

1 g ceftolozane /

Kull

Siegħa

4-14-il jum

kkumplikata*

0.5 g tazobactam

8 sigħat

 

 

Infezzjoni kkumplikata tal-passaġġ

1 g ceftolozane /

Kull

Siegħa

7 ijiem

urinarju

0.5 g tazobactam

8 sigħat

 

 

Pajelonefrite akuta

 

 

 

 

*Għandu jintuża flimkien ma’ metronidazole meta jiġu ssuspettati patoġeni anerobiċi.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (b’età 65 sena)

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ ibbażat fuq l-età biss għall-pazjenti anzjani (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

F’pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi (stima tat-tneħħija tal-kreatinina [CrCL - creatinine clearance] > 50 mL/min), mhu meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża, ara sezzjoni 5.2.

F’pazjenti b’indeboliment moderat jew sever tal-kliewi, u f’pazjenti b’mard tal-kliewi fl-aħħar stadju fuq l-emodijalisi, id-doża għandha tiġi aġġustata kif elenkat f’Tabella 2 (ara sezzjonijiet 5.1 u 6.6).

Tabella 2: Doża fil-vini ta’ ceftolozane/tazobactam f’pazjenti bi tneħħija tal-kreatinina ≤ 50 mL/min

CrCL stmata (mL/min)*

Skeda tad-doża rakkomandata għal Zerbaxa

(ceftolozane/tazobactam)**

 

30 sa 50

500 mg ceftolozane / 250 mg tazobactam ġol-vini kull 8 sigħat

15 sa 29

250 mg ceftolozane / 125 mg tazobactam ġol-vini kull 8 sigħat

 

Doża għolja waħda tal-bidu ta’ 500 mg ceftolozane / 250 mg tazobactam

 

segwita wara 8 sigħat minn doża ta’ manteniment ta’ 100 mg

Mard tal-kliewi fl-aħħar

ceftolozane / 50 mg tazobactam mogħtija kull 8 sigħat għall-bqija tal-

stadju fuq l-emodijalisi

perjodu ta’ trattament (fil-ġranet meta jkun hemm emodijalisi, id-doża

 

għandha tingħata fl-iktar ħin bikri possibbli wara t-tlestija tal-

 

emodijalisi)

*CrCL stmata bl-użu tal-formula Cockcroft-Gault

**Id-dożi kollha ta’ Zerbaxa jingħataw fil-vini fuq perjodu ta’ siegħa u huma rakkomandati għall- indikazzjonijiet kollha. It-tul ta’ żmien tat-trattament għandu jsegwi r-rakkomandazzjonijiet f’Tabella 1.

Indeboliment tal-fwied

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ ceftolozane/tazobactam fit-tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Zerbaxa huwa għal infużjoni fil-vini.

Il-ħin għall-infużjoni huwa ta’ siegħa għal 1 g / 0.5 g ta’ Zerbaxa.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott jew qabel tagћti l-prodott

Ara sezzjoni 6.2 għal inkompatibbiltajiet.

Ara sezzjoni 6.6 għal struzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l- amministrazzjoni.

4.3

Kontraindikazzjonijiet

-

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati

 

fis-sezzjoni 6.1;

-

Sensittività eċċessiva għal kwalunkwe sustanza antibatterika cephalosporin;

-

Sensittività eċċessiva severa (eż., reazzjoni anafilattika, reazzjoni severa fil-ġilda) għal

 

kwalunkwe tip ieħor ta’ sustanza antibatterika beta-lactam (eż., penicillins jew carbapenems).

4.4

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet serji u xi kultant fatali ta’ sensittività eċċessiva (reazzjonijiet anafilattiċi) huma possibbli (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.8). Jekk isseħħ reazzjoni allerġika severa waqt it-trattament b’ ceftolozane/tazobactam, il-prodott mediċinali għandu jitwaqqaf u għandhom jittieħdu miżuri xierqa.

Pazjenti li għandhom storja medika ta’ sensittività eċċessiva għal cephalosporins, penicillins jew sustanzi antibatteriċi beta-lactam oħrajn, jista’ wkoll ikollhom sensittività eċċessiva għal ceftolozane/tazobactam.

Ceftolozane/tazobactam huwa kontraindikat f’pazjenti bi storja ta’ sensittività eċċessiva għal ceftolozane, tazobactam, jew cephalosporins (ara sezzjoni 4.3).

Ceftolozane/tazobactam huwa kontraindikat ukoll f’pazjenti b’sensittività eċċessiva severa (eż. reazzjoni anafilattika, reazzjoni severa fil-ġilda) għal kwalunkwe tip ieħor ta’ sustanza antibatterika beta-lactam (eż. penicillins jew carbapenems) (ara sezzjoni 4.3).

Ceftolozane/tazobactam għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti bi storja medika ta’ kwalunkwe tip ieħor ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva għal penicillins jew sustanzi antibatteriċi beta-lactam oħra.

Effett fuq il-funzjoni tal-kliewi

Tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi deher f’pazjenti li kienu qed jirċievu ceftolozane/tazobactam.

Funzjoni indebolita tal-kliewi

Id-doża ta’ ceftolozane/tazobactam għandha tiġi aġġustata abbażi tal-funzjoni tal-kliewi (ara sezzjoni 4.2, Tabella 2).

Fi provi kliniċi l-effikaċja ta’ ceftolozane/tazobactam kienet inqas f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi meta mqabbla ma’ dawk b’funzjoni tal-kliewi normali jew kemxejn indebolita fil-linja bażi. Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi fil-linja bażi għandhom jiġu mmonitorjati b’mod frekwenti għal kwalunkwe bidliet fil-funzjoni tal-kliewi waqt it-trattament u d-doża ta’ ceftolozane/tazobactam għandha tiġi aġġustata kif meħtieġ.

Limitazzjonijiet tad-dejta klinika

Pazjenti li kienu immunokompromessi u pazjenti b’newtropenija severa ġew esklużi mill-provi kliniċi.

Fi prova f’pazjenti b’infezzjonijiet intraddominali kkumplikati, l-iktar dijanjosi komuni kienet perforazzjoni tal-appendiċi jew axxess viċin l-appendiċi (420/970 [43.3%] pazjent), li minnhom 137/420 (32.6%) kellhom peritonite mifruxa fil-linja bażi. Madwar 82% tal-pazjenti kollha fil-prova kellhom punteġġi APACHE II (Valutazzjoni ta’ Fiżjoloġija Akuta u Saħħa Kronika II) ta’ < 10 u 2.3% kellhom batterimja fil-linja bażi. Fil-pazjenti li setgħu jiġu vvalutati b’mod kliniku (CE - clinically

evaluable), ir-rati ta’ kura klinika għal ceftolozane/tazobactam kienu ta’ 95.9% f’293 pazjent li kellhom età anqas minn 65 sena u 87.8% fi 82 pazjent li kellhom età ta’ 65 sena jew aktar.

Dejta dwar l-effikaċja klinika f’pazjenti b’infezzjoni kkumplikata fil-parti t’isfel tal-apparat tal-awrina hija limitata. Fi prova arbitrarja kkontrollata b’mod attiv 18.2% (126/693) tal-pazjenti li setgħu jiġu vvalutati b’mod mikrobijoloġiku (ME - microbiologically evaluable) kellhom infezzjoni kkumplikata fil-parti t’isfel tal-apparat tal-awrina (cLUTI - complicated lower urinary tract infection), inkluż 60/126 pazjent li kienu ttrattati b’ceftolozane/tazobactam. Wieħed/waħda minn dawn is-60 pazjent kellu/ha batterimja fil-linja bażi.

Dijarea assoċjata ma’ Clostridium difficile

Kolite assoċjata ma’ mediċini antibatterjali u kolite psewdomembranuża ġew irrappurtati b’ceftolozane/tazobactam (ara sezzjoni 4.8). Dawn it-tipi ta’ infezzjoni jistgħu jvarjaw fis-severità minn ħfief sa ta’ theddida għall-ħajja. Għalhekk, hu importanti li tiġi kkunsidrata din id-dijanjosi f’pazjenti li jkollhom dijarea waqt jew wara l-għoti ta’ ceftolozane/tazobactam. F’ċirkustanzi bħal dawn, it-twaqqif tat-terapija b’ceftolozane/tazobactam u l-użu ta’ miżuri ta’ appoġġ flimkien mal-għoti ta’ trattament speċifiku għal Clostridium difficile għandhom jiġu kkunsidrati.

Mikroorganiżmi mhux suxxettibbli

L-użu ta’ ceftolozane/tazobactam jista’ jgħin it-tkabbir żejjed ta’ mikroorganiżmi mhux suxxettibbli. Jekk isseħħ super infezzjoni matul jew wara t-trattament, għandhom jittieħdu miżuri xierqa.

Ceftolozane/tazobactam mhuwiex attiv kontra batterji li jipproduċu enzimi beta-lactamase li mhumiex inibiti minn tazobactam. Ara sezzjoni 5.1.

Serokonverżjoni bit-test dirett ta’ antiglobulina (test ta’ Coombs) u riskju possibbli ta’ anemija emolitika

L-iżvilupp ta’ riżultat pożittiv għat-test dirett ta’ antiglobulina (DAGT - direct antiglobulin test) jista’ jseħħ waqt trattament b’ceftolozane/tazobactam. L-inċidenza ta’ serokonverżjoni b’DAGT f’pazjenti li jkunu qed jirċievu ceftolozane/tazobactam kienet ta’ 0.2% fil-provi kliniċi. Fi studji kliniċi, ma kien hemm l-ebda xhieda ta’ emolisi f’pazjenti li żviluppaw riżultat pożittiv għal DAGT bit-trattament.

Kontenut ta’ sodium

Ceftolozane/tazobactam fih 10.0 mmol (230 mg) ta’ sodium f’kull kunjett. Il-kunjett rikostitwit b’10 mL ta’ 0.9% sodium chloride (salina normali) għall-injezzjoni jkun fih 11.5 mmol (265 mg) ta’

sodium. Dan għandu jitqies meta wieħed ikun qed jittratta pazjenti fuq dieta b’ammont ikkontrollat ta’ sodium.

4.5Interazzjoni maprodotti mediċinali oħra jew forom oħra tainterazzjoni

L-ebda interazzjonijiet sinifikanti tal-prodott mediċinali mhuma antiċipati bejn ceftolozane/tazobactam u substrati, inibituri, u indutturi ta’ enzimi ta’ ċitokrom P450 (CYPs) ibbażat fuq studji in vitro u in vivo.

Studji in vitro wrew li ceftolozane, tazobactam u l-metabolit M1 ta’ tazobactam ma inibixxewx CYP1A2, CYP2B6, CYP2C8, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, jew CYP3A4, u ma induċewx CYP1A2, CYP2B6, jew CYP3A4 f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi fil-plażma.

Ceftolozane u tazobactam ma kinux substrati għal P-gp jew BCRP, u tazobactam ma kienx substrat għal OCT2, in vitro f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi fil-plażma. Dejta in vitro tindika li ceftolozane ma inibixxiex P-gp, BCRP, OATP1B1, OATP1B3, OCT1, OCT2, MRP, BSEP, OAT1, OAT3, MATE1, jew MATE2-K in vitro f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi fil-plażma. Dejta in vitro tindika li

la tazobactam u lanqas il-metabolit M1 ta’ tazobactam ma jinibixxu P-gp, BCRP, OATP1B1, OATP1B3, OCT1, OCT2, jew it-trasportaturi BSEP f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi fil-plażma.

Tazobactam huwa sottostrat għal OAT1 u OAT3. In vitro, tazobactam inibixxa t-trasportaturi umani OAT1 u OAT3 b’valuri IC50 ta’ 118 u 147 mkg/mL, rispettivament. L-għoti flimkien ta’ ceftolozane/tazobactam ma’ substrat ta’ OAT1 u OAT3 furosemide fi studju kliniku ma żiedx b’mod sinifikanti l-esponimenti ta’ furosemide fil-plażma (proporzjonijiet medji ġeometriċi ta’ 0.83 u 0.87 għas-Cmax u l-AUC, rispettivament). Madankollu, sustanzi attivi li jinibixxu OAT1 jew OAT3 (eż., probenecid) jistgħu jżidu l-konċentrazzjonijiet ta’ tazobactam fil-plażma.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ ceftolozane/tazobactam f’nisa tqal. Tazobactam jgħaddi mill-plaċenta. Mhux magħruf jekk ceftolozane jgħaddix mill-plaċenta.

Studji f’annimali b’tazobactam urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3) mingħajr evidenza ta’ effetti teratoġeniċi. Studji b’ceftolozane fuq il-ġrieden u l-firien m’urewx xhieda ta’ effett tossiku fuq is-sitema riproduttiva jew teratoġeniċità. Ceftolozane mogħti lil firien matul it- tqala u t-treddigħ ġie assoċjat ma’ tnaqqis fir-rispons awditorju għal ħasda fi frieħ irġiel f’jum 60 wara t-twelid (PND - postnatal day) (ara sezzjoni 5.3).

Zerbaxa għandu jintuża biss matul it-tqala jekk il-benefiċċju mistenni jiżboq ir-riskji possibbli lill- mara tqila u lill-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk ceftolozane u tazobactam jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid/trabi mhux eskluż. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’Zerbaxa, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l- benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

L-effetti ta’ ceftolozane u tazobactam fuq il-fertilità fil-bnedmin ma ġewx studjati. Studji dwar il- fertilità fil-firien ma wrew l-ebda effett fuq il-fertilità u t-tgħammir wara l-għoti ta’ tazobactam ġol- peritonew jew l-għoti ta’ ceftolozane ġol-vini (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Zerbaxa jista’ jkollu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Jista’ jseħħ sturdament wara l- għoti ta’ Zerbaxa (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Zerbaxa ġie evalwat fi provi kliniċi, ta’ Fażi 3 ikkontrollati b’komparatur, dwar infezzjonijiet intraddominali kkumplikati u infezzjonijiet ikkumplikati tal-passaġġ urinarju (li jinkludu pajelonefrite), li kienu jinkludu total ta’ 1,015-il pazjent, ittrattati b’Zerbaxa (1 g/ 0.5 g fil-vini kull 8 sigħat, aġġustat biex ikun jaqbel mal-funzjoni tal-kliewi fejn ikun xieraq) sa 14-il jum.

Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komuni (≥ 3% f’ġabra ta’ provi ta’ Fażi 3 ) li seħħew f’pazjenti li kienu qed jirċievu Zerbaxa kienu dardir, uġigħ ta’ ras, stitikezza, dijarea, u deni kienu ġeneralment ħfief jew moderati fis-severità tagħhom.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi miġbura f’tabella

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew identifikati matul il-provi kliniċi b’Zerbaxa. Ir-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont il-Klassi tas-Sistemi u tal-Organi MedDRA u l-frekwenza. Il- kategoriji ta’ frekwenza jinkisbu skont il-konvenzjonijiet li ġejjin: komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100) (ara Tabella 3).

Tabella 3: Reazzjonijiet avversi identifikati matul il-provi kliniċi b’ceftolozane/tazobactam (N=1,015)

Klassi tas-sistemi u tal-

Komuni

Mhux komuni

organi

(≥ 1/100 sa < 1/10)

(≥ 1/1,000 sa < 1/100)

 

 

Kandidajasi inkluż orofarinġali u

Infezzjonijiet u

 

vulvovaġinali, kolite bi Clostridium

infestazzjonijiet

 

difficile, infezzjoni bil-fungu fl-apparat tal-

 

 

awrina

Disturbi tad-demm u tas-

Tromboċitożi

Anemija

sistema limfatika

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu

Ipokalimja

Ipergliċemija, ipomagnesimja,

u n-nutrizzjoni

 

ipofosfatemija

Disturbi psikjatriċi

Insomnja, ansjetà

 

Disturbi fis-sistema

Uġigħ ta’ ras, sturdament

Puplesija iskemika

nervuża

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Fibrillazzjoni tal-atriju, takikardija, anġina

 

pectoris

 

 

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa

Flebite, trombożi fil-vini

Disturbi respiratorji,

 

Qtugħ ta’ nifs

toraċiċi u medjastinali

 

 

 

Disturbi gastrointestinali

Nawsja, dijarea, stitikezza,

Gastrite, nefħa fl-addome, dispepsja, gass,

rimettar, uġigħ fl-addome

ileus paralitiku

Disturbi fil-ġilda u fit-

Raxx

Urtikarja

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

 

Indeboliment tal-kliewi, insuffiċjenza tal-

sistema urinarja

 

kliewi

Disturbi ġenerali u

Deni, reazzjonijiet fil-post tal-

 

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

infużjoni

 

jingħata

 

 

 

Żieda fl-alanine

Riżultat pożittiv għat-test ta’ Coombs, żieda

 

fil-gamma-glutamyl transpeptidase (GGT)

Investigazzjonijiet

aminotransferase, Żieda fl-

fis-serum, żieda fl-alkaline phosphatase fis-

 

aspartate aminotransferase

 

serum

 

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

 

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Ma hemm l-ebda esperjenza b’doża eċċessiva ta’ Zerbaxa. L-ogħla doża singola ta’ Zerbaxa użata fil- provi kliniċi kienet ta’ 3 g/1.5 g ta’ ceftolozane/tazobactam mogħtija lill-voluntiera f’saħħithom.

Fil-każ ta’ doża eċċessiva, Zerbaxa għandu jitwaqqaf u jingħata trattament ġenerali ta’ appoġġ. Zerbaxa jista’ jitneħħa permezz tal-emodijalisi. Madwar 66% ta’ ceftolozane, 56% ta’ tazobactam, u 51% tal-metabolit M1 ta’ tazobactam, tneħħew permezz tad-dijalisi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antibatteriċi għal użu sistemiku, cephalosporins u penems oħra, Kodiċi ATC: J01DI54.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Ceftolozane jappartjeni għall-klassi ta’ antimikrobjali cephalosporin. Ceftolozane jeżerċita attività batteriċida billi jeħel ma’ proteini importanti li jeħlu mal-penicillin (PBPs, penicillin-binding proteins), u dan jirriżulta fl-inibizzjoni tas-sintesi tal-ħajt taċ-ċellula tal-batterja u l-mewt sussegwenti taċ-ċellula.

Tazobactam huwa beta-lactam strutturalment relatat mal-penicillins. Huwa inibitur ta’ ħafna beta- lactamases Molekulari tal-Klassi A inkluż l-enzimi CTX-M, SHV, u TEM. Ara taħt.

Mekkaniżmi ta’ reżistenza

Mekkaniżmi ta’ reżistenza tal-batterji għal ceftolozane/tazobactam jinkludu:

i.Produzzjoni ta’ beta-lactamases li jistgħu jidrolizzaw ceftolozane u li mhumiex inibiti minn tazobactam (ara taħt)

ii.Modifikazzjoni tal-PBPs

Tazobactam ma jinibixxix l-enzimi kollha tal-Klassi A.

Barra dan tazobactam ma jinibixxix it-tipi ta’ beta-lactamase li ġejjin:

i.Enzimi AmpC (magħmula minn Enterobacteriaceae)

ii.Carbapenemases abbażi ta’ serine (eż., Klebsiella pneumoniae carbapenemases [KPCs])

iii.Metallo-beta-lactamases (eż., New Delhi metallo-beta-lactamase [NDM])

iv.Beta-lactamases tal-Klassi D ta’ Ambler (OXA-carbapenemases)

Relazzjonijiet farmakokinetiċi/farmakodinamiċi

Għal ceftolozane il-ħin li matulu l-konċentrazzjoni fil-plażma taqbeż il-konċentrazzjoni inibitorja minima ta’ ceftolozane għall-organiżmu li qed jinfetta intwera li huwa l-aħjar tbassir ta’ effikaċja f’infezzjoni fl-annimali bħala mudelli.

Għal tazobactam l-indiċi PD assoċjat mal-effikaċja ġie stmat li huwa l-perċentwal tal-intervall bejn doża u oħra li matulu l-konċentrazzjoni ta’ tazobactam fil-plażma taqbeż valur ta’ limitu (%T>limitu). Il-limitu tal-konċentrazzjoni meħtieġa huwa dipendenti fuq l-organiżmu u l-ammont u t-tip ta’ β- lactamase magħmul.

Breakpoints tal-ittestjar għas-suxxettibbiltà

Il-breakpoints tal-konċentrazzjoni inibitorja minima stabbiliti mill-Kumitat Ewropew dwar Ittestjar għas-Suxxettibbiltà Antimikrobjali (EUCAST - European Committee on Antimicrobial Susceptibility

Testing) huma kif ġej:

 

Konċentrazzjonijiet Inibitorji Minimi (mg/L)

 

 

 

Patoġenu

Suxxettibbli

Reżistenti

Enterobacteriaceae

≤ 1

> 1

P. aeruginosa

≤ 4

> 4

Effikaċja klinika kontra patoġeni speċifiċi

L-effikaċja ntweriet fi studji kliniċi kontra l-patoġeni elenkati taħt kull indikazzjoni li kienu suxxettibbli għal Zerbaxa in vitro:

Infezzjonijiet intraddominali kkumplikati

Batterji Gram negattivi

Enterobacter cloacae

Escherichia coli

Klebsiella oxytoca

Klebsiella pneumoniae

Proteus mirabilis

Pseudomonas aeruginosa

Batterji Gram pożittivi

Streptococcus anginosus

Streptococcus constellatus

Streptococcus salivarius

Infezzjonijiet Ikkumplikati tal-Passaġġ Urinarju, li jinkludu pajelonefrite

Batterji Gram negattivi

Escherichia coli

Klebsiella pneumoniae

Proteus mirabilis

L-effikaċja klinika ma ġietx stabbilita kontra l-patoġeni li ġejjin, għalkemm studji in vitro jissuġġerixxu li huma jkunu suxxettibbli għal Zerbaxa fin-nuqqas ta’ mekkaniżmi miksuba ta’ reżistenza:

Citrobacter freundii

Citrobacter koseri Enterobacter aerogenes Morganella morganii

Proteus vulgaris Serratia liquefacians Serratia marcescens

Dejta in vitro tindika li l-ispeċi li ġejjin mhumiex suxxettibbli għal ceftolozane/tazobactam:

Staphylococcus aureus Enterococcus faecalis Enterococcus faecium

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Zerbaxa f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika b’infezzjoni intraddominali kkumplikata u infezzjoni kkumplikata tal-passaġġ urinarju (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Is-Cmax u l-AUC ta’ ceftolozane/tazobactam jiżdiedu bejn wieħed u ieħor b’mod proporzjonali mad-doża fil-medda ta’ doża waħda ta’ ceftolozane ta’ 250 mg sa 3 g, u fil-medda ta’ doża waħda ta’ tazobactam ta’ 500 mg sa 1.5 g. L-ebda akkumulazzjoni sinifikanti ta’ ceftolozane/tazobactam ma tiġi osservata wara infużjonijiet IV multipli ta’ siegħa ta’ 1 g / 0.5 g ta’ ceftolozane/tazobactam mogħtija kull 8 sigħat sa 10 ijiem f’adulti f’saħħithom b’funzjoni normali tal-kliewi. Il-half life tal- eliminazzjoni (t½) ta’ ceftolozane hi indipendenti mid-doża.

Distribuzzjoni

It-twaħħil ta’ ceftolozane u tazobactam mal-proteini tal-plażma tal-bniedem hu baxx (madwar 16% sa 21% u 30%, rispettivament). Il-medja (koeffiċjent ta’ varjazzjoni CV% - coefficient of variation) tal- volum ta’ distribuzzjoni fl-istat fiss ta’ ceftolozane/tazobactam f’irġiel adulti f’saħħithom (n = 51) wara doża waħda IV ta’ 1 g / 0.5 g kienet ta’ 13.5 L (21%) u 18.2 L (25%) għal ceftolozane u tazobactam, rispettivament, u dan hu simili għall-volum ta’ fluwidu ekstraċellulari.

Bijotrasformazzjoni

Ceftolozane jiġi eliminat fl-awrina bħala sustanza oriġinali mhux mibdula, u għalhekk ma jidhirx li jiġi metabolizzat fi kwalunkwe grad sinifikanti. Iċ-ċirku beta-lactam ta’ tazobactam jiġi idrolizzat biex jifforma l-metabolit M1 farmakoloġikament inattiv ta’ tazobactam.

Eliminazzjoni

Ceftolozane, tazobactam u l-metabolit M1 ta’ tazobactam jiġu eliminati mill-kliewi. Wara l-għoti ta’ doża waħda IV ta’ 1 g / 0.5 g ta’ ceftolozane/tazobactam lil irġiel adulti f’saħħithom, iktar minn 95% ta’ ceftolozane ġie eliminat fl-awrina bħala s-sustanza oriġinali mhux mibdula. Iktar minn 80% ta’ tazobactam tneħħa bħala l-kompost oriġinali bil-bqija tal-ammont li tneħħa bħala l-metabolit M1 ta’ tazobactam. Wara doża waħda ta’ ceftolozane/tazobactam, it-tneħħija ta’ ceftolozane mill-kliewi (3.41 - 6.69 L/siegħa) kienet simili għat-tneħħija mill-plażma (4.10 - 6.73 L/siegħa) u kienet simili għar-rata ta’ filtrazzjoni glomerulari tal-porzjon mhux imwaħħal, li jissuġġerixxi li ceftolozane jiġi eliminat mill-kliewi permezz ta’ filtrazzjoni glomerulari.

Il-medja tal-half-life tal-eliminazzjoni terminali ta’ ceftolozane u tazobactam f’adulti f’saħħithom b’funzjoni normali tal-kliewi hi ta’ madwar 3 sigħat u siegħa, rispettivament.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

Is-Cmax u l-AUC ta’ ceftolozane/tazobactam jiżdiedu fi proporzjon mad-doża. Il-livelli ta’ ceftolozane/tazobactam fil-plażma ma jiżdidux b’mod sinifikanti wara infużjonijiet IV multipli sa 2.0 g / 1.0 g mogħtija kull 8 sigħat sa 10 ijiem f’adulti f’saħħithom b’funzjoni normali tal-kliewi. Il- half-life tal-eliminazzjoni (t½) ta’ ceftolozane hija indipendenti mid-doża.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

Ceftolozane/tazobactam u l-metabolit M1 ta’ tazobactam jiġu eliminati mill-kliewi.

Il-medja ġeometrika normalizzata tal-AUC ta’ doża ta’ ceftolozane żdiedet sa 1.26 darbiet, 2.5 darbiet, u 5 darbiet aktar f’individwi b’indeboliment ħafif, moderat, u sever tal-kliewi rispettivament, meta mqabbla ma’ individwi f’saħħithom b’funzjoni normali tal-kliewi. Il-medja ġeometrika normalizzata tal-AUC ta’ doża rispettiva ta’ tazobactam żdiedet sa madwar 1.3 darbiet, darbtejn, u 4 darbiet aktar. Biex jinżammu esponimenti sistemiċi simili għal dawk b’funzjoni normali tal-kliewi, hu meħtieġ aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 4.2).

F’individwi b’mard tal-kliewi fl-aħħar stadju li jkunu fuq l-emodijalisi, madwar żewġ terzi tad-doża mogħtija ta’ ceftolozane/tazobactam titneħħa permezz tal-emodijalisi. Id-doża rakkomandata f’persuni b’mard tal-kliewi fl-aħħar stadju li jkunu fuq l-emodijalisi hi ta’ doża għolja waħda tal-bidu ta’

500 mg / 250 mg ta’ ceftolozane/tazobactam segwita minn doża ta’ manteniment ta’ 100 mg / 50 mg ta’ ceftolozane/tazobactam mogħtija kull 8 sigħat għall-bqija tal-perjodu ta’ trattament. Bl-emodijalisi, id-doża għandha tingħata immedjatament wara t-tlestija tad-dijalisi (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment tal-fwied

Billi ceftolozane/tazobactam ma jgħaddix minn metaboliżmu fil-fwied, it-tneħħija sistemika ta’ ceftolozane/tazobactam mhix mistennija li tiġi affettwata minn indeboliment tal-fwied. L-ebda aġġustament fid-doża mhu rakkomandat għal ceftolozane/tazobactam f’individwi b’indeboliment tal- fwied (ara sezzjoni 4.2).

Anzjani

F’analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ ceftolozane/tazobactam, ma ġiet osservata l-ebda tendenza klinikament rilevanti fl-esponiment fir-rigward tal-età. L-ebda aġġustament fid-doża ta’ ceftolozane/tazobactam mhu rakkomandat ibbażat fuq l-età waħidha.

Pazjenti pedjatriċi

Is-sigurtà u l-effikaċja f’pazjenti pedjatriċi ma ġewx stabbiliti.

Sess tal-persuna

F’analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ ceftolozane/tazobactam, ma ġew osservati l-ebda differenzi klinikament rilevanti fl-AUC għal ceftolozane (116-il raġel imqabbla ma’ 70 mara) u tazobactam (80 raġel imqabbla ma’ 50 mara). L-ebda aġġustament fid-doża mhu rakkomandat ibbażat fuq is-sess tal-persuna.

Etniċità

F’analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ ceftolozane/tazobactam, ma ġew osservati l-ebda differenzi klinikament rilevanti fl-AUC ta’ ceftolozane/tazobactam fil-Kawkasi (n = 156) meta mqabbla mal-etniċitajiet l-oħrajn kollha flimkien (n = 30). L-ebda aġġustament fid-doża mhu rakkomandat ibbażat fuq ir-razza.

5.3Tagħrif taqabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku bbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti jew effett tossiku fuq il-ġeni, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Ma twettqux studji dwar il-karċinoġeneċità bi ceftolozane/tazobactam.

Fi studji li mhumiex kliniċi, l-effetti dehru biss wara esponimenti meqjusa ferm aktar għolja mill- massimu ta’ esponiment fil-bniedem, li juru ftit li xejn rilevanza għall-użu kliniku.

Reazzjonijiet avversi mhux osservati fl-istudji kliniċi, iżda li dehru fl-annimali f’livelli ta’ esponiment simili għal livelli ta’ esponiment kliniku u b’rilevanza possibbli għall-użu kliniku, kienu kif ġej: ceftolozane mogħti lil firien waqt it-tqala u t-treddigħ ġie assoċjat ma’ tnaqqis fir-rispons awditorju

għal ħasda f’60 ferħ raġel f’jum 60 wara t-twelid (PND - postnatal day) f’dożi materni ta’ 300 u 1,000 mg/kg/jum. Doża ta’ 300 mg/kg/jum lil firien ġiet assoċjata ma’ valur ta’ esponiment għal ceftolozane fil-plażma (AUC) bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għall-valur tal-AUC ta’ ceftolozane fil- plażma bid-doża terapewtika tal-bniedem.

L-iżvilupp immedjatment qabel u wara t-twelid kien indebolit (tnaqqis fil-piżijiet tal-frieħ, żieda fin- numru ta’ frieħ li jitwieldu mejtin, żieda fir-rata ta’ mortalità tal-frieħ) flimkien ma’ tossiċità tal-omm wara l-għoti ta’ tazobactam ġol-peritonew fil-far.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista taeċċipjenti

Sodium chloride

Arginine

Citric acid, anidru

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar.

Wara r-rikostituzzjoni, l-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 4 ijiem f’temperatura minn 2 sa 8°C. Il-prodott mediċinali huwa sensittiv għad-dawl u għandu jiġi protett mid-dawl meta ma jkunx maħżun fil-kartuna oriġinali.

Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott mediċinali għandu jintuża immedjatament wara r- rikostituzzjoni. Jekk ma jintużax immedjatament, il-ħinijiet tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent, ħlief jekk ir-rikostituzzjoni/dilwizzjoni tkun saret f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vverifikati u ġeneralment ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’temperatura minn 2 sa 8°C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u tadak li hemm ġo fih

Kunjett ta’ 20 mL (ħġieġ ċar ta’ Tip I) b’tapp (lastku tal-bromobutyl) u siġill tat-tip flip-off. Daqs tal-pakkett ta’ 10 kunjetti.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull kunjett qiegħed biex jintuża darba biss.

It-teknika asettika trid tiġi segwita fil-preparazjoni tas-soluzzjoni għall-infużjoni.

Preparazzjoni tad-dożi

It-trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni jiġi rikostitwit b’10 mL ta’ ilma għall- injezzjonijiet jew b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride għal kull kunjett; wara r-rikostituzzjoni il-kunjett għandu jitħawwad bil-mod biex jinħall it-trab. Il-volum finali hu ta’ madwar 11.4 mL. Il-konċentrazzjoni li tinkiseb hi ta’ madwar 132 mg/mL (88 mg/mL ta’ ceftolozane u 44 mg/mL ta’ tazobactam).

ATTENZJONI: IS-SOLUZZJONI RIKOSTITWITA MHIJIEX QEGĦDA GĦAL INJEZZJONI DIRETTA.

Għall-preparazzjoni tad-doża ta’ 1 g ceftolozane / 0.5 g tazobactam: Iġbed il-kontenut kollu (madwar 11.4 mL) tal-kunjett rikostitwit billi tuża siringa u żidu ma’ borża tal-infużjoni li jkun fiha 100 mL ta’ 0.9% sodium chloride għall-injezzjoni (salina normali) jew 5% glucose għall-injezzjoni.

Il-preparazzjonijiet li jmiss huma marbuta ma’ aġġustamenti fid-doża għal pazjenti b’indeboliment tal- kliewi:

Għall-preparazzjoni tad-doża ta’ 500 mg ceftolozane / 250 mg tazobactam: Iġbed 5.7 mL tal-kontenut tal-kunjett rikostitwit u żidu ma’ borża tal-infużjoni li jkun fiha 100 mL ta’ 0.9% sodium chloride għall-injezzjoni (salina normali) jew 5% glucose għall-injezzjoni.

Għall-preparazzjoni tad-doża ta’ 250 mg ceftolozane / 125 mg tazobactam: Iġbed 2.9 mL tal-kontenut tal-kunjett rikostitwit u żidu ma’ borża tal-infużjoni li jkun fiha 100 mL ta’ 0.9% sodium chloride għall-injezzjoni (salina normali) jew 5% glucose għall-injezzjoni.

Għall-preparazzjoni tad-doża ta’ 100 mg ceftolozane / 50 mg tazobactam: Iġbed 1.2 mL tal-kontenut tal-kunjett rikostitwit u żidu ma’ borża tal-infużjoni li jkun fiha 100 mL ta’ 0.9% sodium chloride għall-injezzjoni (salina normali) jew 5% glucose għall-injezzjoni.

Is-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ Zerbaxa hija ċara u bla kulur sa kemxejn safra.

Il-varjazzjonijiet fil-kulur f’din il-medda ma jaffettwawx il-qawwa tal-prodott.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Merck Sharp & Dohme Ltd

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1032/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 18 ta’ Settembru 2015

10.DATA TAREVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati