Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zinbryta (daclizumab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L04AC01

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZinbryta
Kodiċi ATCL04AC01
Sustanzadaclizumab
ManifatturBiogen Idec Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta malajr ta informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Zinbryta 150 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Zinbryta 150 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 150 mg ta’ daclizumab f’1 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni.

Kull pinna mimlija għal-lest fiha siringa mimlija għal-lest, li fiha 150 mg ta’ daclizumab f’ 1 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni.

Daclizumab hu magħmul f’linja ta’ ċelluli tal-mammiferi (NS0) permezz ta’ teknoloġija ta’ DNA rikombinanti.

Għal-lista kompluta ta eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni)

Likwidu bla kulur sa ftit isfar, ċar sa ftit opalexxenti, b’pH ta’ 6.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Zinbryta hu indikat għall-kura ta’ sklerożi multipla li tirkadi (RMS, relapsing multiple sclerosis) f’pazjenti adulti:

b’marda attiva ħafna minkejja kors sħiħ u adegwat ta’ kura b’mill-inqas terapija waħda li timmodifika l-marda (DMT, disease modifying therapy) jew,

bi sklerożi multipla severa li tevolvi malajr li tirkadi li ma jkunux adattati għall-kura b’DMTs oħrajn.

4.2Pożoloġija u metodu ta kif għandu jingħata

Il-kura għandha tinbeda taħt is-superviżjoni ta tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ sklerożi multipla.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ Zinbryta hi ta’ 150 mg injettati taħt il-ġilda darba fix-xahar.

F’każ li doża tinqabeż u tkun fi żmien ġimagħtejn tad-doża li tinqabeż, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jinjettaw id-doża maqbuża tagħhom mingħajr dewmien, u mbagħad jibqgħu fuq l- iskeda ta’ dożaġġ oriġinali tagħhom ta’ kull xahar.

Jekk doża tinqabeż u jkunu għaddew aktar minn ġimagħtejn mid-doża maqbuża, il-pazjenti għandhom jaqbżu d-doża maqbuża, jistennew sad-doża skedata li jkun imiss, u mbagħad jibqgħu fuq l-iskeda ta’ dożaġġ oriġinali tagħhom ta’ kull xahar.

Għandha tingħata doża waħda f’ħin wieħed biex tagħmel tajjeb għad-doża maqbuża.

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni anzjana

Kien hemm esponiment limitat f’pazjenti ta’ aktar minn 55 sena fl-istudji kliniċi b’daclizumab. Ma ġiex stabbilit jekk dawn il-pazjenti jirrispondux b’mod differenti meta mqabbla ma’ pazjenti aktar

żagħżagħ.

Indeboliment tal-kliewi

Daclizumab ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. Billi t-tneħħija mhijiex rotta maġġuri tal-eliminazzjoni, l-ebda aġġustamenti fid-doża mhuma kkunsidrati li huma meħtieġa (ara sezzjoni

5.2).

Indeboliment tal-fwied

Daclizumab ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. Billi Zinbryta ma jgħaddix minn metaboliżmu epatiku, l-ebda aġġustamenti fid-doża mhuma kkunsidrati li huma meħtieġa f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2). Il-bidu tal-kura mhuwiex rakkomandat f’pazjenti b’alanine aminotransferase (ALT) jew aspartate aminotransferase (AST) li kienu jeżistu minn qabel ta’ > darbtejn il-limitu ta’ fuq tan-normal (ULN) (ara sezzjoni 4.4). L-ebda aġġustamenti fid-doża mhuma meħtieġa f’pazjenti b’indeboliment ħafif jew moderat tal-kliewi (ara sezzjoni 4.4). Zinbryta mhuwiex adattat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied li kien jeżisti minn qabel (Child-Pugh

Klassi Ċ) (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Zinbryta fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati sissa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta kif għandu jingħata

Zinbryta hu għall-użu taħt il-ġilda.

Hu rakkomandat li l-pazjenti għandhom jitħarrġu fit-teknika adattata biex jagħtu injezzjonijiet taħt il- ġilda lilhom infushom bl-użu tas-siringa mimlija għal-lest/pinna mimlija għal-lest. Is-siti tas-soltu għal injezzjoni taħt il-ġilda jinkludu l-koxxa, iż-żaqq, u n-naħa ta’ wara tal-parti ta’ fuq tad-driegħ.

Zinbryta hu pprovdut bil-labra li tiġi mwaħħla minn qabel. Siringa mimlija għal-lest/Pinen mimlija għal-lest fihom doża waħda biss u għandhom jintremew wara l-użu.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tagћti l-prodott mediċinali

Ġaladarba jitneħħa mill-friġġ, Zinbryta għandu jitħalla jisħon sat-temperatura tal-kamra (20°C-30°C) (madwar 30 minuta) qabel l-injezzjoni. M’għandhomx jintużaw sorsi esterni ta’ sħana bħal misħun biex isaħħnu lil Zinbryta.

Il-prodott mediċinali m’għandux jintuża jekk:

is-siringa/pinna tkun imxaqqa jew miksura

is-soluzzjoni tkun imċajpra jew jekk tkun tista’ tara l-frak jgħum fil-wiċċ

is-soluzzjoni tkun ta’ kwalunkwe kulur ieħor ħlief minn bla kulur sa ftit isfar

il-pinna tkun twaqqgħet jew tkun viżibbilment bil-ħsara.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Zinbryta hu kontraindikat f’pazjenti bi storja medika ta’ sensittività eċċessiva severa (eż. reazzjonijiet anafilassi jew anafilattojdi) għal daclizumab jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati (ara sezzjoni 6.1).

Mard tal-fwied jew indeboliment tal-fwied li kien jeżisti minn qabel (ara sezzjoni 4.4).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ħsara fil-fwied

Ħsara epatika serja li tinkludi żidiet tat-transaminases fis-serum u każijiet fatali ta’ epatite awtoimmuni u insuffiċjenza epatika fulminanti fatali u, seħħet f’pazjenti kkurati b’Zinbryta (ara sezzjoni 4.8). Il-każijiet seħħew kmieni wara l-bidu tal-kura f’pazjenti li kienu rċivew korsijiet ripetuti ta’ kura u diversi xhur wara t-twaqqif tal-kura.

Qabel il-bidu tal-kura b’Zinbryta, għandhom jinkisbu l-livelli tat-transaminases fis-serum (ALT u AST) u tal-bilirubina. Il-livelli tat-transaminases fis-serum u livelli ta’ bilirubina tal-pazjent għandhom jiġu mmonitorjati mill-inqas kull xahar u aktar ta’ spiss kif indikat klinikament matul il-kura u sa 4 xhur wara l-aħħar doża ta’ Zinbryta.

Pazjenti b’ALT jew AST ta’ ≥ darbtejn tal-ULN qabel il-kura ma ġewx inklużi fl-istudji kliniċi; il- bidu tal-kura mhuwiex rakkomandat f’pazjenti b’ALT jew AST ta’ ≥ darbtejn tal-ULN u hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied li kien jeżisti minn qabel. Il-bidu tal-kura mhuwiex rakkomandat f’pazjenti bi storja medika ta’ kundizzjonijiet awtoimmuni fl-istess ħin . Immonitorja l- pazjenti kollha għal sinjali u sintomi ta’ ħsara fil-fwied. F’każ ta’ sinjali u sintomi li jissuġġerixxu ħsara bħal din, il-pazjent/a għandhu/ha j/tiġi riferut/a immedjatament għand speċjalista tal-fwied.

Għandha tintuża kawtela meta jingħataw prodotti mediċinali b’potenzjal epatotossiku magħruf, li jinkludu prodotti li jingħataw bla riċetta u supplimenti li ġejjin mill-ħxejjex, fl-istess ħin ma’ Zinbryta (ara sezzjoni 4.5).

Ikkunsidra t-twaqqif tal-kura jekk ma jkunx inkiseb rispons adegwat.

Sommarju tal-azzjoni bħala funzjoni tar-riżultat tat-testijiet matul il-kura b’Zinbryta hu ppreżentat f’tabella 1 hawn taħt.

Tabella 1: Sommarju tal-azzjoni meħtieġa bħala riżultat tar-riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied

Riżultati tat-test

Sommarju tal-azzjoni meħtieġa

 

 

ALT jew AST ikkonfermat

Twaqqif tal-kura.*

> 5 x ULN

 

jew

 

ALT jew AST ikkonfermat > 3 x ULN

 

u bilirubina > 2 x ULN

 

 

 

ALT jew AST

Interruzzjoni tal-kura u monitoraġġ mill-qrib.

> 3 x ULN

Kompli meta ALT jew AST ikunu laħqu < 2

 

x ULN.

 

 

* Il-bidu mill-ġdid tat-terapija jista’ jiġi kkunsidrat jekk jinstabu etjoloġiji oħrajn, il-valuri jkunu ġew lura għan-normal, u l-benefiċċji għall-pazjent li jkompli bit-terapija jkunu jiżbqu r-riskji.

Jekk pazjent jiżviluppa sinjali jew sintomi kliniċi li jissuġġerixxu disfunzjoni epatika (eż., dardir inspegabbli, rimettar, uġigħ addominali, għeja, anoreksja, jew suffejra u/jew awrina skura), hu rakkomandat li tkejjel fil-pront it-transaminases fis-serum u interrompi jew twaqqaf il-kura b’Zinbryta, kif xieraq.

F’pazjenti b’żidiet tat-transaminases fis-serum li jdumu għal tul ta’ żmien, hu xieraq li tevalwa għal kawżi possibbli oħrajn, bħal infezzjoni, u jista’ jkun meħtieġ li tirreferihom għand speċjalista. Epatite awtoimmuni (mingħajr il-preżenza ta’ awtoantikorpi) ġiet osservata fil-provi kliniċi. Il-kura b’kortikosterojdi sistematiċi tista’ tkun adattata.

Irreferi għas-sezzjoni hawn taħt, ‘Gwida Edukattiva", għad-dettalji tal-Linji Gwida għat-Tobba u l- Kard tal-Pazjent li huma rakkomandati għall-użu ma’ din il-mediċina.

Gwida edukattiva

It-tobba kollha li għandhom l-intenzjoni li jippreskrivu Zinbryta jridu jiżguraw li jkunu familjari mal- Linji Gwida għat-Tobba.

It-tabib għandu jiddiskuti r-riskju ta’ ħsara epatika mal-pazjenti u jagħtihom Kard tal-Pazjent. Il-Kard tinforma lill-pazjenti bir-riskju ta’ ħsara epatika severa, u s-sintomi possibbli, biex b’hekk ikunu konxji ta’ sitwazzjonijiet li fihom huma għandhom jikkuntattjaw professjonist fil-qasam mediku fil-

ħin opportun. Barra minn hekk, il-Kard tispjega l-ħtieġa għal monitoraġġ tal-funzjoni tal-fwied u teduka l-pazjent dwar l-importanza li jsiriluhom it-testijiet tad-demm ta’ kull xahar.

Reazzjonijiet tal-ġilda

Reazzjonijiet tal-ġilda, xi wħud serji (eż. raxx bil-qxur jew dermatite, eruzzjoni tossika tal-ġilda), ġew irrappurtati b’Zinbryta. Ir-reazzjonijiet ġeneralment fiequ b’kura standard, li tinkludi kura bi sterojdi topiċi jew sistematiċi. Jekk pazjent jiżviluppa raxx imxerred mal-ġisem kollu jew li jkun infjammatorju ħafna, jista’ jkun meħtieġ riferiment għand dermatoloġista u t-twaqqif ta’ Zinbryta (ara sezzjoni 4.8).

Depressjoni

Zinbryta għandu jingħata b’kawtela lill-pazjenti b’disturbi depressivi fil-passat jew kurrenti. Pazjenti kkurati b’Zinbryta għandhom jingħataw parir biex jirrappurtaw immedjatament kwalunkwe sintomi ta’ depressjoni ġdida jew li tmur għall-agħar, u/jew il-formazzjoni ta ħsibijiet biex jitwettaq suwiċidju lit- tabib tagħhom li jkun qed jagħtihom riċetta għall-mediċina. Jekk pazjent jiżviluppa depressjoni severa, u/jew ħsibijiet biex jitwettaq suwiċidju, it-twaqqif ta’ Zinbryta għandu jiġi kkunsidrat (ara sezzjoni

4.8).

Infezzjonijiet

Infezzjonijiet, xi wħud minnhom serji (eż. pnewmonja u bronkite), ġew irrappurtati b’Zinbryta. Jekk tiżviluppa infezzjoni serja jista’ jkun meħtieġ it-twaqqif tal-kura b’Zinbryta sakemm l-infezzjoni tfiq.

Infezzjonijiet tat-tuberkulożi ġew irraportati f’pażjenti kkurati b’Zinbryta. F’pażjenti li kellhom it- tuberkulożi jew li jgħixu f’żoni endemiċi tal-marda,l-iskrining għat-tuberkolożi attiva għandha ssir qabel tibda l-kura , u l-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati waqt il-kura.

F’pazjenti bl-infezzjoni attiva severa, għandu jiġi kkunsidrat l-ittardjar tal-bidu tat-terapija b’Zinbryta (ara sezzjoni 4.8).

Zinbryta ma ġiex studjat f’pazjenti b’sindromi ta’ immunodefiċjenza.

Anemija emolitika awtoimmuni

Anemija emolitika awtoimmuni ġiet irrappurtata f’pazjenti kkurati b’Zinbryta, li fieqet b’kura standard u waqfien ta’ Zinbryta.

Jekk il-pazjent jiżviluppa sinjali jew sintomi ta’ anemija emolitika awtoimmuni (eż. sfurija, għeja, awrina skura, suffejra, qtugħ ta’ nifs), ikkunsidra li tirreferih għand speċjalista u twaqqaf Zinbryta (ara sezzjoni 4.8).

Disturbi gastrointestinali

Il-kolite ġiet irrappurtat b’Zinbryta. Il-kolite tjiebet mat-twaqqif ta’ Zinbryta u kura standard. Ir- riferiment għand speċjalista ta’ pazjenti li jiżviluppaw sintomi ta’ kolite (eż. uġigħ addominali, deni, dijarea fit-tul) hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.8).

Limfopenija

Meta osservata matul l-istudji kliniċi b’Zinbryta, il-limfopenija kien fil-biċċa l-kbira tagħha minn ħafifa sa moderata (≥ 500/mm3). Limfopenija severa sostnuta (< 500/mm3), ma ġietx osservata fl- istudji kliniċi b’Zinbryta. Madankollu, bħala prekawzjoni, il-monitoraġġ tal-għadd tad-demm sħiħ hu rakkomandat kull 3 xhur.

Ir-riskju ta’ Lewkoenċefalopatija Multifokali Progressiva (PML) assoċjata mal-kura b’Zinbryta ma ġiex stabbilit.

Konsiderazzjonijiet marbuta mas-sustanza mhux attiva

Dan il-prodott mediċinali fih 0.14 mg ta’ sodium f’kull doża. Hu essenzjalment "ħieles mis-sodium" u għandu jintuża minn nies li jkun fuq dieta ristretta tas-sodium.

4.5Interazzjoni ma prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta interazzjoni

Zinbryta mhux mistenni li jgħaddi minn metaboliżmu mill-enzimi tal-fwied, jew tneħħija mill-kliewi. Hemm dejta limitata dwar l-użu fl-istess ħin ta’ Zinbryta ma’ terapiji sintomatiċi oħrajn għal MS. Każijiet ta’ ħsara fil-fwied seħħew f’pazjenti li kienu qed jieħdu Zinbryta ma’ mediċini epatotossiċi oħrajn, għalkemm ir-rwol ta’ dawn il-prodotti mediċinali hu inċert. Hi rrakkomandata kawtela meta jingħataw prodotti mediċinali b’potenzjali epatotossiku magħruf flimkien ma’ Zinbryta (ara

sezzjoni 4.4).

Tilqim

Is-sigurtà ta’ vaċċinazzjoni b’tilqim virali ħaj matul il-kura b’Zinbryta ma ġietx studjata. Il- vaċċinazzjoni b’tilqim ħaj mhijiex ta’ parir matul il-kura u għal sa 4 xhur wara t-twaqqif tal-kura.

Fi studju kliniku, pazjenti (n=90) li kienu fuq kura fit-tul b’Zinbryta, żviluppaw risponsi adattati għal tilqima trivalenti mhux attivata kontra influwenza staġjonali. Il-kobor tar-rispons immuni għat-tilqima kontra l-influwenza staġjonali, u l-proporzjon ta’ pazjenti b’serokonverżjoni u seroprotezzjoni, kienu konsistenti ma’ dawk osservati f’popolazzjonijiet ta’ voluntiera b’saħħithom. Pazjenti fuq Zinbryta jistgħu jirċievu tilqim mhux ħaj.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ Zinbryta f’nisa tqal. Studji f’annimali ma urewx effetti diretti jew indiretti tossiċi fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3).

Zinbryta għandu jintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali lill-fetu.

Treddigħ

Dejta tossikoloġika disponibbli f’xadini cynomolgus li kienu qed ireddgħu, uriet l-eliminazzjoni ta’ daclizumab fil-ħalib (għad-dettalji ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf jekk Zinbryta jiġix eliminat mill-

ħalib tas-sider tal-bniedem. Għalkemm IgG uman inixxi fil-ħalib tal-bniedem, dejta ppublikata tissuġġerixxi li antikorpi fil-ħalib tas-sider ma jidħlux fiċ-ċirkolazzjonijiet ta’ trabi tat-twelid u ta’ tfal

żgħar f’ammonti sostanzjali. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż.

Jekk mara tkun tixtieq tredda’ matul il-kura b’Zinbryta, għandu jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta treddigћ gћat-tarbija u tat-terapija lill-mara.

Fertilità

Ma ġie osservat l-ebda impatt fuq il-fertilità tal-irġiel jew tan-nisa hekk kif evalwat mill-indiċi tal- fertilità fi studji fl-annimali (ara sezzjoni 5.3). M’hemm l-ebda dejta dwar l-effetti ta’ Zinbryta fuq il- fertilità tal-bniedem.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Zinbryta mgħandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi studju kkontrollat bi plaċebo (l-istudju SELECT), 417-il pazjent irċivew Zinbryta (150 mg, n=208; 300 mg, n=209; kull 4 ġimgħat) għal sa sena. Fl-istudju kkontrollat b’mod attiv (l-istudju DECIDE), 919-il pazjent irċivew Zinbryta (150 mg, kull 4 ġimgħat) u 922 pazjent irċivew interferon beta-1a ġol- muskoli, (30 mikrogramma kull ġimgħa) għal minimu ta’ sentejn u sa 3 snin.

L-iktar reazzjonijiet avversi li ġew irrappurtati b’mod komuni li wasslu għat-twaqqif f’pazjenti kkurati b’Zinbryta kienu reazzjonijiet epatiċi, li jinkludu żidiet tat-transaminases fis-serum (5%), u reazzjonijiet tal-ġilda (4%) (ara sezzjoni 4.4).

L-iktar reazzjonijiet avversi li ġew irrappurtati b’mod komuni għal Zinbryta kienu raxx, żieda f’alanine aminotransferase (ALT), depressjoni, nażofarinġite, infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-apparat respiratorju, influwenza, uġigħ orofarinġeali, u limfadenopatija.

Lista tabulata ta reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati bħala termini ppreferuti MedDRA taħt is-Sistema tal- Klassifika tal-Organi MedDRA skont il-frekwenza u l-inċidenza. Fkull sezzjoni ta frekwenza, ir- reazzjonijiet avversi huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel. Li nċidenza tar-reazzjonijiet avversi hi espressa skont il-kategoriji li ġejjin:

Komuni ħafna (1/10)

Komuni (1/100 sa <1/10)

Mhux komuni (1/1,000 sa <1/100)

Tabella 2: Reazzjonijiet avversi rrappurtati għal Zinbryta 150mg

Sistema tal-Klassifika tal-Organi

Reazzjoni avversa

Frekwenza

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Infezzjoni fin-naħa ta ’fuq tal-

Komuni Ħafna

 

apparat respiratorju†

 

 

 

Nażofarinġite†

Komuni Ħafna

 

Pnewmonja

Komuni

 

Infezzjoni fl-apparat respiratorju

Komuni

 

Bronkite

Komuni

 

Infezzjoni virali

Komuni

 

Influwenza†

Komuni

 

Larinġite

Komuni

 

Tonsillite†

Komuni

 

Farinġite

Komuni

 

Follikulite

Komuni

 

Rinite*

Komuni

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Limfadenopatija†

Komuni

 

Limfadenite

Komuni

 

Anemija*

Komuni

 

Anemija emolitika awtoimmuni

Mhux komuni

Disturbi psikjatriċi

Depressjoni*

Komuni

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Uġigħ orofarinġeali†

Komuni

Disturbi gastrointestinal

Dijarea

Komuni

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Dermatite

Komuni

 

Dermatite allerġika

Komuni

 

Ekżema†

Komuni

 

Psorjasi

Komuni

 

Dermatite seborroeika†

Komuni

 

Il-ġilda titqaxxar

Komuni

 

Raxx*†

Komuni

 

Raxx makulopapulari

Komuni

 

Akne†

Komuni

 

Eritema

Komuni

 

Ħakk

Komuni

 

Ġilda xotta

Komuni

 

Raxx bil-qxur

Mhux komuni

 

Eruzzjoni tossika tal-ġilda

Mhux komuni

 

Ekżema nummulari

Mhux komuni

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Deni*

Komuni

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Epatite

Komuni

Investigazzjonijiet

Żieda fl-ALT*

Komuni

 

Żieda fl-AST*

Komuni

 

Test tal-funzjoni tal-fwied

Komuni

 

b’riżultat anormali

 

 

 

Żieda fl-enzimi epatiċi

Komuni

 

Tnaqqis fl-għadd tal-limfoċiti

Komuni

*Osservat b’inċidenza ta’ ≤2% mill-plaċebo

 

 

†Osservat b’inċidenza ta’ ≤2% minn interferon beta-1a (ġol-muskoli)

 

Deskrizzjoni ta reazzjonijiet avversi magħżula

Ħsara fil-fwied

Ħsara epatika serja, li tinkludi każijiet fatali ta’ epatite awtoimmuni u insuffiċjenza epatika fulminanti fatali seħħew f’pazjenti kkurati b’Zinbryta. Reazzjonijiet, li jinkludu epatite awtoimmuni, epatite u suffejra, ġew osservati f’1.7% tal-pazjenti. Fi studju kliniku, seħħ każ ta’ epatite awtoimmuni fatali f’pazjent li kien qed jerġa’ jibda l-kura bi 300 mg ta’ daclizumab wara perjodu ppjanat ta’ interruzzjoni tal-kura ta’ 6 xhur.

Fl-istudji kliniċi, żidiet tat-transaminases fis-serum seħħew matul il-kura u sa 4 xhur wara l-aħħar doża ta’ Zinbryta. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kellhom żidiet li kienu asintomatiċi u li għaddew spontanjament. Żieda fl-inċidenza ta’ żidiet ta’ ALT jew AST ta’ > 5 darbiet tal-ULN ġiet irrappurtata f’pazjenti kkurati b’Zinbryta meta mqabbla ma’ plaċebo (4% kontra <1%) jew interferon beta-1a (ġol- muskoli) (6% kontra 3%). L-inċidenza ta’ twaqqif minħabba disturbi epatiċi relatati mal-mediċina kienet ta’ 5% f’pazjenti kkurati b’Zinbryta, u 4% f’pazjenti kkurati b’interferon beta-1a (ġol-muskoli).

Reazzjonijiet tal-ġilda

Fl-istudji kliniċi, Zinbryta żied l-inċidenza ta’ reazzjonijiet tal-ġilda [18% vs 13% (plaċebo); 37% vs

19% (interferon beta-1a (ġol-muskoli))] u reazzjonijiet serji tal-ġilda [<1% vs 0% (plaċebo); 2% vs <1% (interferon beta-1a (ġol-muskoli))] meta mqabbel ma’ plaċebo u interferon beta-1a (ġol-muskoli).

L-iktar reazzjonijiet komuni tal-ġilda kienu raxx, dermatite, u ekżema. Il-maġġoranza tal-pazjenti kellhom reazzjonijiet tal-ġilda li kienu ta intensità ħafifa jew moderata fis-severità. It-twaqqif tal-kura minħabba reazzjonijiet tal-ġilda kien ta’ 4% f’pazjenti kkurati b’Zinbryta.

Depressjoni

Fl-istudji kliniċi, Zinbryta żied il-inċidenza ta’ depressjoni [5% vs 1% (plaċebo); 8% vs 6% (interferon beta-1a (ġol-muskoli))]; l-inċidenza ta’ reazzjonijiet serji ta’ depressjoni kienet ta’ <1% b’Zinbryta.

Infezzjonijiet

Fl-istudji kliniċi, Zinbryta żied l-inċidenza ta’ infezzjonijiet tal-ġilda [50% vs 44% (plaċebo); 65% vs 57% (interferon beta-1a (ġol-muskoli))] u reazzjonijiet serji [3% vs 0% (plaċebo); 4% vs 2%

(interferon beta-1a (ġol-muskoli))] meta mqabbel ma’ plaċebo u interferon beta-1a (ġol-muskoli). L- iktar tipi komuni ta’ infezzjonijiet kienu infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju u infezzjonijiet virali. It-tul medjan kien simili bejn il-gruppi ta’ kura. Ir-rata ta’ infezzjonijiet u infezzjonijiet serji ma żdiditx maż-żmien. Il-maġġoranza tal-pazjenti b’infezzjonijiet komplew bil- kura b’Zinbryta. It-twaqqif tal-kura b’Zinbryta minħabba infezzjonijiet kien ta’ <1%.

Anemija emolitika awtoimmuni

Anemija emolitika awtoimmuni ġiet irrappurtata f’< 1% tal-pazjenti kkurati b’Zinbryta fl-istudji kliniċi.

Disturbi gastrointestinali

Żieda fl-inċidenza ta’ kolite serja (<1%) ġiet irrappurtata f’pazjenti kkurati b’Zinbryta fl-istudji kliniċi.

Limfadenopatija

Fl-istudji kliniċi, Zinbryta żied l-inċidenza ta’ limfadenopatija, bil-bidu tagħha li seħħ matul il-perjodu kollu tal-kura. It-twaqqif tal-kura minħabba limfadenopatija kien ta’ < 1% f’pazjenti kkurati b’Zinbryta. Il-maġġoranza tal-pazjenti b’limfadenopatija komplew bil-kura b’Zinbryta, u l- maġġoranza tal-każijiet fiequ fi żmien 3 xhur.

Immunoġeniċità

Fl-istudju DECIDE (ara sezzjoni 5.1), il-pazjenti ġew ittestjati għal antikorpi kontra l-mediċina (daclizumab) wara 4 ġimgħat u bejn wieħed u ieħor kull 3 xhur wara dak il-perjodu. Antikorpi kontra l-mediċina li żviluppaw mill-kura u antikorpi newtralizzanti ġew osservati f’19% (175/913) u 8% (71/913) tal-pazjenti fl-istudju, rispettivament. Il-maġġoranza tar-risponsi tal-antikorpi kontra l-

mediċina li żviluppaw mill-kura kienu temporanji (12% [110/913]) u l-minoranza li kien fadal (7% [65/913]) kienu persistenti. Fost il-pazjenti li setgħu jiġu evalwati, il-maġġoranza tar-reazzjonijiet ta’ antikorpi newtralizzanti li żviluppaw mill-kura kienu temporanji (6% [56 minn 913]), u 2% tal- pazjenti (15 minn 913) kellhom risponsi persistenti. Risponsi ta’ antikorpi kontra l-mediċina li żviluppaw mill-kura u antikorpi newtralizzanti seħħew b’mod predominanti matul l-ewwel sena ta’ kura, u l-frekwenza tagħhom naqset mat-tkomplija tal-kura b’Zinbryta.

F’pazjenti b’antikorpi newtralizzanti, it-tneħħija ta’ daclizumab żdiedet b’medja ta’ 19% (ara sezzjoni 5.2). Ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni apparenti ta’ żvilupp ta’ antikorpi kontra l-mediċina jew antikorpi newtralizzanti kontra l-mediċina mar-rispons kliniku, reazzjonijiet avversi, jew mal-profil farmakodinamiku ta’ daclizumab.

Rappurtar ta reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-esperjenza rrappurtata b’doża eċċessiva hi limitata ħafna. Is-sigurtà ta’ dożi ta’ aktar minn 300 mg mogħtija taħt il-ġilda u 400 mg ġol-vini, ma ġietx evalwata. Dożi sa dan il-livell ġew ittollerati tajjeb mingħajr ebda evidenza ta’ tossiċità akuta. Reazzjonijiet avversi potenzjali lil hemm minn dan il-livell huma mistennija li jkunu konsistenti mal-profil tas-sigurtà ta’ daclizumab f’pazjenti b’MS.

Immaniġġjar

F’każ ta’ doża eċċessiva, il-pazjenti jistgħu jkunu jeħtieġu attenzjoni medika, u għandha tingħata kura adattata ta’ appoġġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: immunosoppressanti, inibituri ta’ interleukin, Kodiċi ATC: L04AC01

Mekkaniżmu ta azzjoni

Daclizumab hu antikorp monoklonali IgG1 umanizzat li jeħel ma’ CD25 (IL-2Rα), u jipprevjeni t- twaħħil ta’ IL2 ma’ CD25. Daclizumab jimmodula s-senjalar ta’ IL-2 billi jimblokka s-senjalar ta’ riċettur ta’ IL-2 b’affinità għolja, dipendenti fuq CD25, li jirriżulta f’livelli ogħla ta’ IL-2 disponibbli għas-senjalar permezz ta’ riċettur ta’ IL-2 b’affinità intermedja. L-effetti ewlenin ta’ din il- modulazzjoni tal-passaġġ ta’ IL-2 potenzjalment relatata mal-effetti terapewtiċi ta’ daclizumab f’MS, jinkludu antagoniżmu selettiv tar-risposti ta’ ċelluli T attivati, u l-espansjoni ta’ ċelluli qattiela naturali

(NK - natural killer) CD56bright immunoregulatorji, li ntwera li jnaqqsu b’mod selettiv ċelluli T attivati. Flimkien, dawn l-effetti immunomodulatorji ta’ daclizumab huma maħsuba li jnaqqsu l-patoloġija tas- CNS f’MS u b’hekk inaqqsu l-okkorrenza ta’ rikaduti u l-progressjoni tad-diżabilità.

Effetti farmakodinamiċi

Fl-istudji kliniċi, l-effetti farmakodinamiċi ta’ Zinbryta 150 mg mogħti taħt il-ġilda kull 4 ġimgħat, kienu konsistenti mal-modulazzjoni tas-senjalar ta’ IL-2, kif muri mis-saturazzjoni mgħaġġla u

sostnuta tar-riċetturi ta’ CD25 fil-mira fuq ċelluli T li jkunu jiċċirkolaw, u żieda sostnuta ta’ madwar id-doppju tal-konċentrazzjoni ta’ IL-2 fis-serum. Ukoll, żieda fiċ-ċelluli CD56bright NK u tnaqqis fiċ-

ċelluli T regolatorji (definiti bħala ċelluli T CD4+CD127lowFoxP3+) ġew osservati fi żmien ġimagħtejn wara l-ewwel doża, b’żieda sostnuta ta’ 5 darbiet fiċ-ċelluli CD56bright NK aktar mil-linja bażi, u

tnaqqis ta’ madwar 60% fiċ-ċelluli T regolatorji fil-fażi tal-kura, b’ritorn għal-livelli fil-linja bażi bejn

wieħed u ieħor 20-24 ġimgħa wara l-aħħar doża. Matul il-kura b’Zinbryta, il-medja tal-għadd taċ- ċelluli għall-sottosettijiet immuni maġġuri (ċelluli T, B, u NK) baqgħu fil-meded normali; l-għadd ta’ limfoċiti totali, u taċ-ċelluli T u B naqsu b’medja ta’ 10% mil-linja bażi matul l-ewwel sena ta’ kura. L-għadd totali ta’ limfoċiti reġa’ lura għal-livelli tal-linja bażi wara madwar 8-12-il ġimgħa wara l- aħħar doża ta’ Zinbryta (150 mg). L-għadd totali ta’ limfoċiti ta’ <0.8x109 ċelluli/L ([Kriterji ta Terminoloġija Komuni għall-Avvenimenti Avversi (CTCAE - Common Terminology Criteria for Adverse Events)] Grad 2; mill-inqas kejl wieħed) seħħ f’4% tal-pazjenti kkurati bi plaċebo, u f’5% tal- pazjenti kkurati b’Zinbryta fl-istudju SELECT, u f’9% tal-pazjenti kkurati b’interferon beta-1a (ġol-

muskoli), u fi 8% tal-pazjenti kkurati b’Zinbryta fl-istudju DECIDE. L-għadd totali ta’ ċelluli NK żdied b’madwar 1.5 darbiet b’riżultat tal-bidla fiċ-ċelluli CD56bright NK.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja ta’ Zinbryta ntweriet f’żewġ studji (SELECT u DECIDE) f’pazjenti b’RMS. L-istudju SELECT kien double-blind, li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, ikkontrollat bi plaċebo, jew b’Zinbryta 150 mg (n=208), jew 300 mg (n=209) kontra plaċebo (n=204) kull 4 ġimgħat għal 52 ġimgħa. L-istudju DECIDE kienet double-blind, li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, grupp parallel, ikkontrollat b’mod attiv, b’Zinbryta 150 mg kull 4 ġimgħat (n=919), kontra interferon beta-1a (ġol-muskoli) 30 mikrogramma kull ġimgħa (n=922), għal minimu ta’ sentejn sa massimu ta’ 3 snin (96 sa 144 ġimgħa). Id-disinni tal-istudju u l-karatteristiċi fil-linja bażi huma ppreżentati f’Tabella 3.

Tabella 3: Disinn tal-istudju u karatteristiċi fil-linja bażi għall-istudju SELECT u l-istudju DECIDE

Isem tal-istudju

SELECT

 

DECIDE

Disinn tal-istudju

 

 

 

Kura

52 ġimgħa

 

96 sa 144 ġimgħa

Storja medika tal-marda

Pazjenti b’RMS, mill-inqas 1 rikaduta (klinika u/jew MRI)

 

matul is-sena ta’ qabel l-għażla każwali, u li kellhom punteġġ

 

EDSS ta’ bejn 0 sa 5.0. Għal DECIDE, mill-inqas 2 episodji

 

ta’ rikaduta (wieħed minnhom li kienet rikaduta klinika) fit-3

 

snin ta’ qabel, kienu wkoll meħtieġa

 

Karatteristiċi fil-linja bażi

 

 

 

Medja ta’ età (snin)

35.7

 

36.3

Medja tat-tul ta’ żmien tal-marda

4.1

 

4.2

(snin)

 

 

 

Medja tan-numru ta’ rikaduti fit-

1.4

 

1.6

12-il xahar qabel l-istudju

 

 

 

Medjan tal-punteġġ EDSS

2.5

 

2.0

Perċentwali b’EDSS ta’ 3.5

36%

 

30%

Perċentwali b’ 1 ta’ leżjonijiet li

44% (1.8)

 

46% (2.1)

jidhru aħjar permezz ta’ Gd

 

 

 

(medja)

 

 

 

Perċentwali ta’ 2 rikaduti fis-

31%

 

46%

sena ta’ qabel l-istudju

 

 

 

Perċentwali qabel l-iżu ta’ DMT

20%

 

41%

(%)

 

 

 

Ir-riżultati għall-istudju SELECT qed jintwerew f’Tabella 4. Il-kura b’Zinbryta 150 mg kull 4 ġimgħat kontra l-plaċebo naqqset b’mod sinifikanti r-rata ta’ rikaduti annwalizzata (ARR) u r-riskju ta’ rikaduta meta mqabbla mal-plaċebo. Barra minn hekk, kien hemm effett statistikament sinifikanti fuq il-progressjoni tal-marda kkonfermata sostnuta għal mill-inqas 24 ġimgħa f’pazjenti kkurati b’Zinbryta bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.24 [95% CI: 0.09, 0.63]. Id-doża ta’ 300 mg ma pprovdietx benefiċċju addizzjonali fuq id-doża ta’ 150 mg.

Tabella 4: Studju kliniku SELECT u r-riżultati tal-MRI (wara 52 ġimgħa)

 

Plaċebo

Zinbryta 150 mg

valur p

 

 

 

 

Punti aħħarin kliniċi

 

 

 

Numru ta pazjenti

 

Rata ta’ rikaduti annwalizzata

0.458

0.211

 

Proporzjon tar-rata [95% CI]

 

0.461

p<0.0001

 

 

[0.318, 0.668]

 

Perċentwali ta’ pazjenti mingħajr

64%

81%

 

rikaduta

 

0.45

p<0.0001

 

 

Proporzjon ta’ riskju *

 

[0.30, 0.67]

 

[95% CI]

 

 

 

Proporzjon bi progressjoni ta’

11%

2.6%

 

diżabilità kkonfermata sostnuta għal

 

 

 

mill-inqas 24 ġimgħa

 

0.24%

p=0.0037

 

 

Proporzjon ta’ riskju[95% CI]

 

[0.09, 0.63

 

Proporzjon bi progressjoni ta’

13%

6%

 

diżabilità kkonfermata sostnuta għal

 

 

 

mill-inqas 12-il ġimgħa

 

0.43

p=0.0211

 

 

Proporzjon ta’ riskju[95% CI]

 

[0.21, 0.88]

 

Bidla medja fil-punteġġ fiżiku

Aggravament ta’ 3.0

Titjib ta’ 1.0 punt

p=0.0008

MSIS-29

punti

 

 

Punti aħħarin tal-MRI#

 

 

 

Medja ta’ numru ta’ leżjonijiet ġodda

8.13

2.4

 

T2 iperintensi jew leżjonijiet ġodda

 

 

 

T2 iperintensi li jkunu qed jikbru

 

 

 

għall-ewwel darba

 

0.30

p<0.0001

Proporzjon tal-medja leżjoni[95%

 

[0.22, 0.40]

 

 

 

 

CI]

 

 

 

Medja tan-numru ta’ leżjonijiet

4.79

1.46

 

ġodda T1 li jidhru aħjar permezz ta’

 

 

 

Gd wara bejn 8 u 24 ġimgħa (fuq l-

 

 

 

MRI scans ta’ kull xahar)

 

69%

p<0.0001

 

 

Proporzjon tal-medja leżjoni[95%

 

[0.20, 0.48]

 

CI]

 

 

 

*Tnaqqis relattiv fir-riskju ta’ rikaduta

 

 

 

# L’analiżi bl-MRI użat dejtaset evalwati għal kull endpoint; T1 jidhru aħjar bil-Gd : popolazzjoni b‘MRI intensiv

Tabella 5 u Figuri 1-2 juru r-riżultati għall-istudju DECIDE. Zinbryta naqqas b’mod sinifikanti l-ARR u r-riskju ta’ rikaduta, meta mqabbel ma’ pazjenti kkurati b’interferon beta-1a (ġol-muskoli). Barra minn hekk, kien hemm effett statistikament sinifikanti fuq il-progressjoni tal-marda kkonfermata sostnuta għal mill-inqas 24 ġimgħa f’pazjenti kkurati b’Zinbryta bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.73 [95% CI: 0.55, 0.98]. F’ġimgħa 96, Zinbryta wera tnaqqis statistikament sinifikanti fin-numru l-għadd tan-numru ta’ leżjonijiet ġodda T2 iperintensi jew leżjonijiet ġodda T2 iperintensi li jkunu qed jikbru għall-ewwel darba, in-numru ta’ leżjonijiet T1 li jidhru aħjar permezz ta’ Gd, u l-medja ta’ leżjonijiet ġodda T1 ipointensi. Barra minn hekk, Zinbryta naqqas aggravament klinikament sinifikanti fl-impatt fiżiku rrappurtat mill-pazjenti ta’ MS (aggravament ta’ 7.5 punti mil-linja bażi sa ġimgħa 96 fil- punteġġ fiżiku MSIS-29) meta mqabbel ma’ interferon beta-1a (ġol-muskoli).

Tabella 5: Riżultati tal-istudju DECIDE u tal-MRI (96 sa 144 ġimgħa) (Il-valuri jirreferu għar- riżultati wara 96 ġimgħa, ħlief jekk indikat mod ieħor.)

 

Interferon

Zinbryta 150 mg

valur p

 

beta-1a (ġol-muskoli)

 

 

 

30 mikrogramma

 

 

Punti aħħarin kliniċi

 

 

 

Numru ta pazjenti

 

Rata ta’ rikaduti annwalizzata*

0.393

0.216

 

Proporzjon tar-rata *

 

0.550

p<0.0001

[95% CI]

 

[0.469, 0.645]

 

Perċentwali ta’ pazjenti mingħajr

59%

73%

 

rikaduta

 

0.59

p<0.0001

 

 

Proporzjon ta’ riskju # *

 

[0.50, 0.69]

 

[95% CI]

 

 

 

Proporzjon bi progressjoni ta’

12%

9%

 

diżabilità kkonfermata sostnuta għal

 

 

 

mill-inqas 24 ġimgħa

 

0.73

p=0.03

 

 

Proporzjon ta’ riskju *

 

[0.55, 0.98]

 

[95% CI]

 

 

 

Proporzjon bi progressjoni ta’

14%

12%

 

diżabilità kkonfermata sostnuta għal

 

 

 

mill-inqas 12-il ġimgħa

 

0.84

p=0.16

 

 

Proporzjon ta’ riskju *

 

0.66, 1.07]

 

[95% CI]

 

 

 

Perċentwali ta’ pazjenti b’aggravament

23%

19%

 

klinikament sinifikanti fil-punteġġ

 

 

 

fiżiku MSIS-29 (7.5 punti)

 

 

 

Proporzjon tal probabbiltajiet

 

0.76

p=0.018

[95% CI]

 

[0.60, 0.95]

 

Punti aħħarin tal-MRI†

 

 

 

Medja ta’ numru ta’ leżjonijiet ġodda

9.44

4.31

 

T2 iperintensi jew leżjonijiet ġodda T2

 

 

 

iperintensi li jkunu qed jikbru għall-

 

 

 

ewwel darba

 

0.46

p<0.0001

Proporzjon tal-medja leżjoni

 

[0.39, 0.53]

 

 

 

 

[95% CI]

 

 

 

Medja tan-numru ta’ leżjonijiet ġodda

1.0

0.4

 

T1 li jidhru aħjar permezz ta’ Gd

 

 

 

Proporzjon tal probabbiltajiet

 

0.25

p<0.0001

[95% CI]

 

[0.20, 0.32]

 

Medja tan-numru ta’ leżjonijiet ġodda

4.43

2.13

 

T1 ipointensi.

 

 

 

Proporzjon tal-medja leżjoni

 

0.48

p<0.0001

[95% CI]

 

[0.42, 0.55]

 

*Rati u tnaqqis fir-riskju/punti aħħarin huma kkalkulati fuq il-perjodu ta’ kura sa 144 ġimgħa.

# Proporzjon ta’ riskju għar-riskju ta’ rikaduta

L’analiżi bl-MRI użat dejtaset evalwati għal kull endpoint tal-MRI

Analiżijiet tas-sottogrupp tal-istudji SELECT u DECIDE urew effett konsistenti ta’ Zinbryta meta mqabbel mal-plaċebo u interferon beta-1a (ġol-muskoli) fis-sottogruppi kollha definiti skont il- karatteristiċi demografiċi u tal-marda tal-MS. Fl-analiżi tas-sottogrupp DECIDE, kien hemm tnaqqis statistikament sinifikanti osservat meta mqabbel ma’ interferon beta-1a (ġol-muskoli) fuq ARR u n- numru ta’ leżjonijiet iperintensi T2 ġodda jew li qed jikbru mil-ġdid fis-sottogruppi kollha (sess tal- persuna, età, terapija għal MS DMT fil-passat, u livelli tal-attività tal-marda).

Għalkemm l-effett fuq il-progressjoni tad-diżabilità kien l-aktar osservat f’pazjenti b’EDSS fil-linja bażi ta’ < 3.5, evidenza ta’ effikaċja ntweriet f’pazjenti b’MS progressiva sekondarja li tirkadi (SPMS) kif definit minn EDSS fil-linja bażi ta’ ≥ 3.5 u mill-inqas wieħed minn dawn it-tlieta: aggravament ikkonfermat ta’ EDSS wara 24 ġimgħa, jew tnaqqis ta’ ≥ 20% tal-Mixja ta’ 25 Pied bil-Ħin (T25FW), jew, tnaqqis ta’ ≥ 20% fin-9-Hole Peg Test (9-HPT).

Effikaċja f’pazjenti b’marda attiva ħafna

Marda attiva ħafna ġiet definita kif ġej:

Pazjenti b’2 rikaduti jew aktar f’sena, u b’1 leżjoni jew aktar li jidhru aħjar permezz ta’ Gd fuq l-MRI tal-moħħ, jew

Pazjenti li ma rrispondewx għal kors sħiħ u adegwat (mill-inqas sena ta’ kura) ta’ kura fil-passat b’DMT, u li kellhom mill-inqas 1 rikaduta fis-sena ta’ qabel waqt li kienu qegħdin fuq it- terapija, u mill-inqas 9 leżjonijiet iperintensi T2 fuq MRI kranjali, jew mill-inqas 1 leżjoni li tidher aħjar permezz ta’ Gd, jew pazjenti li kellhom rata mhux mibdula jew miżjuda ta’ rikaduti fis-sena ta’ qabel meta mqabbla mas-sentejn ta’ qabel.

Dejta mill-provi kliniċi mill-istudju DECIDE uriet effetti konsistenti tal-kura fis-sottogrupp b’marda attiva ħafna. Meta mqabbel ma’ interferon beta-1a ġol-muskoli (n=440), Zinbryta (n=404) wassal għal tnaqqis fuq ARR (Proporzjon tar-rata 0.52 [95% CI: 0.42, 0.64], p<0.0001), numru ta’ leżjonijiet iperintensi T2 ġodda jew li qed jikbru mil-ġdid Proporzjon tal-medja leżjoni 0.46 [95% CI: 0.37,

0.57]; p<0.0001), u progressjoni ta’ diżabilità kkonfermata sostnuta għal mill-inqas 24 ġimgħa ( proporzjon ta’ riskju 0.60 [95% CI: 0.40, 0.89], p=0.012).

Figura 1: Perċentwali ta’ pazjenti mingħajr rikaduta (studju DECIDE)

Perċentwali ta’ pazjenti mingħajr rikaduta

IFN beta-1a

Linja bażi

Żmien fl-istudju (ġimgħat)

Numru ta’ pazjenti f'riskju

IFN beta-1a

Figura 2: Proporzjon ta’ pazjenti b’diżabilità kkonfermata sostnuta għal mill-inqas 24 ġimgħa (studju

DECIDE)

Perċentwali ta’ pazjenti bi progressjoni ta' diżabilità kkonfermata wara 24 ġimgħa

Linja bażi

Żmien fl-istudju (ġimgħat)

 

Medja tan-numru ta’ pazjenti f'riskju

IFN beta-1a

IFN beta-1a

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji bZinbryta fwieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ sklerożi multipla {ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku}.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ daclizumab hi deskritta tajjeb minn mudell b’żewġ kompartimenti b’assorbiment u eliminazzjoni tal-ewwel ordni.

Assorbiment

Wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ daclizumab, iż-żmien medjan biex jintlaħqu l-konċentrazzjonijiet massimi fis-serum (Tmax) varja minn 5 sa 7 ijiem. Il-bijodisponibilità assoluta ta’ daclizumab 150 mg mogħti taħt il-ġilda kienet ta’ madwar 90%, ibbażat fuq analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni fi studju inkroċjat dwar dożaġġ mogħti taħt il-ġilda u ġol-vini.

Distribuzzjoni

Wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ daclizumab 150 mg kull 4 ġimgħat, il-konċentrazzjonijiet ta’ daclizumab serum fl-istat fiss inkisbu sar-4 doża, u daclizumab akkumula għal livell ta’ madwar 2.5 darbiet meta mqabbel ma’ doża waħda. Fl-istat fiss, medja tal-konċentrazzjoni massima ta’ daclizumab fis-serum (Cmax), il-konċentrazzjoni minima fis-serum (Cmin) u l-valuri taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni fis-serum fuq l-intervall tad-dożaġġ (AUCtau) kienu madwar 30 mikrogramma/mL, 15 mikrogramma/mL u 640 jum * mikrogramma /mL, rispettivament, b’varjabilità bejn il-pazjenti (% CV) ta’ madwar 40%.

Ibbażat fuq l-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni minn studju inkroċjat, il-volum tad- distribuzzjoni ta’ daclizumab fl-istat fiss hu ta’ 6.34 L f’pazjent b’piż tal-ġisem ta’ 68 kg (il-medjan approssimattiv tal-pazjenti evalwati). Dan il-volum żgħir ta’ distribuzzjoni jindika li daclizumab jiġi primarjament limitat għall-ispazji vaskulari u interstizjali.

Bijotrasformazzjoni

Il-passaġġ metaboliku preċiż għal daclizumab ma ġiex ikkaratterizzat. Bħala antikorp monoklonali IgG1, daclizumab hu mistenni li jgħaddi minn kataboliżmu għal peptides u amino acids bl-istess mod bħal IgG endoġenu. Daclizumab mhux mistenni li jgħaddi minn metaboliżmu mill-enzimi tal-fwied, bħal iżoenzimi ta’ CYP (ara sezzjoni 4.5).

Eliminazzjoni

Bħala antikorp monoklonali IgG1, daclizumab mhux mistenni li jgħaddi minn eliminazzjoni mill- kliewi.

Ibbażat fuq l-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni minn studju inkroċjat, it-tneħħija ta’ daclizumab hi ta’ 0.212 L/jum b’valur ta’ half-life terminali ta’ madwar 21 jum. It-tneħħija ta’ daclizumab f’pazjenti li żviluppaw antikorpi newtralizzanti kienet, bħala medja, 19% ogħla (ara sezzjoni 4.8 Immunoġeniċità).

Linearità/nuqqas ta’ linearità

B’mod konsistenti mar-riżultati minn studji individwali, analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni minn studju inkroċjat indikat li l-esponiment ta’ daclizumab hu aktar minn proporzjonali għad-doża fil- medda ta’ doża taħt il-ġilda ta’ 50 mg sa 100 mg, u li hu proporzjonali għad-doża fil-medda ta’ doża taħt il-ġilda ta’ 100 mg sa 300 mg.

Relazzjoni(jiet) farmakokinetika(ċi)/farmakodinamika(ċi)

Fil-korsijiet studjati ta’ daclizumab 150 mg u 300 mg mogħtija taħt il-ġilda kull 4 ġimgħat f’pazjenti b’MS, ma kien hemm ebda relazzjoni ċara bejn l-esponiment ta’ daclizumab u l-punti aħħarin tal- effikaċja klinika (ARR, leżjonijiet T2 u leżjonijiet li jidhru aħjar permezz ta’ Gd) jew il-punti aħħarin ta’ interess tas-sigurtà (stat ta’ infezzjoni serja, reazzjoni avversa moderat jew severa tal-ġilda, u AST/ALT ta’ > 5 darbiet il-ULN).

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi u tal-fwied

Ma twettqu l-ebda studji biex jevalwaw il-farmakokinetika ta’ daclizumab f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied. Daclizumab mhux mistenni li jgħaddi minn eliminazzjoni mill-kliewi, jew metaboliżmu minn enzimi tal-fwied (ara sezzjoni 4.2).

Piż

Ibbażat fuq l-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni minn studju inkroċjat, il-piż tal-ġisem kien jammonta għal inqas minn 40% tal-varjabilità bejn pazjent u ieħor fit-tneħħija ta’ daclizumab. Ma ġew osservati l-ebda differenzi sinifikanti fl-effikaċja klinika jew is-sigurtà fost is-sottogruppi ta’ pazjenti b’MS skont il-quartile tal-piż fl-istudju DECIDE.

Età u sess tal-persuna

Ibbażat fuq l-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni minn studju inkroċjat, il-farmakokinetika ta’ daclizumab ma ġietx influwenzata mill-età (medda: 18 sa 66 sena; n=1,670) jew mis-sess tal-persuna

(n=567 irġiel u 1103 nisa).

Razza

Ma ġew osservati l-ebda differenzi farmakokinetiċi bejn voluntiera b’saħħithom Ġappuniżi u Kawkasi.

5.3Tagħrif ta qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar sigurtà qabel l-użu klinika twettqu f’xadini cynomolgus minħabba l-ispeċifiċità ta’ daclizumab għall-ispeċi, li jeħel biss ma’ CD25 uman jew tax-xadini.

Karċinoġenesi

Ma sarux studji dwar il-karċinoġeneċità b’daclizumab. F’żewġ studji li damu 9 xhur fuq ix-xadini, ma ġie osservat l-ebda tessut preneoplastiku jew neoplastiku.

Mutaġenesi

Ma sarux studji dwar il-ġenotossiċità.

Tossiċità riproduttiva

Daclizumab ma affettwax il-kapaċità riproduttiva f’xadini cynomolgus nisa u rġiel (l-AUC fin-nisa u fl-irġiel kien sa 85 u 100 darba ogħla mill-esponiment fid-doża klinika rispettivament). Ma kien hemm l-ebda effett fuq l-iżvilupp tal-fetu u l-ebda evidenza ta’ teratoġeniċità. Daclizumab ma kellu l-ebda effett fuq l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid sa 6 xhur fil-frieħ. L-esponimenti (AUC) f’dawn l-istudji varjaw minn 55 sa 140 darba ta’ dawk osservati bid-doża klinika. Daclizumab instab fil-ħalib ta’ 11/14-il xadina li kienu qed ireddgħu, f’livelli li kienu <0.122% tal-livelli fis-serum tal-omm, bla ebda reazzjonijiet avversi osservati fil-frieħ.

Tossikoloġija

F’żewġ studji li damu 9 xhur, li saru fuq xadini cynomolgus, daclizumab ingħata taħt il-ġilda f’dożi kull ġimagħtejn ta’ 10-200 mg/kg.

L-għoti kroniku ta’ daclizumab fid-dożi kollha, żied l-inċidenza ta’ sejbiet tal-ġilda (meta mqabbla ma’ dawk osservati fl-annimali tal-kontroll). Dawn is-sejbiet (irqajja’ tal-ġilda xotti u ħomor u mqabbżin ’il barra, meta mqabbla mal-kontrolli, li kkorrelaw mikroskopikament ma’ akantożi/iperkeratożi u infjammazzjoni subakuta sa kronika) kienu kkaratterizzati b’mod predominanti bħala ħfief sa moderati, b’każ wieħed li ġie evalwat bħala sever.

Żieda dipendenti fuq id-doża fl-inċidenza ta’ aggregati mikroglijali ’l fuq mill-isfond, ġiet osservata fil-moħħ u fis-sinsla ta’ xadini kkurati b’35 mg/kg, (AUC 27 darba ogħla mid-doża klinika). Wara perjodu ta’ rkupru ta’ sa 12-il ġimgħa, kien hemm evidenza ta’ riversibilità. Aggregati mikroglijali fix- xadini ma żidux l-inċidenza jew is-severità ma’ żieda fit-tul taż-żmien li fih ingħata d-dożaġġ, u ma

kinux assoċjati ma’ ħsara newronali jew effetti newroloġiċi fl-imġiba. Sottosett żgħir ta’ aggregati mikroglijali ġew assoċjati ma’ mikroemorraġija, iżda mingħajr ebda sintomi wara fix-xadini.

Studji investigattivi in vitro jissuġġerixxu li l-aggregati mikroglijali mhumiex dovuti minħabba effett dirett ta’ daclizumab fuq iċ-ċelluli mikroglijali, iżda x’aktarx li huma attribwibbli għal żieda fil- bijodisponibilità lokali ta’ IL-2.

Ir-rilevanza klinika ta’ aggregati mikroglijali mhijiex magħrufa, madankollu l-ebda effetti ta’ ħsara newroloġika attribwiti għall-bidla mikroskopika ma ġew osservati fix-xadini.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta eċċipjenti

Sodium succinate

Succinic acid

Sodium chloride

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta studji ta kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali mgħandux jitħallat ma prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Zinbryta jista’ jinħażen fit-temperatura tal-kamra (sa 30oC) fil-pakkett oriġinali għal 30 jum. Tpoġġix Zinbryta lura fil-friġġ wara li ssaħħnu sat-temperatura tal-kamra.

Jekk Zinbryta ikun tħalla barra mill-friġġ għal aktar minn total ta’ 30 jum, jew jekk ma tkunx ċert kemm Zinbryta jkun ilu fit-temperatura tal-kamra, għandek tarmih.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2oC-8oC).

Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għal informazzjoni addizzjonali dwar il-ħażna fit-temperatura tal-kamra, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta dak li hemm ġo fih

Siringa mimlija għal-lest tal-ħġieġ (Tip I) b’tapp tal-lastku u protezzjoni riġida termoplastika tal-labra, li jkun fiha 1 mL ta’ soluzzjoni. Labra b’daqs ta’ 29 gauge, ta’ 0.5 pulzier, staked, tkun imwaħħla minn qabel mas-siringa.

Daqsijiet tal-pakketti:

-Pakkett li jkun fih siringa mimlija għal-lest waħda ta’ 150 mg.

-Pakkett multiplu li jservi 3 xhur li jkun fih tliet siringi mimlija għal-lest ta’ 150 mg (3 kaxxi li jkun fihom 1 siringa kull waħda).

Siringa mimlija għal-lest ta’ Zinbryta tinsab f’injettur pinna, li jaħdem permezz ta’ molla, imsejjaħ Pinna Zinbryta. Is-siringa fil-pinna hi siringa mimlija għal-lest ta’ 1 mL magħmula minn ħġieġ (Tip I)

b’tapp tal-lastku u protezzjoni riġida termoplastika tal-labra, li jkun fiha 1 mL ta’ soluzzjoni. Labra b’daqs ta’ 29 gauge, ta’ 0.5 pulzier, staked, tkun imwaħħla minn qabel mas-siringa.

Daqsijiet tal-pakketti:

-Pakkett li jkun fih pinna mimlija għal-lest waħda ta’ 150 mg.

-Pakkett multiplu li jservi 3 xhur li jkun fih tliet pinen mimlija għal-lest ta’ 150 mg (3 kaxxi li jkun fihom 1 pinna kull waħda).

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

BIOGEN IDEC Limited

Innovation House

70 Norden Road

Maidenhead

Berkshire

SL6 4AY

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/16/1107/001

EU/1/16/1107/002

EU/1/16/1107/003

EU/1/16/1107/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 01 ta’ Lulju 2016

10.DATA TA REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati