Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zinforo (ceftaroline fosamil) – Fuljett ta’ tagħrif - J01DI02

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZinforo
Kodiċi ATCJ01DI02
Sustanzaceftaroline fosamil
ManifatturPfizer Ireland Pharmaceuticals

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zinforo 600 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Ceftaroline fosamil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Zinforo u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zinforo

3.Kif għandek tuża Zinforo

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zinforo

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Zinforo u għalxiex jintuża

X’inhu Zinforo

Zinforo huwa mediċina antibijotika li fiha s-sustanza attiva ceftaroline fosamil. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu ‘antibijotiċi cephalosporin’.

Għalxiex jintuża Zinforo

Zinforo jintuża biex jikkura tfal minn età ta’ xahrejn u adulti b’:

infezzjonijiet tal-ġilda u tat-tessuti ta’ taħt il-ġilda

infezzjoni tal-pulmun li tissejjaħ ‘pnewmonja’

Kif jaħdem Zinforo

Zinforo jaħdem billi joqtol ċerti batterji, li jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet serji.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Zinforo

Tużax Zinforo:

Jekk inti allerġiku għal ceftaroline fosamil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Jekk inti allerġiku għal antibijotiċi oħra ta’ cephalosporin

Jekk fil-passat kellek reazzjonijiet allerġiċi severi għal antibijotiċi oħra bħall-penicillin jew carbapenem.

Tużax Zinforo jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tgħodd għalik. Jekk m’intix ċert/a, kellem lit- tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Zinforo.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek qabel tuża Zinforo:

Jekk għandek problemi fil-kliewi (it-tabib tiegħek jista’ jkollu jiktiblek doża aktar baxxa)

Jekk qatt kellek attakki tal-qamar (aċċessjonijiet jew konvulżjonijiet)

Jekk qatt kellek xi reazzjoni allerġika mhux severa għal antibijotiċi oħra bħall-penicillin jew carbapenem

Jekk qabditek dijarea severa waqt li kont qed tieħu antibijotiċi fl-imgħoddi

Tista’ taqbdek infezzjoni oħra kkawżata minn batterji oħra waqt jew wara l-kura b’Zinforo.

Test tal-Laboratorju

Jista’ joħroġlok test anormali tal-laboratorju (jissejjaħ test ta’ Coombs) li jfittex għal xi antikorpi li jistgħu jaħdmu kontra ċ-ċelluli ħomor tad-demm tiegħek. Jekk il-livell taċ-ċelloli tad-demm ħomor tiegħek jaqa’, it-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja biex jara jekk kinux dawn l-antikorpi li kkawżaw dan.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik (jew m’intix ċert), kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Zinforo.

Tfal

Zinforo m’għandux jintuża fit-tfal taħt l-età ta’ xahrejn billi ma teżistix biżżejjed dejta f’dawn il- popolazzjonijiet.

Mediċini oħra u Zinforo

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Tqala u treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek qabel tuża Zinforo jekk inti tqila. Tuzax din il-mediċina waqt it-tqala sakemm ma jkunx qallek it-tabib tiegħek.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Zinforo jista’ jikkawża effetti sekondarji bħal sturdament. Dan jista’ jtellef il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tuża Zinforo

Zinforo ser jingħatalek minn tabib jew infermier.

Kemm għandek tuża

Id-doża tas-soltu rakkomandata għall-adulti hija 600 mg kull 12-il siegħa. It-tabib tiegħek jista’ jżidlek id-doża għal 600 mg kull 8 sigħat għal xi infezzjonijiet. Id-doża tas-soltu rakkomandata għat-tfal tiddependi fuq l-età u l-piż tat-tfal u tingħata kull 8 sigħat jew 12-il siegħa. Huwa jingħata bħala dripp ġo vina li jdum għaddej 60 jew 120 minuta.

Kors ta’ kura s-soltu jdum għal 5 sa 14-il jum għall-infezzjonijiet tal-ġilda u 5 sa 7 ijiem għall- pnewmonja.

Pazjenti bi problemi tal-kliewi

Jekk għandek problemi fil-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jbaxxilek id-doża minħabba li Zinforo jitneħħa mill-ġisem tiegħek permezz tal-kliewi.

Jekk tuża Zinforo aktar milli suppost

Jekk taħseb li ngħatajt ammont eċċessiv ta’ Zinforo, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek mill- ewwel.

Jekk taqbeż doża ta’ Zinforo

Jekk taħseb li qbiżt doża ta’ Zinforo, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’din il-mediċina:

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk jaqbduk dawn is-sintomi għax jista’ jkollok bżonn kura medika urġenti:

Jintefħulek xofftejk, wiċċek, griżmejk, jew ilsienek f’daqqa waħda; raxx sever; u, tbatija biex tibla’ jew tieħu n-nifs. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika severa (anafilassi) u tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja;

Dijarea li ssir severa jew ma tmurx jew ippurgar li jkun fih id-demm jew muku waqt jew wara kura b’Zinforo. F’dan il-każ, m’għandekx tieħu mediċini li jwaqqfu jew jirritardaw l-ippurgar.

Komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn 1 f’kull 10 persuni)

Tibdil f’test tad-demm li jissejjaħ ‘Test ta’ Coombs’ li s-soltu jidher f’pazjenti li jkunu qed jirċievu dan it-tip ta’ antibijotiku. Dan it-test ifittex ċerti antikorpi li jistgħu jaġixxu kontra ċ-ċelluli ħomor tad-demm tiegħek.

Komuni (tista’ taffettwa anqas minn 1 f’kull 10 persuni)

Deni

Uġigħ ta’ ras

Tħossok sturdut

Ħakk, raxx tal-ġilda

Dijarea, uġigħ fl-istonku

Tħossok imqalla’ (dardir) jew tkun ma tiflaħx (tirremetti)

Il-fwied tiegħek jagħmel aktar enzimi (jidhru minn testijiet tad-demm)

Uġigħ u irritazzjoni fil-vini

Ħmura, uġigħ jew nefħa fis-sit mnejn tkun ingħatat l-injezzjoni

Mhux komuni (tista’ taffettwa anqas minn 1 f’kull 100 persuna)

Anemija

Raxx bil-ponot u ħakk (ħorriqija)

Żieda fil-livell tal-krejatinina fid-demm tiegħek. Il-krejatinina turi kemm qed jaħdmu tajjeb il- kliewi tiegħek.

Fsada jew tbenġil aktar mis-soltu. Dan jista’ jkun għaliex il-livell tal-plejtlits fid-demm tiegħek ikun tbaxxa.

Tibdil fit-testijiet li jindikaw kemm qed jagħqad tajjeb id-demm tiegħek.

Tnaqqis fin-numru totali ta’ ċelloli bojod tad-demm jew ta’ ċerti tipi ta’ ċelloli bojod tad-demm fid-demm tiegħek (lewkopenija u newtropenja).

Rari (tista’ taffettwa anqas minn 1 f’kull 1,000 persuna)

Tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ ċerti ċelloli tad-demm bojod fid-demm tiegħek (agranulokijtożi). Tista’ tesperjenza deni, sintomi simili għal influwenza, uġigħ fil-gerżuma, jew kwalunkwe infezzjoni oħra li tista’ tkun serja.

Frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Żieda fin-numru ta’ ċerti ċelloli bojod tad-demm fid-demm tiegħek (eosinofilja).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Zinforo

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kontenitur. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen f’temperatura taħt 30 C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. L-isptar sejjer jarmi kull materjal ta’ skart b’mod mingħajr periklu. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zinforo

Kull kunjett fih 600 mg ta’ ceftaroline fosamil.

Is-sustanza l-oħra hi arginine.

Kif jidher Zinforo u l-kontenut tal-pakkett

Zinforo huwa trab abjad safrani jagħti fl-isfar ċar għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni f’kunjett. Jiġi f’pakketti li jkun fihom 10 kunjetti.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Ireland Pharmaceuticals

Operations Services Group

Ringaskiddy, County Cork

L-Irlanda

Manifatturi

Facta Farmaceutici S.p.A.

Nucleo Industriale S. Atto

64100 Teramo

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Pfizer S.A. / N.V.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. +3705 2514000

България

Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон

Pfizer S.A.

България

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Тел.: +359 2 970 4333

 

Česká republika

Magyarország

Pfizer spol s r.o.

PFIZER Kft.

Tel: +420-283-004-111

Tel. + 36 1 488 37 00

Danmark

Malta

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Deutschland

Pfizer Pharma PFE GmbH

Tel: +49 (0)800 8535555

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε. Τηλ.: +30 210 67 85 800

España

Pfizer GEP, S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

France

Pfizer PFE France

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o.

Tel: + 385 1 3908 777

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: +1800 633 363 (toll free) +44 (0)1304 616161

Ísland Icepharma hf.

Sími: +354 540 8000

Italia

Pfizer Italia S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Κύπρος

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH) Τηλ: +357 22 817690

Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel: +371 670 35 775

Vivian Corporation Ltd.

Tel: +35621 344610

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 335 61 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +351 21 423 5500

România

Pfizer România S.R.L.

Tel: +40 (0)21 207 28 00

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 52 11 400

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421–2–3355 5500

Suomi/Finland

Pfizer PFE Finland Oy

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00

United Kingdom

Pfizer Limited

Tel: +44 (0) 1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Importanti: Jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott qabel tikteb riċetta.

Għandha tiġi segwita teknika asettika waqt il-preparazzjoni tas-soluzzjoni għall-infużjoni. Il-kontenut tal- kunjett ta’ Zinforo jrid jiġi rikostitwit b’20 ml ilma għall-injezzjonijiet sterili. L-istruzzjonijiet dwar ir- rikostituzzjoni tal-kunjett Zinforo qed jingħataw fil-qosor hawn taħt:

Qawwa tad-doża

Volum ta’ dilwent li

Konċentrazzjoni

Ammont li jrid

(mg)

jrid jiġi miżjud

approssimattiva ta’

jinġibed

 

(ml)

ceftaroline

 

 

 

(mg/ml)

 

Volum totali

Is-soluzzjoni rikostitwita trid tiġi dilwita aktar sabiex tagħmel soluzzjoni għall-infużjoni Zinforo. Tista’ tintuża borża tal-infużjoni ta’ 250 ml, 100 ml jew 50 ml biex tiġi ppreparata l-infużjoni, abbażi tal-volum li jkollu bżonn il-pazjent. Id-dilwenti li jistgħu jintużaw jinkludu: sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni, dextrose 50 mg/ml (5%) soluzzjoni għall-injezzjoni, sodium chloride 4.5 mg/ml u dextrose 25 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni (0.45% sodium chloride u 25% dextrose) jew soluzzjoni Lactated Ringer. Is-soluzzjoni li tifforma trid tingħata fuq perjodu ta’ 60 jew 120 minuta għall-volumi kollha tal- infużjoni (50 ml, 100 ml jew 250 ml).

Il-volumi tal-infużjoni għal pazjenti pedjatriċi għandhom ivarjaw skont il-piż tal-ġisem tat-tfal. Il- konċentrazzjoni tas-soluzzjoni tal-infużjoni waqt it-tħejjija u l-għoti m’għandhiex taqbeż 12 mg/ml ta’ ceftaroline fosamil.

Il-ħin tar-rikostituzzjoni jrid ikun anqas minn 2 minuti. Ħallat bil-galbu u ifli sew sabiex tara li l-kontenuti jkunu nħallu għal kollox. Prodotti mediċinali parenterali jridu jiġu miflija viżwalment għall-frak qabel ma jingħataw.

Il-kulur tas-soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ Zinforo jvarja minn isfar ċar għal isfar skur skont il- konċentrazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-ħażna. Tkun ħielsa minn kwalunkwe frak. Meta jkun maħżun kif rakkomandat, il-qawwa tal-prodott ma tkunx effettwata.

Studji wrew li s-soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ Zinforo huma stabbli sa 6 sigħat f’temperatura ambjentali. Inkella jibqgħu stabbli sa 24 siegħa meta jinħażnu fi friġġ. Meta jitneħħew mill-friġġ għat-temperatura ambjentali, il-prodott dilwit irid jintuża fi żmien 6 sigħat.

Mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott mediċinali għandu jintuża minnufih sakemm ir-rikostituzzjoni u d- dilwizzjoni ma jkunux saru f’kondizzjonijiet asettiċi validati. Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet ta’ ħażna u l-kondizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jużah.

Il-kompatibilità ta’ Zinforo ma’ mediċini oħra ma ġietx stabbilita. Zinforo m’għandux jithallat ma’ jew jiġi fiżikament miżjud ma’ soluzzjonijiet li jkun fihom mediċini oħra.

Kull kunjett għandu jintuża darba biss.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati