Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zinplava (bezlotoxumab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J06BB21

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZinplava
Kodiċi ATCJ06BB21
Sustanzabezlotoxumab
ManifatturMerck Sharp

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

ZINPLAVA 25 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull mL ta’ konċentrat fih 25 mg bezlotoxumab.

Kunjett wieħed ta’ 40 mL fih 1,000 mg ta’ bezlotoxumab.

Bezlotoxumab huwa antikorp monoklonali tal-bniedem magħmul fiċ-ċelluli tal-ovarju tal-ħamster Ċiniż permezz ta’ teknoloġija tat-tfassil tad-DNA. Huwa jintrabat mat-tossin B ta’ C. difficile.

Eċċipjent b’effett magħruf

Kull mL ta’ konċentrat fih 0.2 mmol sodium, li huwa 4.57 mg sodium.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Likwidu minn ċar sa jkanġi b’mod moderat, u minn bla kulur sa isfar ċar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

ZINPLAVA huwa indikat għall-prevenzjoni ta’ rikorrenza ta’ infezzjoni bi Clostridium difficile (CDI - Clostridium difficile infection) f’adulti li għandhom riskju kbir ta’ okkorrenza mill-ġdid ta’ CDI (ara sezzjonijiet 4.2, 4.4 u 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

ZINPLAVA għandu jingħata waqt il-kors ta’ terapija antibatterika għal CDI (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

ZINPLAVA għandu jingħata bħala infużjoni waħda ta’ 10 mg/kg fil-vini (ara taħt u sezzjoni 6.6).

L-esperjenza b’ZINPLAVA fil-pazjenti hija limitata għal episodju wieħed ta’ CDI u għoti darba (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustment fid-doża f’pazjenti li għandhom età ta’ ≥ 65 sena (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustment fid-doża għal pazjenti b’indeboliment tal-kliewi (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustment fid-doża għal pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ ZINPLAVA f’pazjenti ta’ età inqas minn18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda data disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Agħti s-soluzzjoni għall-infużjoni dilwita fuq perjodu ta’ 60 minuta permezz ta’ filtru fil-pajp jew fitru apparti sterili, mhux piroġeniku, b’irbit baxx mal-proteini ta’ 0.2 mikroni sa 5 mikroni. ZINPLAVA m’għandux jingħata bħala injezzjoni diretta jew injezzjoni f’daqqa fil-vini.

Is-soluzzjoni dilwita tista’ tiġi infuża permezz ta’ pajp ċentrali jew kateter periferali.

ZINPLAVA m’għandux jingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra fl-istess waqt mill-istess pajp tal-infużjoni.

Għal istruzzjonijiet fuq id-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjon 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

ZINPLAVA mhuwiex trattament għal CDI u m’għandu l-ebda effett fuq l-episodju attwali ta’ CDI. ZINPLAVA għandu jingħata waqt il-kors ta’ terapija antibatterika għal CDI. M’hemm l-ebda dejta dwar l-effikaċja ta’ ZINPLAVA jekk jingħata wara l-ewwel 10 ijiem sa 14-il jum ta’ terapija antibatterika għal CDI.

ZINPLAVA m’għandux jingħata bħala injezzjoni diretta jew injezzjoni f’daqqa fil-vini.

Ma hemm l-ebda esperjenza b’għoti ripetut ta’ ZINPLAVA f’pazjenti b’CDI. Fi provi kliniċi, pazjenti b’CDI ingħataw biss doża waħda ta’ ZINPLAVA (ara sezzjoni 5.1).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma saru l-ebda studji formali ta’ interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra. Normalment antikorpi monoklonali terapewtiċi ma jkollhomx potenzjal sinifikanti għal interazzjonijiet bejn mediċina u oħra, minħabba li huma ma jaffettwawx l-enzimi taċ-ċitokrom P450 b’mod dirett u mhumiex sustrati tat- trasportaturi tal-fwied jew tal-kliewi.

Interazzjonijiet bejn mediċina u oħra medjati minn bezlotoxumab huma improbabbli minħabba li l- mira ta’ bezlotoxumab hija tossin li joriġina barra l-bniedem.

Terapija antibatterika ta’ kura standard mill-ħalq (SoC - standard of care) għal CDI ingħatat flimkien ma’ ZINPLAVA.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ bezlotoxumab f’nisa tqal. Studji f’annimali ma urewx effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). ZINPLAVA m’għandux jintuża waqt it-tqala ħlief meta l-kundizzjoni klinika tal-mara tkun teħtieġ trattament b’bezlotoxumab.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk bezlotoxumab jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Minħabba li antikorpi monoklonali jistgħu jiġu eliminati fil-ħalib tas-sider tal-bniedem, gћandha tittieћed deċiżjoni jekk jitwaqqafx it-treddigћ jew ma jingħatax ZINPLAVA, wara li tiġi kkunsidrata l-importanza ta’ ZINPLAVA gћall-omm.

Fertilità

Ma hija disponibbli l-ebda dejta klinika dwar l-effetti possibbli ta’ bezlotoxumab fuq il-fertilità. Ma sarux studji dwar il-fertilità fl-annimali. Ma kien hemm l-ebda rbit ta’ bezlotoxumab ma’ tessut riproduttiv fi studji dwar reattività ma’ xi tessut ieħor, u ma kien hemm l-ebda effetti notevoli fl-organi riproduttivi tal-irġiel u n-nisa fi studji dwar effett tossiku minn dożi ripetuti fil-ġrieden (ara

sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Bezlotoxumab m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Il-profil ta’ sigurtà ta’ ZINPLAVA ġie evalwat f’żewġ studji kliniċi ta’ Fażi 3. L-aktar reazzjonijiet avversi komuni wara trattament b’ZINPLAVA (irrappurtati f’≥ 4 % tal-pazjenti fi żmien l-ewwel

4 ġimgħat tal-infużjoni) kienu nawsja, dijarea, deni u uġigħ ta’ ras. Dawn ir-reazzjonijiet avversi kienu rrappurtati bi frekwenza simili f’pazjenti li kienu qed jieħdu plaċebo meta mqabbla ma’ pazjenti ttrattati b’ZINPLAVA.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi miġbura f’tabella

Tabella 1 tippreżenta r-reazzjonijiet avversi rrappurtati fi żmien 4 ġimgħat mill-infużjoni f’pazjenti ttrattati b’ZINPLAVA u elenkati skont il-Klassi tas-Sistemi u tal-Organi. Il-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi hija definita kif ġej: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni

(≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli). F’kull grupp ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati skont il-frekwenza tagħhom b’dawk l-aktar frekwenti mniżżla l-ewwel segwiti minn dawk anqas frekwenti.

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi b’ZINPLAVA

Klassi tas-Sistemi u tal-Organi

Frekwenza

Reazzjoni(jiet) Avversi

MedDRA

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi gastrointestinali

Komuni

Nawsja, dijarea

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’

Komuni

Deni

mnejn jingħata

 

 

 

 

 

Korriment, avvelenament u

Komuni

Reazzjonijiet marbuta mal-

komplikazzjonijiet ta’ xi proċedura

 

infużjoni

 

 

 

† Ara Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula hawn taħt.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Reazzjonijiet avversi serji

Fi studji kliniċi, reazzjonijiet avversi serji li seħħew fi żmien 12-il ġimgħa mill-infużjoni ġew irrappurtati f’29 % tal-pazjenti ttrattati b’ZINPLAVA u 33 % tal-pazjenti li kienu qed jirċievu plaċebo.

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni

Globalment, 10 % tal-individwi fil-grupp ta’ ZINPLAVA kellhom reazzjoni avversa speċifika waħda jew aktar għall-infużjoni fil-jum tal-infużjoni jew fil-jum ta’ wara, meta mqabbla ma’ 8 % fil-grupp ta’ plaċebo. Ir-reazzjonijiet avversi speċifiċi għall-infużjoni rrappurtati f’≥ 0.5 % tal-individwi li rċivew ZINPLAVA u bi frekwenza aktar minn dik bil-plaċebo kienu nawsja (3 %), għeja (1 %), deni (1 %), sturdament (1 %), uġigħ ta’ ras (2 %), qtugħ ta’ nifs (1 %) u pressjoni għolja (1 %). Mill-pazjenti li kellhom reazzjoni avversa speċifika għall-infużjoni, il-biċċa l-kbira rrappurtaw reazzjoni b’intensità massima ta’ ħafifa (78 %) jew moderata (20 %), u l-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet għaddew fi żmien 24 siegħa minn meta bdew.

Reazzjonijiet avversi marbuta mas-sistema immuni

Fi prova klinika ta’ Fażi 1, individwi f’saħħithom irċivew żewġ dożi konsekuttivi ta’ 10 mg/kg ta’ bezlotoxumab mifruda minn xulxin bi 12-il ġimgħa. Ir-reazzjonijiet avversi wara t-tieni doża ma kinux differenti ħafna minn dawk osservati wara l-ewwel doża, u huma konsistenti ma’ reazzjonijiet avversi osservati fiż-żewġ provi ta’ Fażi 3 (MODIFY I u MODIFY II; ara sezzjoni 5.1) fejn il-pazjenti kollha rċivew doża waħda.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Ma hemm l-ebda esperjenza klinika ta’ doża eċċessiva b’ZINPLAVA. Fi provi kliniċi, individwi f’saħħithom irċivew sa 20 mg/kg, li b’mod ġenerali kien ittollerat tajjeb. F’każ ta’ doża eċċessiva, il- pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib għal sinjali u sintomi ta’ reazzjonijiet avversi u għandu jinbeda trattament xieraq għas-sintomi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antiinfettivi għal użu sistemiku, immunoglobulini speċifiċi. Kodiċi ATC: J06BB21

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Bezlotoxumab huwa antikorp antitossina monoklonali tal-bniedem li jintrabat b’affinità kbira mat- tossina B ta’ C. difficile u jinnewtralizza l-attività tiegħu. Bezlotoxumab jevita r-rikorrenza ta’ CDI billi jipprovdi immunità passiva kontra t-tossina magħmula mit-tkabbir ta’ spori persistenti jew miksuba ġodda ta’ C. difficile.

Effetti farmakodinamiċi

Mikrobijoloġija

Attività in vitro u in vivo

L-epitop tat-tossina B li magħha jintrabat bezlotoxumab jiġi kkonservat, għalkemm mhux identiku, fis-sekwenzi magħrufa kollha tat-tossina.

Provi kliniċi

L-effikaċja ta’ ZINPLAVA (bezlotoxumab) ġiet investigata f’żewġ studji randomised, b’aktar minn ċentru wieħed, ikkontrollati bi plaċebo, ta’ Fażi 3, fejn la l-investigaturi u lanqas l-individwi ma kienu jafu liema sustanza qed tintuża (MODIFY I u MODIFY II) fejn 810 pazjenti kienu randomised biex jirċievu bezlotoxumab u 803 biex jirċievu plaċebo. In-numru ta’ pazjenti li temmew l-istudji u ġew inklużi fis-sett sħiħ tal-analiżi (FAS - full analysis set) kien 781 fil-grupp ta’ ZINPLAVA versus 773 fil-grupp tal-plaċebo. Flimkien mas-sustanza tal-istudju l-pazjenti kollha rċivew terapija antibatterika ta’ kura stardard għal CDI. L-għażla randomised kienet stratifikata skont is-sustanza antibatterika u l- istat ta’ rikoverar l-isptar (pazjent rikoverat l-isptar vs. outpatient) fiż-żmien li l-pazjent iddaħħal fl- istudju. Il-pazjenti adulti kellhom dijanjosi kkonfermata ta’ CDI, li kienet definita bħala dijarea

(3 episodji jew aktar ta’ ppurgar maħlul kif iddefinit fiċ-ċart Bristol tal-ippurgar bħala tipi minn 5 sa 7 f’24 siegħa jew anqas) u riżultat pożittiv ta’ test għal C. difficile tossiġeniku fl-ippurgar minn kampjun tal-ippurgar miġbur mhux aktar minn 7 ijiem qabel id-dħul fl-istudju.

Il-pazjenti rċivew kors ta’ 10 ijiem sa 14-il jum ta’ terapija antibatterika mill-ħlaq għal CDI (metronidazole, vancomycin jew fidaxomicin, magħżula mill-investigatur) Dawk il-pazjenti fuq vancomycin mill-ħalq jew fidaxomicin mill-ħalq setgħu ħadu wkoll metronidazole IV.

Infużjoni waħda ta’ ZINPLAVA jew plaċebo ngħatat qabel it-tmiem tat-terapija antibatterika u l- pazjenti ġew segwiti għal 12-il ġimgħa wara l-infużjoni. Il-jum tal-infużjoni ta’ ZINPLAVA jew tal- plaċebo kien fuq firxa minn qabel il-bidu tat-terapija antibatterika sal-14-il jum ta’ trattament, b’medjan f’jum 3.

Il-karatteristiċi tal-linja bażi tas-781 pazjent li kienu qed jirċievu ZINPLAVA u s-773 pazjent li kienu qed jirċievu plaċebo b’mod ġenerali kienu jixxiebhu fil-gruppi kollha tat-trattament. Il-medjan tal-età kien ta’ 65 sena, 85 % kienu bojod, 57 % kienu nisa, u 68 % kienu pazjenti rikoverati l-isptar.

Proporzjon simili ta’ pazjenti kienu qed jirċievu metronidazole mill-ħalq (48 %) jew vancomycin mill- ħalq (48 %) u 4 % biss kienu qed jirċievu fidaxomicin bħala trattament antibatteriku għal CDI.

Ir-rati ta’ rikorrenza ta’ CDI qed jintwerew f’Tabella 2.

Tabella 2: Rata ta’ Rikorrenza ta’ CDI Matul it-12-il Ġimgħa Wara l-Infużjoni (MODIFY I u MODIFY II, Sett Sħiħ ta’ Analiżi*)

ZINPLAVA ma’

Plaċebo ma’ SoC

 

 

SoC

Perċentwal (n/N)

Differenza Aġġustata (CI ta’ 95%)

 

Perċentwal (n/N)

 

valur p

16.5 (129/781)

26.6 (206/773)

-10.0 (-14.0, -6.0)

<0.0001

n = Numru ta’ pazjenti fil-popolazzjoni tal-analiżi li ssodisfaw il-kriterji għall-iskop finali N = Numru ta’ pazjenti inklużi fil-popolazzjoni tal-analiżi

*Sett Sħiħ ta’ Analiżi = sottosett tal-pazjenti kollha li kienu randomised bi tħollija barra ta’ dawk li: (i) ma rċivewx infużjoni tal-mediċina tal-istudju, (ii) ma kellhomx riżultat pożittiv ta’ test lokali tal-ippurgar għal C. difficile tossiġeniku;

(iii) ma rċivewx terapija b’kura standard definita fil-protokoll fi żmien jum wieħed mill-infużjoni; (iiii) nuqqas ta’ konformità ma’ GCP

SoC = Antibatteriku tal-Kura Standard (metronidazole jew vancomycin jew fidaxomicin)

Valur p one sided abbażi tal-metodu Miettinen u Nurminen stratifikat skont il-protokoll (MODIFY I u MODIFY II), antibatteriku SoC (metronidazole vs. vancomycin vs. fidaxomicin) u l-istat ta’ rikoverar l-isptar (pazjent rikoverat l-isptar vs. outpatient)

Tabella 3 turi r-riżultati ta’ analiżi kkombinata ppjanata b’mod prospettiv tar-rati ta’ rikorrenza ta’ CDI f’sottogruppi speċifikati minn qabel ta’ pazjenti b’riskju akbar ta’ rikorrenza ta’ CDI fiż-żewġ Provi ta’ Fażi 3. Globalment 51 % kellhom ≥ 65 sena, 29% kellhom ≥ 75 sena u 39 % rċivew sustanza antibatterika sistemika waħda jew aktar matul il-perjodu ta’ segwitu ta’ 12-il ġimgħa. Mit-total 28 % kellhom episodju wieħed jew aktar ta’ CDI fi żmien is-sitt xhur ta’ qabel l-episodju li kien qed jiġi ttrattat (18 % tal-pazjenti kellhom episodju wieħed, 7 % kellhom tnejn u ftit pazjenti kellhom

3 episodji preċedenti jew aktar). Wieħed u għoxrin (21) fil-mija tal-pazjenti kienu immunokompromessi u 16 % kellhom CDI severa b’mod kliniku. Minn fost id-976/1554 (62 %) pazjent li kellhom koltura mill-ippurgar pożittiva għal C. difficile fil-linja bażi ġiet iżolata razza ipervirulenti (ribotipi 027, 078 jew 244) fi 22 % (217 minn 976 pazjent), li l-maġġoranza tagħhom (87 %, 189 minn 217-il razza) kienu ribotip 027.

Dawn il-pazjenti kellhom fatturi ta’ riskju primarjament iżda mhux esklussivament assoċjati ma’ riskju akbar ta’ rikorrenza ta’ CDI. Ir-riżultati ta’ effikaċja ma wrewx benefiċċju minn ZINPLAVA f’pazjenti mingħajr l-ebda fatturi ta’ riskju magħrufa għal CDI.

Tabella 3: Rata ta’ Rikorrenza ta’ CDI skont is-Sottogrupp tal-Fattur ta’ Riskju (MODIFY I u MODIFY II, Sett Sħiħ ta’ Analiżi*)

 

ZINPLAVA ma’

Plaċebo ma’

 

 

SoC

SoC

 

Karatteristiċi mad-dħul fl-

Perċentwal

Perċentwal

Differenza (CI ta’

istudju

(n/m)

(n/m)

95%)

Età ≥ 65 sena

15.4

(60/390)

31.4

(127/405)

-16.0 (-21.7, -10.2)

Storja ta’ episodju wieħed jew

25.0

(54/216)

41.1

(90/219)

-16.1 (-24.7, -7.3)

aktar ta’ CDI fl-aħħar 6 xhur

 

 

 

 

 

Immunokompromessi§

14.6

(26/178)

27.5 (42/153)

-12.8 (-21.7, -4.1)

CDI severa

10.7

(13/122)

22.4

(28/125)

-11.7 (-21.1, -2.5)

Infettati b’razza ipervirulenti#

21.6

(22/102)

32.2

(37/115)

-10.6 (-22.1, 1.3)

Infettati bir-ribotip 027

23.6

(21/89)

34.0

(34/100)

-10.4 (-23.0, 2.6)

 

 

 

 

 

 

n = Numru ta’ pazjenti fis-sottogrupp li ssodisfaw il-kriterji għall-iskop finali

m = Numru ta’ pazjenti fis-sottogrupp

*

Sett Sħiħ ta’ Analiżi = sottosett tal-individwi kollha li kienu randomised bi tħollija barra ta’ dawk li: (i) ma rċivewx

 

 

infużjoni tal-mediċina tal-istudju, (ii) ma kellhomx riżultat pożittiv ta’ test lokali tal-ippurgar għal C. difficile tossiġeniku;

(iii) ma rċivewx terapija b’kura standard definita fil-protokoll fi żmien jum wieħed mill-infużjoni

SoC = Antibatteriku tal-Kura Standard (metronidazole jew vancomycin jew fidaxomicin)

Ibbażat fuq il-metodu Miettinen u Nurminen mingħajr stratifikazzjoni

§

Ibbażat fuq kondizzjonijiet mediċi jew mediċini li wieħed irċieva li jistgħu jwasslu għal immunosoppressjoni

punteġġ Zar ≥ 2

#

Ir-razza ipervirulenti kienet tinkludi li ġejjin: ribotipi 027, 078, jew 244

 

Fl-istudji kliniċi, ir-rati ta’ fejqan kliniku tal-episodju attwali ta’ CDI kienu kumparabbli bejn il- fergħat ta’ trattament.

Immunoġeniċità

L-immunoġeniċità ta’ ZINPLAVA ġiet stmata bl-użu ta’ assaġġ elettrokimikuluminexxenti (ECL - electrochemiluminescence) f’MODIFY I u MODIFY II.

Wara trattament b’ZINPLAVA f’MODIFY I u MODIFY II, l-ebda wieħed mis-710 pazjenti li setgħu jiġu evalwati ma kellu riżultat pożittiv għal antikorpi kontra bezlotoxumab li fiġġu minħabba t- trattament. Għalkemm ZINPLAVA huwa maħsub biex jingħata bħala doża waħda biss, l- immunoġeniċità ta’ bezlotoxumab wara l-għoti tat-tieni doża ta’ 10 mg/kg, 12-il ġimgħa wara l-ewwel doża, ġiet ivvalutata f’29 individwu f’saħħithom. Ma setgħet tiġi identifikata l-ebda preżenza ta’ antikorpi kontra bezlotoxumab wara t-tieni doża.

M’hemm l-ebda dejta disponibbli dwar għoti ripetut ta’ bezlotoxumab f’pazjenti b’CDI.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ddiferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’ZINPLAVA f’wieħed jew iktar kategoriji tal-popolazzjoni pedjatrika għall-prevenzjoni ta’ rikorrenza tal-infezzjoni bi Clostridium difficile (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Bezlotoxumab jingħata mir-rotta ta’ ġol-vini (IV) u għalhekk huwa bijodisponibbli immedjatament u kompletament. Wara doża waħda ta’ 10 mg/kg bezlotoxumab IV, il-medja tal-AUC(0-∞) u s-Cmax kienet 53,000 mkg.siegħa/mL u 185 mkg/mL, rispettivament, f’pazjenti b’CDI. Esponimenti għal bezlotoxumab f’individwi f’saħħithom żdiedu b’mod bejn wieħed u ieħor fi proporzjon mad-doża fil- medda kollha tad-dożi minn 0.3 sa 20 mg/kg.

Distribuzzjoni

Bezlotoxumab għandu distribuzzjoni ekstravaskulari limitata. Il-medja tal-volum ta’ distribuzzjoni ta’ bezlotoxumab kienet 7.33 L (CV: 16 %).

Biotransformazzjoni

Bezlotoxumab huwa katabolizzat permezz ta’ proċessi ta’ degradazzjoni tal-proteina; il-metaboliżmu ma jikkontribwixxix għat-tneħħija tiegħu.

Eliminazzjoni

Bezlotoxumab jiġi eliminat mill-ġisem l-aktar permezz ta’ degradazzjoni tal-proteina. It-tneħħija medja ta’ bezlotoxumab kienet 0.317 L/jum (CV: 41 %) u ż-żmien biex l-attività tiegħu tonqos bin- nofs (t½) kien ta’ madwar 19-il jum (28 %).

Popolazzjonijiet speċjali

L-effetti ta’ diversi kovarjati fuq il-farmakokinetika ta’ bezlotoxumab ġew stmati f’analiżi farmakokinetika ta’ popolazzjoni. It-tneħħija ta’ bezlotoxumab żdiedet ma’ żieda fil-piż tal-ġisem; id- differenzi fl-esponiment riżultat ta’ dan jiġu ttrattati b’mod adegwat bl-għoti ta’ doża bbażata fuq il- piż.

Il-fatturi li ġejjin ma kellhom l-ebda effett ta’ sinifikat kliniku fuq l-esponiment għal bezlotoxumab u ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża: età (firxa minn 18-il sena sa 100 sena), sess tal- persuna, razza, etniċità, indeboliment tal-kliewi, indeboliment tal-fwied, u l-preżenza ta’ kondizzjonijiet mediċi oħra fl-istess waqt.

Indeboliment tal-kliewi

L-effett ta’ indeboliment tal-kliewi fuq il-farmakokinetika ta’ bezlotoxumab ġie vvalutat f’pazjenti b’indeboliment ħafif (eGFR 60 sa < 90 mL/min/1.73 m2), moderat (eGFR 30

sa < 60 mL/min/1.73 m2), jew sever (eGFR 15 sa < 30 mL/min/1.73 m2) tal-kliewi, jew b’mard tal- kliewi fl-aħħar stadju (eGFR < 15 mL/min/1.73 m2), meta mqabbel ma’ pazjenti li kellhom funzjoni normali tal-kliewi (eGFR ≥ 90 mL/min/1.73 m2). Ma nstabu l-ebda differenzi li kellhom sinifikat kliniku fl-esponiment għal bezlotoxumab bejn pazjenti b’indeboliment tal-kliewi u pazjenti b’funzjoni normali tal-kliewi.

Indeboliment tal-fwied

L-effett ta’ indeboliment tal-fwied fuq il-farmakokinetika ta’ bezlotoxumab ġie vvalutat f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (definit bħala preżenza ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: [1] albumina ≤ 3.1 g/dL; [2] ALT ≥ 2X ULN; [3] bilirubina totali ≥ 1.3X ULN; jew [4] mard tal-fwied ħafif, moderat jew sever kif irrappurtat mill-Indiċi Charlson għal Kondizzjonijiet Mediċi Oħra fl-Istess Waqt ), mqabbel ma’ pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied. Ma nstabu l-ebda differenzi li kellhom sinifikat kliniku fl-esponiment għal bezlotoxumab bejn pazjenti b’indeboliment tal-fwied u pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied.

Anzjani

L-effett tal-età fuq il-farmakokinetika ta’ bezlotoxumab ġie vvalutat f’pazjenti li kellhom firxa ta’ etajiet minn 18 sa 100 sena. Ma nstabu l-ebda differenzi li kellhom sinifikat kliniku fl-esponiment għal bezlotoxumab bejn pazjenti anzjani ta’ 65 sena u aktar u pazjenti li kellhom inqas minn 65 sena.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ effett tossiku minn dożi ripetuti, ma juri l- ebda periklu speċjali għall-bnedmin. L-effett tossiku fuq il-ġeni u r-riskju ta’ kanċer ma ġewx stmati.

Ma sarux studji dwar ir-riproduzzjoni fl-annimali jew l-effett tossiku fuq l-iżvilupp b’bezlotoxumab. Ma kien hemm l-ebda effetti notevoli fl-organi riproduttivi tal-irġiel u n-nisa fil-ġrieden abbażi ta’ studji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti u ma kien osservat l-ebda rbit ma’ tessuti riproduttivi fi studji dwar reattività ma’ xi tessut ieħor.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Citric acid monohydrate (E330)

Diethylenetriaminepentaacetic acid

Polysorbate 80 (E433)

Sodium chloride

Sodium citrate dihydrate (E331)

Ilma għall-injezzjonijiet

Sodium hydroxide (E524) (għall-aġġustment tal-pH).

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjett mhux miftuħ: 18-il xahar.

Soluzzjoni għall-infużjoni: L-istabbilità kimika u fiżika waqt l-użu intweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jew16-il siegħa f’temperatura ambjentali (f’temperatura ta’ 25°C jew anqas). Dawn il-limiti ta’ ħin jinkludu l-ħażna tas-soluzzjoni għall-infużjoni fil-borża ta’ għoti fil-vini sa tmiem it-tul ta’ ħin tal-infużjoni. Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott mediċinali għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament il-ħinijiet u l-kondizzjonijiet tal-ħażna qabel u waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min ikun qed jużah u m’għandhomx ikunu aktar minn total ta’

24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jew 16-il siegħa f’temperatura ambjentali (f’temperatura ta’ 25°C jew anqas).

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ 2 °C sa 8 °C. Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ tat-Tip I li fih 40 mL ta’ soluzzjoni, b’tapp tal-chlorobutyl, u siġill b’għatu li jinqala’ faċilment.

Kull kartuna fiha kunjett wieħed.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Preparazzjoni tas-soluzzjoni dilwita

Ipprepara s-soluzzjoni dilwita eżatt wara li l-kunjett(i) jitneħħa(ew) mill-ħażna fil-friġġ, jew inkella l-kunjett(i) jistgħu jinħażnu f’temperatura ambjentali bi lqugħ mid-dawl sa 24 siegħa qabel il-preparazzjoni tas-soluzzjoni dilwita.

Ifli l-kontenut tal-kunjett għal bidla fil-kulur u frak qabel id-dilwizzjoni. ZINPLAVA huwa likwidu minn ċar sa jkanġi b’mod moderat, u minn bla kulur sa isfar ċar. Tużax il-kunjett jekk is-soluzzjoni bidlet il-kulur jew ikun fiha frak li jidher.

Tħawwadx il-kunjett.

Iġbed il-volum meħtieġ mill-kunjett(i) abbażi tal-piż tal-ġisem tal-pazjenti (f’kg) u ttrasferih ġo borża ta’ għoti fil-vini li jkun fiha Injezzjoni ta’ 0.9 % Sodium Chloride, jew inkella Injezzjoni ta’ 5 % Dextrose, biex tipprepara soluzzjoni dilwita b’konċentrazzjoni finali b’firxa minn 1 sa 10 mg/mL. Ħallat is-soluzzjoni dilwita billi taqlibha ta’ taħt fuq bil-mod.

Armi l-kunjett(i) u l-kontenut(i) mhux użat(i) kollu(ha).

Jekk is-soluzzjoni dilwita titqiegħed fil-friġġ, ħalli l-borża ta’ għoti fil-vini tilħaq temperatura ambjentali qabel l-użu.

Tiffriżax is-soluzzjoni dilwita.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/16/1156/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: {JJ xahar SSSS}

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati