Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zyclara (imiquimod) – Fuljett ta’ tagħrif - D06BB10

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZyclara
Kodiċi ATCD06BB10
Sustanzaimiquimod
ManifatturMeda AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zyclara 3.75% krema

Imiquimod

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Zyclara u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zyclara

3.Kif għandek tuża Zyclara

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zyclara

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Zyclara u għalxiex jintuża

Il-krema Zyclara 3.75% fiha s-sustanza attiva imiquimod, li huwa Modifikatur tar-Rispons Immuni (biex jistimula s-sistema immuni tal-bniedem).

Din il-mediċina hija preskritta għall-kura ta’ keratosi aktinika fl-adulti.

Din il-mediċina tistimula s-sistema immuni tal-ġisem tiegħek stess biex tipproduċi sustanzi naturali li jgħinu jiġġieldu l-keratosi aktinika tiegħek.

Keratosi aktinika hija osservata bħala żoni ta’ ġilda ħarxa li jinstabu f’nies li matul ħajjithom ġew esposti għal ħafna xemx. Dawn iż-żoni jistgħu jkunu l-istess kulur bħall-ġilda tiegħek jew jistgħu jagħtu fil-griż, jew ikunu roża, ħomor jew kannella. Jistgħu jkunu ċatti u bil-qoxra, jew ibbuzzati, ħorox, iebsin u bil-felul.

Din il-mediċina għandha tintuża għall-keratosi aktinika fil-wiċċ jew qorriegħa biss jekk it-tabib tiegħek iddeċieda li hija l-aktar kura xierqa għalik.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zyclara

Tużax Zyclara.

-jekk inti allerġiku għal imiquimod jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Zyclara:

jekk qabel użajt din il-mediċina jew preparazzjonijiet oħra simili f’konċentrazzjoni differenti.

jekk għandek problemi bis-sistema immuni tiegħek jew jekk qed tieħu mediċina biex trażżan is-sistema immuni tiegħek (eż. wara trapjant ta’ organu).

jekk għandek xi test tad-demm mhux normali.

Istruzzjonijiet ġenerali waqt il-kura

Jekk dan l-aħħar kellek kirurġija jew kura mediċinali, stenna sakemm l-erja li għandha tiġi kkurata tkun fieqet qabel ma tuża din il-mediċina.

Evita kuntatt mal-għajnejn, xufftejn u imnifsejn. F’każ ta’ kuntatt bi żball, neħħi l-krema billi tlaħlaħ bl-ilma.

Uża l-krema esternament biss (fuq il-ġilda tal-wiċċ jew tal-qorriegħa).

Tużax aktar krema milli rrakkomandalek it-tabib tiegħek.

Tgħattix iż-żona kkurata b’faxex jew infaxxar ieħor wara li tkun applikajt din il-mediċina.

Jekk iż-żona kkurata issir skomda wisq, neħħi l-krema billi taħsel b’sapun ħafif u ilma. Ladarba l-iskumdità tieqaf tista’ tkompli l-iskeda tal-kura tiegħek kif irrakkomandat. Il-krema m’għandhiex tiġi applikata aktar minn darba kuljum.

Tużax lampi li jitfgħu raġġi ultra-vjola jew sodod bir-raġġi biex tismar, u kemm jista’ jkun matul il-kura b’din il-mediċina evità esponiment għal dawl tax-xemx. Jekk toħroġ barra matul il-ġurnata uża krema li tipproteġik mix-xemx u ilbes ilbies protettiv u kappell b’pizz wiesgħa.

Reazzjonijiet lokali fil-ġilda

Waqt li tkun qed tuża Zyclara, jista’ jkollok reazzjonijiet lokali tal-ġilda minħabba l-mod li l-prodott jaġixxi fuq il-ġilda tiegħek. Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jkunu sinjal li l-mediċina qed taħdem kif intenzjonat.

Waqt li tkun qed tuża Zyclara u sakemm tfieq, iż-żona kkurata x’aktarx li tidher b’mod evidenti differenti minn ġilda normali. Hemm ukoll il-possibbiltà li infjammazzjoni eżistenti tista’ taggrava temporanjament.

Din il-mediċina tista’ tikkawża wkoll sintomi li jixbħu l-influwenza (inklużi għeja, tqalligħ, deni, uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi, u rogħda) qabel jew waqt l-okkorrenza ta’ reazzjonijiet lokali fil-ġilda. Jekk iseħħu sintomi li jixbħu l-influwenza jew tħoss skumdità jew reazzjonijiet lokali fil-ġilda severi, jista’ jittieħed perjodu ta’ mistrieħ ta’ diversi jiem. Inti tista’ terġa’ tibda t-trattament bil-krema imiquimod wara li r-reazzjoni tal-ġilda tbatti. Madankollu, l-ebda ċiklu ta’ trattament ta’ ġimagħtejn m’għandu jiġi estiż minħabba dożi li ma ttieħdux jew perjodi ta’ mistrieħ.

L-intensità tar-reazzjonijiet lokali tal-ġilda għandhom tendenza li jkunu aktar baxxi fit-tieni ċiklu milli fl-ewwel ċiklu ta’ trattament b’Zyclara.

Rispons għall-kura ma jistax jiġi stmat b’mod adegwat qabel ifiequ r-reazzjonijiet lokali tal-ġilda. Għandek tkompli l-kura kif preskritt.

Din il-mediċina tista’ tiżvela u tikkura keratosi aktinika li ma kienetx osservata jew li ma nħassitx qabel, u dawn aktar tard jistgħu jgħaddu. Għandek tkompli l-kors kollu ta’ kura anki jekk il-keratosi aktinika tidher li tkun marret kollha.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tingħata lil tfal b’età inqas minn 18-il sena għax is-sigurtà u l-effikaċja f’pazjenti b’età inqas minn 18-il sena ma ġewx stabbiliti. M’hemmx dejta disponibbli dwar l-użu ta’ imiquimod fi tfal u adolexxenti.

Mediċini oħra u Zyclara

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Jekk tirċievi prodotti mediċinali immunosoppressivi li jinibixxu s-sistema immuni, għid lit-tabib tiegħek qabel ma tibda t-trattament.

Evita l-użu ta’ Zyclara flimkien ma’ kwalunkwe krema imiquimod oħra fl-istess żona ta’ trattament.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

It-tabib tiegħek se jiddiskuti r-riskji u l-benefiċċji tal-użu ta’ Zyclara waqt it-tqala. Studji fuq l- annimali ma jindikawx effetti ħżiena diretti jew indiretti fit-tqala.

Mhux magħruf jekk imiquimod joħroġx fil-ħalib tas-sider. M’għandekx tuża Zyclara jekk qed tredda’ jew beħsiebek tredda’. It-tabib tiegħek se jiddiskuti jekk għandekx twaqqaf it-treddigħ jew jekk għandekx twaqqaf it-trattament b’Zyclara.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina ma taffettwax, jew taffettwa ftit li xejn il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Zyclara fih methylparahydroxybenzoate, propylparahydroxybenzoate, cetyl alcohol u stearyl alcohol

Methyl parahydroxybenzoate (E218), u propyl parahydroxybenzoate (E216), jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi (possibbilment ittardjati).

Cetyl alcohol u stearyl alcohol jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet lokali fil-ġilda (eż. dermatite tal- kuntatt).

3.Kif għandek tuża Zyclara

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Tużax din il-mediċina qabel it-tabib tiegħek jurik il-mod korrett kif għandek tużaha.

Din il-mediċina għandha tintuża biss għall-keratosi aktinika fil-wiċċ u fil-qorriegħa.

Dożaġġ

Applika din il-mediċina fiż-żona affettwata darba kuljum eżatt qabel l-irqad.

Doża massima ta’ kuljum hija 2 qratas (500 mg = 2 qratas ta’ 250 mg kull wieħed).

Din il-mediċina m’għandhiex tiġi applikata fuq żoni akbar mill-wiċċ kollu jew il-qorriegħa li qed tiqriegħ.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

1. Qabel torqod, aħsel idejk u ż-żona li għandha tiġi kkurata b’attenzjoni b’sapun ħafif u ilma. Ixxotta idejk sewwa u ħalli ż-żona tinxef.

2.Iftaħ qartas ġdid ta’ Zyclara eżatt qabel l-użu u agħfas biex toħroġ ftit krema fuq il-ponot ta’ subgħajk. M’għandhomx jintużaw aktar minn 2 qratas għal kull applikazzjoni.

3.Applika saff irqiq ta’ Zyclara fiż-żona affettwata.

Għorok bil-mod fiż-żona sakemm il-krema tisparixxi. Evita kuntatt mal-għajnejn, xufftejn u l-imnifsejn.

4.Wara l-applikazzjoni tal-krema, armi l-qartas miftuħ.

Aħsel idejk sew b’sapun u ilma.

5.Ħalli Zyclara fuq il-ġilda għal madwar 8 sigħat.

Taħsilx iż-żona matul dan il-ħin, p.e. tieħux doċċa jew banju. Tgħattix iż-żona kkurata b’faxex jew infaxxar ieħor.

6. Wara madwar 8 sigħat, aħsel iż-żona fejn kien applikat

Zyclara b’sapun ħafif u ilma.

Tul tal-kura

Il-kura tibda b’applikazzjoni kuljum għal ġimagħtejn, segwit minn waqfa mingħajr l-ebda applikazzjoni għal ġimagħtejn, u wara tispiċċa b’applikazzjoni kuljum mill-ġdid għal ġimagħtejn oħra.

Jekk tuża Zyclara aktar milli suppost

Jekk applikajt wisq krema, neħħi ż-żejjed billi taħsel b’sapun ħafif u ilma.

Meta tgħaddi kull reazzjoni tal-ġilda tista’ tkompli bil-kura tiegħek fl-iskeda rrakkomandata tas-soltu. Il-krema m’għandhiex tiġi applikata aktar minn darba kuljum.

Jekk bi żball tibla’ din il-mediċina jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tuża Zyclara

Jekk tinsa tieħu doża ta’ Zyclara, stenna sal-lejl li jmiss biex tapplikaħ u wara kompli bl-iskeda tas- soltu. Il-krema m’għandhiex tiġi applikata aktar minn darba kuljum. Kull ċiklu ta’ kura m’għandux idum aktar minn ġimagħtejn, anki jekk qbiżt xi dożi.

Jekk tieqaf tuża Zyclara

Kellem lit-tabib tiegħek qabel twaqqaf il-kura b’Zyclara.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Fittex attenzjoni medika minnufih jekk iseħħ xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji severi waqt li qed tuża din il-mediċina:

Reazzjonijiet serji tal-ġilda (frekwenza mhux magħrufa) b’feriti fil-ġilda jew ponot fuq il-ġilda li jibdew bħala żoni żgħar ħomor u javanzaw għal dehra ta’ nfafet żgħar, possibilment b’sintomi bħal ħakk, deni, tħossok marid b’mod ġenerali, ġogi juġgħu, problemi fil-vista, ħruq, uġigħ jew ħakk fl- għajnejn u feriti fil-ħalq. Jekk ikollok dawn, waqqaf l-użu ta’ din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

F’xi individwi kien innutat tnaqqis fl-għadd tad-demm (frekwenza mhux magħrufa). Dan jista’ jagħmlek aktar suxxettibbli għall-infezzjonijiet, titbenġel b’mod aktar faċli jew jikkawża għeja. Jekk tinnota xi sintomi minn dawn, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk ikun hemm materja jew xi sinjal ieħor ta’ infezzjoni fil-ġilda (frekwenza mhux magħrufa), iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Ħafna mill-effetti sekondarji ta’ din il-mediċina huma kkawżati mill-azzjoni lokali tiegħu fuq il-ġilda tiegħek. Reazzjonijiet lokali tal-ġilda jistgħu jkunu sinjal li l-mediċina qed taħdem kif intenzjonat. Jekk il-ġilda tiegħek tirreaġixxi ħażin jew issir wisq skomda waqt l-użu ta’ din il-mediċina, waqqaf l- applikazzjoni tal-krema u aħsel iż-żona b’sapun ħafif u ilma. Wara kkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Għandhom mnejn jagħtuk parir biex tieqaf tapplika din il-mediċina għal ftit jiem (jiġifieri li twaqqaf il-kura għal ftit jiem).

Kienu rrappurtati l-effetti sekondarji li ġejjin b’imiquimod:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

-Ħmura fil-ġilda, qoxra, ġilda titqaxxar, tisfija, ġilda xotta, nefħa fil-ġilda, ulċera fil-ġilda, u tnaqqis fil-pigmentazzjoni tal-ġilda fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

-Aktar reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni eż. infjammazzjoni tal-ġilda, ħakk, uġigħ, ħruq, irritazzjoni, u raxx

-Glandoli minfuħin

-Uġigħ ta’ ras

-Sturdament

-Telf ta’ aptit

-Tqalligħ

-Dijarea

-Rimettar

-Sintomi li jixbhu l-influwenza

-Deni

-Uġigħ

-Uġigħ fil-muskoli u l-ġogi

-Uġigħ fis-sider

-Insomnja

-Għeja

-Infezzjoni kkawżata minn virus (herpes simplex)

-Żjieda fil-glucose fid-demm

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

-Bidliet fis-sit tal-applikazzjoni, eż. fsada, żoni żgħar minfuħin fil-ġilda, infjammazzjoni, tniggiż,

żjieda fis-sensittività għall-mess, ċikatriċi, sensazzjoni ta’ sħana, indeboliment tal-ġilda, infafet jew ponot bil-materja

-Debbulizza

-Tregħid

-Nuqqas ta’ enerġija (letarġija)

-Skomdu

-Nefħa fil-wiċċ

-Uġigħ fid-dahar

-Uġigħ fir-riġlejn u d-dirgħajn

-Imnieħer miżdud

-Uġigħ fil-griżmejn

-Irritazzjoni fl-għajnejn

-Nefħa tal-kappell tal-għajn

-Depressjoni

-Irritabilità

-Ħalq xott

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

-Kondizzjonijiet awtoimmuni jaggravaw (marda li tirriżulta minn rispons immuni mhux normali hija marda awtoimmuni)

-Reazzjonijiet fil-ġilda mhux fis-sit tal-applikazzjoni

Frekwenza mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

-Bidliet fil-kulur tal-ġilda

Xi pazjenti kellhom esperjenza ta’ bidliet fil-kulur tal-ġilda fiż-żona fejn ġie applikat Zyclara. Filwaqt li dawn il-bidliet għandhom tendenza li jitjiebu maż-żmien, f’xi pazjenti jistgħu jkunu permanenti.

-Telf ta’ xagħar

Numru żgħir ta’ pazjenti kellhom esperjenza ta’ telf ta’ xagħar fiż-żona kkurata jew fil-madwar.

-Żjieda fl-enżimi tal-fwied

-Kien hemm rapporti ta’ żjieda fl-enżimi tal-fwied.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Zyclara

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq it-tikketta wara JIS.

Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Il-qratas m’għandhomx jerġgħu jintużaw wara li jinfetħu.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zyclara

-Is-sustanza attiva hi imiquimod. Kull qartas fih 9.375 mg ta’ imiquimod f’250 mg ta’ krema (100 mg ta’ krema fiha 3.75 mg imiquimod).

-Is-sustanzi l-oħra huma isostearic acid, benzyl alcohol, cetyl alcohol, stearyl alcohol, paraffin abjad artab, polysorbate 60, sorbitan stearate, glycerol, methyl parahydroxybenzoate (E 218), propyl parahydroxybenzoate (E 216), xanthan gum, ilma ppurifikat (ara wkoll sezzjoni 2 “Zyclara fih methyl parahydroxybenzoate, propyl parahydroxybenzoate, cetyl alcohol u stearyl alcohol”).

Kif jidher Zyclara u l-kontenut tal-pakkett

-Kull qartas ta’ krema Zyclara 3.75% fih 250 mg ta’ krema bajda sa kemmxejn fl-isfar b’dehra uniformi.

-Kull kaxxa fiha 14, 28 jew 56 qartas tal-fojl għall-użu ta’ darba magħmul minn polyester/polyethylene abjad ta’ densità baxxa/aluminju. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad- daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Meda AB Pipers väg 2A 170 73 Solna L-Isvezja

Manifattur

3M Health Care Limited

Derby Road

Loughborough

Leicestershire

LE11 5SF, Ir-Renju Unit

MEDA Pharma GmbH & Co. KG

Benzstraße 1

61352 Bad Homburg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Meda Pharma S.A./N.V. Chaussée de la Hulpe 166 Terhulpsesteenweg

1170 Brussels

Tél/Tel: +32 (0)2 5 04 08 11

Luxembourg/Luxemburg

Meda Pharma S.A./N.V. Chaussée de la Hulpe 166 Terhulpsesteenweg B-1170 Brussels Belgique / Belgien

Tél/Tel: +32 (0)2 5 04 08 11

България

Magyarország

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

MEDA PHARMA Hungary Kereskedelmi Kft.

представителство за България

1139 Budapest

Одрин 71-75

Váci ut 91

1303 София

Tel: +36 1 236 3410

Тел: +359 2 4177977

 

Česká republika

Malta

MEDA Pharma s.r.o.

Alfred Gera and Sons Ltd.

Kodaňská 1441 / 46

10,Triq il -Masgar

100 10 Praha 10

Qormi QRM3217

Tel: +420 234 064 203

Tel: +356 21 446205

Danmark

Nederland

Meda AS

MEDA Pharma B.V.

Solvang 8

Krijgsman 20

3450 Allerød

1186 DM Amstelveen

Tlf: +45 44 52 88 88

Tel: +31 (0)20 751 65 00

Deutschland

Norge

MEDA Pharma GmbH & Co. KG

Meda A/S

Benzstraße 1

Askerveien 61

61352 Bad Homburg

1384 Asker

Tel: +49 (0) 6172 888 01

Tlf: +47 66 75 33 00

Eesti

Österreich

Meda Pharma SIA

MEDA Pharma GmbH

Parda tn 4

Guglgasse 15

10151 Tallinn

1110 Wien

Tel: +372 62 61 025

Tel: + 43 (0)1 86 390 0

Ελλάδα

Polska

MEDA Pharmaceuticals A.E.

Meda Pharmaceuticals Sp.z.o.o.

Ευρυτανίας, 3

ul. Domaniewska 39A

GR-15231 Χαλάνδρι-Αττική

02-672 Warszawa

Τηλ: +30 210 6 77 5690

Tel: +48 22 697 7100

España

Portugal

Meda Pharma S.L.

MEDA Pharma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Avenida de Castilla, 2

Rua do Centro Cultural, 13

Parque Empresarial San Fernando

1749-066 Lisboa

Edificio Berlín

Tel: +351 21 842 0300

28830 San Fernando de Henares (Madrid)

 

Tel: +34 91 669 93 00

 

France

România

MEDA Pharma

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

40-44 rue Washington

Reprezentanta Romania

75008 Paris

Calea Floreasca 141-143, et4

Tél: +33 (0)1 56 64 10 70

014467 Bucuresti

 

Tel.: +40 21 230 90 30

Hrvatska

Slovenija

Medical Intertrade d.o.o.

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

Dr. Franje Tuđmana 3

Podružnica Ljubljana

10431 Sveta Nedelja

Cesta 24. junija 23

Tel: +385 1 3374 010

Ljubljana

 

Tel: +386 59 096 951

Ireland

Slovenská republika

Meda Health Sales Ireland Ltd.

MEDA Pharma spol. s. r.o.

Unit 34/35, Block A,

Trnavská cesta 50

Dunboyne Business Park,

821 02 Bratislava

Dunboyne, Co Meath, Ireland

Tel: +421 2 4914 0172

Tel: +353 1 802 66 24

 

Ísland

Suomi/Finland

Meda AB

Meda Oy

Box 906

Vaisalantie 4/Vaisalavägen 4

170 09 Solna

FIN-02130 Espoo/Esbo

Svíþjóð

Puh/Tel: +358 20 720 9550

Sími: +46 8 630 1900

 

Italia

Sverige

Meda Pharma S.p.A.

Meda AB

Via Felice Casati, 20

Box 906

20124 Milano

170 09 Solna

Tel: +39 039 73901

Tel: +46 (0)8 630 1900

Κύπρος

United Kingdom

Χρ.Γ. Παπαλοΐζου Λτδ

Meda Pharmaceuticals Ltd.

Λεωφ. Κιλκίς 35,

Skyway House

2234 Λατσιά

Parsonage Road

Τηλ. +357 22 49 03 05

Takeley

 

Bishop´s Stortford

 

CM22 6PU

Latvija

Tel.: + 44 845 460 0000

 

SIA Meda Pharma

 

Vienibas gatve 109

 

Riga LV-1058

 

Tālr: +371 67616137

 

Lietuva

 

Meda Pharma SIA

 

Ukmergės street 369A

 

LT-12142 Vilnius

 

Tel. + 370 52059367

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati