Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zypadhera (olanzapine pamoate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N05AH03

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZypadhera
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine pamoate
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

ZYPADHERA 210 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil- mod.

ZYPADHERA 300 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil- mod.

ZYPADHERA 405 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil- mod.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

ZYPADHERA 210 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod Kull kunjett fih olanzapine pamoate monohydrate ekwivalenti għal 210 mg olanzapine. Wara r- rikostituzzjoni kull millilitru ta’ suspensjoni fih 150 mg olanzapine.

ZYPADHERA 300 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod Kull kunjett fih olanzapine pamoate monohydrate ekwivalenti għal 300 mg olanzapine. Wara r- rikostituzzjoni kull millilitru ta’ suspensjoni fih 150 mg olanzapine.

ZYPADHERA 405 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod Kull kunjett fih olanzapine pamoate monohydrate ekwivalenti għal 210 mg olanzapine. Wara r- rikostituzzjoni kull millilitru ta’ suspensjoni fih 150 mg olanzapine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara taqsima 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod

Trab: solidu isfar

Solvent: soluzzjoni ċara, bla kulur tagħti ftit fl-isfar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ manteniment f’pazjenti adulti bi skiżofrenja li kienu stabbli b’mod suffiċjenti waqt kura akuta b’olanzapine meħuda b’mod orali.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

ZYPADHERA 210 mg, 300mg jew 405 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod m’għandux jitfixkel ma’ olanzapine 10 mg trab għal soluzzjoni għall- injezzjoni.

Pożoloġija

Fil-bidu, il-pazjenti għandhom jiġu kkurati b’olanzapine mill-ħalq qabel ma jingħata ZYPADHERA, sabiex tiġi stabbilita t-tollerabbiltà u r-rispons.

Sabiex tiġi identifikata l-ewwel doża ta’ ZYPADHERA fil-pazjenti kollha għandha tiġi kkunsidrata l-iskema f’Tabella 1.

Tabella 1 Skema ta’ doża rrakkomandata bejn olanzapine mill-ħalq u ZYPADHERA

Doża mira ta’

Doża tal-bidu rrakkomanadata ta’

Doża ta’ manteniment wara xahrejn kura

olanzapine mill-ħalq

ZYPADHERA

b’ZYPADHERA

10 mg/jum

210 mg/ġimagħtejn jew 405 mg/4

150 mg/ġimagħtejn jew 300 mg/4 ġimgħat

 

ġimgħat

 

15 mg/jum

300 mg/ġimagħtejn

210 mg/ġimagħtejn jew 405 mg/4 ġimgħat

20 mg/jum

300 mg/ġimagħtejn

300 mg/ġimagħtejn

Aġġustament tad-doża

Il-pazjenti għandhom jiġu osservati bir-reqqa għal sinjali ta’ rikaduta matul l-ewwel xahar sa xahrejn ta’ kura. Titjib fil-kundizzjoni klinika tal-pazjent b’kura ta’ antipsikotoċi jista’ jieħu minn ħafna ġranet sa ftit ġimgħat. Il-pazjenti għandhom jiġu osservati mill- qrib f’dan il-perijodu. Matul il-kura, id-dożaġġ jista’ jiġi sussegwentement aġġustat fuq il-bażi ta’ l-istat kliniku individwali. Wara rivalutazzjoni klinika d-doża tista’ tiġi aġġustata f’skala ta’ bejn 150 mg sa 300 mg kull ġimagħtejn jew 300 sa 405 mg kull 4 ġimgħat. (Tabella 1)

Tisħiħ

It-tisħiħ b’olanzapine mill-ħalq ma ġiex awtorizzat fi studji kliniċi tat-tip double-blind. Jekk it-tisħiħ b’olanzapine mill-ħalq huwa klinikament indikat, id-doża totali kkombinata ta’ olanzapine miż-żewġ formulazzjonijiet m’għandiex tkun aktar mid-doża massima analoga ta’ olanzapine mill-ħalq li hi 20 mg/jum.

Bdil għal prodotti mediċinali antipsikotiċi oħra

M’hemmx tagħrif miġbur b’mod sistematiku li jindirizza speċifikament il-bdil ta’ pazjenti minn ZYPADHERA għal prodotti mediċinali antipsikotici oħra. Minħabba t-taħlil bil-mod tal-melħ olanzapine pamoate li jerħi olanzapine bil-mod u b’mod kontinwu u komplet f’madwar sitt sa tmien xhur wara l-aħħar injezzjoni, tinħtieġ is-superviżjoni ta’ tabib, speċjalment matul l-ewwel xahrejn wara t-twaqqif ta’ ZYPADHERA, meta jsir il-bdil għal prodott antipsikotiku ieħor u meta jiġi kkunsidrat bżonjuż mil-lat mediku.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

ZYPADHERA ma ġiex studjat b’mod sistematiku f’pazjenti anzjani (> 65 sena). ZYPADHERA mhux irrakkomandat għall-kura fil-popolazzjoni anzjana sakemm ma tkunx ġiet stabbilita rutina ta’ doża effettiva u ttollerata sew b’olanzapine mill-ħalq. Doża tal-bidu aktar baxxa (150 mg/4

ġimgħat) mhijiex regolarment indikata, iżda għandha tiġi kkunsidrata għal dawk li għandhom 65 sena u fuqhom meta l-fatturi kliniċi jiġġustifikaw dan. ZYPADHERA mhux irrakkomandat li jinbeda f’pazjenti ta’ > 75 sena (ara taqsima 4.4).

Indeboliment tal-kliewi u/jew tal-fwied

Sakemm ma tkunx ġiet stabbilita rutina ta’ doża ttollerata sew u effettiva b’olanzapine mill-ħalq, ZYPADHERA m’għandux jintuża. F’dawn il-pazjenti doża tal-bidu aktar baxxa (150 mg kull 4 gimgħat) għandha tiġi kkunsidrata. F’każi ta’ insuffiċjenza epatika moderata (ċirrożi, Child-Pugh Klassi A jew B), id-doża tal-bidu għandha tkun ta’ 150 mg kull 4 ġimgħat u tiżdied biss b’kawtela.

Min ipejjep

Id-doża tal-bidu u l-iskala tad-doża m’għandhomx għalfejn jinbidlu regolarment għal dawk li ma jpejpux ikkomparati ma’ dawk li jpejpu. It-tipjip jista’ jistimula l-metaboliżmu ta’ olanzapine. Huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ kliniku u tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine (ara taqsima 4.5).

Meta jkun hemm aktar minn fattur wieħed li jista’ jirriżulta f’metaboliżmu aktar bil-mod (sess femminili, età ġerjatrika, individwu li ma jpejjipx), għandha tingħata kunsiderazzjoni biex titnaqqas id-doża. Żieda fid-doża, meta indikata, għandha ssir b’kawtela f’dawn il-pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ ZYPADHERA fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Tagħrif disponibbli s’issa huwa deskritt f’taqsimiet 4.8 u 5.1 iżda ma tista’ ssir ebda rakkomandazzjoni dwar pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

GĦALL-UŻU GĦAL ĠOL-MUSKOLI BISS. TAGĦTIX ĠOL-VINI JEW TAĦT IL-

ĠILDA.

(Ara taqsima 4.4)

ZYPADHERA għandu jingħata biss b’injezzjoni fil-fond ġol-muskoli glutejali minn professjonist tal-kura tas-saħħa mħarreġ fit-teknika adattata ta’ l-injezzjoni u f’lok fejn jistgħu jiġu assigurati l- osservazzjoni wara l-injezzjoni u l-aċċess għal kura medika xierqa f’każ ta’ doża eċċessiva.

Wara kull injezzjoni, il-pazjenti għandhom jiġu osservati f’faċilità tal-kura tas-saħħa għal mill- anqas 3 sigħat għal sinjali u sintomi konsistenti ma’ doża eċċessiva ta’ olanzapine minn personal ikkwalifikat b’mod xieraq. Eżatt qabel ma jitlaq mill-faċilità tal-kura tas-saħħa, għandu jiġi kkonfermat li l-pazjent ikun jaf x’inhu jagħmel, jaf fejn jinsab u mingħajr ebda sinjali u sintomi ta’ doża eċċessiva. Jekk tiġi ssuspettata doża eċċessiva, għandhom jitkomplew mill-qrib is- superviżjoni medika u l-monitoraġġ sakemm l-eżami jindika li s-sinjali u s-sintomi ġew solvuti

(ara taqsima 4.4). Il-perijodu ta’ osservazzjoni ta’ 3 sigħat għandu jkun estiż skont kemm ikun klinikament bżonnjuż f’dawk il-pazjenti li juru sinjali jew sintomi konsistenti ma’ doża eċċessiva ta’ olanzapine.

Għall-istruzzjonijiet dwar l-użu, ara taqsima 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittivita' eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fit-taqsima 6.1.

Pazjenti b’riskju magħruf ta’ glawkoma ta’ angolu dejjaq.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta tiġi applikata t-teknika adattata ta’ l-injezzjoni sabiex tiġi evitata injezzjoni involontarja intravaskulari jew taħt il-ġilda (ara taqsima 6.6).

Użu f’pazjenti li huma fi stat ta’ aġitazzjoni akuta jew ta’ psikożi severa.

ZYPADHERA m’għandux jintuża għall-kura ta’ pazjenti bi skiżofrenja li qegħdin fi stat ta’ aġitazzjoni akuta jew ta’ psikożi severa u li jkollhom bżonn ta’ kura immedjata tas-sintomi.

Sindromu ta’ wara l-injezzjoni

Fi studji klinici qabel it-tqegħid fis-suq, ġew irrapportati reazzjonijiet li ppreżentaw b’sinjali u sintomi konsistenti ma’ doża eċċessiva ta’ olanzapine f’pazjenti wara li ħadu injezzjoni ta’

ZYPADHERA. Dawn ir-reazzjonijiet seħħew f’< 0.1% ta’ l-injezzjonijiet u f’madwar 2 % tal- pazjenti. Ħafna minn dawn il-pazjenti żviluppaw sintomi ta’ sedazzjoni (li jvarjaw minn ħfief fis- severità sa koma) u/jew delirju (inklużi konfużjoni, diżorjentament, aġitazzjoni, ansjetà u indeboliment konoxxittiv ieħor). Sintomi oħra li ġew innutati jinkludu sintomi ekstrapiramidali, disartrija, atassja, aggressjoni, sturdament, debbulizza, pressjoni għolja jew possibiltà ta’ konvulsjoni. F’ħafna każijiet, sinjali u sintomi inizjali relatati ma’ din ir-reazzjoni dehru fi żmien siegħa wara l-injezzjoni, u fil-każijiet kollha ġie rrapportat li f’24 – 72 siegħa wara l-injezzjoni kien hemm irkuprar komplet. Il-potenzjal ta’ bidu ta’ ġrajja naqas wara siegħa. Reazzjonijiet seħħew rari (< 1 f’1,000 injezzjoni) bejn siegħa u 3 sigħat, u rari ħafna (< 1 f’10,000 injezzjoni) wara 3 sigħat. Il-pazjenti għandhom jiġu avżati b’dan ir-riskju potenzjali u l-ħtieġa li jkunu osservati għal 3 sigħat f’faċilità tal-kura tas-saħħa kull darba li jingħataw ZYPADHERA. Ir- rapporti ta’ wara t-tqiegħed fis-suq dwar is-sindromu ta’ wara l-injezzjoni minn meta ngħatat l- awtorizzazzjoni għat-tqiegħed fis-suq ta’ ZYPADHERA huma fil-parti l-kbira konsistenti mal- esperjenza li kien hemm fl-istudji kliniċi.

Wara kull injezzjoni, il-pazjenti għandhom jiġu osservati minn personal ikkwalifikat għal mill- anqas 3 sigħat f’faċilità tal-kura tas-saħħa għal sinjali u sintomi konsistenti ma’ doża eċċessiva ta’ olanzapine.

Eżatt qabel ma jitlaq mill-faċilità tal-kura tas-saħħa, għandu jiġi kkonfermat li l-pazjent jaf x’inhu jagħmel, jaf fejn jinsab u mingħajr ebda sinjali u sintomi ta’ doża eċċessiva. Jekk tkun issuspettata doża eċċessiva, għandhom jitkomplew mill-qrib is-superviżjoni medika u l- monitoraġġ sakemm l-eżami jindika li s-sinjali u s-sintomi ġew solvuti. Il-perijodu ta’ osservazzjoni ta’ 3 sigħat għandu jkun estiż skont kemm ikun klinikament bżonnjuż f’dawk il- pazjenti li juru sinjali jew sintomi konsistenti ma’ doża eċċessiva ta’ olanzapine.

Għall-bqija tal-ġurnata wara l-injezzjoni, il-pazjenti għandhom jingħataw parir li joqgħodu attenti għas-sinjali u s-sintomi ta’ doża eċċessiva sekondarja għal reazzjonijiet avversi ta’ wara l- injezzjoni, ikunu kapaċi jitolbu għall-għajnuna jekk meħtieġ u m’għandhomx isuqu jew iħaddmu magni (ara taqsima 4.7).

Jekk benzodiazepines permezz ta’ injezzjoni jkunu essenzjali għall-immaniġġar ta’ reazzjonijiet avversi ta’ wara l-injezzjoni, huwa rrakkomandat li ssir valutazzjoni bir-reqqa ta’ l-istat kliniku għal sedazzjoni eċċessiva u depressjoni kardjorespiratorja. (ara taqsima 4.5)

Reazzjonijiet avversi relatati mas-sit ta’ l-injezzjoni

Ir-reazzjoni avversa relatata mas-sit ta’ l-injezzjoni li ġiet irrapportata b’mod l-aktar komuni kienet l-uġigħ. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet li ġew irrapportati kienu “ħfief” sa

“moderati” fil-qawwa. F’każ li sseħħ reazzjoni avversa relatata mas-sit ta’ l-injezzjoni, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu kkontrollati dawn il-ġrajjiet. (ara taqsima 4.8)

Psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fl-imġiba

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fl-imġiba minħabba żieda fil-mortalità u r-riskju ta’ puplesija. Fi studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li damu minn 6 sa 12-il ġimgħa) f’pazjenti anzjani (età medja ta’ 78 sena) li kellhom psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fl-imġiba, kien hemm żieda doppja fl-inċidenza ta’ mwiet fil-pazjenti kkurati b’olanzapine mill-ħalq meta mqabbla ma’ pazjenti kkurati bil-plaċebo (3.5% kontra 1.5%, rispettivament). L-inċidenza ogħla ta’ mwiet ma ġietx assoċjata mad-doża ta’ olanzapine (doża medja kuljum ta’ 4.4 mg) jew it-tul ta’ żmien tal-kura. Il-fatturi ta’ riskju li jistgħu jippredisponu dan il-grupp ta’ pazjenti għal żieda fil-mortalità jinkludu l-età ta’ > 65 sena, id-disfaġja, is-sedazzjoni, il-malnutriment u d-deidrazzjoni, kundizzjonijiet tal-pulmun (eż. pulmonite, bl-aspirazzjoni jew mingħajrha), jew l-użu konkomitanti ta’ benzodiazepines. Madanakollu, l-inċidenza ta’ mwiet kienet ogħla f’dawk ikkurati b’olanzapine mill-ħalq minn dawk il-pazjenti kkurati bil-plaċebo, indipendentement minn dawn il-fatturi ta’ riskju.

Fl-istess studji kliniċi, ġew irrapportati reazzjonijiet avversi ċerebrovaskulari (CVAE eż. puplesija, attakki iskemiċi temporanji) inkluż l-imwiet. Kien hemm żieda ta’ 3 darbiet aktar ta’ CVAE f’pazjenti kkurati b’olanzapine mill-ħalq, meta mqabbla ma’ pazjenti kkurati bil-plaċebo

(1.3% kontra 0.4%, rispettivament). Il-pazjenti kollha kkurati b’olanzapine mill-ħalq u l-plaċebo, li kellhom ġrajja avversa ċerebrovaskulari, kellhom il-fatturi ta’ riskju minn qabel. L-età ta’ > 75 sena u d-demenzja vaskulari/imħallta kienu identifikati bħala fatturi ta’ riskju għal CVAE f’assoċjazzjoni ma’ kura b’olanzapine. L-effikaċja ta’ olanzapine ma ġietx stabbilita f’dawn l- istudji.

Marda ta’ Parkinson

Mhux irrakkomandat l-użu ta’ olanzapine fil-kura tal-psikożi assoċjata ma’ l-agonisti ta’ dopamine f’pazjenti li għandhom il-marda ta’ Parkinson. Fi studji kliniċi, ġie rrappurtat b’mod komuni ħafna u aktar ta’ spiss li s-sintomatoloġija ta’ Parkinson u l-alluċinazzjonijiet imorru għall-agħar aktar milli bil-plaċebo (ara taqsima 4.8), u olanzapine mill-ħalq ma kienx aktar effettiv mill-plaċebo fil-kura tas-sintomi psikotiċi. F’dawn l-istudji, il-pazjenti inizjalment kellhom ikunu stabblizzati fuq id-doża l-aktar baxxa u effettiva ta’ prodotti mediċinali kontra l-

Parkinson (agonist ta’ dopamine) u jibqgħu fuq l-istess dożi u prodotti mediċinali kontra l- Parkinson matul l-istudju. Olanzapine mill-ħalq inbeda b’2.5 mg/jum u żdied bil-mod għall- massimu ta’ 15 mg/jum fuq il-bażi tal-ġudizzju tar-riċerkatur.

Sindromu Newrolettiku Malinn (NMS)

NMS huwa kundizzjoni potenzjalment fatali assoċjat ma’ prodotti mediċinali antipsikotiċi. Każijiet rari li ġew irrappurtati bħala NMS kienu rrappurtati wkoll f'assoċjazzjoni ma’ olanzapine mill-ħalq. Il-manifestazzjonijiet kliniċi ta’ NMS huma deni għoli, ebusija tal-muskoli, stat mentali mibdul, u evidenza ta’ instabbilità awtonomika (polz jew pressjoni tad-demm irregolari, takikardija, dijaforeżi, u taħbit tal-qalb irregolari). Sinjali oħra jistgħu jinkludu creatine phosphokinase elevat, mijoglobina fl-urina (rabdomajoliżi) u indeboliment akut tal-kliewi. Jekk pazjent jiżviluppa sinjali u sintomi ta’ NMS, jew ikollu deni għoli bla ebda spjegazzjoni mingħajr manifestazzjonijiet kliniċi oħra ta’ NMS, għandhom jitwaqqfu l-mediċini antipsikotiċi kollha, inkluż olanzapine.

Zokkor għoli fid-demm u dijabete

Zokkor għoli fid-demm u/jew żvilupp jew iggravar tad-dijabete xi kultant assoċjati ma’ ketoaċidożi jew koma kienu rrappurtati b’mod mhux komuni, inklużi xi każijiet fatali (ara taqsima 4.8). F’xi każijiet, ġiet irrapurtata żieda fil-piż tal-ġisem li tista’ tkun fattur ta’ predisposizzjoni. Skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna, huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku xieraq ez. il-livell tal-glukosju fid-demm jittieħed fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad darba fis-sena. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż ZYPADHERA, għandhom ikunu taħt osservazzjoni għal sinjali u sintomi ta’ ipergliċemija (bħal polidipsja, polijurja, polifaġja u debbulizza) u pazjenti bid-dijabete mellitus jew li għandhom fatturi ta' riskju għad-dijabete mellitus għandhom jiġu segwiti b’mod regolari f’każ li l-kontroll tal-glukosju jmur għall-agħar.Il-piż għandu jiġi ċċekkjat b’mod regolari eż. fil- linja bażi, 4, 8 u 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 3 xhur.

Tibdil fil-livelli tax-xaħmijiet

Fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo, ġie osservat tibdil mhux mixtieq fil-livell tax-xaħmijiet f’pazjenti kkurati b’olanzapine (ara taqsima 4.8 ). Tibdil fil-livell tax-xaħmijiet għandu jiġi kkontrollat b’mod klinikamet xieraq speċjalment f’pazjenti b’ammonti mhux normali ta’ xaħmijiet fid-demm u f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ disturbi fix- xaħmijiet. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż ZYPADHERA, għandhom jiġu ċċekkjati b’mod regolari għal-lipidi skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna eż. fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 5 snin.

Attività antikolinerġika

Waqt li olanzapine wera attività antikolinerġika in vitro, esperjenza waqt l-istudji kliniċi wriet inċidenza baxxa ta’ ġrajjiet relatati. Madanakollu, minħabba li esperjenza klinika b’olanzapine f’pazjenti b’mard konkomitanti hija limitata, għandha tittieħed kawtela meta jinkiteb għall- pazjenti b’ipertrofija tal-prostata, jew b’ileus paralitiku u kundizzjonijiet relatati.

Funzjoni tal-fwied

Livelli għolja ta’ aminotransferases tal-fwied, ALT, AST, temporanji u mingħajr sintomi kienu komuni, speċjalment fil-bidu tal-kura. Għandha tittieħed kawtela u jiġu organizzati viżti regolari mat-tabib f’pazjenti b’livelli għolja ta’ ALT u/jew AST, f’pazjenti b’sinjali u sintomi ta’ indeboliment tal-fwied, f’pazjenti b’kundizzjonijiet li kienu hemm minn qabel u huma assoċjati ma’ riżerva funzjonali limitata tal-fwied, u f’pazjenti li qed ikunu kkurati b’mediċini potenzjalment tossiċi għall-fwied. F’każijiet fejn saret dijanjosi ta’ l-epatite (inkluż ħsara fil- fwied tat-tip epatoċellulari, kolestatiku jew imħallta), il-kura b’olanzapine għandha titwaqqaf.

Newtropenja

Għandha tittieħed kawtela f’pazjenti li għal xi raġuni għandhom l-għadd ta’ lewkoċiti u/jew newtrofili baxx, f’pazjenti li qed jieħdu xi mediċini li huma magħrufa li jikkawżaw in- newtropenja, f’pazjenti b’passat ta’ tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun jew tossiċità tal-mudullun ikkaġunati minn xi mediċina, f’pazjenti b’tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun ikkaġunat minn mard konkomitanti, terapija bir-raġġi jew kimoterapija u f’pazjenti b’kundizzjonijiet b’numru għoli ta’ ċelluli eosinofili jew b’xi mard majeloproliferattiva. In-newtropenja kienet irrappurtata b’mod komuni meta olanzapine u valproate intużaw flimkien (ara taqsima 4.8).

Twaqqif tal-kura

Sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, dardir, jew rimettar ġew irrappurtati b’mod rari ( ≥ 0.01% u < 0.1%) meta olanzapine mill-ħalq twaqqaf f’daqqa.

L-Intervall QT

Fi studji kliniċi b’olanzapine mill-ħalq, żidiet fil-QTc li kienu klinikament sinifikanti (korrezzjoni fil-QT skont Fridericia [QTcF] > 500 millisekondi [msek] f’kwalunkwe ħin wara l-kejl tal-valur bażilari f’pazjenti b’valur bażilari ta’ QTcF < 500 msek) ma kienux komuni (0.1% sa 1%) f’pazjenti kkurati b’olanzapine, b’ebda differenza sinfikattiva fl-avvenimenti kardijaċi assoċjati meta mqabbla ma’ plaċebo. Fi studji kliniċi b’olanzapine trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew ZYPADHERA, olanzapine ma kienx assoċjat ma’ żieda persistenti fil-QT assolut jew fl-intervalli QTc. Madanakollu, għandha tittieħed kawtela meta olanzapine jinkiteb ma’ mediċini oħra li huma magħrufa li jżidu l-intervall QTc, speċjalment fl-anzjani, f’pazjenti b’sindromu konġenitali ta’ QT twil, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, ipertrofija tal-qalb, potassju baxx fid-demm jew manjesju baxx fid-demm.

Tromboemboliżmu

B’mod mhux komuni (≥ 0.1% u < 1%) ġiet irrapportata assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine u t-tromboemboliżmu fil-vini. Relazzjoni każwali bejn l-okkorrenza ta’ tromboemboliżmu fil-vini u l-kura b’olanzapine ma ġietx stabbilita. Madanakollu, peress li pazjenti bi skiżofrenja ħafna drabi jippreżentaw b’fatturi ta’ riskju akkwiżiti għat- tromboemboliżmu fil-vini, il-fatturi possibbli kollha ta’ riskju ta’ VTE eż. l-immobbilizzazzjoni tal-pazjenti, għandhom jiġu identifikati u jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni.

Attività tas-CNS ġenerali

Minħabba l-effetti primarji ta’ olanzapine fuq is-CNS għandha tittieħed kawtela meta jintuża flimkien ma’ mediċini oħra li jaġixxu ċentralment u meta jittieħed ma’ l-alkoħol. Minħabba li in vitro jikkaġuna antagoniżmu ma’ dopamine, olanzapine jista’ jantagonizza l-effetti diretti u indiretti ta’ l-agonisti ta’ dopamine.

Aċċessjonijiet

Olanzapine għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li għandhom passat ta’ aċċessjonijiet jew li huma suġġetti għall-fatturi li jistgħu jbaxxu l-limitu għall-aċċessjonijiet. Aċċessjonijiet ġew irrapportati li seħħew b’mod mhux komuni f'pazjenti ttrattati b'olanzapine. Fil-maġġoranza ta’ dawn il- każijiet, passat ta’ aċċessjonijiet jew fatturi ta’ riskju għal aċċessjonijiet kienu rrappurtati.

Diskajneżja tardiva

Fi studji komparattivi li damu sena jew anqas, olanzapine kien assoċjat ma’ inċidenza mnaqqsa ta’ diskajneżja minħabba l-kura, b’mod statistikament sinifikanti. Madanakollu, ir-riskju ta’ diskajneżja tardiva jiżdied b’espożizzjoni għal żmien twil, u għalhekk jekk jidhru s-sinjali jew is- sintomi ta’ diskajneżja tardiva f’pazjenti li qed jieħdu olanzapine, għandu jiġi kkunsidrat it- tnaqqis fid-doża jew il-waqfien. Dawn is-sintomi jistgħu jiżdiedu biż-żmien kif ukoll joħorġu wara li titwaqqaf il-kura.

Pressjoni baxxa mal-waqfien

Pressjoni baxxa mal-waqfien ma ġietx osservata ta’ spiss fl-anzjani fi studji kliniċi ta’ olanzapine. Huwa rrakkomandat li l-pressjoni tad-demm tkun meħuda perjodikament f’pazjenti ’l fuq minn

65 sena.

Mewta kardijaka għal għarrieda

F’rapporti dwar olanzapine li saru wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġie rrapportat l-avveniment ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti li kienu qed jieħdu olanzapine. F’studju retrospettiv ta’ osservazzjoni f’grupp ta’ pazjenti b’karatteristiċi simili, ir-riskju tal-possibbiltà ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti kkurati b’olanzapine kien madwar darbtejn ir-riskju

f’pazjenti li ma kinux qed jużaw l-antipsikotiċi. Fl-istudju, ir-riskju ta’ olanzapine kien simili għar-riskju minn antipsikotiċi atipiċi li kienu inklużi f’analiżi minn numru ta’ studji.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fil-kura tat-tfal u adolexxenti. Studji f’pazjenti bejn it-13 u s- 17-il sena wrew reazzjonijiet avversi varji, fosthom żieda fil-piż, tibdil fil-parametri metaboliċi u żieda fil-livelli ta’ prolactin (ara taqsimiet 4.8 u 5.1).

Użu f’pazjenti anzjani (> 75sena)

M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ ZYPADHERA f’pazjenti > 75 sena. Minħabba l-modifikazzjoni fil-bijokimika u l-fiżjoloġija u t-tnaqqis fil-massa muskolari, din il-formulazzjoni mhijiex irrakkomandata li tinbeda f’dan is-sottogrupp ta’ pazjenti.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni saru biss fl-adulti.

Għandha tittieħed il-kawtela f’pazjenti li jieħdu prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw il- pressjoni baxxa jew is-sedazzjoni.

Interazzjonijiet possibbli li jistgħu jaffettwaw olanzapine

Billi olanzapine jiġi mmetabolizzat permezz ta’ CYP1A2, sustanzi li jistgħu b’mod speċifiku jikkaġunaw jew jimpedixxu din l-isoenzima jistgħu jaffettwaw il-farmakokinetika ta’ olanzapine.

Stimulazzjoni ta’ CYP1A2

It-tipjip u carbamazepine jistgħu jistimulaw l-metaboliżmu ta’olanzapine, li jista’ jwassal għal tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ olanzapine. Ġiet osservata żieda żgħira sa moderata biss fit- tneħħija ta’ olanzapine. Il-konsegwenzi kliniċi x’aktarx huma limitati, iżda l-osservazzjoni klinika hija rrakkomandata u tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine jekk meħtieġ (ara taqsima 4.2).

Inibizzjoni ta’ CYP1A2

Ġie muri li fluvoxamine, inibitur speċifiku ta’ CYP1A2, jimpedixxi b’mod sinifikanti l- metaboliżmu ta’ olanzapine. Iż-żieda medja f’olanzapine Cmax wara t-teħid ta’ fluvoxamine kienet ta’ 54% fin-nisa li ma jpejpux u ta’ 77% fl-irġiel li jpejpu. Iż-żieda medja fl-AUC ta’ olanzapine kienet ta’ 52% u 108% rispettivament. Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa ta’ olanzapine f’pazjenti li qed jużaw fluvoxamine jew xi inibituri oħra ta’ CYP1A2, bħal ciprofloxacin. Għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża ta’ olanzapine jekk tinbeda kura b’inibitur ta’ CYP1A2.

Fluoxetine (inibitur ta’ CYP2D6), dożi b’waħda ta’ antaċidi (aluminju, manjesju) jew cimetidine ma nstabux li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-farmakokinetika ta’ olanzapine.

Il-potenzjal ta’ olanzapine li jaffettwa prodotti mediċinali oħra

Olanzapine jista’ jantagonizza l-effetti ta’ l-agonisti diretti jew indiretti ta’ dopamine.

Olanzapine ma jimpedixxix l-isoenzimi CYP450 prinċipali in vitro (eż. 1A2, 2D6, 2C9, 2C19, 3A4). Għalhekk, mhux mistenni li jseħħ xi effett partikolari ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku ta’ olanzapine kif ivverifikat minn studji in vivo fejn ma nstabet ebda inibizzjoni tal-metaboliżmu tas-sustanzi attivi li ġejjin: antidepressiv triċikliku (li jirrapreżenta l-

aktar is-sensiela ta’ reazzjonijiet ta’ CYP2D6), warfarin (CYP2C9), theophylline (CYP1A2) jew diazepam (CYP3A4 u 2C19).

Olanzapine ma wera ebda effett farmaċewtiku fuq lithium jew biperiden meta ngħata flimkien magħhom.

Il-monitoraġġ terapewtiku tal-livelli ta’ valproate fil-plażma ma indikax li aġġustament fid- dożaġġ ta’ valproate huwa meħtieġ wara l-introduzzjoni ta’ olanzapine fl-istess waqt.

Attività ġenerali ta’ CNS

Għandha tittieħed kawtela f’pazjenti li jieħdu l-alkoħol jew prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali.

Mhux irrakkomandat l-użu konkomitanti ta’ olanzapine ma’ prodotti mediċinali kontra l- Parkinson f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson u d-demenzja (ara taqsima 4.4).

L-Intervall QTc

Għandha tintuża l-kawtela jekk olanzapine qiegħed jingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali magħrufa li jtawlu l-intervall QTc (ara taqsima 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemm l-ebda studju adegwat u kkontrollat tajjeb f’nisa waqt it-tqala. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jgħarrfu lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal jew jekk qed jippjanaw li jinqabdu tqal waqt il-kura b’olanzapine. Madanakollu, minħabba li l-esperjenza fil-bniedem hija limitata, olanzapine għandu jintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċju potenzjali jiġġustifika r- riskju potenzjali fuq il-fetu.

Trabi tat-twelid esposti għal antipsikotiċi (inkluż aripiprazole) matul it-tielet trimestru tat-tqala huma f’riskju ta’ reazzjonijiet avversi inkluż sintomi ekstrapiramidali u/jew ta’ rtirar li jistgħu jvarjaw fis-serjetà u f’kemm idumu wara l-għoti. Kien hemm rapporti ta’ aġitazzjoni, ipertonja, ipotonja, rogħda, ħedla, skumdità respiratorja, jew disturb fit-tmigħ. Konsegwentament, trabi tat- twelid għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni.

Treddigħ

Fi studju ta’ olanzapine mill-ħalq f’nisa b’saħħithom li qed ireddgħu, olanzapine ħareġ fil-ħalib tas-sider. L-espożizzjoni medja tat-tarbija (mg/kg) f’steady-state ġie stmat li kienet 1.8% tad-doża ta’ olanzapine fl-omm (mg/kg). Pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jreddawx tarbija jekk qed jieħdu olanzapine.

Fertilità

L-effetti fuq il-fertilità mhumiex magħrufa (ara taqsima 5.3 għal tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Minħabba li olanzapine jista’ jikkawża sonnolenza u sturdament, il-pazjenti għandhom jiġu avżati dwar l-użu ta’ magni, inklużi l-karozzi.

Il-pazjenti għandhom jingħataw parir li ma jsuqux jew iħaddmu magni għall-bqija tal-ġurnata wara kull injezzjoni minħabba l-possibiltà li jkun hemm avveniment ta’ sindromu ta’ wara l- injezzjoni li jwassal għal sintomi konsistenti ma’ doża eċċessiva ta’ olanzapine (ara taqsima 4.4).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Reazzjonijiet avversi li dehru b’olanzapine pamoate

Reazzjonijiet ta’ sindromu ta’ wara l-injezzjoni li jwasslu għal sintomi konsistenti ma’ doża eċċessiva ta’ olanzapine (ara taqsimiet 4.2 u 4.4) seħħew b’ZYPADHERA. Fost is-sinjali u s- sintomi kliniċi nsibu sintomi ta’ sedazzjoni (li jvarjaw minn ħfief fis-severità sa koma) u/jew delirju (inklużi konfużjoni, diżorjentament, aġitazzjoni, ansjetà u indeboliment konoxxittiv ieħor). Sintomi oħra li ġew innutati jinkludu sintomi ekstrapiramidali, disartrija, atassja, aggressjoni, sturdament, debbulizza, pressjoni għolja jew possibiltà ta’ konvulsjoni.

Reazzjonijiet avversi oħra li ġew osservati f’pazjenti kkurati b’ZYPADHERA kienu simili għal dawk innutati b’olanzapine mill-ħalq. Fi studji kliniċi b’ZYPADHERA, is-sedazzjoni kienet l- unika reazzjoni avversa rrapportata b’rata ogħla b’mod statistikament sinifikanti fil-grupp ta’ ZYPADHERA milli fil-grupp tal-plaċebo (ZYPADHERA 8.2%, plaċebo 2.0%). Fil-pazjenti kollha kkurati b’ZYPADHERA, is-sedazzjoni ġiet irrapportata minn 4.7% tal-pazjenti.

Fi studji kliniċi b’ZYPADHERA l-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi relatati mas-sit ta’ l- injezzjoni kien madwar 8%. L-aktar reazzjoni avversa li ġiet rrapportata b’mod komuni relatata mas-sit ta’ l-injezzjoni kien l-uġigħ (5%); xi reazzjonijiet avversi oħra relatati mas-sit ta’ l- injezzjoni li ġew irrapportati kienu (b’frekwenza li tonqos): reazzjonijiet tat-tip nodulari, reazzjonijiet tat-tip eritemiku, reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni li mhumiex speċifiċi, irritazzjonijiet, reazzjonijiet tat-tip edimiku, tbenġil, emorraġija u anesteżija. Dawn l-avvenimenti seħħew f’madwar 0.1 sa 1.1 % tal-pazjenti.

Meta ġie analizzat it-tagħrif dwar is-sigurtà minn provi kliniċi u minn rapporti spontanji wara li l- prodott tqiegħed fis-suq, axxess fis-sit tal-injezzjoni kien irrapportat b’mod rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000).

Reazzjonijiet avversi li dehru b’olanzapine

L-effetti mhux mixtieqa ta’ hawn taħt ġew osservati wara li ngħata olanzapine.

Adulti

Fi studji kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b'mod frekwenti (jidhru f'> 1% tal- pazjenti) u li huma assoċjati ma' l-użu ta' l-olanzapine kienu sonnolenza, żieda fil-piż, eosinofilja, livelli għolja ta' prolactin, kolesterol, glucose u trigliċeridi (ara taqsima 4.4), glukosurja, żieda fl- aptit, sturdament, akatiżja, parkinsoniżmu, lewkopenija, newtropenija (ara taqsima 4.4), diskineżja, pressjoni baxxa mal-waqfien, effetti antikolinerġiċi, żieda fil-livelli tal- aminotransferases tal-fwied li ma jurux sintomi u li huma momentanji (ara taqsima 4.4), raxx, astenja, għeja, deni, artralġja, żieda fil-livell tal-alkaline phophatase, livell għoli ta’ gamma glutamyltransferase, livell għoli ta’ aċtu uriku, livell għoli ta’ creatine phosphokinase u edima.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Fit-tabella li ġejja huma mniżżla r-reazzjonijiet avversi u t-testijiet tal-laboratorju osservati minn rapporti magħmula b’mod spontanju u minn studji kliniċi. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni

ħafna ( > 1/10), komuni ( > 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( > 1/1,000 sa < 1/100), rari ( > 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna ( < 1/10,000), mhux magħruf (ma jistgħux jiġu stmati mill- informazzjoni li hemm disponibbli).

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

 

 

 

 

Eosinofilja

 

Tromboċitopenija11

 

 

Lewkopenija10

 

 

 

 

Newtropenija10

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

 

 

Sensittività

 

 

 

 

eċċessiva11

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

 

 

Żieda fil-piż1

Livelli għolja ta'

Żvilupp jew aggravar

Ipotermija12

 

 

kolesterol2,3

tad-dijabete, xi

 

 

 

Livelli għolja ta'

kultant assoċjata ma’

 

 

 

glucose4

ketoaċidożi jew

 

 

 

Livelli għolja ta'

koma inklużi xi

 

 

 

trigliċeridi2,5

każijiet fatali (ara

 

 

 

Glikosurja

taqsima 4.4)11

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

 

 

Sonnolenza

Sturdament

Aċċessjonijiet li fil-

Sindromu

 

 

Akatizja6

maġġoranza tagħhom

Newrolettiku

 

 

Parkinsoniżmu6

kien rrappurtat passat

Malinn (ara

 

 

Diskineżja6

mediku ta'

taqsima 4.4)12

 

 

 

aċċessjonijiet jew

Sintomi ta' twaqqif

 

 

 

fatturi tar-riskju

tal-kura7,12

 

 

 

għall- aċċessjonijiet11

 

 

 

 

Distonja (tinkludi

 

 

 

 

okuloġirazzjoni)11

 

 

 

 

Diskineżja tardiva11

 

 

 

 

Amnesija9

 

 

 

 

Disartrja

 

 

 

 

Sindrome ta’

 

 

 

 

Saqajn Irrekwieti

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

 

 

 

Bradikardija

Takikardija/

 

 

 

QTc imtawwal (ara

fibrillazzjoni

 

 

 

taqsima 4.4)

ventrikulari,

 

 

 

 

mewt għall-

 

 

 

 

għarrieda (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)11

 

Disturbi vaskulari

 

 

 

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

Pressjoni baxxa mal-

 

Tromboemboliżmu

 

 

waqfien10

 

(inkluż l-emboliżmu

 

 

 

 

pulmonari u t-

 

 

 

 

trombożi tal-vini fil-

 

 

 

 

fond) (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

 

 

 

 

 

Epistassi9

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

 

 

 

 

Effetti antikolinerġiċi

Nefħa fl-addome9

Pankreatite11

 

 

ħfief u li jgħaddu

 

 

 

 

malajr inklużi

 

 

 

 

stitikezza u ħalq xott

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

 

 

 

Żieda ta'

 

Epatite (inkluż

 

 

aminotransferases tal-

 

mard tal-fwied tat-

 

 

fwied (ALT, AST) bla

 

tip epatoċellulari,

 

 

sintomi u li tgħaddi

 

kolestatiku jew tat-

 

 

malajr, speċjalmet fil-

 

tnejn flimkien)11

 

 

bidu tal-kura (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta' taħt il-ġilda

 

 

 

 

Raxx

Reazzjoni ta'

 

Reazzjoni għall-

 

 

fotosensittività

 

Mediċina b’Eosinofilja

 

 

Alopeċja

 

u Sintomi Sistemiċi

 

 

 

 

(DRESS)

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-skeltrali u tal-connective tissue

 

 

 

Artralġja9

 

Rabdomijoliżi11

 

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

 

 

 

 

 

Inkontinenza

 

 

 

 

urinarja, żamma tal-

 

 

 

 

urina

 

 

 

 

Eżitazzjoni urinarja11

 

 

Kondizzjonijiet ta’ waqt it-tqala, il-ħlas u wara l-ħlas

 

 

 

 

 

 

Sindromu ta’ rtirar mill-

 

 

 

 

mediċina neonatali (ara

 

 

 

 

taqsima 4.6)

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

 

 

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

 

Disfunzjoni tal-

Nuqqas jew twaqqif

Prijapiżmu12

 

 

erezzjoni fl-irġiel

mhux normali tal-

 

 

 

Tnaqqis fil-libido tal-

mestrwazzjoni

 

 

 

irġiel u tan-nisa

Tkabbir żejjed tas-

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

Ħruġ eċċessiv jew

 

 

 

 

spontanju tal-ħalib

 

 

 

 

mis-sider

 

 

 

 

Ginekomastija/tkabbi

 

 

 

 

r żejjed tas-sider fl-

 

 

 

 

irġiel

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

 

 

 

Astenja

 

Axxess fis-sit tal-

 

 

Għeja

 

injezzjoni

 

 

Edima

 

 

 

 

Deni10

 

 

 

 

Uġigħ fis-sit tal-

 

 

 

 

injezzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

 

 

 

Livelli elevati ta'

Żieda f'alkaline

Żieda fil-bilirubin

 

 

prolactin fil-plażma 8

phosphatase10

totali

 

 

 

Creatine

 

 

 

 

phosphokinase għoli11

 

 

 

 

Gamma

 

 

 

 

Glutamyltransferase

 

 

 

 

għoli10

 

 

 

 

Uric acid għoli10

 

 

 

 

 

 

 

 

1Ġiet osservata żieda fil-piż klinikament sinifikanti fil-kategoriji kollha fil-linja bażi ta’ l-Indiċi tal-Massa tal-Ġisem (BMI). Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’

47ġurnata), żieda fil-piż ta’ ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni ħafna (22.2 %),

15% kienet komuni (4.2 %) u ≥ 25 % ma kinitx komuni (0.8 %). Wara espożizzjoni fit-tul

(għallinqas 48 ġimgħa), il-pazjenti li żiedu ≥ 7 %, ≥ 15 % u ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-

ġisem tagħhom kienu komuni ħafna (64.4 %, 31.7 % u 12.3 % rispettivament).

2Iż-żidiet medji fil-livelli tal-lipidi waqt is-sawm (kolesterol totali, LDL kolesterol, u trigliċeridi) kienu ogħla f’pazjent li fil-linja bażi ma wrewx evidenza ta’ problemi fil-kontroll tal-lipidi.

3Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.17 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

6.2 mmol/l). Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.17 - < 6.2 mmol/l) għal għoljin (≥ 6.2 mmol/l) kienu komuni.

4Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.56 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

7 mmol/l). Tibdil fil-livelli taz-zokkor waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.56

- < 7 mmol/l) għal għoljin (≥ 7mmol/l) kienu komuni ħafna.

5Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.69 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

2.26mmol/l). Tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥

1.69mmol/l - < 2.26 mmol/l) għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l) kienu komuni ħafna.

6Fi studji kliniċi, l-inċidenza ta’ Parkinsoniżmu u distonja f’pazjenti kkurati b’olanzapine kienet numerikament ogħla, iżda mhux differenti mill-plaċebo b’mod statistikament sinifikanti. Pazjenti kkurati b’olanzapine kellhom inċidenza ta’ Parkinsoniżmu, akatiżja u distonja aktar baxxa meta mqabbel ma’ dożi aġġustati bil-mod ta’ haloperidol. Fl-assenza ta’ tagħrif dettaljat dwar passat diġà eżistenti ta’ disturbi individwali akuti u tardivi ta’ moviment ekstrapiramidali, fil-preżent ma jistax jiġi konkluż li olanzapine jipproduċi anqas diskineżja tardiva u/jew sindromi ekstrapiramidali tardivi oħra.

7Sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ u rimettar ġew irrapportati meta olanzapine jitwaqqaf f’daqqa.

8F’studji kliniċi li damu sa 12-il ġimgħa, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prolactin qabżu l- ogħla limitu tal-marġni normali f’madwar 30 % tal-pazjenti kkurati b’olanzapine u li bħala linja bażi kellhom valuri normali ta’ prolactin. Fil-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, l-elevazzjonijiet, b’mod ġenerali, ma kinux kbar u baqgħu taħt il-livell ta’ darbtejn l-ogħla limitu tal-marġni normali.

9Avveniment avvers identifikat minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

10Kif evalwat minn valuri meħuda minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

11Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza ddeterminata bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

12Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza stmata fl-ogħla limitu tan-95% intervall ta’ kunfidenza bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

Espożizzjoni fit-tul (għallinqas 48 ġimgħa)

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom tibdil avvers, klinikament sinifikanti, f’żieda fil-piż, glucose, kolesterol totali/LDL/HDL jew trigliċeridi żdied maż-żmien. F’pazjenti adulti li spiċċaw 9-12-il xahar ta’ terapija, ir-rata taż-żieda fil-medja taz-zokkor fid-demm naqas wara madwar 6 xhur.

Tagħrif addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Fi studji kliniċi f’pazjenti anzjani bid-demenzja, kura b’olanzapine kienet assoċjata ma’ inċidenza ogħla ta’ mwiet u reazzjonijiet avversi ċerebrovaskulari meta mqabbla mal-plaċebo (ara wkoll taqsima 4.4). Reazzjonijiet avversi komuni ħafna assoċjati ma’ l-użu ta’olanzapine f’dan il-grupp ta’ pazjenti kienu mixja abnormali u waqgħat. Il-pulmonite, iż-żieda fit-temperatura tal-ġisem, il- letarġija, l-eritema, l-alluċinazzjonijiet viżivi u l-inkontinenza ta’ l-awrina kienu osservati b’mod komuni.

Fi studji kliniċi f’pazjenti b’psikożi dovuta għal mediċina (agonist ta’ dopamine) assoċjata mal- marda ta’ Parkinson, kienu rrapportati deterjorament tas-sintomatoloġija tal-marda ta’ Parkinson u l-alluċinazzjonijiet b’mod komuni ħafna u aktar spiss mill-plaċebo.

Fi studju kliniku wieħed f’pazjenti b’manija bipolari, terapija b’valproate flimkien ma’ olanzapine rriżultat f’inċidenza ta’ newtropenja ta’ 4.1%; fattur potenzjalment kontributorju jista’

jkun livelli għolja ta’ valproate fil-plażma. Olanzapine flimkien ma’ lithium jew valproate rriżulta f’livelli ogħla (>10%) ta’ rogħda, nixfa fil-ħalq, żieda fl-aptit, u żieda fil-piż. Disturb fid-diskors kien ukoll irrappurtat b’mod komuni. Waqt kura b’olanzapine flimkien ma’ lithium jew divalproex, żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem seħħet f'17.4% tal-pazjenti waqt il-kura akuta (sa 6 ġimgħat). Kura b’olanzapine għal żmien twil (sa 12-il xahar) bl-għan ta' prevenzjoni ta' episodji oħra f'pazjenti b'mard bipolari kien assoċjat ma' żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem f'39.9% tal-pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fit-tfal u pazjenti adolexxenti taħt it-18-il sena. Għalkemm ma ġewx imwettqa studji kliniċi magħmulin biex iqabblu l-adolexxenti ma’ l-adulti, tagħrif mill- istudji ta’ l-adolexxenti ġie mqabbel ma’ dak tal-istudji ta’ l-adulti.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrapportati b'frekwenza akbar f'pazjenti adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena) milli f'pazjenti adulti jew reazzjonijiet avversi li ġew identifikati biss waqt studji kliniċi magħmula għal żmien qasir f'pazjenti adolexxenti. Żieda fil- piż klinikament sinifikanti (≥ 7%) tidher li sseħħ aktar frekwentement fil-popolazzjoni ta' l- adolexxenti meta mqabbla ma’ l-adulti b’espożizzjoni simili. L-ammont ta’ żieda fil-piż u l- proporzjon ta’ pazjenti adolexxenti li kellhom żieda fil-piż klinikament sinifikanti kienu akbar b’espożizzjoni fit-tul (għallinqas 24 ġimgħa) milli b’espożizzjoni għal żmien qasir.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10).

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni ħafna: Żieda fil-piż13, livelli elevati ta' trigliċeridi14, żieda fl-aptit. Komuni: Livelli għolja ta' kolesterol15

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: Sedazzjoni (inklużi: ipersomnja, letarġija, sonnolenza).

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Ħalq xott

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna: Żieda ta' aminotransferases tal-fwied (ALT/AST; ara taqsima 4.4).

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Tnaqqis fil-bilirubin totali, żieda ta' GGT, livelli elevati ta' prolactin fil-plażma16.

13Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 22 ġurnata), żieda fil-piż ta' > 7% mil- linja bażi tal-piż tal-ġisem (kg) kienet komuni ħafna (40.6 %), ≥ 15% mil-linja bażi tal-piż tal- ġisem kienet komuni (7.1 %) u ≥ 25 % kienet komuni (2.5 %). B’espożizzjoni fit-tul (għallinqas 24 ġimgħa), 89.4 % żiedu ≥ 7 %, 55.3 % żiedu ≥ 15 % u 29.1 % żiedu ≥ 25 % mil-linja bażi tal- piż tal-ġisem tagħhom.

14Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.016 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥ 1.467 mmol/l) u tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi

(≥ 1.016 mmol/l - < 1.467 mmol/l) għal għoljin (≥ 1.467 mmol/l).

15Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm minn normal fil-linja bażi (< 4.39 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kienu komuni. Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm

mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 4.39 - < 5.17 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kienu komuni ħafna.

16 F'47.4% tal-pazjenti adolexxenti ġew irrapportati livelli għoljin ta' prolactin fil-plażma.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal- prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Jekk jiġu osservati sinjali u sintomi ta’ doża eċċessiva konsistenti mas-sindromu ta’ wara l- injezzjoni, għandhom jittieħdu miżuri ta’ għajnuna xierqa (ara taqsima 4.4).

Waqt li doża eċċessiva hija anqas probbabli bi prodotti mediċinali li jingħataw minn ġol-vini milli mill-ħalq, tagħrif għal referenza ta’ doża eċċessiva ta’ olanzapine mill-ħalq huwa ppreżentat hawn taħt:

Sinjali u sintomi

Sintomi komuni ħafna b’doża eċċessiva (inċidenza ta’ > 10%) jinkludu takikardija, aġitazzjoni/aggressività, disartrija, sintomi ekstrapiramidali varji, u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza li jvarja minn sedazzjoni għal koma.

Sintomi morbużi oħra medikalment sinifikanti ta’ doża eċċessiva jinkludu delirju, konvulżjoni, koma, possibiltà ta’ sindromu newrolettiku malinn, depressjoni respiratorja, aspirazzjoni, pressjoni għolja jew baxxa, taħbit tal-qalb irregolari (< 2% tal-każijiet ta’ doża eċċessiva) u arrest kardjopulmonari. Ġew irrappurtati każijiet fatali b’dożi eċċessivi akuti baxxi daqs 450 mg iżda ġew irrapportati wkoll każijiet ta’ sopravivenza wara doża eċċessiva akuta ta’ madwar 2 g ta’ olanzapine mill-ħalq.

L-immaniġġar

M’hemm l-ebda antidotu speċifiku għal olanzapine. Kura sintomatika u monitoraġġ tal-funzjoni ta’ l-organi vitali għandhom jiġu stabbiliti skont il-qagħda klinika, inkluż kura għall-pressjoni baxxa u kolass taċ-ċirkolazzjoni u sosteniment tal-funzjoni respiratorja. Tużax epinephrine, dopamine, jew sustanzi oħra simpatomimatiċi b’attività beta-agonista billi l-istimulazzjoni beta tista’ taggrava l-pressjoni baxxa. Huwa neċessarju l-monitoraġġ kardjovaskulari biex tinduna b’taħbit irregolari tal-qalb li jista’ jseħħ. Is-superviżjoni medika u l-monitoraġġ mill-qrib għandhom jitkomplew sakemm il-pazjent jirkupra.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmako-terapewtiku: psikoleptiċi, diazepins, oxazepines, thiazepines u oxepines, kodiċi ATC N05A H03.

Effetti farmakodinamiċi

Olanzapine huwa sustanza antipsikotika, kontra l-manija u stabilizzatur tal-burdata li juri profil farmakoloġiku wiesa’ f’numru ta’ sistemi ta’ riċetturi.

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, olanzapine wera firxa ta’ affinitajiet għar-riċetturi (Ki; < 100 nM)

għal riċetturi ta’ serotonin 5-HT2A/2C, 5-HT3, 5-HT6; dopamine D1, D2, D3, D4, D5; riċetturi muskariniċi kolinerġiċi M1-M5; α-1 adrenerġiċi; riċetturi histamine H1. Studji fuq l-imġiba ta’ l-

annimali b’olanzapine indikaw antagoniżmu għal 5HT, dopamine, u dak kolinerġiku, konsistenti mal-profil ta’ rbit mar-riċettur. Olanzapine wera affinità akbar in vitro għar-riċetturi ta’ serotonin

5-HT2 milli ta’ dopamine D2 u attività in vivo akbar għal 5-HT2 milli għal D2. Studji

elettrofiżjoloġiċi wrew illi olanzapine b’mod selettiv naqqas l-istumulazzjoni tan-newroni dopaminerġiċi mesolimbiċi (A10), waqt li kellu ftit effett fuq is-sekwenza tar-reazzjoni strijatali (A9) involuta fil-funzjoni motorjali. Olanzapine naqqas ir-rispons ta’ ħrib kundizzjonat, test indikattiv ta’ l-attività antipsikotika, f’dożi anqas minn dawk li jwasslu għall-katalepsi, konsegwenza indikattiva ta’ effett motorju mhux mixtieq. Kuntrarju għal xi sustanzi antipsikotiċi oħra, olanzapine iżid ir-rispons f'test “anksjolitiku”.

Fi studju ta’ Tomografija bl-Emissjoni ta’ Pożitroni (PET) f’pazjenti kkurati b’ZYPADHERA (300 mg/4 gimgħat), l-okkupanza medja ta’ riċetturi D2 kienet ta’ 60% jew ogħla fit-tmiem ta’ perijodu ta’ 6 xhur, livell konsistenti ma’ dak li nstab waqt kura ta’ olanzapine mill-ħalq.

Effikaċja klinika

L-effikaċja ta’ ZYPADHERA fil-kura u fil-kura ta’ manteniment ta’ l-iskiżofrenja hija konsistenti mal-effikaċja stabbilita tal-formulazzjoni mill-ħalq ta’ olanzapine.

Total ta’ 1469 pazjent b’skiżofrenja ġew inklużi f’2 studji kruċjali:

L-ewwel, studju kkontrollat mill-plaċebo, li dam 8 gimgħat, f’pazjenti adulti (n=404) li esperjenzaw sintomi psikotiċi akuti. Il-pazjenti ngħataw b’mod arbitrarju injezzjonijiet ta’ ZYPADHERA 405 mg kull 4 ġimgħat, 300 mg kull ġimagħtejn, 210 mg kull ġimagħtejn, jew plaċebo kull ġimagħtejn. Ma kienx permess it-tisħiħ b’antipsikotiċi mill-ħalq. It-total tal-Punteġġi ta’ Sintomi Pożittivu u Negattivi (PANSS) wera titjib sinifikanti mil-linja bażi (Punteġġ PANSS

Totali medju mil-linja bażi 101) sa l-endpoint (tibdil medju -22.57, -26.32, -22.49 rispettivament) ma’ kull doża ta’ ZYPADHERA (405 mg kull 4 ġimgħat, 300 mg kull ġimagħtejn, u 210 mg kull ġimagħtejn) meta mqabbel ma’ plaċebo (tibdil medju -8.51). Tibdil medju visitwise mil-linja bażi sa l-endpoint fil-punteġġ Totali PANSS indika li sa Jum 3, pazjenti fil-gruppi ta’ kura ta’

300 mg/ġimagħtejn u 405 mg/4 ġimgħat kellhom tnaqqis akbar b’mod statistikament sinifikanti fil-punteġġ Totali PANSS imqabbel ma’ plaċebo (-8.6, -8.2, u -5.2, rispettivament). It-3 gruppi ta’ kura b’ZYPADHERA wrew titjib akbar b’mod statistikament sinifikanti mill-plaċebo li beda sa l-aħħar ta’ Ġimgħa 1. Dawn ir-riżultati jsostnu effikaċja ta’ ZYPADHERA fuq 8 ġimgħat ta’ kura u effett tal-mediċina li ġie osservat bikri mill-1 ġimgħa wara li nbdiet il-kura b’ZYPADHERA.

It-tieni, studju fit-tul f’pazjenti klinikament stabbli (n=1065) (Punteġġ PANSS Totali medju mil- linja bażi 54.33 sa 57.75) li għall-ewwel kienu kkurati b’olanzapine mill-ħalq għal 4 sa 8 ġimgħat u mbagħad inqalbu biex ikomplu jieħdu olanzapine mill-ħalq jew ZYPADHERA għal 24 gimgħa. Ma kienx permess it-tisħiħ b’antipsikotiċi mill-ħalq. Il-gruppi ta’ kura ta’ 150 mg u 300 mg ZYPADHERA mogħtija kull ġimagħtejn (dożi miġbura għall-analiżi) u 405 mg mogħtija kull 4

ġimgħat ma kinux inferjuri għad-dożi kkombinati ta’ 10, 15 u 20 mg ta’ olanzapine mill-ħalq (dożi miġbura għall-analiżi) kif imkejla bir-rati ta’ iggravar tas-sintomi ta’ skiżofrenja (rati ta’ iggravar rispettivi, 10%, 10% 7%). L-iggravar ġie mkejjel mill-oġġetti elenkati fl-iskala BPRS

Pożittiva mnissla minn PANSS li marru għall-agħar, u mill-ammissjonijiet fl-isptar minħabba sintomi psikotiċi pożittivi li marru għall-agħar. Il-grupp ikkombinat ta’ kura b’150 mg u

300 mg/ġimagħtejn ma kienx inferjuri għall-grupp ta’ kura b’405 mg/4 ġimgħat (rati ta’ iggravar ta’ 10% għal kull grupp) fl-24 ġimgħa wara randomisation.

Popolazzjoni pedjatrika

ZYPADHERA ma ġiex studjat f’popolazzjoni pedjatrika. Fl-adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena), dejta kkontrollata ta’ effikaċja hija limitata għal studji ta’ terminu qasir b’olanzapine li jittieħed mill-ħalq fl-iskiżofrenja (6 ġimgħat) u manija assoċjata ma' mard bipolari ta' tip I (3 ġimgħat), li involviet anqas minn 200 adolexxent. Olanzapine mill-ħalq intuża bħala doża flessibbli li tibda b'2.5 u titla' sa 20 mg/jum. Waqt il-kura b'olanzapine mill-ħalq, l-adolexxenti żiedu b'mod sinifikanti aktar fil-piż meta mqabbel ma' l-adulti. Il-grad ta' tibdil fil-kolesterol totali waqt is- sawm, kolesterol tat-tip LDL, trigliċeridi, u prolactin (ara taqsimiet 4.4 u 4.8) kien akbar fl- adolexxenti milli fl-adulti. M'hemmx dejta kkontrollata dwar il-manteniment tal-effett jew dwar is-sigurtà fit-tul (ara taqsimiet 4.4 u 4.8). L-informazzjoni dwar is-sigurtà fit-tul hija primarjament limitata għal dejta open-label li mhijiex ikkontrollata.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Olanzapine jiġi metabolizzat fil-fwied minn sensieli ta’ reazzjonijiet konjugattivi u ossidattivi. Il- metabolit prinċipali li jiċċirkola huwa 10-N-glucuronide. Ċitokromi P450-CYP1A2 u P450-

CYP2D6 jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-metaboliti N-desmethyl u 2-hydroxymethyl; it- tnejn urew attività farmakoloġika in vivo anqas b’mod sinifikanti minn olanzapine fi studji fl- annimali. L-attività farmakoloġika predominanti tiġi mis-sustanza oriġinali, olanzapine.

Wara injezzjoni waħda ta’ ZYPADHERA ġol-muskoli t-taħlil bil-mod tal-melħ olanzapine pamoate fit-tessut tal-muskoli jibda minnufih u jipprovdi reħi ta’ olanzapine bil-mod u kontinwu għal aktar minn erba’ ġimgħat. Il-ħruġ jitnaqqas ħafna fi żmien tmien ġimgħat sa tnax-il ġimgħa. Tisħiħ b’antipsikotiċi mhux neċessarju fil-bidu ta’ kura b’ZYPADHERA (ara taqsima 4.2).

Il-profil tar-reħi u r-rutina ta’ dożaġġ (injezzjoni ġol-muskoli kull ġimagħtejn jew tlieta) f’daqqa jirriżultaw f’konċentrazzjonijiet sostenuti ta’ olanzapine fil-plażma. Il-konċentrazzjonijiet fil- plażma jistgħu jibqgħu jitkejlu għal ħafna xhur wara kull injezzjoni ta’ ZYPADHERA. Il-half-life ta’ olanzapine wara ZYPADHERA huwa ta’ 30 jum imqabbel ma’ 30 siegħa wara t-teħid mill- ħalq. L-assorbiment u l-eliminazzjoni huma kompleti wara madwar sitt sa tmien xhur wara l- aħħar injezzjoni.

Distribuzzjoni

Olanzapine mill-ħalq jiġi distribwit b’mod rapidu. L-irbit ta’ olanzapine mal-proteini tal-plażma huwa madwar 93% fuq l-iskala tal-konċentrazzjoni ta’ 7 sa madwar 1000 ng/mL. Fil-plażma, olanzapine jkun marbut ma’ l-albumina u ma’ α1-glikoproteina aċida.

Wara injezzjonijiet repetuti ġol-muskoli b’150 sa 300 mg ZYPADHERA kull ġimagħtejn, l-10 sa d-90 perċentil ta’ konċentrazzjonijiet ta’ olanzapine fil-plażma f’steady-state kienu bejn 4.2 u 73.2 ng/ml. Il-konċentrazzjonijiet ta’ olanzapine fil-plażma li ġew osservati fil-firxa kollha tad- doża ta’ 150 mg kull 4 ġimgħat sa 300 mg kull ġimagħtejn juru żieda fl-espożizzjoni sistemika ta’ olanzapine ma’ żidiet fid-dożi ta’ ZYPADHERA. Matul l-ewwel tliet xhur ta’ kura b’ZYPADHERA, ġiet osservata akkumulazzjoni ta’ olanzapine iżda ma kienx hemm akkumulazzjoni addizzjonali matul l-użu fit-tul (12-il xahar) f’pazjenti li kellhom injezzjoni sa

300 mg kull ġimagħtejn.

Eliminazzjoni

It-tneħħija ta’ olanzapine mill-plażma wara li olanzapine ttieħed mill-ħalq hija aktar baxxa fin- nisa (18.9 l/siegħa) kontra l-irġiel (27.3 l/siegħa), u f’minn ma jpejjipx (18.6 l/siegħa) kontra minn ipejjep (27.7 l/siegħa). Differenzi farmakokinetiċi simili bejn l-irġiel u n-nisa u minn ippejjep u minn ma jpejjipx ġew osservati fi studji kliniċi ta’ ZYPADHERA. Madanakollu, il- grad ta’ l-impatt tas-sess, jew tipjip fuq it-tneħħija ta’ olanzapine huwa żgħir f’paragun mal- varjabbilità totali bejn l-individwi.

Anzjani

Ma sarux investigazzjonijiet speċifiċi fl-anzjani b’ZYPADHERA. Għalkemm ZYPADHERA mhux irrakkomandat għall-kura fil-popolazzjoni anzjana (65 u fuqhom) sakemm ma tiġix stabbilita rutina ta’ dożaġġ ittollerata tajjeb u effettiva b’olanzapine mill-ħalq, f'anzjani b’saħħithom (65 u fuqhom) kontra persuni mhux anzjani, il-medja tal-half-life ta’ l-eliminazzjoni kien imtawwal (51.8 kontra 33.8 siegħa) u t-tneħħija kienet imnaqqsa (17.5 kontra 18.2 l/siegħa). Il-varjabbilità farmakokinetika li ġiet osservata fl-anzjani hija fil-limiti ta’ l-iskala għal persuni mhux anzjani. F’44 pazjenti b’skiżofrenja > 65 sena, doża ta’ 5 sa 20 mg/jum ma ġietx assoċjata ma’ l-ebda profil ta’ ġrajjiet avversi li jintgħaraf.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina < 10 ml/min) kontra pazjenti b’saħħithom, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-medja tal-half-life ta’ l-eliminazzjoni (37.7 kontra 32.4 siegħa) jew fit-tneħħija (21.2 kontra 25.0 l/siegħa). Studju ta’ bilanċ tal-massa wera li madwar 57% ta’ olanzapine radjuattiv deher fl-urina, prinċipalment bħala metaboliti. Ghalkemm pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ma ġewx studjati b’ZYPADHERA, huwa rrakkomandat li rutina ta’ dożaġġ ittollerata tajjeb u effettiva b’olanzapine mill-ħalq tiġi stabbilita f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi qabel ma tinbeda l-kura b’ZYPADHERA (ara taqsima 4.2).

Min ipejjep

F'pazjenti li jpejpu u għandhom disfunzjoni tal-fwied ħafifa, il-medja tal-half life ta’ l- eliminazzjoni (39.3 siegħa) ta’ olanzapine li ngħata mill-ħalq kienet imtawla u t-tneħħija (18.0 l/siegħa) kienet imnaqqsa bħal f'pazjenti b'saħħithom li ma jpejpux (48.8 siegħa u 14.1 l/siegħa, rispettivament). Ghalkemm pazjenti b’indeboliment tal-fwied ma ġewx studjati b’ZYPADHERA, huwa rrakkomandat li rutina ta’ dożaġġ ittollerata tajjeb u effettiva b’olanzapine mill-ħalq tiġi stabbilita f’pazjenti b’indeboliment tal- fwied qabel ma tinbeda l-kura b’ZYPADHERA (ara taqsima 4.2).

Fi studju ta’ olanzapine mill-ħalq f’pazjenti Kawkasi, Ġappuniżi, u Ċiniżi, ma kien hemm ebda differenza fil-parametri farmakokinetiċi fost it-tliet popolazzjonijiet.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà saru bl-użu ta’ olanzapine pamoate monohydrate. Is- sejbiet ewlenin li nstabu fi studji ta’ tossiċità b’dożi rrepetuti (far, kelb), fi studju ta’ karċinoġenità fil-far li dam sejjer sentejn, u fi studji ta’ tossiċità fir-riproduzzjoni (far, fenek) kienu limitati għal reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni li għalihom ma setax jiġi ddeterminat l-ebda NOAEL. L-ebda effett tossiku ġdid minħabba espożizzjoni sistemika għal olanzapine ma seta’ jiġi identifikat. Madanakollu, il-konċentrazzjonijiet sistemiċi f’dawn l-istudji kien ġeneralment anqas minn dawk osservati fil-livelli ta’ l-effett fl-istudji ta’ olanzapine mill-ħalq; għaldaqstant it- tagħrif dwar olanzapine mill-ħalq huwa pprovdut hawn taħt għal referenza.

Tossiċità akuta (b’doża waħda)

Sinjali ta’ tossiċità orali fl-annimali gerriema kienu karatteristiċi tas-sustanzi antipsikotiċi qawwija: attività baxxa, koma, rogħda, konvulżjonijiet kloniċi, salivazzjoni, u tnaqqis fiż-żieda tal-piż. Id-dożi medjani letali kienu ta’ madwar 210 mg/kg (ġrieden) u 175 mg/kg (firien). Il-klieb ittolleraw dożi mill-ħalq b’waħdiet sa 100 mg/kg mingħajr mortalità. Sinjali kliniċi inkludew sedazzjoni, atassja, rogħda, żieda fir-rata tal-qalb, diffikultà fir-respirazzjoni, tidjiq tal-pupilla ta' l-għajn, u l-anoreksja. Fix-xadini, dożi mill-ħalq b’waħdiet sa 100 mg/kg irriżultaw f'prostrazzjoni u, f'dożi ogħla, f’telf parzjali mis-sensi.

Tossiċità b’dożi rrepetuti

Fi studji li damu sejrin mhux aktar minn 3 xhur fil-ġrieden u mhux aktar minn sena fil-firien u fil- klieb, l-effetti predominanti kienu d-depressjoni ta’ CNS, effetti antikolinerġiċi, u disturbi ematoloġiċi periferali. Kien hemm żviluppi fit-tolleranza għad-depressjoni ta’ CNS. Il-parametri ta' l-iżvilupp kienu mnaqqsa b'dożi għoljin. Effetti riversibbli konsistenti ma' prolaktin elevat fil- firien inkludew tnaqqis fil-piż ta' l-ovarji u ta' l-utru u tibdiliet morfoloġiċi fl-epitilju tal-vaġina u fil-glandoli tas-sider.

Tossiċità ematoloġika: Effetti fuq il-parametri ematoloġiċi nstabu f'kull speċi, inklużi tnaqqis relatat mad-doża ta’ lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-ġrieden u tnaqqis mhux speċifiku ta’ lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-firien; madanakollu, ma nstabet l-ebda evidenza ta' ċitotossiċità tal-mudullun. Newtropenja, tromboċitopenja jew anemija riversibbli żviluppaw fi ftit klieb ikkurati b' 8 jew 10 mg/kg/jum (espożizzjoni totali ta' olanzapine [AUC] hija 12 sa 15-il darba aktar minn dik ta' raġel mogħti doża ta' 12 mg). Fi klieb b’ċitopenja, ma kien hemm ebda effetti avversi fuq ċelloli proġenituri u ċelloli proliferanti tal-mudullun.

Tossiċità fuq is-sistema riproduttiva

Olanzapine ma kellu l-ebda effetti teratoġeniċi. Is-sedazzjoni affettwat il-ħila ta’ tgħammir tal- firien ta' sess maskili. Iċ-ċikli estruwi kienu affettwati b'dożi ta' 1.1 mg/kg (3 darbiet id-doża massima fil-bniedem) u l-parametri tar-riproduzzjoni kienu influwenzati fil-firien mogħtija

3 mg/kg (9 darbiet id-doża massima fil-bniedem). Fil-frieħ tal-firien mogħtija olanzapine, kienu osservati dewmien fl-iżvilupp tal-fetu u tnaqqis temporanju fil-livelli ta’ attività tal-frieħ.

Mutaġeniċità

Olanzapine ma kienx mutaġeniku jew klastoġeniku f'firxa sħiħa ta' testijiet standard, li inkludew testijiet ta' mutazzjoni tal-batteri kif ukoll testijiet fuq il-mammiferi kemm in vitro kif ukoll in vivo mill-ħalq.

Karċinoġeniċità

Fuq bazi ta’ riżultati minn studji orali fuq il-ġrieden u l-firien, ġie konkluż li olanzapine m’huwiex karċinoġenu.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Trab

Xejn

Solvent

Carmellose sodium

Mannitol

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid (għall-aġġustament tal-pH)

Sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH)

6.2Inkompatibbilitajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’taqsima 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

Wara r-rikostituzzjoni fil-kunjett: 24 siegħa. Jekk il-prodott mhux ser jintuża minnufih, għandu jiġi mħawwad vigorożament sabiex jerġa’ jiġi sospiż. Ladarba tinġibed mill-kunjett ġos-siringa, is-suspensjoni għandha tintuża minnufih.

L-istabilità kimika u fiżika tas-suspensjoni fil-kunjetti ġiet ipprovata għal 24 siegħa f’20-25 °C. Mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, il-

ħinijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħażna tal-prodott qabel l-użu huma r-responsabbilità ta’ minn qed jużah u normalment ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’20-25°C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Tagħmlux fil-friġġ jew friża.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Trab ta’ Zypadhera 210 mg: Kunjett tal-ħġieġ Tip I. Tapp ta’ bromobutyl b’siġill kulur kannella fl-aħmar.

Trab ta’ Zypadhera 300 mg: Kunjett tal-ħġieġ Tip I. Tapp ta’ bromobutyl b’siġill kulur taż- żebbuġa.

Trab ta’Zypadhera 405 mg: Kunjett tal-ħġieġ Tip I. Tapp ta’ bromobutyl b’siġill kulur blu fil- griż.

Solvent ta’ 3 ml: Kunjett tal-ħġieġ Tip I. Tapp ta’ butyl b’siġill vjola.

Kaxxa fiha kunjett wieħed bit-trab u kunjett wieħed bis-solvent, siringa ta’ 3 ml Hyopdermic waħda b’labra tas-sigurtà 19-gejġ, 38 mm mwaħħla magħha, labra tas-sigurtà Hypodermic waħda ta’ 19-gejġ, 38 mm u żewġ labar tas-sigurtà Hypodermic ta’ 19-gejġ, 50 mm.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

GĦALL-INJEZZJONI FIL-FOND ĠOL-MUSKOLI GLUTEJALI BISS. TAGĦTIX ĠOL- VINI JEW TAĦT IL-ĠILDA.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Rikostituzzjoni

L-1 PASS: Preparament ta’ materjali

Huwa rakkomandat li jintużaw l-ingwanti peress li ZYPADHERA jista’ jirrita l-ġilda.

Irrikostitwixxi ZYPADHERA, trab għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod, biss mas-solvent li jiġi fil-pakkett, billi tuża teknika asettika standard għar-rikostituzzjoni ta’ prodotti parenterali.

It-2 PASS: Iddeċiedi l-volum ta’ solvent għar-rikostituzzjoni

Din it-tabella tagħtik l-ammont ta’ solvent li għandek bżonn għar-rikostituzzjoni ta’ ZYPADHERA trab għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod.

ZYPADHERA

Volum ta’ solvent li għandek

qawwa tal-kunjett

iżżid

(mg)

(ml)

1.3

1.8

2.3

Huwa importanti li tinnota li fil-kunjett hemm iżjed solvent milli hemm bżonn biex issir ir- rikostituzzjoni.

It-3 PASS: Ir-rikostituzzjoni ta’ ZYPADHERA

1.Ħoll it-trab billi ttaptap bil-mod fuq il-kunjett.

2.Iftaħ il-pakkett li fih is-siringa u l-labra Hypodermic bl-apparat għall-protezzjoni mil-labar.

Neħħi l-għatu tal-folja u oħroġ l-apparat.Waħħal siringa (jekk mhux diġà mwaħħla) mal-parti Luer tal-apparat billi b’mod sempliċi tqabbadha fuqu. Waħħal il-labra sew mal-apparat permezz ta’ għafsa u dawran lemini, imbagħad iġbed mill-ewwel l-għatu tal-labra minn mal- labra. In-nuqqas li jiġu segwiti dawn l-istruzzjonijiet jista’ jwassal għal xi ferita minħabba tingiża ta’ labra.

3.Iġbed ġos-siringa l-volum ta’ solvent li tkun diġà ddeċidejt qabel (It-2 Pass ) .

4.Injetta l-volum ta’ solvent fil-kunjett tat-trab.

5.Iġbed ’il barra l-arja sabiex iġġib indaqs il-pressjoni fil-kunjett.

6.Neħħi l-labra u żomm il-kunjett ’il fuq sabiex ma tħallix li jintilef xi ftit mis-solvent.

7.Qabbad l-apparat għall-protezzjoni mil-labra. Għafas il-labra ġol-għant permezz tat-teknika tal-id waħda. Wettaq it-teknika tal-id waħda billi tagħfas BIL-MOD l-għant kontra wiċċ ċatt. WAQT LI L- GĦANT JIĠI MAGĦFUS (Fig.1), IL-LABRA TIDĦOL SEW ĠOL-GĦANT

(Fig. 2).

8.Billi tħares lejha, ikkonferma li l-labra qiegħda mqabbda sew fl-għant protettiv tagħha. L- apparat bil-labra mwaħħla, għandu jitneħħa biss minn mas-siringa meta jkun hemm il-bżonn ta’ proċedura medika speċifika. Neħħih billi taqbad il-Luer hub tal-apparat għal protezzjoni tal-labra bis-saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej u żżomm is-swaba’ l-oħra ’l bogħod mit-tarf tal- apparat fejn hemm il-ponta tal-labra (Fig. 3).

9.Taptap il-kunjett b’mod sod u ripetut fuq wiċċ iebes sakemm it-trab ma jibqax jidher.Ipproteġi l-wiċċ sabiex l-impatt ma jkunx daqshekk qawwi. (Ara Figura A)

Figura A: Taptap b’mod sod sabiex tħallat

10.Iċċekkja viżwalment il-kunjett għal xi tgħaqqid. Trab li ma jkunx f’suspensjoni jidher bħala tgħaqqid isfar u xott u mwaħħal mal-kunjett. Jekk jibqa’ xi tgħaqqid jista’ jkun hemm bżonn ta’ xi ftit iżjed taptip. (Ara Figura B)

Mhux f’suspensjoni: jidher it-tgħaqqid Qiegħed f’suspensjoni: m’hemmx tgħaqqid Figura B: Iċċekkja jekk hemm xi trab mhux f’suspensjoni u rrepeti t-taptip jekk hemm bżonn.

11.Ħawwad sew il-kunjett sakemm is-suspensjoni tidher fina u ta’ l-istess kulur u konsistenza. Il-prodott fis-suspensjoni għandu jkun isfar u opak (Ara Figura Ċ)

Figure Ċ: Ħawwad sew il-kunjett

Jekk ikun hemm xi ragħwa ħalli l-kunjett joqgħod sabiex ir-ragħwa tmur. Jekk il-prodott ma jintużax mill-ewwel, għandu jerġa’ jitħallat sew sabiex terġa’ tiġi magħmula s-suspensjoni. Fil-kunjett, ZYPADHERA rikostitwit jibqa’ stabbli sa 24 siegħa.

Amministrazzjoni

L-1 PASS: L-injezzjoni ta’ ZYPADHERA

Din it-tabella tikkonferma l-volum finali ta’ suspensjoni ta’ ZYPADHERA li għandu jiġi injettat.

Il-konċentrazzjoni tas-suspensjoni hija ta’ 150 mg/ml

Doża

Volum finali li għandu jiġi

(mg)

injettat

 

(ml)

1.0

1.4

2.0

2.7

1.Iddeċiedi liema labra se tuża biex tagħti l-injezzjoni lill-pazjent. Għall-injezzjoni ta’ pazjenti obeżi hi rakkomandata l-labra ta’ 50 mm:

Jekk għall-injezzjoni se tintuża l-labra ta’ 50 mm, qabbad il-labra tas-sigurtà ta’ 38 mm mas-siringa biex tiġbed il-volum ta’ suspensjoni li jkollok bżonn.

Jekk għall-injezzjoni se tintuża l-labra ta’ 38 mm, qabbad il-labra tas-sigurtà ta’ 50 mm biex tiġbed il-volum ta’ suspensjoni li jkollok bżonn.

2.Iġbed bil-mod l-ammont li trid. Xi ftit prodott żejjed se jibqa’ fil-kunjett.

3.Qabbad l-apparat għal protezzjoni mil-labra u neħħi l-labra mis-siringa.

4.Qabel l-injezzjoni, waħħal il-labra tas-sigurtà ta’ 50 mm jew ta’ 38 mm li tkun għażilt mas- siringa. Ladarba s-suspensjoni tneħħiet mil-kunjett għandha tiġi injettata minnufih.

5.Għażel u pprepara sit għall-injezzjoni fiż-żona glutejali. TINJETTAX MINN ĠOL-VINI JEW MINN TAĦT IL-ĠILDA.

6.Wara li tkun daħħalt il-labra, ippompja bis-siringa għal diversi sekondi biex tassigura li ma joħroġx xi demm. Jekk jinġibed xi demm fis-siringa, armi s-siringa u d-doża u erġa’ ibda l- proċedura tar-rikostituzzjoni u tal-għoti. L-injezzjoni għandha ssir bi pressjoni kostanti u kontinwa.

TIMMASSAĠĠJAX IS-SIT TAL-INJEZZJONI.

7.Qabbad l-apparat għal protezzjoni mil-labra. (Fig. 1 u 2)

8.Armi l-kunjetti, is-siringa, il-labar użati, il-labra żejda u kull solvent mhux użat skont proċeduri kliniċi xierqa. Il-kunjett huwa għall-użu ta’ darba biss.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/479/001

EU/1/08/479/002

EU/1/08/479/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 19/11/2008

Data tal-aħħar tiġdid: 26/08/2013

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati