Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zyprexa (olanzapine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N05AH03

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZyprexa
Kodiċi ATCN05AH03
Sustanzaolanzapine
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

ZYPREXA 2.5 mg pilloli miksija

ZYPREXA 5 mg pilloli miksija

ZYPREXA 7.5 mg pilloli miksija

ZYPREXA 10 mg pilloli miksija

ZYPREXA 15 mg pilloli miksija

ZYPREXA 20 mg pilloli miksija

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

ZYPREXA 2.5 mg pilloli miksija

Kull pillola miksija għandha 2.5 mg olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola miksija fiha 102 mg lactose monohydrate

ZYPREXA 5 mg pilloli miksija

Kull pillola miksija għandha 5 mg olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola miksija fiha 156 mg lactose monohydrate

ZYPREXA 7.5 mg pilloli miksija

Kull pillola miksija għandha 7.5 mg olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola miksija fiha 234 mg lactose monohydrate

ZYPREXA 10 mg pilloli miksija

Kull pillola miksija għandha 10 mg olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola miksija fiha 312 mg lactose monohydrate

ZYPREXA 15 mg pilloli miksija

Kull pillola miksija għandha 15 mg olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola miksija fiha 178 mg lactose monohydrate

ZYPREXA 20 mg pilloli miksija

Kull pillola miksija għandha 20 mg olanzapine.

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola miksija fiha 238 mg lactose monohydrate

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara taqsima 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija

ZYPREXA 2.5 mg pilloli miksija

Pilloli, tondi, bojod u miksijin, stampati b' "LILLY" u b'kodiċi tal-identità numeriku "4112".

ZYPREXA 5 mg pilloli miksija

Pilloli, tondi, bojod u miksijin, stampati b' "LILLY" u b'kodiċi tal-identità numeriku "4115".

ZYPREXA 7.5 mg pilloli miksija

Pilloli, tondi, bojod u miksijin, stampati b' "LILLY" u b'kodiċi tal-identità numeriku "4116".

ZYPREXA 10 mg pilloli miksija

Pilloli, tondi, bojod u miksijin, stampati b' "LILLY" u b'kodiċi tal-identità numeriku "4117".

ZYPREXA 15 mg pilloli miksija

Pilloli, elliptiċi, blu u miksijin, imnaqqxa b' "LILLY" u b'kodiċi tal-identità numeriku "4415".

ZYPREXA 20 mg pilloli miksija

Pilloli, elliptiċi, roża u miksijin, imnaqqxa b' "LILLY" u b'kodiċi tal-identità numeriku "4420".

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Adulti

Olanzapine hija indikata għat-trattament tal-iskiżofrenja.

Olanzapine hija effettiva biex iżomm it-titjib kliniku waqt terapija kontinwa f'pazjenti li wrew reazzjoni għat-trattament tal-bidu.

Olanzapine hija indikata għat-trattament ta' episodju ta' manija moderat jew serju.

F'pazjenti li l-episodju ta' manija tagħhom irreaġixxa għat-trattament ta’ olanzapine, olanzapine hija indikata għall-prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'diżordni bipolari (ara taqsima 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Adulti

Skiżofrenja: Id-doża tal-bidu rakkomandata għal olanzapine hija 10 mg/ġurnata.

Episodju ta' manija: Id-doża tal-bidu hija ta' 15 mg bħala doża waħda kuljum bil-monoterapija jew 10 mg kuljum f'terapija flimkien ma' xi sustanza oħra (ara taqsima 5.1).

Il-prevenzjoni tar-rikorrenza fid-diżordni bipolari: Id-doża rakkomandata tal-bidu hija 10 mg/ġurnata. Għall-pazjenti li diġà qegħdin jieħdu olanzapine biex ikun trattat episodju ta' manija, kompli t-terapija bl-istess doża għall-prevenzjoni tar-rikorrenza. Jekk ikun hemm episodju ġdid ta' manija, imħallat, jew ta' depressjoni, it-trattament b’ olanzapine għandu jitkompla (bl-aħjar użu tad-doża skond il-bżonn), b'terapija supplimentari biex ikunu trattati s-sintomi tal-burdata, kif indikat klinikament.

Waqt it-trattament għas-skiżofrenja, għal episodju ta' manija u għall-prevenzjoni tar-rikorrenza fid- diżordni bipolari, d-dożaġġ ta' kuljum jista' sussegwentement jiġi aġġustat fuq il-bażi ta' l-istat kliniku ndividwali minn 5 mg sa 20 mg/ġurnata. Żjieda għal doża akbar mid-dża tal-bidu rakkomandata għandha tingħata biss wara rivalutazzjoni klinika xierqa u ġeneralment għandha ssir f'intervalli ta' mhux anqas minn 24 siegħa. Olanzapine tista' tingħata fuq l-ikel jew fuq stonku vojt għax l- assorbiment ma jiġix affettwat mill-ikel. It-tnaqqis gradwali tad-doża għandu jiġi kkunsidrat meta titwaqqaf olanzapine.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Doża anqas tal-bidu (5 mg/ġurnata) mhux indikata normalment imma għandha tiġi kkunsidrata għal dawk li għandhom 65 jew fuqhom meta fatturi kliniċi jindikaw hekk (ara taqsima 4.4).

Indeboliment renali u/jew epatiku

Għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża inizjali (5 mg/ġurnata) għal dawn il-pazjenti. F'każijiet ta' insuffiċjenza epatika moderata (ċirrożi, Child-Pugh Klassi A jew B), id-doża inizjali għandha tkun 5 mg u tiżdied biss b'kawtela.

Dawk li jpejpu

Id-doża tal-bidu u l-medda tad-dożi m'għandhomx għalfejn jinbidlu normalment għal dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista’ jiżdied bit-tipjip. Huwa rrakkomandat il-monitoraġġ kliniku u jekk ikun hemm bżonn tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine (ara taqsima 4.5).

Meta hemm aktar minn fattur wieħed li jista' jirriżulta f'metaboliżmu aktar bil-mod (sess femminili, età ġerjatrika, individwu ma jpejjipx), għandha tingħata kunsiderazzjoni biex titnaqqas id-doża tal-bidu. Żjieda fid-doża, meta indikata, għandha tkun konservattiva f'dawn il-pazjenti.

(Ara taqsimiet 4.5 u 5.2)

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja. Fl-istudji ta’ terminu qasir,ġie rrapportat ammont akbar ta’ żieda fil-piż u tibdil fix-xaħmijiet u prolactin f’pazjenti adolexxenti milli fl-istudji ta’ pazjenti adulti (ara taqsimiet 4.4, 4.8, 5.1 u 5.2).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittivita' eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- taqsima 6.1.

Pazjenti li għandhom ir-riskju ta' glawkoma tat-tip narrow angle.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Waqt trattament bl-antipsikotiċi, titjib fil-kundizzjoni klinika tal-pazjent għandu mnejn isir fuq medda ta’ diversi granet għal xi ftit gimgħat. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorjati sew waqt dan il-perjodu.

Psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, dovut għal żieda fil-mortalità u r-riskju ta’ inċident ċerebro-vaskulari. Fi studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li damu minn 6 sa 12-il ġimgħa ), fuq pazjenti anzjani (età medja 78 sena) li kellhom psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, kien hemm żieda ta’ darbtejn akbar fl-inċidenza ta’ mwiet fil-pazjenti ttrattati b'olanzapine, mqabbla ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (3.5% kontra 1.5%, rispettivament). L-inċidenza ogħla ta’ l-imwiet ma kienitx assoċjata mad-doża ta’ olanzapine (doża medja kuljum ta’ 4.4 mg) jew it-tul ta’ żmien tat-trattament. Il-fatturi ta’ riskju li jistgħu jippredisponu dan il-grupp ta’ pazjenti għal żieda fil-mortalità jinkludu l-età ta’ >65 sena, id-diffikulta biex wieħed jibla’, is-sedazzjoni, il-malnutriment u d-deidrazzjoni, kundizzjonijiet tal-pulmun (eż pulmonite, bil- jew fl-assenza ta’ l-aspirazzjoni), jew l-użu konkomittanti ta' benzodiazepines. Madankollu, l-inċidenza ta’ l-imwiet kienet ogħla f’dawk ittrattati b'olanzapine minn dik fil-pazjenti ttrattati bil-plaċebo, indipendentement minn dawn il-fatturi ta’ riskju.

Fl-istess studji kliniċi, kienu rrapportati avvenimenti avversi ċerebro-vaskulari (CVAE eż puplesija, attakki iskemiċi momentanji) inklużi l-imwiet. Kien hemm żieda ta’ 3 darbiet akbar ta’ CVAE f’pazjenti ttattati b'olanzapine, meta mqabblin ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (1.3% kontra 0.4%, rispettivament). Il-pazjenti kollha ttrattati b'olanzapine jew bi plaċebo u li kellhom avveniment ċerebro-vaskulari , kellhom fatturi ta’ riskju li kienu jeżistu minn qabel. L-età ta’ >75 sena u d- demenzja tat-tip vaskulari jew imħallta kienu identifikati bħala fatturi ta’ riskju għal CVAE f’assoċjazzjoni ma’ trattament b'olanzapine. L-effikaċja ta’ olanzapine ma kienitx stabbilita f’dawn l- istudji.

Marda ta' Parkinson

Mhux rakkomandat l-użu ta' olanzapine fit-trattament tal-psikożi assoċjata ma' l-agonisti ta’ dopamine f'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson. Fi studji kliniċi, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u alluċinazzjonijiet kienu rrappurtati b’mod komuni ħafna u aktar ta' spiss milli bil-

plaċebo (ara taqsima 4.8), u olanzapine ma kienx aktar effettiv mill-plaċebo fit-trattament tas-sintomi psikotiċi. F'dawn l-istudji, il-pazjenti inizjalment kellhom ikunu stabblizzati fuq id-doża l-aktar baxxa effettiva tal-mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson (agonist ta’ dopamine) u biex jibqgħu fuq l-istess mediċini u dożi kontra l-marda ta’ Parkinson matul l-istudju. Olanzapine inbeda b' 2.5 mg/ġurnata u żdied bil-mod għall-massimu ta' 15 mg/ġurnata ibbażat fuq il-ġudizzju tar-riċerkatur.

Is-Sindromu Newrolettiku Malinn (NMS)

NMS tista' tkun kundizzjoni potenzjalment fatali assoċjata ma' prodotti mediċinali antipsikotiċi. Każijiet rari li ġew rappurtati bħala NMS kienu rrappurtati f'assoċjazzjoni ma' olanzapine ukoll. Manifestazzjonijiet kliniċi ta' NMS huma deni għoli, ebusija tal-muskoli, stat mentali alterat u evidenza ta' instabbiltà awtonomika (pressjoni tad-demm jew tal-polz irregolari, takikardija, dijaforeżi, u taħbit tal-qalb irregolari). Sinjali oħra jistgħu jinkludu creatine phosphokinase elevat, mijoglobina fl- awrina (rabdomajoliżi) u insuffiċjenza akuta renali. Jekk pazjent jiżviluppa sinjali u sintomi li huma indikattivi ta' NMS, jew ikollu deni għoli bla ebda spjegazzjoni u mingħajr manifestazzjonijiet kliniċi oħra ta' NMS, għandhom jitwaqqfu l-mediċini antipsikotiċi kollha, inkluż olanzapine.

Ipergliċemija u dijabete

Zokkor għoli fid-demm u/jew żvilupp jew taħrix tad-dijabete xi kultant assoċjati ma' ketoaċidozi jew koma kienu rrappurtati b’mod mhux komuni, inklużi xi każijiet fatali (ara taqsima 4.8). F'xi każijiet, ġiet rapurtata żjieda fil-piż tal-ġisem u din tista' tkun fattur ta’ predisposizzjoni. Skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna, huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku xieraq ez. il-livell tal- glukosju fid-demm jittieħed fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad darba fis-sena. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż ZYPREXA, għandhom ikunu taħt osservazzjoni għal sinjali u sintomi ta’ ipergliċemija (bħal polidipsja, polijurja, polifaġja u debbulizza) u pazjenti bid-dijabete mellitus jew li għandhom fatturi ta' riskju għad-dijabete mellitus għandhom jiġu segwiti b’mod regolari f’każ li l-kontroll tal-glukosju jmur għall-agħar.Il-piż għandu jiġi ċċekkjat b’mod regolari eż. fil-linja bażi, 4, 8 u 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 3 xhur.

Tibdil fil-livelli tax-xaħmijiet

Fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo, ġie osservat tibdil mhux mixtieq fil-livell tax-xaħmijiet f’pazjenti kkurati b’olanzapine (ara taqsima 4.8 ). Tibdil fil-livell tax-xaħmijiet għandu jiġi kkontrollat b’mod klinikamet xieraq speċjalment f’pazjenti b’ammonti mhux normali ta’ xaħmijiet fid-demm u f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ disturbi fix-xaħmijiet. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż ZYPREXA, għandhom jiġu ċċekkjati b’mod regolari għal-lipidi skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna eż. fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 5 snin.

Attività antikolinerġika

Waqt li olanzapine wera attività antikolinerġika in vitro, ersperjenza waqt il-provi kliniċi uriet inċidenza baxxa ta' ġrajjiet relatati. Madankollu, minħabba li esperjenza klinika b'olanzapine f'pazjenti b'mard konkomitanti hija limitata, għandha tittieħed kawtela meta jkun preskritt għall-pazjenti b'ipertrofija tal-prostata, jew b'ileus paralitiku u kundizzjonijiet relatati.

Funzjoni epatika

Livelli għolja ta’ aminotransferases tal-fwied, ALT, AST, temporanji u mingħajr sintomi kienu komuni, speċjalment fil-bidu tal-kura. Għandha tittieħed kawtela u jiġu organizzati viżti regolari mat- tabib f’pazjenti b’livelli għolja ta’ ALT u/jew AST, f’pazjenti b’sinjali u sintomi ta’ indeboliment tal- fwied, f’pazjenti b’kundizzjonijiet li kienu hemm minn qabel u huma assoċjati ma’ riżerva funzjonali limitata tal-fwied, u f’pazjenti li qed ikunu kkurati b’mediċini potenzjalment tossiċi għall-fwied. F’każijiet fejn saret dijanjosi ta’ l-epatite (inkluż ħsara fil-fwied tat-tip epatoċellulari, kolestatiku jew imħallta), il-kura b’olanzapine għandha titwaqqaf.

Newtropenja

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti b' numru baxx ta’ lewkoċiti u/jew numru baxx taċ-ċelluli newtrofili għal kwalunkwe raġuni, dawk il-pazjenti li qed jieħdu xi mediċini li huma magħrufa li jikkawżaw newtropenja, f'pazjenti b’ passat ta' tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun jew tossiċità tal-

mudullun minħabba t-teħid ta' xi mediċina, f'pazjenti b'tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun minħabba xi marda konkomitanti, trattament bir-raġġi jew kimoterapija u f'pazjenti b'kundizzjonijiet b'numru għoli taċ-ċelluli eżinofili jew b'xi marda majeloproliferattiva. In-newtropenja kienet rappurtata spiss meta olanzapine u l-valproate intużaw flimkien (ara taqsima 4.8).

Twaqqif tal-kura

B’mod rari (≥ 0.01% u < 0.1%) ġew irrappurtati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ jew rimettar meta olanzapine twaqqaf f'daqqa.

L-Intervall QT

Fi studji kliniċi, żidiet fil-QTc li kienu klinikament sinifikanti (korrezzjoni fil-QT skond Fridericia [QTcF] ≥ 500 millisekondi [msek] f’kwalunkwe ħin wara l-valur bażiku f’pazjenti b’valur bażiku ta’

QTcF < 500 msek) ma kienux komuni (0.1% sa 1%) f’pazjenti kkurati b’olanzapine, b’ebda differenza sinifikattiva fl-avvenimenti assoċjati kardijaċi meta mqabbla ma’ plaċebo. Madankollu, għandha tittieħed kawtela meta olanzapine jingħata ma' mediċini oħra li huma magħrufa li jżidu l-intervall QTc, speċjalment fl-anzjani, f'pazjenti b'sindromu konġenitali ta' QT twil, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, ipertrofija tal-qalb, potassju baxx fid-demm jew manjesju baxx fid-demm.

Tromboemboliżmu

B’mod mhux komuni (≥ 0.1% u < 1%) ġiet irrapportata assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine u t- tromboemboliżmu fil-vini. Relazzjoni kawżali bejn l-okkorrenza ta’ tromboemboliżmu fil-vini u l-kura b’olanzapine ma ġietx stabbilita. Madankollu peress li pazjenti b’skizofrenija ħafna drabi jippreżentaw b’fatturi ta’ riskju akkwiżiti għat-tromboemboliżmu fil-vini, il- fatturi possibbli kollha ta’ riskju ta’ VTE eż. l-immobbilizzazzjoni tal-pazjenti, għandhom jiġu identifikati u meħuda l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Attività tas-CNS ġenerali

Minħabba l-effetti primarji ta' olanzapine fuq is-CNS għandha tittieħed kawtela meta dan jingħata flimkien ma' mediċini oħra li jaġixxu ċentralment u meta jittieħed ma' l-alkoħol. Minħabba li in vitro juri antagoniżmu għal dopamine, olanzapine jista' jantagonizza l-effetti diretti u indiretti ta' l-agonisti ta’ dopamine.

Aċċessjonijiet

Olanzapine għandha tintuża b'kawtela f'pazjenti li għandhom passat ta' aċċessjonijiet jew li huma soġġetti għall-fatturi li jistgħu jbaxxu l-limitu ta' l-aċċessjonijiet. Aċċessjonijiet ġew irrapportati li seħħew b’mod mhux komuni f'pazjenti ttrattati b'olanzapine. Fil-maġġoranza ta' dawn il-każijiet, passat ta' aċċessjonijiet jew fatturi ta' riskju għal aċċessjonijiet kienu rappurtati.

Diskajneżja Tardiva

Fi studji komparattivi li damu sena jew anqas, olanzapine kien assoċjat ma' inċidenza mnaqqsa ta' diskajneżja f'riżultat tat-trattament b'sinifikat statistikament validu. Madankollu, r-riskju ta' diskajneżja tardiva jiżdied b'espożizzjoni għal żmien twil, u għalhekk jekk jidhru s-sinjali jew is-sintomi ta' diskajneżja tardiva f'pazjenti li qed jieħdu olanzapine, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża jew il- waqfien. Dawn is-sintomi jistgħu jiżdiedu biż-żmien kif ukoll joħorġu wara li jitwaqqaf it-trattament.

Pressjoni baxxa mal-waqfien

Pressjoni baxxa mal-waqfien ġiet osservata rari fl-anzjani fil-provi kliniċi ta' olanzapine. Huwa rakkomandat li l-pressjoni tad-demm tkun meħuda perjodikament f'pazjenti 'l fuq minn 65 sena.

Mewta kardijaka għal għarrieda

F’rapporti dwar olanzapine li saru wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġie rrapportat l-avveniment ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti li kienu qed jieħdu olanzapine. F’studju retrospettiv ta’ osservazzjoni f’grupp ta’ pazjenti b’karatteristiċi simili, ir-riskju tal-possibbiltà ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti kkurati b’olanzapine kien madwar darbtejn ir-riskju f’pazjenti li ma kinux

qed jużaw l-antipsikotiċi. Fl-istudju, ir-riskju ta’ olanzapine kien simili għar-riskju minn antipsikotiċi atipiċi li kienu inklużi f’analiżi minn numru ta’ studji.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fil-kura tat-tfal u adolexxenti. Studji f'pazjenti bejn it-13 u s-17-il sena wrew reazzjonijiet avversi varji, fosthom żieda fil-piż, tibdil fil-parametri metaboliċi u żieda fil- livelli ta' prolactin (ara taqsimiet 4.8 u 5.1).

Lactose

Il-pilloli ZYPREXA fihom l-lactose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galactose, ta’ nuqqas tal-Lapp lactase jew ta’ nuqqas fl-assorbiment ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott saru fl- adulti biss.

Potenzjal t'interazzjonijiet ma' olanzapine

Minħabba li olanzapine hija metaboliżżata b' CYP1A2, sustanzi li jistgħu speċifikament jikkaġunaw jew jinibixxu din l-iżoenzima jistgħu jaffettwaw il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Attivazzjoni ta' CYP1A2

Il-metaboliżmu ta’olanzapine jista' jiġi kkawżat mit-tipjip u b' carbamazepine, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' olanzapine. Ġiet osservata żjieda żgħira sa moderata fil-clearance ta' olanzapine mill-ġisem. Il-konsegwenzi kliniċi x'aktarx huma limitati, imma hija rrakkomandata l- osservazzjoni klinika u tista' tiġi kkunsidrata żjieda fid-doża ta' olanzapine jekk din tkun meħtieġa (ara taqsima 4.2).

Inibizzjoni ta' CYP1A2

Fluvoxamine, inibitur speċifiku ta'CYP1A2, deher li jinibixxi sinifikatament il-metaboliżmu ta' olanzapine. Iż-żjieda medja f’ olanzapine Cmax wara t-teħid ta' fluvoxamine kienet 54% fin-nisa li ma jpejpux u 77% fl-irġiel li jpejpu. Iż-żjieda medja fl-AUC ta' olanzapine kienet 52% u 108% rispettivament. Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa ta' olanzapine f'pazjenti li qed jużaw fluvoxamine jew xi inibituri oħra ta' CYP1A2, bħal ciprofloxacin. Għandha tiġi kkunsidrata tnaqqis fid-doża ta' olanzapine jekk jinbeda xi trattament b'inibitur ta' CYP1A2.

Biodisponibbiltà mnaqqsa

Faħam attivat inaqqas il-biodisponibilità ta' olanzapine li tittieħed mill-ħalq b' 50 sa 60% u għandu jittieħed għal ta' l-inqas sagħtejn qabel jew wara olanzapine.

Fluoxetine (inibitur CYP2D6), dożi b’ waħdiet t' antaċidi (aluminium, magnesium) jew cimetidine ma nstabux li jaffettwaw sinifikatament il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Il-potenzjal ta' olanzapine biex jaffetwa prodotti mediċinali oħra

Olanzapine jista' jantagonizza l-effetti ta' l-antagonisti ta’ dopamine diretti jew indiretti.

Olanzapine ma jinibixxix l-iżoenzimi CYP450 prinċipali in vitro (eż 1A2, 2D6, 2C9, 2C19, 3A4). Għalhekk, ma hemm ebda reazzjoni partikolari mistennija kif verifikat minn studji in vivo fejn ma nstabet ebda inibizzjoni tal-metaboliżmu tas-sustanzi attivi li ġejjin: anti-dipressant triċikliku (jirrapreżenta l-aktar il-passaġġ permezz ta' CYP2D6), warfarina (CYP2C9), theophylline (CYP1A2) jew diazepam (CYP3A4 u 2C19).

Olanzapine ma wera ebda reazzjoni meta ttieħed flimkien ma’ lithium jew biperiden.

Osservazzjoni terapewtika tal-livelli ta’ valproate fil-plażma ma ndikatx li tibdil fid-dożaġġ tal- valproate huwa meħtieġ wara l-introduzzjoni ta' olanzapine ukoll.

Attività tas-CNS ġenerali

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti li jixorbu l-alkoħol jew li jieħdu prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali .

Mhux rakkomandat l-użu konkomitanti ta' olanzapine ma' prodotti mediċinali kontra l-Parkinson f'pazjenti bil-marda ta' Parkinson u d-demenzja (ara taqsima 4.4).

L-Intervall QTc

Għandha tintuża l-kawtela jekk olanzapine qiegħed jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali magħrufa li jtawlu l-intervall QTc (ara taqsima 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm ebda studji adegwati u kkontrollati sewwa f'nisa waqt it-tqala. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jgħarrfu lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal jew jekk qed jippjanaw li jinqabdu tqal waqt it-trattament b’ olanzapine. Madankollu, minħabba li l-esperjenza fil-bniedem hija limitata, olanzapine għandha tintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċju li jista' jkun hemm jiġġustifika r-riskju li jista' jkun hemm fuq il-fetu.

Trabi tat-twelid esposti għal antipsikotiċi (inkluż olanzapine) matul it-tielet trimestru tat-tqala huma f’riskju ta’ reazzjonijiet avversi inkluż sintomi ekstrapiramidali u/jew ta’ rtirar li jistgħu jvarjaw fis- serjetà u f’kemm idumu wara l-għoti. Kien hemm rapporti ta’ aġitazzjoni, ipertonja, ipotonja, rogħda, ħedla, skumdità respiratorja, jew disturb fit-tmigħ. Konsegwentament, trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni.

Treddigħ

Fi studju fuq nisa b'saħħithom li qed ireddgħu, olanzapine tfaċċa fil-ħalib tas-sider. L-espożizzjoni

(mg/kg) medja fit-trabi fl-istat fiss kienet stimata li kienet 1.8% tad-doża ta' olanzapine fl-omm.

Pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jreddawx tarbija jekk qed jieħdu olanzapine.

Fertilità

L-effetti fuq il-fertilità mhumiex magħrufa (ara taqsima 5.3 għal informazzjoni ta’ qabel l-użu kliniku).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Minħabba li olanzapine jista' jikkawża sonnolenza u sturdament, il-pazjenti għandhom jiġu avżati dwar l-użu ta' magni, inklużi l- karozzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Adulti

Fi studji kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b'mod frekwenti (jidhru f'> 1% tal- pazjenti) u li huma assoċjati ma' l-użu ta' l-olanzapine kienu sonnolenza, żieda fil-piż, eosinofilja, livelli għolja ta' prolactin, kolesterol, glucose u trigliċeridi (ara taqsima 4.4), glukosurja, żieda fl-aptit, sturdament, akatiżja, parkinsoniżmu, lewkopenija, newtropenija (ara taqsima 4.4), diskineżja, pressjoni baxxa mal-waqfien, effetti antikolinerġiċi, żieda fil-livelli tal-aminotransferases tal-fwied li ma jurux sintomi u li huma momentanji (ara taqsima 4.4), raxx, astenja, għeja, deni, artralġja, żieda fil-livell tal-alkaline phophatase, livell għoli ta’ gamma glutamyltransferase, livell għoli ta’ aċtu uriku, livell għoli ta’ creatine phosphokinase u edima.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Fit-tabella li ġejja huma mniżżla r-reazzjonijiet avversi u t-testijiet tal-laboratorju osservati minn rapporti magħmula b’mod spontanju u minn studji kliniċi. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna ( > 1/10), komuni ( > 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( > 1/1,000 sa < 1/100), rari ( > 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna ( < 1/10,000), mhux magħrufa (ma jistgħux jiġu stmati mill-informazzjoni li hemm disponibbli).

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

ħafna

 

 

 

 

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

 

 

 

Eosinofilja

 

Tromboċitopenija11

 

 

Lewkopenija10

 

 

 

 

Newtropenija10

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

 

 

Sensittività eċċessiva11

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

 

Żieda fil-

Livelli għolja ta'

Żvilupp jew aggravar

Ipotermija12

 

piż1

kolesterol2,3

tad-dijabete, xi kultant

 

 

 

Livelli għolja ta'

assoċjata ma’

 

 

 

glucose4

ketoaċidożi jew koma

 

 

 

Livelli għolja ta'

inklużi xi każijiet fatali

 

 

 

trigliċeridi2,5

(ara taqsima 4.4)11

 

 

 

Glikosurja

 

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

 

 

Sonnolenza

Sturdament

Aċċessjonijiet li fil-

Sindromu

 

 

Akatizja6

maġġoranza tagħhom

Newrolettiku

 

 

Parkinsoniżmu6

kien rrappurtat passat

Malinn (ara

 

 

Diskineżja6

mediku ta'

taqsima 4.4)12

 

 

 

aċċessjonijiet jew

Sintomi ta' twaqqif

 

 

 

fatturi tar-riskju għall-

tal-kura7,12

 

 

 

aċċessjonijiet11

 

 

 

 

Distonja (tinkludi

 

 

 

 

okuloġirazzjoni)11

 

 

 

 

Diskineżja tardiva11

 

 

 

 

Amnesija9

 

 

 

 

Disartrja

 

 

 

 

Sindrome ta’ Saqajn

 

 

 

 

Irrekwieti

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

 

 

Bradikardija

Takikardija/

 

 

 

QTc imtawwal (ara

fibrillazzjoni

 

 

 

taqsima 4.4)

ventrikulari,

 

 

 

 

mewt għall-

 

 

 

 

għarrieda (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)11

 

 

 

 

 

 

Disturbi vaskulari

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

ħafna

 

 

 

 

Pressjoni

 

Tromboemboliżmu

 

 

baxxa mal-

 

(inkluż l-emboliżmu

 

 

waqfien10

 

pulmonari u t-trombożi

 

 

 

 

tal-vini fil-fond) (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

 

 

 

 

Epistassi9

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

 

 

 

 

Effetti antikolinerġiċi

Nefħa fl-addome9

Pankreatite11

 

 

ħfief u li jgħaddu

 

 

 

 

malajr inklużi

 

 

 

 

stitikezza u ħalq xott

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

 

 

 

Żieda ta'

 

Epatite (inkluż

 

 

aminotransferases tal-

 

mard tal-fwied tat-

 

 

fwied (ALT, AST) bla

 

tip epatoċellulari,

 

 

sintomi u li tgħaddi

 

kolestatiku jew

 

 

malajr, speċjalmet fil-

 

tat-tnejn

 

 

bidu tal-kura (ara

 

flimkien)11

 

 

taqsima 4.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta' taħt il-ġilda

 

 

 

Raxx

Reazzjoni ta'

 

Reazzjoni għall-

 

 

fotosensittività

 

Mediċina

 

 

Alopeċja

 

b’Eosinofilja u

 

 

 

 

Sintomi Sistemiċi

 

 

 

 

(DRESS)

Disturbi muskolu-skeltrali u tal-connective tissue

 

 

 

Artralġja9

 

Rabdomijoliżi11

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

 

 

 

 

Inkontinenza urinarja,

 

 

 

 

żamma tal-urina

 

 

 

 

Eżitazzjoni urinarja11

 

 

 

 

 

 

 

Kondizzjonijiet ta’ waqt it-tqala, il-ħlas u wara l-ħlas

 

 

 

 

 

 

Sindromu ta’ rtirar

 

 

 

 

mill-mediċina

 

 

 

 

neonatali (ara

 

 

 

 

taqsima 4.6)

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

 

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

ħafna

 

 

 

 

 

Disfunzjoni tal-

Nuqqas jew twaqqif

Prijapiżmu12

 

 

erezzjoni fl-irġiel

mhux normali tal-

 

 

 

Tnaqqis fil-libido tal-

mestrwazzjoni

 

 

 

irġiel u tan-nisa

Tkabbir żejjed tas-sider

 

 

 

 

Ħruġ eċċessiv jew

 

 

 

 

spontanju tal-ħalib mis-

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

Ginekomastija/tkabbir

 

 

 

 

żejjed tas-sider fl-irġiel

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

Astenja

Għeja

Edima

Deni10

Investigazzjonijiet

Livelli

Żieda f'alkaline

Żieda fil-bilirubin totali

elevati ta'

phosphatase10

 

prolactin

Creatine

 

fil-plażma 8

phosphokinase għoli11

 

 

Gamma

 

 

Glutamyltransferase

 

 

għoli10

 

 

Uric Acid għoli10

 

1Ġiet osservata żieda fil-piż klinikament sinifikanti fil-kategoriji kollha fil-linja bażi ta’ l-Indiċi tal- Massa tal-Ġisem (BMI). Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 47 ġurnata), żieda fil-piż ta’ ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni ħafna (22.2 %), ≥ 15% kienet komuni (4.2 %) u ≥ 25 % ma kinitx komuni (0.8 %). Wara espożizzjoni fit-tul (għallinqas 48 ġimgħa). il- pazjenti li żiedu ≥ 7 %, ≥ 15 % u ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom kienu komuni ħafna

(64.4 %, 31.7 % u 12.3 % rispettivament).

2Iż-żidiet medji fil-livelli tax-xaħmijiet waqt is-sawm (kolesterol totali, LDL kolesterol, u trigliċeridi) kienu ogħla f’pazjent li fil-linja bażi ma wrewx evidenza ta’ problemi fil-kontroll tax-xaħmijiet.

3Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.17 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

6.2 mmol/l). Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥

5.17 - < 6.2 mmol/l) għal għoljin (≥ 6.2 mmol/l) kienu komuni ħafna.

4Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.56 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

7mmol/l). Tibdil fil-livelli taz-zokkor waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.56 - <

7mmol/l) għal għoljin (≥ 7m mol/l) kienu komuni ħafna.

5Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.69 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

2.26mmol/l). Tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.69 mmol/l- <

2.26mmol/l) għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l) kienu komuni ħafna.

6 Fi studji kliniċi, l-inċidenza tal-marda ta' Parkinson u distonja f'pazjenti kkurati b’ olanzapine kienet numerikament ogħla, imma statistikament mhux differenti b’mod sinifikattiv mill-plaċebo. Pazjenti kkurati b’ olanzapine kellhom inċidenza tal-marda ta' Parkinson, ta' l-akatiżja u tad-distonja aktar baxxa ikkumparata ma' dożi titrati ta’ haloperidol. Fl-assenza ta' tagħrif dettaljat dwar passat pri- ezistenti ta' disturbi akuti u movimenti tardivi ekstrapiramidali, fil-preżent ma jistax jiġi konkluż li olanzapine jipproduċi anqas diskineżja tardiva u/jew sindromi ekstrapiramidali tardivi oħra.

7Ġew irrapportati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ u rimettar meta olanzapine jitwaqqaf f'daqqa.

8F’studji kliniċi li damu sa 12-il ġimgħa, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prolactin qabżu l-ogħla limitu tal-marġni normali f’madwar 30 % tal-pazjenti kkurati b’olanzapine u li bħala linja bażi kellhom valuri normali ta’ prolactin. Fil-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, l-elevazzjonijiet, b’mod

ġenerali, ma kinux kbar u baqgħu taħt il-livell ta’ darbtejn l-ogħla limitu tal-marġni normali.

9Avveniment avvers identifikat minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

10Kif evalwat minn valuri meħuda minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

11Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza ddeterminata bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

12Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza stmata fl-ogħla limitu tan-95% intervall ta’ kunfidenza bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

Espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 48 ġimgħa)

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom tibdil avvers, klinikament sinifikanti fiż-żieda fil-piż, fil-glucose, fil-kolesterol totali/LDL/HDL jew trigliċeridi żdied maż-żmien. F’pazjenti adulti li spiċċaw 9-12-il xahar ta’ terapija, ir-rata taż-żieda fil-medja tal-glucose fid-demm naqset wara kważi 6 xhur.

Tagħrif addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Fi studji kliniċi f’pazjenti anzjani bid-demenzja, trattament b'olanzapine kien assoċjat ma’ inċidenza ogħla ta’ mwiet u reazzjonijiet avversi ċerebro-vaskulari meta mqabbla mal-plaċebo (ara taqsima 4.4). Reazzjonijiet avversi komuni ħafna assoċjati ma’ l-użu ta’olanzapine f’dan il-grupp ta’ pazjenti kienu mixi mhux normali u waqgħat. Il-pulmonite, iż-żieda fit-temperatura tal-ġisem, il-letarġija, l-eritema, l-alluċinazzjonijiet viżivi u l-inkontinenza ta’ l-awrina kienu komunement osservati.

Fi studji kliniċi f’pazjenti b’psikożi dovuta għal mediċina (agonist ta' dopamine) assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u fl-alluċinazzjonijiet, kienu rrapportati b'mod komuni ħafna u aktar ta’ spiss milli bil-plaċebo.

Fi studju kliniku wieħed f'pazjenti b'manija bipolari, terapija b’valproate flimkien ma' olanzapine rriżultat f'inċidenza ta' newtropenja ta' 4.1%; fattur potenzjalment kontributorju jista' jkun livelli għolja ta’ valproate fil-plażma. Olanzapine mogħti ma' lithium jew valproate irriżulta f’żieda fil-livelli (≥ 10%) ta' rogħda, nixfa fil-ħalq, żieda fl-aptit, u żieda fil-piż. Disturb fid-diskors kien ukoll komunement rappurtat. Waqt trattament b’olanzapine flimkien ma’ lithium jew divalproex, żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem seħħet f' 17.4% tal-pazjenti waqt it-trattament akut (sa 6 ġimgħat). Trattament b’olanzapine għal żmien twil (sa 12-il xahar) bl-għan ta' prevenzjoni ta' episodju ieħor f'pazjenti b'mard bipolari kien assoċjat ma' żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem f' 39.9% tal- pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Olanzapine mhux indikat għall-użu fit-tfal u pazjenti adolexxenti taħt it-18-il sena. Għalkemm ma ġewx imwettqa studji kliniċi magħmulin biex iqabblu l-adolexxenti ma' l-adulti, informazzjoni mill- istudji ta' l-adolexxenti ġiet imqabbla ma' dik ta’ l-istudji ta' l-adulti.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrapportati b'frekwenza akbar f'pazjenti adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena) milli f'pazjenti adulti jew reazzjonijiet avversi li ġew identifikati biss waqt studji kliniċi ta’ terminu qasir f'pazjenti adolexxenti. Żieda fil-piż klinikament sinifikanti (≥ 7%) tidher li sseħħ aktar frekwentement fil-popolazzjoni ta' l-adolexxenti meta mqabbla ma’ l- adulti li kellhom l-istess ammont ta’ espożizzjoni għall-prodott. L-ammont ta’ żieda fil-piż u l- proporzjon ta’ pazjenti adolexxenti li kellhom żieda fil-piż klinikament sinifikanti kienu akbar

b’espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 24 ġimgħa) milli b’espożizzjoni għal perijodu qasir ta’żmien.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10).

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni ħafna: Żieda fil-piż13, livelli elevati ta' trigliċeridi14, żieda fl-aptit.

Komuni: Livelli għolja ta' kolesterol15

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: Sedazzjoni (inklużi: ipersomnja, letarġija, sonnolenza).

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Ħalq xott

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna: Żieda ta' aminotransferases tal-fwied (ALT/AST; ara taqsima 4.4).

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Tnaqqis fil-bilirubin totali, żieda ta' GGT, livelli elevati ta' prolactin fil-plażma16.

13Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 22 ġurnata), żieda fil-piż ta' > 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem (kg) kienet komuni ħafna (40.6 %), ≥ 15% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni (7.1 %) u ≥ 25 % kienet komuni (2.5 %). B’espożizzjoni fit-tul (għallinqas 24 ġimgħa),

89.4 % żiedu ≥ 7 %, 55.3 % żiedu ≥ 15 % u 29.1 % żiedu ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom.

14Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.016 mmol/l) li żdiedu għal għoljin

(≥ 1.467 mmol/l) u tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.016 mmol/l - < 1.467 mmol/l) għal għoljin (≥ 1.467 mmol/l).

15Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm minn normal fil-linja bażi (< 4.39 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kienu komuni. Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 4.39 - < 5.17 mmol/l) għal għoljin (≥ 5.17 mmol/l) kienu komuni ħafna.

16F'47.4% tal-pazjenti adolexxenti ġew irrapportati livelli għoljin ta' prolactin fil-plażma.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sinjali u sintomi

Sintomi komuni ħafna meta ittieħdet doża eċċessiva (> 10% inċidenza) jinkludu takikardija, aġitazzjoni/aggressività, diżartrija, sintomi ekstrapiramidali varji, u telf tas-sensi li tvarja minn sedazzjoni sa koma.

Sintomi oħra morbużi ta' doża eċċessiva li huma medicament sinifikanti jinkludu d-delirju, il- konvulżjoni, koma, possibilment Sindromu Newrolettiku Malinn, depressjoni respiratorja, aspirazzjoni fil-passaġġ respiratorju, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, taħbit tal-qalb irregolari (< 2% tal- każijiet ta' doża eċċessiva) u arrest kardjopulmonari . Ġew rappurtati każijiet fatali b' dożi akuti u eċċessivi baxxi daqs 450 mg iżda kien hemm ukoll każ fejn pazjent baqa ħaj wara doża eċċessiva akuta ta' madwar 2 g ta’ olanzapine meħud b’mod orali.

L-immaniġġar

Ma hemm ebda antidotu speċifiku għal olanzapine. Remettar sfurzat mhux rakkomandat. Jistgħu jkunu ndikati l-miżuri tas-soltu għall-immaniġar ta' doża eċċessiva (li huma l-ħasil gastriku, teħid ta' faħam attivat). It-teħid flimkien mal-faħam attivat wera li jnaqqas il-biodisponibilità orali ta' olanzapine b' 50% sa 60%.

Trattament sintomatiku u l-monitoraġġ tal-funzjoni ta' l-organi vitali għandhom isiru skond il-qagħda klinika, inkluż it-trattament għall-pressjoni baxxa u kolass taċ-ċirkolazzjoni u sosteniment pulmonari. Tużax epinephrine, dopamine, jew sustanzi oħra simpatomimatiċi b' attività beta-agonista għax l- istimulazzjoni beta tista' taggrava l-pressjoni baxxa. Huwa neċessarju l-monitoraġġ kardjovaskulari biex tinduna b’taħbit irregolari tal-qalb li jista’ jseħħ. Għandha tkompli s-superviżjoni medika mill- qrib u l-monitoraġġ jitkompla sakemm il-pazjent jirkupra.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: psikolettiċi, diazepines, oxazepines, thiazepins u oxepines, kodiċi ATC N05A H03.

Effetti farmakodinamiċi

Olanzapine hija sustanza antipsikotika, kontra l-manija u stabilizzatur tal-burdata li turi profil farmakoloġiku ta' firxa wiesa' ta' sistemi ta' riċetturi.

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, olanzapine wera firxa ta’ affinitajiet għar-riċetturi (Ki < 100 nM) għal

riċetturi ta’ serotonin 5-HT2A/2C, 5-HT3, 5-HT6; dopamine D1, D2, D3, D4, D5; riċetturi muskariniċi kolinerġiċi M1-M5; α-1 adrenerġiċi; riċetturi histamine H1. Studji fuq l-imġiba ta’ l-annimali

b’olanzapine indikaw antagoniżmu għal 5HT, dopamine, u dak kolinerġiku, konsistenti mal-profil ta’ rbit mar-riċettur. Olanzapine wera affinità akbar in vitro għar-riċetturi ta’ serotonin 5-HT2 milli ta’

dopamine D2 u attività in vivo akbar għal 5-HT2 milli għal D2. Studji elettrofiżjoloġiċi wrew illi

olanzapine b’mod selettiv naqqas l-istumulazzjoni tan-newroni dopaminerġiċi mesolimbiċi (A10), waqt li kellu ftit effett fuq is-sekwenza tar-reazzjoni strijatali (A9) involuta fil-funzjoni motorjali. Olanzapine naqqas ir-rispons ta’ ħrib kundizzjonat, test indikattiv ta’ l-attività antipsikotika, f’dożi anqas minn dawk li jwasslu għall-katalepsi, konsegwenza indikattiva ta’ effett motorju mhux mixtieq.

Kuntrarju għal xi sustanzi antipsikotiċi oħra, olanzapine iżid ir-rispons f'test “anksjolitiku”.

Fi studju b'doża waħda orali (10 mg) fejn intużat it-Tomografija bl-Emissjoni tal-Pożitroni (PET) f'voluntiera b'saħħithom, olanzapine ipproduċa okkupanza ta' 5HT2A ogħla mir-riċettur ta’ dopamine

D2. Ma' dan, studju ta’ immaġni ta’ Tomografija Kkomputerizzata bl-Emissjoni ta’ Foton Wieħed SPECT f'pazjenti skiżofreniċi wera li l-pazjenti li jirreagixxu għal olanzapine kellhom okkupanza strijatali D2 anqas milli f'pazjenti li rrispondew għal xi antipsikotiċi oħra jew għal risperidone, waqt li kienu komparabbli għall-pazjenti li irrispondew għal clozapine.

Effikaċja klinika

Fi provi kkontrollati tnejn minn tnejn bil-plaċebo u tnejn minn tlieta bil-komparatur b'aktar minn 2,900 pazjenti skiżofreniċi li għandhom kemm sintomi negattivi kif ukoll sintomi pożittivi, olanzapine kien assoċjat ma' titjib akbar, statistikament sinifikanti, f'sintomi negattivi kif ukoll pożittivi.

F’studju komparattiv, double-blind u multinazzjonali ta’ skiżofrenija, ta’ manifestazzjonijiet skiżoaffettivi u disturbi relatati oħra li kien jinkludi 1,481 pazjent li kellhom gravità differenti ta’ l- assoċjati sintomi dipressivi (medja ta’ punteġg ta’ 16.6 meħud fil-bidu tal-kura skond l-iskala li tivvaluta d-dipressjoni ta’ Montgomery-Asberg), analiżi prospettiva sekondarja tat-tibdil fil-punteġġ ta’ l-atteġġament bejn il-bidu u fl-aħħar tal-kura wriet titjib statistikament sinifikanti (p= 0.001) favur olanzapine (-6.0) kontra haloperidol (-3.1).

F'pazjenti b'diżordni ta' manija jew diżordni bipolari b'episodju mħallat, olanzapine wera effikaċja superjuri għall-plaċebo u għal valproate semisodium (divaproex) fit-tnaqqis ta' sintomi manijaċi f'aktar minn 3 ġimgħat. Olanzapine wera wkoll riżultati effikaċji li jistgħu jiġu kumparati ma' haloperidol fit- termini tal-proporzjon ta' pazjenti f'remissjoni sintomatika minn manija u depressjoni f' 6 u 12-il

ġimgħa. Fi studju ta' terapija ta' pazjenti trattati flimkien b’lithium jew b’valproate għal minimu ta' ġimgħatejn, iż-żjieda ta' olanzapine 10 mg (terapija flimkien ma’ lithium jew valproate) wara 6 ġimgħat irriżultat f'tnaqqis akbar tas-sintomi tal-manija milli b'monoterapija b’lithium jew b’valproate.

Fi studju ta' 12-il xahar ta' prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'episodju ta' manija, li kienu diġà ikkontrollati b’olanzapine, imbagħd kienu mogħtija mingħajr għażla olanzapine jew il-plaċebo, olanzapine wera superjorita sinifikanti u statistikament superjuri fuq il-plaċebo fuq l-għan ewlieni tar- rikorrenza bipolari. Olanzapine uriet ukoll vantaġġ statistiku u sinifikanti fuq il-plaċebo fil- prevenzjoni, kemm f'attakki ġodda ta' manija kif ukoll f'attakki ġodda ta' depressjoni.

Fit-tieni studju ta' 12-il xhar dwar ir-rikorrenza preventiva f'pazjenti b'episodju ta' manija li kienu ikkontrollati b’olanzapine u l-lithium flimkien, kienu mbgħad mqassmin mingħajr għażla u mogħtija olanzapine jew il-lithium waħdu.Olanzapine kien statistikament mhux inferjuri għall-lithium fuq l- għan ewlieni ta' rikorrenza bipolari (olanzapine 30.0%, lithium 38.3%; p = 0.055).

Fi studju ta' 18-il xhar f'pazjenti b'manija jew b'episodji mħallta stabilizzati fuq olanzapine flimkien ma' stabilizzatur tal-burdata (lithium jew valproate), l-użu fit-tul ta' olanzapine flimkien ma’lithium jew l-valproate ma kienx statistikament sinifikanti superjuri għall-lithium jew għall-valproate waħdu biex jittardja r-rikorrenza bipolari, kif definit skond il-kriterji (dijanjostiċi) tas-sindromu.

Popolazzjoni pedjatrika

Fl-adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena), dejta kkontrollata ta’ effikaċja hija limitata għal studji ta’ tul qasir ta’ żmien fl-iskiżofrenja (6 ġimgħat) u manija assoċjata ma' mard bipolari tat-tip I (3 ġimgħat) u li involvew anqas minn 200 adolexxent. Id-doża ta’ Olanzapine ma kienitx fissa u bdiet b'2.5 u telgħat sa 20 mg/ġurnata. Waqt il-kura b'olanzapine, l-adolexxenti żiedu aktar fil-piż b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' l-adulti. Il-grad ta' tibdil fil-kolesterol totali waqt is-sawm, kolesterol tat-tip LDL, trigliċeridi, u prolactin (ara taqsimiet 4.4 u 4.8) kien akbar fl-adolexxenti milli fl-adulti. M'hemmx dejta kkontrollata dwar il-manteniment tal-effett jew dwar is-sigurtà fit-tul (ara taqsimiet 4.4 u 4.8). L- informazzjoni dwar is-sigurtà fit-tul hija primarjament limitata għal dejta open-label li mhijiex ikkontrollata.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Olanzapine hija assorbita sew wara li tittieħed mill-ħalq, tilħaq l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma fi żmien 5 sa 8 sigħat. L-assorbiment ma jiġix affetwat mill-ikel. Il-biodisponibilità' assoluta orali relattiva għal amministrazzjoni fil-vina ma' kienitx determinata.

Distribuzzjoni

Ir-rabta mal-proteina fil-plażma ta'olanzapine kienet madwar 93% fuq il-firxa tal-konċentrazzjoni ta' madwar 7 sa xi 1000 ng/ml. Olanzapine hija fil-biċċa ’l kbira marbuta mal-albumina u 1-aċid- glycoprotein.

Bijotrasformazzjoni

Olanzapine hija metabolizzata fil-fwied minn metodi konjugattivi u ossidattivi. Il-prodott metaboliku li l-aktar jiċċirkola huwa 10-N- glukoronide, li ma jaqsamx il-barriera bejn id-demm u l-moħħ. L- enżimi ċitokromju P450-CYP1A2 u P450-CYP2D6 jikkontrbwixxu għall-formazzjoni ta' prodotti metaboliċi tat-tip N-desmethyl u 2-hydroxymethyl. It-tnejn dehru sinifikatament anqas f'attività farmakoloġika in vivo milli olanzapine fi studji fuq l-annimali. L-attività farmakoloġika predominanti ġejja minn olanzapine nnifsu.

Eliminazzjoni

Wara li jittieħed mill-ħalq, il-medja tal-half life tal-eliminazzjoni terminali ta' olanzapine f'suġġetti b'saħħithom varjat fuq il-bażi ta' l-età' u sess.

F'anzjani b'saħħithom (65 u fuqhom) f'paragun ma' pazjenti mhux anzjani, il-half life ta' l- eliminazzjoni medja twalet (51.8 paragun ma' 33.8 siegħa) u t-tneħħija tnaqqset (17.5 paragun ma'

18.2 l/hr). Il-varjabilità farmakokinetika osservata fl-anzjani hija fl-istess livell ta' dawk li mhux anzjani. F'44 pazjenti skiżofreniċi li għandhom > 65 sena, id-dosaġġ minn 5 sa 20 mg/ġurnata ma kienx assoċjat ma' xi profil distint ta' avvenimenti avversi.

F' pazjenti femminili f'paragun ma' dawk maskili il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni ġiet kemmxejn mtawla (36.7 kontra 32.3 sigħat) u t-tneħħija tnaqqset (18.9 kontra 27.3 l/hr). Madankollu, olanzapine (5-20 mg) wera profil ta' sigurtà kumparabbli f'pazjenti nisa (n=467) u f'pazjenti rġiel

(n=869).

Indeboliment renali

F'pazjenti b'mard tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina < 10 ml/min) f'paragun ma' pazjenti b'saħħithom, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni (37.7 kontra 32.4 siegħa) jew il-clearance (21.2 kontra 25.0 l/hr). Studju ta’ tqabbil tal-piżijiet wera bejn wieħed u ieħor

57% ta' olanzapine radjuattiv fl-urina, prinċipalment bħala prodotti metaboliċi.

Min ipejjep

F'pazjenti li jpejpu u għandhom disfunzjoni tal-fwied ħafifa, il-half life ta' l-eliminazzjoni medja (39.3 siegħa) twalet u t-tneħħija (18.0 l/hr) tnaqqset bħal f'pazjenti b'saħħithom li ma jpejpux (48.8 siegħa u

14.1 l/hr, rispettivament).

F'pazjenti li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu (irġiel u nisa) il-medja tal-half life ta' l- eliminazzjoni kien imtawwal (38.6 kontra 30.4 siegħa) u l-clearance tnaqqset (18.6 kontra 27.7 l/hr).

Il-clearance ta’olanzapine mill-plażma huwa anqas f'pazjenti anzjani f'paragun ma' suġġetti żgħar, fin- nisa f'paragun ma' l-irġiel, u f'dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Madankollu, l-impatt ta' l-età, is-sess, jew tat-tipjip fuq il-clearance ta' olanzapine u fuq il-half life huwa żgħir f'paragun mal-varjabilità totali ta' bejn individwi.

Fi studju ta' pazjenti kawkasi, Ġappuniżi, u Ċiniżi, ma kien hemm ebda differenzi fil-parametri farmakokinetiċi fost it-tliet popolazzjonijiet.

Popolazzjoni pedjatrika

Adolexxenti (minn 13 sa 17-il sena): Il-farmakokinetika ta' olanzapine fl-adolexxenti u fl-adulti hija simili. Fi studji kliniċi, il-medja ta' espożizzjoni għal olanzapine kienet bejn wieħed u ieħor ta' 27% ogħla fl-adolexxenti. Id-differenzi demografiċi bejn l-adolexxenti u l-adulti jinkludu medja anqas ta' piż tal-ġisem u anqas adolexxenti kienu jpejpu. Fatturi bħal dawn x'aktarx li jikkontribwixxu għall- medja ta' espożizzjoni ogħla osservata fl-adolexxenti.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tossiċità akuta (doża waħda)

Sinjali ta' tossiċità orali fir-rodenti kienu simili għas-sustanzi newrolettiċi qawwija:attività baxxa, koma, rogħda, konvulżjonijiet kloniċi, salivazzjoni, u tnaqqis fiż-żjieda tal-piż. Id-dożi medjani li jwasslu għall-mewt kienu bejn wieħed u ieħor 210 mg/kg (ġrieden) u 175 mg/kg (firien). Il-klieb felħu dożi orali b’wahdiet sa 100 mg/kg mingħajr mortalità. Sinjali kliniċi inkludew sedazzjoni, atassja, rogħda, żjieda fir-rata tal-qalb, diffikultà fir-respirazzjoni, tidjiq tal-pupilla ta' l-għajn, u l-anoreksja. Fix-xadini, dożi orali b’wahdiet sa 100 mg/kg irriżultaw f'prostrazzjoni u, f'dożi ogħla, telf parzjali mis-sensi.

Tossiċità ta' dożi repetuti

Fi studji sa 3 xhur fil-ġrieden u sa sena fil-firien u fil-klieb, l-effetti li ippredominaw kienu d- depressjoni CNS, effetti antikolinerġiċi, u diżordnijiet periferali ematoloġiċi. Żviluppat it-tolleranza għad-depressjoni CNS. Il-parametri ta' l-iżvilupp kienu mnaqqsa b'dożi għoljin. Effetti riversibbli konsistenti ma' prolaktin elevat fil-firien inkludew tnaqqis fil-piż ta' l-ovarji u ta' l-utru u tibdiliet morfoloġiċi fl-epitilju tal-vaġina u fis-sider.

Tossiċità ematoloġika

Effetti fuq il-parametri ematoloġiċi nstabu f'kull speċi, inklużi tnaqqis relatat mad-doża fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-ġrieden u tnaqqis mhux speċifiku fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-firien; madankollu, ma nstabet l-ebda prova ta' ċitotossiċità tal-mudullun. Newtropenja, tromboċitopenja jew l-anemija riversibbli żviluppaw fi ftit klieb ittrattati b' 8 jew 10 mg/kg/ġurnata (espożizzjoni totali ta' olanzapine [erja taħt il-kurva] hija 12 sa 15-il darba aktar minn dik ta' raġel mogħti doża ta' 12 mg). Fi klieb fejn l-għadd taċ-ċelluli tad-demm huwa anqas minn normal, ma kien hemm ebda effetti avversi fuq ċelloli proġenituri u ċelloli proliferanti tal-mudullun.

Tossiċità fuq is-sistema riproduttiva

Olanzapine ma kellha ebda effetti teratoġeniċi. Is-sedazzjoni affettwat il-ħila ta’ tgħammir tal-firien ta' sess maskili. Iċ-ċikli estruwi kienu affettwati b'dożi ta' 1.1 mg/kg (3 darbiet id-doża massima fil- bniedem) u l-parametri tar-riproduzzjoni kienu influwenzati fil-firien mogħtija 3 mg/kg (9 darbiet id- doża massima fil-bniedem). Fil-frieħ tal-firien mogħtija olanzapine, kienu osservati dewmien fl- iżvilupp tal-fetu u tnaqqis għal xi żmien fl-attività tal-frieħ.

Mutaġeniċità

Olanzapine ma ikkawżatx mutaġeniċità jew klastoġeniċità f'firxa sħiħata' testijiet standard, li nkludew testijiet ta' mutazzjoni tal-mikrobi kif ukoll testijiet fuq il-mammiferi kemm in vitro kif ukoll in vivo.

Kanċeroġeniċità

Ibbażat fuq riżultati ta' studji fuq il-ġrieden u l-firien, kien konkluż li olanzapine mhuwiex kanċeroġeniku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola

Lactose monohydrate

Hyprolose

Crospovidone

Microcrystalline cellulose

Magnesium stearate

Il-kisja tal-pillola

ZYPREXA 2.5 mg , 5 mg, 7.5 mg u 10 mg pilloli miksija

Hypromellose

Kulur tat-taħlita abjad (hypromellose, titanium dioxide E171, macrogol, polysorbate 80) Carnauba wax

Inka blu li tittiekel (shellac, ethanol anidriku, isopropyl alcohol, butyl alcohol, propylene glycol, ammonium hydroxide, indigo carmine E132)

ZYPREXA 15 mg pilloli miksija

Hypromellose

Kulur tat-taħlita blu ċar (titanium dioxide E171, lactose monohydrate, hypromellose, triacetin, kulur indigo carmine (E132))

Carnauba wax

ZYPREXA 20 mg pilloli miksija

Hypromellose

Kulur tat-taħlita roża (titanium dioxide E171, macrogol, lactose monohydrate, hypromellose, iron oxide aħmar sintetiku)

Carnauba wax

6.2Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddux f'dan il-każ

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

ZYPREXA 2.5 mg pilloli miksija

Sentejn

ZYPREXA 5 mg, 7.5 mg, 10 mg, 15 mg u 20 mg pilloli miksija 3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa' mid-dawl u mill-umdità.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih

Strixxi ta’ folji ta' l-aluminju cold-formed f'kartuni ta' 28, 35, 56, 70 jew 98 pillola kull kartuna.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/96/022/002 – ZYPREXA -2.5 mg – pilloli miksija - 28 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/019 – ZYPREXA -2.5 mg – pilloli miksija - 56 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/023 – ZYPREXA -2.5 mg – pilloli miksija - 35 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/029 – ZYPREXA -2.5 mg – pilloli miksija - 70 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/035 - ZYPREXA - 2.5 mg – pilloli miksija - 98 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/004 – ZYPREXA -5 mg – pilloli miksija - 28 pillola, kull kaxxa.

EU/1/96/022/020 – ZYPREXA -5 mg – pilloli miksija - 56 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/024 – ZYPREXA -5 mg – pilloli miksija - 35 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/030 – ZYPREXA -5 mg – pilloli miksija - 70 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/036 - ZYPREXA - 5 mg – pilloli miksija - 98 pillola, kull kaxxa.

EU/1/96/022/011 – ZYPREXA -7.5 mg – pilloli miksija - 28 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/006 – ZYPREXA -7.5 mg – pilloli miksija - 56 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/025 – ZYPREXA -7.5 mg – pilloli miksija - 35 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/031 – ZYPREXA -7.5 mg – pilloli miksija - 70 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/037 - ZYPREXA - 7.5 mg – pilloli miksija - 98 pillola, kull kaxxa.

EU/1/96/022/009 – ZYPREXA -10 mg – pilloli miksija - 28 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/010 – ZYPREXA -10 mg – pilloli miksija - 56 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/026 – ZYPREXA -10 mg – pilloli miksija - 35 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/032 – ZYPREXA -10 mg – pilloli miksija - 70 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/038 - ZYPREXA - 10 mg – pilloli miksija - 98 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/012 – ZYPREXA -15 mg – pilloli miksija - 28 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/021 – ZYPREXA -15 mg – pilloli miksija - 56 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/027 – ZYPREXA -15 mg – pilloli miksija - 35 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/033 – ZYPREXA -15 mg – pilloli miksija - 70 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/039 - ZYPREXA - 15 mg – pilloli miksija - 98 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/014 – ZYPREXA -20 mg – pilloli miksija - 28 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/022 – ZYPREXA -20 mg – pilloli miksija - 56 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/028 – ZYPREXA -20 mg – pilloli miksija - 35 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/034 – ZYPREXA -20 mg – pilloli miksija - 70 pillola, kull kaxxa. EU/1/96/022/040 - ZYPREXA - 20 mg – pilloli miksija - 98 pillola, kull kaxxa.

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 27 ta’ Settembru 1996

Data tal-aħħar tiġdid: 27 ta’ Settembru 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

ZYPREXA 10 mg trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni.

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull fjala għandha 10 mg olanzapine. Wara r-rikostituzzjoni kull ml ta' soluzzjoni fih 5 mg olanzapine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara taqsima 6.1

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Trab isfar lajofilizzat.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Adulti

ZYPREXA trab li jinħall f’soluzzjoni għall-injezzjoni hija jndikata għall-kontroll mgħaġġel ta' l- aġitazzjoni u mġieba mħawda f'pazjenti bi skiżofrenja jew episodju ta' manija, meta t-terapija li tittieħed mill-ħalq ma tkunx xierqa. Trattament b'ZYPREXA trab li jinħall f’soluzzjoni għall- injezzjoni għandu jitwaqqaf u għandu jibda l-użu ta' olanzapine mill-ħalq hekk kif ikun xieraq klinikament.

4.2 Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Adulti

Ghal uzu intramuskolari. Tagħtihx ġol-vina jew taħt il-ġilda. ZYPREXA trab jinħall f’soluzzjoni għall-injezzjoni huwa għal użu għal żmien qasir biss, għal massimu ta’ tlett ġranet konsekuttivi.

Id-doża massima ta’ kuljum ta’ olanzapine (inklużi l-kompożizzjonijiet kollha ta’ olanzapine) hija ta’

20 mg.

Id-doża tal-bidu rakkomandata għall-injezzjoni ta' olanzapine hija 10 mg, tingħata bħala injezzjoni intramuskolari. Tista' tingħata doża anqas (5 mg jew 7.5 mg), skond l-istat kliniku individwali li għandu jagħti kas tal-prodotti mediċinali li diġà ngħataw jew bħala manteniment tal-kura jew bħala kura akuta (ara taqsima 4.4). It-tieni injezzjoni, 5-10 mg, tista' tingħata sagħtejn wara l-ewwel injezzjoni skond l-istat kliniku individwali. F’perijodu ta’ 24 siegħa m’għandhomx jingħataw iżjed minn tliet injezzjonijiet u d-doża massima ta' kuljum ta’ 20 mg ta' olanzapine (inklużi l- kompożizzjonijiet kollha ) m’għandhiex tinqabeż.

ZYPREXA trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni għandha titħallat skond ir-rakkomandazzjonijiet f'taqsima 6.6.

Għal aktar tagħrif dwar it-tkomplija tat-trattament b'olanzapine orali (5 sa 20 mg kuljum), ara l- Karatteristiċi tal-Prodott fil-Qosor ta’ ZYPREXA pilloli miksija jew ZYPREXA VELOTAB pilloli li jinħallu mill-ħalq.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Id-doża rakkomandata tal-bidu f'pazjenti anzjani (> 60 sena) hija 2.5 – 5 mg. Skond l-istat kliniku tal- pazjent (ara taqsima 4.4), it-tieni injezzjoni, 2.5 –5 mg tista' tingħata sagħtejn wara l-ewwel injezzjoni.

M'għandhomx jingħataw aktar minn 3 injezzjonijiet fi żmien 24 siegħa u d-doża massima ta’ kuljum ta’ 20 mg (imklużi l-kompożizzjonijiet kollha) ta’ olanzapine m’għandhiex tinqabeż.

Indeboliment tal-kliewi u/jew tal-fwied

Għandha tiġi kunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa (5 mg) għal dawn il-pazjenti. F'każijiet ta' insuffiċjenza tal-fwied moderata (ċirrożi, Child Pugh Klassi A jew B), id-doża tal-bidu għandha tkun 5 mg u miżjuda biss b'attenzjoni.

Dawk li jpejpu

Id-doża tal-bidu u l-medda tad-dożi m'għandhomx għalfejn jinbidlu normalment għal dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Il-metaboliżmu ta’ olanzapine jista’ jiżdied bit-tipjip. Huwa rrakkomandat il-monitoraġġ kliniku u jekk ikun hemm bżonn tista’ tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ olanzapine (ara taqsima 4.5).

Meta hemm aktar minn fattur wieħed li jista' jirriżulta f'metaboliżmu aktar bil-mod (sess femminili, età ġerjatrika, individwu ma jpejjipx), għandha tingħata konsiderazzjoni biex titnaqqas id-doża. Aktar injezzjonijiet, meta indikati, għandhom ikunu konservattivi f'dawn il-pazjenti.

(Ara taqsimiet 4.5 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm ebda esperjenza ta’ użu fit-tfal. ZYPREXA trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni mhijiex rakkomandata li tintuża fit-tfal u fl-adolexxenti minħabba nuqqas ta’ tagħrif dwar is-sigurtà u l- effikaċja.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fit- taqsima 6.1

Pazjenti li għandhom ir-riskju ta' glawkoma tat-tip narrow angle.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

L-effikaċja ta' IM olanzapine ma kienitx stabbilita f'pazjenti b'aġitazzjoni u mġieba disturbata relatata ma' kundizzjonijiet oħra minbarra l-iskiżofrenja jew episodju ta' manija.

Kundizzjonijiet mediċi instabbli

IM olanzapine m'għandiex tingħata lill-pazjenti li għandhom kundizzjonijiet mediċi mhux stabbli, bħall-infart akut tal-mijokardju, anġina pectoris mhux stabbli, pressjoni baxxa ħafna u/jew bradikardja, sindromi tas-sinus marid, jew wara kirurġija tal-qalb. Jekk il-passat mediku tal-pazjent relatat ma' dawn il-kundizzjonijiet mediċi mhux stabbli ma jistax jiġi determinat, għandhom jiġu kkunsidrati r- riskji u l-benefiċji ta' IM olanzapine f'relazzjoni ma' trattamenti oħra alternattivi.

L-użu konkomitanti ta' benżodijażepini u prodotti mediċinali oħra

Hija meħtieġa attenzjoni speċjali f'pazjenti li ngħataw kura bi prodotti mediċinali oħra li għandhom kwalitajiet emodinamiċi simili għal dawk ta' olanzapine intramuskolari fosthom antipsikotiċi oħra (orali u/jew intramuskolari) u beżodijażepini (ara taqsima 4.5). Assoċjazzjoni temporali tal-kura b'olanzapine IM ma' pressjoni baxxa, bradikardija, depressjoni respiratorja u mewt ġiet irraportata b'mod rari ħafna (< 0.01%) speċjalment f'pazjenti li kienu ngħataw benżodijażepini u/jew antipsikotiċi oħra (ara taqsima 4.8).

L-injezzjoni ta' olanzapine intramuskolari flimkien ma' benżodijażepini parenterali mhux rrakkomandat minħabba l-possibbiltà ta’ sedazzjoni eċċessiva, tnaqqis fil-funzjoni kardjorespiratorja u f’każijiet rari ħafna, mewt (ara taqsimiet 4.5 u 6.2). Jekk il-pazjent huwa kunsidrat li għandu bżonn trattament bil-benżodijażepini parenterali, dan m'għandux jingħata sa ta' l-anqas siegħa wara li tingħata IM olanzapine. Jekk il-pazjent irċieva benżodijażepin parenterali, IM olanzapine għandha tingħata wara evalwazzjoni b'reqqa ta' l-istat kliniku u l-pazjent għandu jiġi osservat mill-qrib minħabba sedazzjoni eċċessiva u depressjoni kardjorespiratorja.

Pressjoni baxxa

Huwa importanti ħafna li pazjenti li jirċievu olanzapine intramuskolari għandhom jiġu osservati bir- reqqa għall-pressjoni baxxa inkluża pressjoni baxxa mal-waqfien, bradyarrythmia u/jew qtugħ ta' nifs, speċjalment għal l-ewwel erba’ sigħat wara l-injezzjoni u jekk huwa klinikament indikat din l- osservazzjoni bir-reqqa għanha titkompla anki wara dan il-perijodu. Il-pressjoni, il-polz, ir-rata tan- nifs u l-livell kemm il-pazjent huwa f'sensieħ għandhom jiġu osservati b’mod regolari u jekk hemm bżonn għandha tingħata kura ta’ rimedju. Il-pazjenti għandhom jibqgħu minduda jekk sturduti jew imħeddla wara l-injezzjoni sakemm l-eżami jindika li mhux qed jesperjenzaw pressjoni baxxa inkluża pressjoni baxxa mal-waqfien, bradyarrythmia u/jew qtugħ ta' nifs.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ IM olanzapine ma ġewx evalwati f’pazjenti b’intossikazzjoni alkoħolika jew jatroġenika (mediċinali mgħotija kemm mit-tabib u kemm b’mod illegali) (ara taqsima 4.5).

Psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament

Olanzapine mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, dovut għal żieda fil-mortalità u r-riskju ta’ inċident ċerebro-vaskulari. Fi studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li damu minn 6 sa 12-il ġimgħa ), fuq pazjenti anzjani (età medja 78 sena) li kellhom psikożi relatata mad-demenzja u/jew disturbi fil-komportament, kien hemm żieda ta’ darbtejn akbar fl-inċidenza ta’ mwiet fil-pazjenti ttrattati b'olanzapine, mqabbla ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (3.5% kontra 1.5%, rispettivament). L-inċidenza ogħla ta’ l-imwiet ma kienitx assoċjata mad-doża ta’ olanzapine (doża medja kuljum ta’ 4.4 mg) jew it-tul ta’ żmien tat-trattament. Il-fatturi ta’ riskju li jistgħu jippredisponu dan il-grupp ta’ pazjenti għal żieda fil-mortalità jinkludu l-età ta’ >65 sena, id-diffikulta biex wieħed jibla’, is-sedazzjoni, il-malnutriment u d-deidrazzjoni, kundizzjonijiet tal-pulmun (eż pulmonite, bil- jew fl-assenza ta’ l-aspirazzjoni), jew l-użu konkomittanti ta' benzodiazepines. Madankollu, l-inċidenza ta’ l-imwiet kienet ogħla f’dawk ittrattati b'olanzapine minn dik fil-pazjenti ttrattati bil-plaċebo, indipendentement minn dawn il-fatturi ta’ riskju.

Fl-istess studji kliniċi, kienu rrapportati avvenimenti avversi ċerebro-vaskulari (CVAE eż puplesija, attakki iskemiċi momentanji) inklużi l-imwiet. Kien hemm żieda ta’ 3 darbiet akbar ta’ CVAE f’pazjenti ttattati b'olanzapine, meta mqabblin ma’ pazjenti ttrattati bil-plaċebo (1.3% kontra 0.4%, rispettivament). Il-pazjenti kollha ttrattati b'olanzapine jew bi plaċebo u li kellhom avveniment ċerebro-vaskulari , kellhom fatturi ta’ riskju li kienu jeżistu minn qabel. L-età ta’ > 75 sena u d- demenzja tat-tip vaskulari jew imħallta kienu identifikati bħala fatturi ta’ riskju għal CVAE f’assoċjazzjoni ma’ trattament b'olanzapine. L-effikaċja ta’ olanzapine ma kienitx stabbilita f’dawn l- istudji.

Marda ta' Parkinson

Mhux rakkomandat l-użu ta' olanzapine fit-trattament tal-psikożi assoċjata ma' l-agonisti ta’ dopamine f'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson. Fi studji kliniċi, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’Parkinson u alluċinazzjonijiet kienu rrappurtati b’mod komuni ħafna u aktar ta' spiss milli bil- plaċebo (ara taqsima 4.8), u olanzapine ma kienx aktar effettiv mill-plaċebo fit-trattament tas-sintomi psikotiċi. F'dawn l-istudji, il-pazjenti inizjalment kellhom ikunu stabblizzati fuq id-doża l-aktar baxxa u effettiva tal-mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson (agonist ta’ dopamine) u biex jibqgħu fuq l-istess mediċini u dożi kontra l-marda ta’ Parkinson matul l-istudju. Olanzapine nbeda b' 2.5 mg/ġurnata u żdied bil-mod għall-massimu ta' 15 mg/ġurnata ibbażat fuq il-ġudizzju tar-riċerkatur.

Is-Sindromu Newrolettiku Malinn (NMS)

NMS tista' tkun kundizzjoni potenzjalment fatali assoċjata ma' prodotti mediċinali antipsikotiċi. Każijiet rari li ġew rappurtati bħala NMS kienu rrappurtati f'assoċjazzjoni ma' olanzapine ukoll.

Manifestazzjonijiet kliniċi ta' NMS huma deni għoli, ebusija tal-muskoli, stat mentali alterat u evidenza ta' instabbiltà awtonomika (pressjoni tad-demm jew tal-polz irregolari, takikardija, dijaforeżi, u taħbit tal-qalb irregolari). Sinjali oħra jistgħu jinkludu creatine phosphokinase elevat, mijoglobina fl- awrina (rabdomajoliżi) u insuffiċjenza akuta renali. Jekk pazjent jiżviluppa sinjali u sintomi li huma indikattivi ta' NMS, jew ikollu deni għoli bla ebda spjegazzjoni u mingħajr manifestazzjonijiet kliniċi oħra ta' NMS, għandhom jitwaqqfu l-mediċini antipsikotiċi kollha, inkluż olanzapine.

Ipergliċemija u dijabete

Zokkor għoli fid-demm u/jew żvilupp jew taħrix tad-dijabete xi kultant assoċjati ma' ketoaċidozi jew koma kienu rrappurtati b’mod mhux komuni, inklużi xi każijiet fatali (ara taqsima 4.8). F'xi każijiet, ġiet rapurtata żjieda fil-piż tal-ġisem u din tista' tkun fattur ta’ predisposizzjoni. Skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna, huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ kliniku xieraq ez. il-livell tal- glukosju fid-demm jittieħed fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad darba fis-sena. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż ZYPREXA, għandhom ikunu taħt osservazzjoni għal sinjali u sintomi ta’ ipergliċemija (bħal polidipsja, polijurja, polifaġja u debbulizza) u pazjenti bid-dijabete mellitus jew li għandhom fatturi ta' riskju għad-dijabete mellitus għandhom jiġu segwiti b’mod regolari f’każ li l-kontroll tal-glukosju jmur għall-agħar.Il-piż għandu jiġi ċċekkjat b’mod regolari eż. fil-linja bażi, 4, 8 u 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 3 xhur.

Tibdil fil-livelli tax-xaħmijiet

Fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo, ġie osservat tibdil mhux mixtieq fil-livell tax-xaħmijiet f’pazjenti kkurati b’olanzapine (ara taqsima 4.8 ). Tibdil fil-livell tax-xaħmijiet għandu jiġi kkontrollat b’mod klinikamet xieraq speċjalment f’pazjenti b’ammonti mhux normali ta’ xaħmijiet fid-demm u f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ disturbi fix-xaħmijiet. Pazjenti kkurati b’mediċini antipsikotiċi, inkluż ZYPREXA, għandhom jiġu ċċekkjati b’mod regolari għal-lipidi skont il-linji gwida antipsikotiċi mħaddna eż. fil-linja bażi, 12-il ġimgħa wara li tkun inbdiet il-kura b’olanzapine u mbagħad kull 5 snin.

Attività antikolinerġika

Waqt li olanzapine wera attività antikolinerġika in vitro, ersperjenza waqt il-provi kliniċi uriet inċidenza baxxa ta' ġrajjiet relatati. Madankollu, minħabba li esperjenza klinika b'olanzapine f'pazjenti b'mard konkomitanti hija limitata, għandha tittieħed kawtela meta jkun preskritt għall-pazjenti b'ipertrofija tal-prostata, jew b'ileus paralitiku u kundizzjonijiet relatati.

Funzjoni epatika

Livelli għolja ta’ aminotransferases tal-fwied, ALT, AST, temporanji u mingħajr sintomi kienu komuni, speċjalment fil-bidu tal-kura. Għandha tittieħed kawtela u jiġu organizzati viżti regolari mat- tabib f’pazjenti b’livelli għolja ta’ ALT u/jew AST, f’pazjenti b’sinjali u sintomi ta’ indeboliment tal- fwied, f’pazjenti b’kundizzjonijiet li kienu hemm minn qabel u huma assoċjati ma’ riżerva funzjonali limitata tal-fwied, u f’pazjenti li qed ikunu kkurati b’mediċini potenzjalment tossiċi għall-fwied. F’każijiet fejn saret dijanjosi ta’ l-epatite (inkluż ħsara fil-fwied tat-tip epatoċellulari, kolestatiku jew imħallta), il-kura b’olanzapine għandha titwaqqaf.

Newtropenja

Għandha tittieħed kawtela f'pazjenti b'numru baxx ta’ lewkoċiti u/jew numru baxx taċ-ċelluli newtrofili għal kwalunkwe raġuni, dawk il-pazjenti li qed jieħdu xi mediċini li huma magħrufa li jikkawżaw newtropenja, f'pazjenti b’ passat ta' tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun jew tossiċità tal- mudullun minħabba t-teħid ta' xi mediċina, f'pazjenti b'tnaqqis fil-funzjoni tal-mudullun minħabba xi marda konkomitanti, trattament bir-raġġi jew kimoterapija u f'pazjenti b'kundizzjonijiet b'numru għoli taċ-ċelluli eżinofili jew b'xi marda majeloproliferattiva. In-newtropenja kienet rappurtata spiss meta olanzapine u valproate intużaw flimkien (ara taqsima 4.8).

Twaqqif tal-kura

B’mod rari (≥ 0.01% u < 0.1%) ġew irrappurtati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ, jew rimettar meta olanzapine twaqqaf f'daqqa.

L-Intervall QT

Fi studji kliniċi, żidiet fil-QTc li kienu klinikament sinifikanti (korrezzjoni fil-QT skond Fridericia [QTcF] ≥ 500 millisekondi [msek] f’kwalunkwe ħin wara l-valur bażiku f’pazjenti b’valur bażiku ta’

QTcF < 500 msek) ma kienux komuni (0.1% sa 1%) f’pazjenti kkurati b’olanzapine, b’ebda differenza sinifikattiva fl-avvenimenti assoċjati kardijaċi meta mqabbla ma’ plaċebo. Madankollu, għandha tittieħed kawtela meta olanzapine jingħata ma' mediċini oħra li huma magħrufa li jżidu l-intervall QTc, speċjalment fl-anzjani, f'pazjenti b'sindromu konġenitali ta' QT twil, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, ipertrofija tal-qalb, potassju baxx fid-demm jew manjesju baxx fid-demm.

Tromboemboliżmu

B’mod mhux komuni (≥ 0.1% u < 1%) ġiet irrapportata assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine u t- tromboemboliżmu fil-vini. Relazzjoni kawżali bejn l-okkorrenza ta’ tromboemboliżmu fil-vini u l-kura b’olanzapine ma ġietx stabbilita. Madankollu peress li pazjenti b’skizofrenija ħafna drabi jippreżentaw b’fatturi ta’ riskju akkwiżiti għat-tromboemboliżmu fil-vini, il- fatturi possibbli kollha ta’ riskju ta’ VTE eż. l-immobbilizzazzjoni tal-pazjenti, għandhom jiġu identifikati u meħuda l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Attività tas-CNS ġenerali

Minħabba l-effetti primarji ta' olanzapine fuq is-CNS għandha tittieħed kawtela meta dan jingħata flimkien ma' mediċini oħra li jaġixxu ċentralment u meta jittieħed ma' l-alkoħol. Minħabba li in vitro juri antagoniżmu għal dopamine, olanzapine jista' jantagonizza l-effetti diretti u indiretti ta' l-agonisti ta’ dopamine.

Aċċessjonijiet

Olanzapine għandha tintuża b'kawtela f'pazjenti li għandhom passat ta' aċċessjonijiet jew li huma soġġetti għall-fatturi li jistgħu jbaxxu l-limitu ta' l-aċċessjonijiet. Aċċessjonijiet ġew irrapportati li seħħew b’mod mhux komuni f'pazjenti ttrattati b'olanzapine. Fil-maġġoranza ta' dawn il-każijiet, passat ta' aċċessjonijiet jew fatturi ta' riskju għal aċċessjonijiet kienu rappurtati.

Diskajneżja Tardiva

Fi studji komparattivi li damu sena jew anqas, olanzapine kien assoċjat ma' inċidenza mnaqqsa ta' diskajneżja f'riżultat tat-trattament b'sinifikat statistikament validu. Madankollu, r-riskju ta' diskajneżja tardiva jiżdied b'espożizzjoni għal żmien twil, u għalhekk jekk jidhru s-sinjali jew is-sintomi ta' diskajneżja tardiva f'pazjenti li qed jieħdu olanzapine, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża jew il- waqfien. Dawn is-sintomi jistgħu jiżdiedu biż-żmien kif ukoll joħorġu wara li jitwaqqaf it-trattament.

Pressjoni baxxa mal-waqfien

Pressjoni baxxa mal-waqfien ġiet osservata rari fl-anzjani fil-provi kliniċi ta' olanzapine. Huwa rakkomandat li l-pressjoni tad-demm tkun meħuda perjodikament f'pazjenti 'l fuq minn 65 sena.

Mewta kardijaka għal għarrieda

F’rapporti dwar olanzapine li saru wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġie rrapportat l-avveniment ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti li kienu qed jieħdu olanzapine. F’studju retrospettiv ta’ osservazzjoni f’grupp ta’ pazjenti b’karatteristiċi simili, ir-riskju tal-possibbiltà ta’ mewta kardijaka għall-għarrieda f’pazjenti kkurati b’olanzapine kien madwar darbtejn ir-riskju f’pazjenti li ma kinux qed jużaw l-antipsikotiċi. Fl-istudju, ir-riskju ta’ olanzapine kien simili għar-riskju minn antipsikotiċi atipiċi li kienu inklużi f’analiżi minn numru ta’ studji.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott saru fl- adulti biss.

IM olanzapine ma kienetx studjata f'pazjenti b'intossikazzjoni b'alkoħol jew drogi (ara taqsima 4.4).

Għandha tittieħed attenzjoni f'pazjenti li jixorbu l-alkoħol jew li jingħataw prodotti mediċinali li jistgħu jinduċu pressjoni baxxa , bradikardja, tnaqqis fin-nifs jew depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali (ara taqsima 4.4).

Potenzjal għal reazzjoni wara injezzjoni intramuskolari

Fi studju ta' doża waħda intramuskolari ta' olanzapine 5 mg, li ngħatat siegħa qabel lorazepam 2 mg mgħoti minn ġol-muskoli (metabolizzata b' glukoronidazzjoni), il-komportament farmakokinetiku taż-

żewġ mediċini ma kinux mibdula. Madankollu, it-teħid flimkien żiedet il-ħedla osservata meta dawn il-mediċini jittieħdu waħidhom. Injezzjoni ta' olanzapine flimkien ma' benzodijazepin parenterali ma kinietx studjata u għalhekk m'hijiex rakkomandata (ara taqsimiet 4.4 u 6.2).

Potenzjal t'interazzjonijiet ma' olanzapine

Minħabba li olanzapine hija metaboliżżata b' CYP1A2, sustanzi li jistgħu speċifikament jikkaġunaw jew jinibixxu din l-iżoenżima jistgħu jaffettwaw il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Attivazzjoni ta' CYP1A2

Il-metaboliżmu ta’olanzapine jista' jiġi kkawżat mit-tipjip u b' carbamazepine, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' olanzapine. Ġiet osservata żjieda żgħira sa moderata fil-clearance ta' olanzapine mill-ġisem. Il-konsegwenzi kliniċi x'aktarx huma limitati, imma hija rakkomandata l- osservazzjoni klinika u tista' tiġi kkunsidrata żjieda fid-doża ta' olanzapine jekk din tkun meħtieġa (ara taqsima 4.2).

Inibizzjoni ta' CYP1A2

Fluvoxamine, inibitur speċifiku ta'CYP1A2, deher li jinibixxi sinifikatament il-metaboliżmu ta' olanzapine. Iż-żjieda medja f’olanzapine Cmax wara t-teħid ta' fluvoxamine kienet 54% fin-nisa li ma jpejpux u 77% fl-irġiel li jpejpu. Iż-żjieda medja fl-AUC ta' olanzapine kienet 52% u 108% rispettivament. Għandha tiġi kkunsidrata doża tal-bidu aktar baxxa ta' olanzapine f'pazjenti li qed jużaw fluvoxamine jew xi inibituri oħra ta' CYP1A2, bħal ciprofloxacin. Għandha tiġi kkunsidrata tnaqqis fid-doża ta' olanzapine jekk jinbeda xi trattament b'inibitur ta' CYP1A2.

Biodisponibilità mnaqqsa

Faħam attivat inaqqas il-biodisponibilità ta' olanzapine li tittieħed mill-ħalq b' 50 sa 60% u għandu jittieħed għal ta' l-inqas sagħtejn qabel jew wara olanzapine.

Fluvoxetine (inibitur CYP2D6), dożi b’waħdiet t' antaċidi (aluminium, magnesium) jew cimetidine ma nstabux li jaffettwaw sinifikatament il-komportament farmakokinetiku ta' olanzapine.

Il-potenzjal ta' olanzapine biex jaffetwa prodotti mediċinali oħra

Olanzapine jista' jantagonizza l-effetti ta' agonisti ta’ dopamine diretti jew indiretti (ara taqsima 6.2).

Olanzapine ma jinibixxix l-iżoenżimi CYP450 prinċipali in vitro (eż 1A2, 2D6, 2C9, 2C19, 3A4).

Għalhekk, ma hemm ebda reazzjoni partikolari mistennija kif verifikat minn studji in vivo fejn ma nstabet ebda inibizzjoni tal-metaboliżmu tas-sustanzi attivi li ġejjin: anti-dipressant triċikliku (jirrapreżenta l-aktar il-passaġġ permezz ta' CYP2D6), warfarina (CYP2C9), theophylline (CYP1A2) jew diazepam (CYP3A4 u 2C19).

Olanzapine ma wera ebda reazzjoni meta ttieħed flimkien ma’ lithium jew biperiden.

Osservazzjoni terapewtika tal-livelli ta’ valproate fil-plażma ma ndikatx li tibdil fid-dożaġġ tal- valproate huwa meħtieġ wara l-introduzzjoni ta' olanzapine ukoll.

Mhux rakkomandat l-użu konkomitanti ta' olanzapine ma' prodotti mediċinali kontra l-Parkinson f'pazjenti bil-marda ta' Parkinson u d-demenzja (ara taqsima 4.4).

L-Intervall QTc

Għandha tintuża l-kawtela jekk olanzapine qiegħed jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali magħrufa li jtawlu l-intervall QTc (ara taqsima 4.4).

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm ebda studji adegwati u kkontrollati sewwa f'nisa waqt it-tqala. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jgħarrfu lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal jew jekk qed jippjanaw li jinqabdu tqal waqt it-trattament b’ olanzapine. Madankollu, minħabba li l-esperjenza fil-bniedem hija limitata, olanzapine għandha tintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċju li jista' jkun hemm jiġġustifika r-riskju li jista' jkun hemm fuq il-fetu.

Trabi tat-twelid esposti għal antipsikotiċi (inkluż olanzapine) matul it-tielet trimestru tat-tqala huma f’riskju ta’ reazzjonijiet avversi inkluż sintomi ekstrapiramidali u/jew ta’ rtirar li jistgħu jvarjaw fis- serjetà u f’kemm idumu wara l-għoti. Kien hemm rapporti ta’ aġitazzjoni, ipertonja, ipotonja, rogħda, ħedla, skumdità respiratorja, jew disturb fit-tmigħ. Konsegwentament, trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni.

Treddigħ

Fi studju fuq nisa b'saħħithom li qed ireddgħu, olanzapine tfaċċa fil-ħalib tas-sider. L-espożizzjoni

(mg/kg) medja fit-trabi fl-istat fiss kienet stimata li kienet 1.8% tad-doża ta' olanzapine fl-omm.

Pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jreddawx tarbija jekk qed jieħdu olanzapine.

Fertilità

L-effetti fuq il-fertilità mhumiex magħrufa (ara taqsima 5.3 għal informazzjoni ta’ qabel l-użu kliniku).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Minħabba li olanzapine jista' jikkawża sonnolenza u sturdament, il-pazjenti għandhom jiġu avżati dwar l-użu ta' magni, inklużi l- karozzi.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Fi provi kliniċi, effett mhux mixtieq komuni (≥ 1/100 sa < 1/10) assoċjat ma’ olanzapine mgħoti minn ġol-muskoli kien is-sonnolenza.

F’rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrapportati assoċjazzjoni temporali bejn il-kura b’olanzapine mgħoti minn ġol-muskoli u każijiet ta’ qtugħ ta’ nifs, pressjoni baxxa tad-demm jew bradikardija u mewt, l-iżjed f’pazjenti li rċevew fl-istess ħin benżodijażepini u/jew prodotti mediċinali antipsikotiċi oħra jew li ġew ikkurati b’dożi ta’ kuljum ta’ olanzapine li kienu iżjed minn dawk rakkomandati (ara taqsimiet 4.4 u 4.5).

It-tabella li ġejja hija bbażata fuq l-effetti mhux mixtieqa u l-investigazzjonijiet fil-laboratorju minn provi kliniċi b’ZYPREXA trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni aktar minn b’olanzapine orali.

Disturbi kardijaċi

Komuni ( ≥ 1/100 sa < 1/10): Bradikardija bi pressjoni baxxa jew mingħajrha jew sinkope, takikardja.

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100): Pawża tas-sinus tal-qalb

Disturbi vaskulari

Komuni ( ≥ 1/100 sa < 1/10): Pressjoni baxxa mal-waqfien, Pressjoni baxxa

Disturbi tan-nifs

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100): Qtugħ ta' nifs

Disturbi ġenerali u kundizzjonijiet tas-sit ta' fejn tingħata

Komuni ( ≥ 1/100 sa < 1/10): Skumdità ta' fejn tingħata l-injezzjoni

L-effetti mhux mixtieqa mniżżla hawn isfel kienu osservati wara li ttieħdet olanzapine mill-ħalq u minn injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod li tingħata minn ġol-muskoli, imma jistgħu jidhru wara li tittieħed ZYPREXA trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni.

Adulti

Fi studji kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b'mod frekwenti (jidhru f'> 1% tal- pazjenti) u li huma assoċjati ma' l-użu ta' l-olanzapine kienu sonnolenza, żieda fil-piż, eosinofilja, livelli għolja ta' prolactin, kolesterol, glucose u trigliċeridi (ara taqsima 4.4), glukosurja, żieda fl-aptit, sturdament, akatiżja, parkinsoniżmu, lewkopenija, newtropenija (ara taqsima 4.4), diskineżja, pressjoni baxxa mal-waqfien, effetti antikolinerġiċi, żieda fil-livelli tal-aminotransferases tal-fwied li ma jurux sintomi u li huma momentanji (ara taqsima 4.4), raxx, astenja, għeja, deni, artralġja, żieda fil-livell tal-alkaline phophatase, livell għoli ta’ gamma glutamyltransferase, livell għoli ta’ aċtu uriku, livell għoli ta’ creatine phosphokinase u edima.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Fit-tabella li ġejja huma mniżżla r-reazzjonijiet avversi u t-testijiet tal-laboratorju osservati minn rapporti magħmula b’mod spontanju u minn studji kliniċi. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa tniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji tniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji. It-termini ta' frekwenza elenkati huma mfissra kif ġej: Komuni ħafna ( > 1/10), komuni ( > 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( > 1/1,000 sa < 1/100), rari ( > 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna ( < 1/10,000), mhux magħrufa (ma jistgħux jiġu stmati mill-informazzjoni li hemm disponibbli).

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

ħafna

 

 

 

 

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

 

 

 

Eosinofilja

 

Tromboċitopenija11

 

 

Lewkopenija10

 

 

 

 

Newtropenija10

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

 

 

Sensittività eċċessiva11

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

 

Żieda fil-

Livelli għolja ta'

Żvilupp jew aggravar

Ipotermija12

 

piż1

kolesterol2,3

tad-dijabete, xi kultant

 

 

 

Livelli għolja ta'

assoċjata ma’

 

 

 

glucose4

ketoaċidożi jew koma

 

 

 

Livelli għolja ta'

inklużi xi każijiet fatali

 

 

 

trigliċeridi2,5

(ara taqsima 4.4)11

 

 

 

Glikosurja

 

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

 

 

Sonnolenza

Sturdament

Aċċessjonijiet li fil-

Sindromu

 

 

Akatizja6

maġġoranza tagħhom

Newrolettiku

 

 

Parkinsoniżmu6

kien rrappurtat passat

Malinn (ara

 

 

Diskineżja6

mediku ta'

taqsima 4.4)12

 

 

 

aċċessjonijiet jew

Sintomi ta' twaqqif

 

 

 

fatturi tar-riskju għall-

tal-kura7,12

 

 

 

aċċessjonijiet11

 

 

 

 

Distonja (tinkludi

 

 

 

 

okuloġirazzjoni)11

 

 

 

 

Diskineżja tardiva11

 

 

 

 

Amnesija9

 

 

 

 

Disartrja

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

ħafna

 

 

 

 

 

 

Bradikardija

Takikardija/

 

 

 

QTc imtawwal (ara

fibrillazzjoni

 

 

 

taqsima 4.4)

ventrikulari,

 

 

 

 

mewt għall-

 

 

 

 

għarrieda (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)11

 

Disturbi vaskulari

 

 

 

Pressjoni

 

Tromboemboliżmu

 

 

baxxa mal-

 

(inkluż l-emboliżmu

 

 

waqfien10

 

pulmonari u t-trombożi

 

 

 

 

tal-vini fil-fond) (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

 

 

 

 

Epistassi9

 

 

Disturbi gastro-intestinali

 

 

 

 

Effetti antikolinerġiċi

Nefħa fl-addome9

Pankreatite11

 

 

ħfief u li jgħaddu

 

 

 

 

malajr inklużi

 

 

 

 

stitikezza u ħalq xott

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

 

 

 

Żieda ta'

 

Epatite (inkluż

 

 

aminotransferases tal-

 

mard tal-fwied tat-

 

 

fwied (ALT, AST) bla

 

tip epatoċellulari,

 

 

sintomi u li tgħaddi

 

kolestatiku jew tat-

 

 

malajr, speċjalmet fil-

 

tnejn flimkien)11

 

 

bidu tal-kura (ara

 

 

 

 

taqsima 4.4)

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta' taħt il-ġilda

 

 

 

Raxx

Reazzjoni ta'

 

Reazzjoni għall-

 

 

fotosensittività

 

Mediċina

 

 

Alopeċja

 

b’Eosinofilja u

 

 

 

 

Sintomi Sistemiċi

 

 

 

 

(DRESS)

Disturbi muskolu-skeltrali u tal-connective tissue

 

 

 

Artralġja9

 

Rabdomijoliżi11

 

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

ħafna

 

 

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

 

 

 

 

Inkontinenza urinarja,

 

 

 

 

żamma tal-urina

 

 

 

 

Eżitazzjoni urinarja11

 

 

Kondizzjonijiet ta’ waqt it-tqala, il-ħlas u wara l-ħlas

 

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

 

 

 

 

rtirar mill-

 

 

 

 

mediċina

 

 

 

 

neonatali (ara

 

 

 

 

taqsima 4.6)

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

 

 

 

Disfunzjoni tal-

Nuqqas jew twaqqif

Prijapiżmu12

 

 

erezzjoni fl-irġiel

mhux normali tal-

 

 

 

Tnaqqis fil-libido tal-

mestrwazzjoni

 

 

 

irġiel u tan-nisa

Tkabbir żejjed tas-sider

 

 

 

 

Ħruġ eċċessiv jew

 

 

 

 

spontanju tal-ħalib mis-

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

Ginekomastija/tkabbir

 

 

 

 

żejjed tas-sider fl-irġiel

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

 

 

 

Astenja

 

 

 

 

Għeja

 

 

 

 

Edima

 

 

 

 

Deni10

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

 

 

Livelli

Żieda f'alkaline

Żieda fil-bilirubin totali

 

 

elevati ta'

phosphatase10

 

 

 

prolactin

Creatine

 

 

 

fil-plażma 8

phosphokinase għoli11

 

 

 

 

Gamma

 

 

 

 

Glutamyltransferase

 

 

 

 

għoli10

 

 

 

 

Uric Acid għoli10

 

 

 

 

 

 

 

 

1Ġiet osservata żieda fil-piż klinikament sinifikanti fil-kategoriji kollha fil-linja bażi ta’ l-Indiċi tal- Massa tal-Ġisem (BMI). Wara kura għal żmien qasir (medjan ta’ tul ta’ żmien ta’ 47 ġurnata), żieda fil-piż ta’ ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem kienet komuni ħafna (22.2 %), ≥ 15% kienet komuni (4.2 %) u ≥ 25 % ma kinitx komuni (0.8 %). Wara espożizzjoni fit-tul (għallinqas 48 ġimgħa). il- pazjenti li żiedu ≥ 7 %, ≥ 15 % u ≥ 25 % mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem tagħhom kienu komuni ħafna

(64.4 %, 31.7 % u 12.3 % rispettivament).

2Iż-żidiet medji fil-livelli tax-xaħmijiet waqt is-sawm (kolesterol totali, LDL kolesterol, u trigliċeridi) kienu ogħla f’pazjent li fil-linja bażi ma wrewx evidenza ta’ problemi fil-kontroll tax-xaħmijiet.

3Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.17 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

6.2 mmol/l). Tibdil fil-livelli tal-kolesterol totali waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥

5.17 - < 6.2 mmol/l) għal għoljin (≥ 6.2 mmol/l) kienu komuni ħafna.

4 Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 5.56 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

7 mmol/l). Tibdil fil-livelli taz-zokkor waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 5.56 - < 7 mmol/l) għal għoljin (≥ 7m mol/l) kienu komuni ħafna.

5 Innotat għal livelli normali waqt is-sawm fil-linja bażi (< 1.69 mmol/l) li żdiedu għal għoljin (≥

2.26mmol/l). Tibdil fit-trigliċeridi waqt is-sawm mil-limitu tan-normal fil-linja bażi (≥ 1.69 mmol/l- <

2.26mmol/l) għal għoljin (≥ 2.26 mmol/l) kienu komuni ħafna.

6Fi studji kliniċi, l-inċidenza tal-marda ta' Parkinson u distonja f'pazjenti kkurati b’ olanzapine kienet numerikament ogħla, imma statistikament mhux differenti b’mod sinifikattiv mill-plaċebo. Pazjenti kkurati b’ olanzapine kellhom inċidenza tal-marda ta' Parkinson, ta' l-akatiżja u tad-distonja aktar baxxa ikkumparata ma' dożi titrati ta’ haloperidol. Fl-assenza ta' tagħrif dettaljat dwar passat pri- ezistenti ta' disturbi akuti u movimenti tardivi ekstrapiramidali, fil-preżent ma jistax jiġi konkluż li olanzapine jipproduċi anqas diskineżja tardiva u/jew sindromi ekstrapiramidali tardivi oħra.

7Ġew irrapportati sintomi akuti bħal għaraq, insomnja, rogħda, ansjetà, tqalligħ u rimettar meta olanzapine jitwaqqaf f'daqqa.

8F’studji kliniċi li damu sa 12-il ġimgħa, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prolactin qabżu l-ogħla limitu tal-marġni normali f’madwar 30 % tal-pazjenti kkurati b’olanzapine u li bħala linja bażi kellhom valuri normali ta’ prolactin. Fil-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti, l-elevazzjonijiet, b’mod

ġenerali, ma kinux kbar u baqgħu taħt il-livell ta’ darbtejn l-ogħla limitu tal-marġni normali.

9Avveniment avvers identifikat minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

10Kif evalwat minn valuri meħuda minn provi kliniċi fid-Database Integrat ta’ Olanzapine.

11Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza ddeterminata bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

12Avveniment avvers identifikat minn rappurtaġġ spontanju wara li l-prodott tqiegħed fis-suq bil- frekwenza stmata fl-ogħla limitu tan-95% intervall ta’ kunfidenza bl-użu tad-Database Integrat ta’ Olanzapine.

Espożizzjoni għal perijodu twil ta’ żmien (għallinqas 48 ġimgħa)

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom tibdil avvers, klinikament sinifikanti fiż-żieda fil-piż, fil-glucose, fil-kolesterol totali/LDL/HDL jew trigliċeridi żdied maż-żmien. F’pazjenti adulti li spiċċaw 9-12-il xahar ta’ terapija, ir-rata taż-żieda fil-medja tal-glucose fid-demm naqset wara kważi 6 xhur.

Tagħrif addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Fi studji kliniċi f’pazjenti anzjani bid-demenzja, trattament b'olanzapine kien assoċjat ma’ inċidenza ogħla ta’ mwiet u reazzjonijiet avversi ċerebro-vaskulari meta mqabbla mal-plaċebo (ara taqsima 4.4). Reazzjonijiet avversi komuni ħafna assoċjati ma’ l-użu ta’olanzapine f’dan il-grupp ta’ pazjenti kienu mixja mhux normali u waqgħat. Il-pulmonite, iż-żieda fit-temperatura tal-ġisem, il-letarġija, l-eritema, l-alluċinazzjonijiet viżivi u l-inkontinenza ta’ l-awrina kienu komunement osservati.

Fi studji kliniċi f’pazjenti b’psikożi dovuta għal mediċina (agonist ta' dopamine) assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, id-deterjorament fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson u fl-alluċinazzjonijiet, kienu rrapportati b'mod komuni ħafna u aktar ta’ spiss milli bil-plaċebo.

Fi studju kliniku wieħed f'pazjenti b'manija bipolari, terapija b’valproate flimkien ma' olanzapine rriżultat f'inċidenza ta' newtropenja ta' 4.1%; fattur potenzjalment kontributorju jista' jkun livelli għolja ta’ valproate fil-plażma. Olanzapine mogħti ma' lithium jew valproate rriżulta f’żieda fil-livelli (≥10%) ta' rogħda, nixfa fil-ħalq, żieda fl-aptit, u żieda fil-piż. Disturb fid-diskors kien ukoll komunement rappurtat. Waqt trattament b’olanzapine flimkien ma’ lithium jew divalproex, żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem seħħet f' 17.4% tal-pazjenti waqt it-trattament akut (sa 6 ġimgħat). Trattament b’ olanzapine għal żmien twil (sa 12-il xahar) bl-għan ta' prevenzjoni ta' episodju ieħor f'pazjenti b'mard bipolari kien assoċjat ma' żieda ta' ≥ 7% mil-linja bażi tal-piż tal-ġisem f' 39.9% tal- pazjenti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sinjali u sintomi

Sintomi komuni ħafna meta ittieħdet doża eċċessiva (> 10% inċidenza) jinkludu takikardija, aġitazzjoni/aggressività, diżartrija, sintomi ekstrapiramidali varji, u telf tas-sensi li tvarja minn sedazzjoni sa koma.

Sintomi oħra morbużi ta' doża eċċessiva li huma medicament sinifikanti jinkludu delirju, konvulżjoni, koma, possibilment sindromu Newrolettiku Malinn, depressjoni respiratorja, aspirazzjoni fil-passaġġ respiratorju, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, taħbit tal-qalb irregolari (< 2% tal-każijiet ta' doża eċċessiva) u arrest kardjopulmonari . Ġew rappurtati każijiet fatali b' dożi akuti u eċċessivi baxxi daqs 450 mg iżda kien hemm ukoll każ fejn pazjent baqa ħaj wara doża eċċessiva akuta ta' madwar 2 g ta’ olanzapine meħud b’mod orali.

L-immaniġġar

Ma hemm ebda antidotu speċifiku għal olanzapine.

Trattament sintomatiku u l-monitoraġġ tal-funzjoni ta' l-organi vitali għandhom isiru skond il-qagħda klinika, inkluż it-trattament għall-pressjoni baxxa u kolass taċ-ċirkolazzjoni u sosteniment pulmonari. Tużax epinephrine, dopamine, jew sustanzi oħra simpatomimatiċi b' attività beta-agonista għax l- istimulazzjoni beta tista' taggrava l-pressjoni baxxa. Huwa neċessarju l-monitoraġġ kardjovaskulari biex tinduna b’taħbit irregolari tal-qalb li jista’ jseħħ. Għandha tkompli s-superviżjoni medika mill- qrib u l-monitoraġġ jitkompla sakemm il-pazjent jirkupra.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: psikolettiċi, diazepines, oxazepines, thiazepins u oxepines, kodiċi

ATC N05A H03.

Effetti farmakodinamiċi

Olanzapine hija sustanza antipsikotika, kontra l-manija u stabilizzatur tal-burdata li turi profil farmakoloġiku ta' firxa wiesa' ta' sistemi ta' riċetturi.

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, olanzapine wera firxa ta’ affinitajiet għar-riċetturi (Ki < 100 nM) għal

riċetturi ta’ serotonin 5-HT2A/2C, 5-HT3, 5-HT6; dopamine D1, D2, D3, D4, D5; riċetturi muskariniċi kolinerġiċi M1-M5; α-1 adrenerġiċi; riċetturi histamine H1. Studji fuq l-imġiba ta’ l-annimali

b’olanzapine indikaw antagoniżmu għal 5HT, dopamine, u dak kolinerġiku, konsistenti mal-profil ta’ rbit mar-riċettur. Olanzapine wera affinità akbar in vitro għar-riċetturi ta’ serotonin 5-HT2 milli ta’

dopamine D2 u attività in vivo akbar għal 5-HT2 milli għal D2. Studji elettrofiżjoloġiċi wrew illi

olanzapine b’mod selettiv naqqas l-istumulazzjoni tan-newroni dopaminerġiċi mesolimbiċi (A10), waqt li kellu ftit effett fuq is-sekwenza tar-reazzjoni strijatali (A9) involuta fil-funzjoni motorjali. Olanzapine naqqas ir-rispons ta’ ħrib kundizzjonat, test indikattiv ta’ l-attività antipsikotika, f’dożi anqas minn dawk li jwasslu għall-katalepsi, konsegwenza indikattiva ta’ effett motorju mhux mixtieq.

Kuntrarju għal xi sustanzi antipsikotiċi oħra, olanzapine iżid ir-rispons f'test "anksjolitiku”.

Fi studju b'doża waħda orali (10 mg) fejn intużat it-Tomografija bl-Emissjoni tal-Pożitroni (PET) f'voluntiera b'saħħithom, olanzapine ipproduċa okkupanza ta' 5HT2A ogħla mir-riċettur ta’ dopamine

D2. Ma' dan, studju ta’ immaġni ta’ Tomografija Kkomputerizzata bl-Emissjoni ta’ Foton Wieħed SPECT f'pazjenti skiżofreniċi wera li l-pazjenti li jirreagixxu għal olanzapine kellhom okkupanza strijatali D2 anqas milli f'pazjenti li rrispondew għal xi antipsikotiċi oħra jew għal risperidone, waqt li kienu komparabbli għall-pazjenti li irrispondew għal clozapine.

Effikaċja klinika

Fi provi kkontrollati tnejn minn tnejn bil-plaċebo u tnejn minn tlieta bil-komparatur b'aktar minn 2,900 pazjenti skiżofreniċi li għandhom kemm sintomi negattivi kif ukoll sintomi pożittivi, olanzapine kien assoċjat ma' titjib akbar, statistikament sinifikanti, f'sintomi negattivi kif ukoll pożittivi.

F’studju komparattiv, double-blind u multinazzjonali ta’ skiżofrenija, ta’ manifestazzjonijiet skiżoaffettivi u disturbi relatati oħra li kien jinkludi 1,481 pazjent li kellhom gravità differenti fl- assoċjati sintomi dipressivi (medja ta’ punteġg ta’ 16.6 meħud fil-bidu tal-kura skond l-iskala li tivvaluta d-dipressjoni ta’ Montgomery-Asberg), analiżi prospettiva sekondarja tat-tibdil fil-punteġġ ta’ l-atteġġament bejn il-bidu u fl-aħħar tal-kura wriet titjib statistikament sinifikanti (p=0.001) favur olanzapine (-6.0) kontra haloperidol (-3.1).

F'pazjenti b'diżordni ta' manija jew diżordni bipolari b'episodju mħallat, olanzapine wera effikaċja superjuri għall-plaċebo u għal valproate semisodium (divaproex) fit-tnaqqis ta' sintomi manijaċi f'aktar minn 3 ġimgħat. Olanzapine wera wkoll riżultati effikaċji li jistgħu jiġu kumparati ma' haloperidol fit- termini tal-proporzjon ta' pazjenti f'remissjoni sintomatika minn manija u depressjoni f' 6 u 12-il

ġimgħa. Fi studju ta' terapija ta' pazjenti trattati flimkien b’lithium jew b’valproate għal minimu ta' ġimgħatejn, iż-żjieda ta' olanzapine 10 mg (terapija flimkien ma’ lithium jew valproate) wara 6 ġimgħat irriżultat f'tnaqqis akbar tas-sintomi tal-manija milli b'monoterapija b’lithium jew b’valproate.

Fi studju ta' 12-il xahar ta' prevenzjoni ta' rikorrenza f'pazjenti b'episodju ta' manija, li kienu diġà ikkontrollati bolanzapine, imbagħd kienu mogħtija mingħajr għażla olanzapine jew il-plaċebo, olanzapine wera superjorita sinifikanti u statistikament superjuri fuq il-plaċebo fuq l-għan ewlieni tar- rikorrenza bipolari. olanzapine uriet ukoll vantaġġ statistiku u sinifikanti fuq il-plaċebo fil- prevenzjoni, kemm f'attakki ġodda ta' manija kif ukoll f'attakki ġodda ta' depressjoni.

Fit-tieni studju ta' 12-il xhar dwar ir-rikorrenza preventiva f'pazjenti b'episodju ta' manija li kienu ikkontrollati biolanzapine u l-lithium flimkien, kienu mbgħad mqassmin mingħajr għażla u mogħtija olanzapine jew il-lithium waħdu. olanzapine kien statistikament mhux inferjuri għall-lithium fuq l- għan ewlieni ta' rikorrenza bipolari (olanzapine 30.0%, lithium 38.3%; p = 0.055).

Fi studju ta' 18-il xhar f'pazjenti b'manija jew b'episodji mħallta stabilizzati fuq olanzapine flimkien ma' stabilizzatur tal-burdata (lithium jew valproate), l-użu fit-tul ta' olanzapine flimkien ma’ lithium jew l-valproate ma kienx statistikament sinifikanti superjuri għall-lithium jew għall-valproate waħdu biex jittardja r-rikorrenza bipolari, kif definit skond il-kriterji (dijanjostiċi) tas-sindromu.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Fi studju farmakokinetiku f'voluntiera b'saħħithom, doża ta' 5 mg ta' ZYPREXA trab jinħall f’soluzzjoni għall-injezzjoni wasslet għal konċentrazzjoni massima tal-plażma (Cmax) bejn wieħed u ieħor 5 darbiet ogħla minn dik li dehret bl-istess doża ta' olanzapine meħuda mill-ħalq. Il-Cmax tintlaħaq qabel b’użu intramuskolari kumparat ma’ l-użu mill-ħalq (minn 15 sa 45 minuta kontra 5 sa 8 sigħat). Bħall-użu mill-ħalq, is-Cmax u l-erja taħt il-kurva wara użu intramuskolari huma direttament proporzjonali mad-doża mogħtija. Għall-istess doża ta' olanzapine meħuda intramuskolari u mill-ħalq, l-erja taħt il-kurva assoċjata, il-half life tal-prodott, il-clearance u l-volum ta' distribuzzjoni huma simili. Il-profili metaboliċi wara l-użu tal-prodott intramuskolari u mill-ħalq huma simili.

F'pazjenti li ma jpejpux f'paragun ma dawk li jpejpu (irġiel u nisa) mogħtija olanzapine ġol-muskoli il- medja tal-half life ta’ l-eliminazzjoni twalet (38.6 kontra 30.4 sigħat) u l-clearance tnaqqset (18.6 kontra 27.7 l/hr).

Aktar tagħrif farmakokinetiku wara teħid ta' olanzapine mill-ħalq huwa deskritt hawn taħt.

Distribuzzjoni

Ir-rabta mal-proteina fil-plażma ta'olanzapine kienet madwar 93% fuq il-firxa tal-konċentrazzjoni ta'

madwar 7 sa xi 1000 ng/ml. Olanzapine hija fil-biċċa ’l kbira marbuta mal-albumina u 1-aċid- glycoprotein.

Bijotrasformazzjoni

Olanzapine hija metabolizzata fil-fwied minn metodi konjugattivi u ossidattivi. Il-prodott metaboliku li l-aktar jiċċirkola huwa 10-N-glukoronide, li ma jaqsamx il-barriera bejn id-demm u l-moħħ. L- enżimi ċitokromju P450-CYP1A2 u P450-CYP2D6 jikkontrbwixxu għall-formazzjoni ta' prodotti metaboliċi tat-tip N-desmethyl u 2-hydroxymethyl. It-tnejn dehru sinifikatament anqas f'attività farmakoloġika in vivo milli olanzapine fi studji fuq l-annimali. L-attività farmakoloġika predominanti ġejja minn olanzapine nnifsu.

Eliminazzjoni

Wara li jittieħed mill-ħalq, il-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni terminali ta' olanzapine f'suġġetti b'saħħithom varjat fuq il-bażi ta' l-età u sess.

F'anzjani b'saħħithom (65 u fuqhom) f'paragun ma' pazjenti mhux anzjani, il-half life ta' l- eliminazzjoni medja twalet (51.8 paragun ma' 33.8 siegħa) u t-tneħħija tnaqqset (17.5 paragun ma'

18.2 l/hr). Il-varjabilità farmakokinetika osservata fl-anzjani hija fl-istess livell ta' dawk li mhux anzjani. F'44 pazjenti skiżofreniċi li għandhom > 65 sena, id-dosaġġ minn 5 sa 20 mg/ġurnata ma kienx assoċjat ma' xi profil distint ta' avvenimenti avversi.

F' pazjenti femminili f'paragun ma' dawk maskili l-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni ġiet kemmxejn mtawla (36.7 kontra 32.3 sigħat) u t-tneħħija tnaqqset (18.9 kontra 27.3 l/hr). Madankollu, olanzapine (5-20 mg) wera profil ta' sigurtà' kumparabbli f'pazjenti nisa (n=467) u f'pazjenti rġiel (n=869).

Indeboliment renali

F'pazjenti b'mard tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina < 10 ml/min) f'paragun ma' pazjenti b'saħħithom, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-medja tal-half life ta' l-eliminazzjoni (37.7 kontra 32.4 siegħa) jew il-clearance (21.2 kontra 25.0 l/hr). Studju ta’ tqabbil tal-piżijiet wera bejn wieħed u ieħor

57% ta' olanzapine radjuattiv fl-urina, prinċipalment bħala prodotti metaboliċi.

Min ipejjep

F'pazjenti li jpejpu u għandhom disfunzjoni tal-fwied ħafifa, il-half life ta' l-eliminazzjoni medja (39.3 siegħa) twalet u t-tneħħija (18.0 l/hr) tnaqqset bħal f'pazjenti b'saħħithom li ma jpejpux (48.8 siegħa u

14.1 l/hr, rispettivament).

Il-clearance ta' olanzapine mill-plażma huwa anqas f'pazjenti anzjani f'paragun ma' suġġetti żgħar, fin- nisa f'paragun ma' l-irġiel, u f'dawk li ma jpejpux f'paragun ma' dawk li jpejpu. Madankollu, l-impatt ta' l-età, is-sess, jew tat-tipjip fuq il-clearance ta' olanzapine u fuq il-half life huwa żgħir f'paragun mal-varjabilità totali ta' bejn individwi.

Fi studju ta' pazjenti kawkasi, Ġappuniżi, u Ċiniżi, ma kien hemm ebda differenzi fil-parametri farmakokinetiċi fost it-tliet popolazzjonijiet.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tossiċità akuta (doża waħda)

Sinjali ta' tossiċità orali fir-rodenti kienu simili għas-sustanzi newrolettiċi qawwija: attività baxxa, koma, rogħda, konvulżjonijiet kloniċi, salivazzjoni, u tnaqqis fiż-żjieda tal-piż. Id-dożi medjani li jwasslu għall-mewt kienu bejn wieħed u ieħor 210 mg/kg (ġrieden) u 175 mg/kg (firien). Il-klieb felħu dożi orali b’waħdiet sa 100 mg/kg mingħajr mortalità. Sinjali kliniċi inkludew sedazzjoni, atassja, rogħda, żjieda fir-rata tal-qalb, diffikultà fir-respirazzjoni, tidjiq tal-pupilla ta' l-għajn, u l-anoreksja.

Fix-xadini, dożi orali b’waħdiet sa 100 mg/kg irriżultaw f'prostrazzjoni u, f'dożi ogħla, telf parzjali mis-sensi.

Tossiċità ta' dożi repetuti

Fi studji sa 3 xhur fil-ġrieden u sa sena fil-firien u fil-klieb, l-effetti li ippredominaw kienu d- depressjoni CNS, effetti antikolinerġiċi, u diżordnijiet periferali ematoloġiċi. Żviluppat it-tolleranza għad-depressjoni CNS. Il-parametri ta' l-iżvilupp kienu mnaqqsa b'dożi għoljin. Effetti riversibbli konsistenti ma' prolaktin elevat fil-firien inkludew tnaqqis fil-piż ta' l-ovarji u ta' l-utru u tibdiliet morfoloġiċi fl-epitilju tal-vaġina u fis-sider.

Tossiċità ematoloġika

Effetti fuq il-parametri ematoloġiċi nstabu f'kull speċi, inklużi tnaqqis relatat mad-doża fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-ġrieden u tnaqqis mhux speċifiku fil-lewkoċiti li jiċċirkolaw fil-firien; madankollu, ma nstabet l-ebda prova ta' ċitotossiċità tal-mudullun. Newtropenja, tromboċitopenja jew l-anemija riversibbli żviluppaw fi ftit klieb ittrattati b' 8 jew 10 mg/kg/ġurnata (espożizzjoni totali ta' olanzapine [erja taħt il-kurva] hija 12 sa 15-il darba aktar minn dik ta' raġel mogħti doża ta' 12 mg). Fi klieb fejn l-għadd taċ-ċelluli tad-demm huwa anqas minn normal, ma kien hemm ebda effetti avversi fuq ċelloli proġenituri u ċelloli proliferanti tal-mudullun.

Tossiċità fuq is-sistema riproduttiva

Olanzapine ma kellha ebda effetti teratoġeniċi. Is-sedazzjoni affettwat il-ħila ta’ tgħammir tal-firien ta' sess maskili. Iċ-ċikli estruwi kienu affettwati b'dożi ta' 1.1 mg/kg (3 darbiet id-doża massima fil- bniedem) u l-parametri tar-riproduzzjoni kienu influwenzati fil-firien mogħtija 3 mg/kg (9 darbiet id- doża massima fil-bniedem). Fil-frieħ tal-firien mogħtija olanzapine, kienu osservati dewmien fl- iżvilupp tal-fetu u tnaqqis għal xi żmien fl-attività tal-frieħ.

Mutaġeniċità

Olanzapine ma ikkawżatx mutaġeniċità jew klastoġeniċità f'firxa sħiħa ta' testijiet standard, li nkludew testijiet ta' mutazzjoni tal-mikrobi kif ukoll testijiet fuq il-mammiferi kemm in vitro kif ukoll in vivo.

Kanċeroġeniċità

Ibbażat fuq riżultati ta' studji fuq il-ġrieden u l-firien, kien konkluż li olanzapine mhuwiex kanċeroġeniku.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta' eċċipjenti

Lactose monohydrate

Tartaric acid, E334

Hydrochloric acid

Sodium hydroxide

6.2 Inkompatibbilitajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’taqsima 6.6.

Olanzapine għall-injezzjoni m’għandhiex titħallat f’siringa ma’ injezzjoni ta’ diazepam għax meta dawn il-prodotti jitħalltu jkun hemm preċipitażżjoni.

Injezzjoni ta’ lorazepam m’għandhiex tiġi użata biex tiġi rikostitwita l-injezzjoni ta’ olanzapine għax din it-taħlita ttawwal il-ħin ta’ rikostituzzjoni.

Olanzapine għall-injezzjoni m’għandhiex titħallat f’siringa ma’ injezzjoni ta’ haloperidol għax ġie muri li maż-żmien il-pH baxx li jirriżulta minn din it-taħlita jnaqqas l-effett ta’ olanzapine.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Trab: 3 snin

Soluzzjoni (wara li tiġi mħallta) : Siegħa. Tagħmlux fil-friża.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f'temperatura 'l fuq minn 25° C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl. Għall- kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott mediċinali rikostitwit, ara taqsima 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih

Fjala tal-ħġieġ tat-tip I, ta' 5 ml.

Kartuna waħda għandha 1 jew 10 Fjala(i).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom meta jintrema

Ħallat ZYPREXA ma' ilma għall-injezzjonijiet biss billi tuża metodi asettiċi tas-soltu għat-taħlit ta' prodotti parenterali. Ebda soluzzjonijiet oħra m'għandhom jintużaw għat-taħlita (ara taqsima 6.2).

1.

 

Iġbed 2.1 ml ta' ilma għall-injezzjonijiet f'siringa sterilizzata. Injetta fi fjala ta' ZYPREXA

2.

 

Dawwar il-fjala sakemm il-kontenut jinħall kompletament, f'soluzzjoni ta' kulur isfar. Il-fjala

 

 

għandha 11.0 mg olanzapine bħala soluzzjoni ta' 5 mg/ml (1 mg olanzapine tibqa fil-fjala u fis-

 

 

siringa, b’hekk tkun tista tinjetta 10 mg ta' olanzapine).

3.

 

It-tabella li ġejja tipprovdi volumi ta' injezzjoni biex tagħti dożi varji ta' olanzapine:

 

 

 

 

 

Doża (mg)

Volum ta' injezzjoni (ml)

 

2.0

 

 

7.5

1.5

 

 

 

1.0

 

 

2.5

0.5

 

4.

 

Agħti is-soluzzjoni intramuskolari. Tagħtijhiex ġol-vina jew taħt il-ġilda.

5.

 

Armi s-siringa u xi soluzzjoni mhux użata skond il-proċeduri kliniċi applikabbli.

6.

 

Uża s-soluzzjoni immedjatament fi żmien siegħa minn meta tħallatha.

Mediċini parenterali għandhom ikunu miflija bir-reqqa għal xi frak qabel ma jintużaw.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/96/022/016 – ZYPREXA - Trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni, kunjett 1 EU/1/96/022/017 – ZYPREXA - Trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni, 10 kunjetti

9 DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 27 ta’ Settembru 1996

Data tal-aħħar tiġdid: 27 ta’ Settembru 2006

10. DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati